ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

Daħla

Wara proċess li nbeda fl-1993 bit-tnedija tal-Vade-mecum for editors, Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali ġiet ippubblikata oriġinalment fl-1997 fi 11-il lingwa li aktar tard ġew estiżi għal 24. Din tirrappreżenta kisba importanti fl-armonizzazzjoni lingwistika unika fil-ġeneru tagħha minħabba l-għadd ta’ komunitajiet lingwistiċi involuti fl-iżvilupp tagħha. Din għandha sservi ta’ għodda ta’ referenza għal xogħlijiet bil-miktub għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni Ewropea.

L-iżvilupp tagħha kien jeħtieġ il-ħolqien ta’ kumitat ta’ tmexxija interistituzzjonali li ħatar sensiela ta’ rappreżentanti f’kull istituzzjoni u għal kull lingwa. Dawn jaħdmu taħt it-tmexxija ta’ grupp ta’ koordinament li jinsab fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

L-armonizzazzjoni bejn prattiċi (kultant diverġenti) issir, billi tiġi kkunsidrata l-perspettiva multilingwi tal-istituzzjonijiet, li tesiġi li t-testi tal-lingwi uffiċjali kollha jkunu komparabbli, b’tali mod li jkun irrispettat il-karattru speċifiku ta’ kull lingwa.

L-Ewwel Parti tiġbor flimkien ir-regoli għall-applikazzjoni stretta fl-editjar tal-atti pubbliċi fil-Ġurnal Uffiċjali u t-Tieni Parti fiha n-normi tekniċi jew editorjali ewlenin li għandhom x’jaqsmu mal-pubblikazzjonijiet ġenerali. Barra minn hekk, minbarra l-qbil mar-regoli individwali ta’ kull lingwa li jinsabu fir-Raba’ Parti, l-24 grupp waslu għall-konklużjoni tal-konvenzjonijiet ta’ xogħol komuni għal-lingwi kollha, elenkati fit-Tielet Parti tal-gwida. Din it-taqsima sservi ta’ bażi awtentika biex tiżdied l-armonizzazzjoni bejn il-lingwi u l-istituzzjonijiet kollha bla distinzjoni.

Bi prinċipju, il-konvenzjonijiet uniformi adottati mill-Gwida tal-Istil għandhom prevalenza fuq kull soluzzjoni oħra proposta jew utilizzata qabel; l-applikazzjoni tagħhom hija obbligatorja f’kull fażi tal-proċedura bil-miktub.

Finalment, l-iskop tax-xogħol preżenti huwa, qabel kollox, li jinkoraġġixxi interazzjoni dinamika bejn l-utenti kollha tiegħu filwaqt li jkompli għaddej minn proċess ta’ aġġornament kontinwu. Għalhekk l-awturi jappellaw lil kull qarrej għall-kontribuzzjoni attiva tiegħu billi jikkomunika kull informazzjoni utli, jiġbed l-attenzjoni għal żbalji jew omissjonijiet, u anki billi jibgħat suġġerimenti lid-dipartiment li ġej:

Office des publications de l’Union européenne (L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea)
Coordination «Code de rédaction» (Il-Koordinazzjoni tal-“Gwida tal-Istil”)
A.1, MER 197/199/199 A
2, rue Mercier
L-2985 Luxembourg
LUXEMBOURG

Ikkuntattja bl-email:

mistqosijiet ġenerali
(code-redaction-coordination@publications.europa.eu),
mistoqsijiet ġenerali li jikkonċernaw il-lingwa Maltija
(code-redaction-mt@publications.europa.eu).
Data tal-aħħar aġġornament: 23.7.2019
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss