3.2. Ir-referenzi għal att
3.2.1. Il-forom tat-titolu
It-titolu ta’ att jista’ jkollu żewġ forom: titolu sħiħ jew titolu mqassar.
Meta att jissemma għall-ewwel darba fit-test ta’ att ieħor, jingħata t-titolu sħiħ, u r-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali li kien ippubblikat fih tingħata dejjem f’nota ta’ qiegħ il-paġna. Fil-konsiderazzjonijiet, it-titolu sħiħ jissemma fil-kontenut tat-test, fil-premessi, fl-Artikoli u fl-Annessi permezz tan-noti ta’ qiegħ il-paġna.
Fir-referenzi ta’ wara ta’ att li ssemma qabel, jintuża t-titolu mqassar, mingħajr ma jissemma l-awtur jew il-Ġurnal Uffiċjali.
It-titolu sħiħ
Il-komponenti tat-titolu sħiħ ta’ att huma:
L-ordni ta’ dawn il-komponenti tvarja skont il-lingwa. Fil-Malti, il-komponenti tat-titolu sħiħ ma jiġux separati b’virgoli.
It-titolu sħiħ jingħata dejjem b’referenza għall-Ġurnal Uffiċjali li fih kien ippubblikat l-att. Fil-konsiderazzjonijiet, it-titolu sħiħ jingħata fit-test u r-referenza tingħata f’nota ta’ qiegħ il-paġna:
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/476 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Unjoni wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (1) […]
(1)ĠU L 83, 27.3.2015, p. 6.
Meta att jissemma għall-ewwel darba fi premessa, f’Artikolu jew f’Anness, it-titolu sħiħ tiegħu jingħata f’nota ta’ qiegħ il-paġna flimkien mar-referenza tal-Ġurnal Uffiċjali:
(14)Hu kkunsidrat li t-transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, kif definiti fir-Regolament (UE) 2015/2365 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ma jikkontribwixxux għall-proċess ta’ identifikazzjoni tal-prezz […](2)Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).
It-titolu mqassar
It-titolu mqassar jintuża fil-premessi, fl-Artikoli u fl-Annessi. Il-komponenti tiegħu huma:
(45)L-annimali ta’ razza pura għat-tnissil li jiddaħħlu fil-kotba tat-tnissil għandhom ikunu identifikati bi qbil mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).[…]
(2)Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).
It-titolu mqassar mingħajr l-awtur u mingħajr in-nota ta’ qiegħ il-paġna jintuża għar-referenzi ta’ wara tal-att li diġà ssemma:
(46)Fil-każ ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, ir-Regolament (UE) 2016/429 li l-awtoritajiet kompetenti […]
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat b’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Min-naħa l-oħra, l-indikazzjoni tat-tip ta’ att ma tinkludix it-terminu “Delegat” jew “ta’ Implementazzjoni” meta fit-test tal-att issir referenza għal, pereżempju: “Adottat dan ir-Regolament”, “l-Anness ta’ dan ir-Regolament”, “Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri”, “l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni”, eċċ.