1. L-istruttura tal-Ġurnal Uffiċjali
1.1. L-istruttura ġenerali
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jikkonsisti fi tliet serjejiet:
Il-Ġurnali Uffiċjali tas-serje L u C jiġu ppubblikati kuljum (mit-Tnejn sal-Ġimgħa b’mod regolari, is-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi f’każijiet urġenti biss).
B’żieda ma’ dawn, jistgħu jiġu ppubblikati edizzjonijiet separati minħabba d-daqs tal-ġurnal, l-urġenza u l-importanza ta’ ċerti testi.
Is-serje L
Is-serje L tiġbor fiha dawn it-taqsimiet:
Ara wkoll it-Taqsima 1.2 “is-serje L”.
Apparti s-serje L, għal atti urġenti hemm is-serje L … I.
Is-serje C
Is-serje C tiġbor fiha dawn it-taqsimiet:
Ara wkoll it-Taqsima 1.3 “is-serje C”.
Is-serje C hija supplimentata bis-serje C … A, is-C … E (twaqqfet mill-1 ta’ April 2014) u s-serje C … I. Il-puntini jirrappreżentaw in-numru tal-Ġurnal Uffiċjali tas-serje C ta’ dakinhar.
Din is-serje hija riżervata għall-pubblikazzjoni ta’ kompetizzjonijiet miftuħa, avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti u katalogi komuni (varjetajiet ta’ speċijiet agrikoli, eċċ.).
Din is-serje kienet riżervata għall-pubblikazzjoni ta’ ċerti testi, bħalma huma l-pożizzjonijiet tal-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja jew il-minuti u t-testi adottati mill-Parlament Ewropew. Dawn huma disponibbli fuq is-sit tal-EUR-Lex (u fuq id-DVD li dak iż-żmien kien joħroġ kull xahar).
ĠU C 137, 27.5.2010
ĠU C 137 A, 27.5.2010
ĠU C 137 E, 27.5.2010
ĠU C 119 I, 5.4.2018
Minħabba l-għadd ta’ atti differenti li jiġu ppubblikati fis-serje C, hemm varjetà akbar ta’ preżentazzjonijiet tipografiċi meta mqabbla mal-Ġurnal Uffiċjali tas-serje L, iżda r-regoli li wieħed irid jimxi magħhom jibqgħu l-istess għat-tnejn li huma.
Is-serje S
Is-serje S (S = suppliment) hija riżervata għall-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal offerti għal kuntratti pubbliċi, kif ukoll avviżi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn. Din is-serje hija disponibbli fuq DVD u minn fuq l-Internet (id-database tat-TED).