ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

3.1. Ir-referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali

Ir-referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jsiru bi tliet modi differenti:

Il-forma t-twila

Il-forma t-twila hija: Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (korsiv)

Tintuża:

(a)
fit-test, pereżempju:
Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ membri supplenti għandhom jinħatru mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri.
(b)
fil-formulazzjoni tad-dħul fis-seħħ ta’ att:
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(c)
fir-rettifiki, taħt it-titolu, bħala referenza għall-Ġurnal Uffiċjali oriġinali kkonċernat:
għad-dokumenti ppubblikati bejn l-1 ta' Frar 2003 u t-30 ta’ Settembru 2023:
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 107 tal-25 ta’ April 2015)
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 275 tal-4 ta' Awwissu 2023)
għal dokumenti ppubblikati wara l-1 ta’ Ottubru 2023:
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2023/2433, is-27 ta’ Ottubru 2023)
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C, C/2023/100, is-6 ta' Ottubru 2023)
NB:

Jekk issir referenza għal pubblikazzjonijiet maħruġa qabel jew fil-31 ta’ Jannar 2003, ir-referenza għandha ssir għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

F'rettifika għal att ippubblikat fl-Edizzjoni Speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali, ir-referenza għall-edizzjoni speċjali tiżdied taħt ir-referenza għall-pubblikazzjoni inizjali:

(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 183 tad-29 ta’ Ġunju 1989)

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 05, Volum 001, p. 349)

Il-forma l-qasira

Il-forma l-qasira hija: Il-Ġurnal Uffiċjali (mhux korsiv)

Tintuża:

(a)
fin-noti ta’ qiegħ il-paġna kif ġej:
(1) Għadu/għadha mhux/mhix ippubblikat/a fil-Ġurnal Uffiċjali.
(b)
f’testi inqas formali.

Il-forma mqassra

Il-forma mqassra hija: ĠU L, ĠU C, ĠU S.

Is-serjejiet L … I, C … A, C … I twaqqfu mill-1 ta’ Ottubru 2023 u s-serje C...E twaqqfet mill-1 ta' April 2014.

Tintuża:

(a)
fin-noti ta’ qiegħ il-paġna magħmula mir-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali:
(1) ĠU L, 2023/2387, 2.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2387/oj.
(2) ĠU C, C/2023/90, 2.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/90/oj.
(b)
fit-tabelli:
ĠU L, 2023/2387, 2.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2387/oj
NB:

Ir-referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali nbidlu matul iż-żminijiet, hekk kif bdew jiġu ppubblikati serjejiet ġodda:

qabel l-1 ta’ Lulju 1967, il-paġinazzjoni kienet kontinwa u warajha kien ikun hemm l-aħħar żewġ ċifri tas-sena kalendarja li fih ġie stampat il-ġurnal:
ĠU 106, 30.10.1962, p. 2553/62
mill-1 ta’ Lulju 1967, kull Ġurnal Uffiċjali kien jibda minn paġna 1:
ĠU 174, 31.7.1967, p. 1
mill-1 ta’ Jannar 1968, inħolqu s-serjejiet L u C:
ĠU L 32, 6.2.1968, p. 6
ĠU C 1, 12.1.1968, p. 1
fl-1 ta’ Jannar 1978, inħolqot is-serje S:
ĠU S 1, 7.1.1978, p. 1
fl-1 ta’ Jannar 1991, inħolqot is-serje C … A (twaqqfet mill-1 ta’ Ottubru 2023):
ĠU C 291 A, 8.11.1991, p. 1
fil-31 ta’ Awwissu 1999, inħolqot is-serje C … E (twaqqfet mill-1 ta’ April 2014):
ĠU C 247 E, 31.8.1999, p. 28
mill-1 ta’ Jannar 2016, inħolqu s-serjejiet L … I u C … I (twaqqfet mill-1 ta’ Ottubru 2023):
ĠU L 11 I, 16.1.2016, p. 1
ĠU C 15 I, 16.1.2016, p. 1
Fl-1 ta ’Ottubru 2023, ġiet introdotta l-pubblikazzjoni att b’att tal-Ġurnal Uffiċjali:
ĠU L, 2023/2387, 2.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2387/oj
ĠU C, C/2023/90, 2.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/90/oj
 
Għad-dokumenti ppubblikati fis-serje L qabel l-introduzzjoni tal-pubblikazzjoni att b’att, huwa rrakkomandat li l-ELI jiżdied mar-referenza eżistenti tal-ĠU, sakemm l-ELI jkun disponibbli:
ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2371/oj
 
Qabel l-1 ta' Ottubru 2023, l-ELI ma kienx jingħata lil dokumenti fis‑serje C.

L-Identifikatur Ewropew tal-Leġiżlazzjoni

Bl-introduzzjoni tal-pubblikazzjoni tal-att b’att tal-Ġurnal Uffiċjali fl-1 ta' Ottubru 2023, l-Identifikatur Ewropew tal-Leġiżlazzjoni (ELI) huwa assenjat għal kull dokument ippubblikat kemm fis-serje L kif ukoll fis-serje C. L-ELI huwa sistema biex id-dritt nazzjonali u tal-UE jsir disponibbli online f’format standardizzat, sabiex ikun jista’ jiġi aċċessat, skambjat u użat mill-ġdid bejn il-fruntieri (għal informazzjoni dettaljata, ara l‑EUR‑Lex).

L-ELI huwa sistema biex id-dritt nazzjonali u tal-UE jsir disponibbli online f’format standardizzat, sabiex ikun jista’ jiġi aċċessat, skambjat u użat mill-ġdid bejn il-fruntieri (għal informazzjoni dettaljata, ara l‑EUR‑Lex).

L-ELI, meta applikat għad-dokumenti tal-Ġurnal Uffiċjali, fih parti fissa (http://data.europa.eu/eli/), varjabbli skont is-serje tal-ĠU, u l-abbrevjazzjoni “oj”:

Serje L:
http://data.europa.eu/eli/tip ta’ att/sena/numru sekwenzjali/oj
http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2065/oj
Serje C:
http://data.europa.eu/eli/serje tal-ĠU/sena/numru sekwenzjali/oj
http://data.europa.eu/eli/C/2023/100/oj

Għar-rettifiki, l-ELI fih id-dettalji tal-pubblikazzjoni oriġinali, il-kelma “rettifika” u d-data tal-pubblikazzjoni fil-format ssss-xx-jj, segwita bl-abbrevjazzjoni “oj”:

Serje L:
http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2065/corrigendum/2023-10-12/oj
Serje C:
http://data.europa.eu/eli/C/2023/100/corrigendum/2023-10-17/oj

Dan l-identifikatur jikkostitwixxi wieħed mill-elementi tar-referenza tal-Ġurnal Uffiċjali. Għar-referenzi għas-serje tal-ĠU C, l-użu tal-ELI huwa fakultattiv iżda rrakkomandat.

Data tal-aħħar aġġornament: 23.4.2024
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss