ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

9.5. L-istruttura amministrattiva tal-Unjoni Ewropea: it-titoli uffiċjali u l-ordni tal-kwotazzjoni tagħhom

9.5.1. L-istituzzjonijiet u l-korpi

L-istituzzjonijiet u l-korpi għandhom ikunu elenkati f’ordni protokollari.

Il-lista li ġejja tindika t-titolu uffiċjali u ssegwi l-ordni protokollari mill-1 ta’ Diċembru 2009 (dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona). Il-lista hija segwita b’tabella li tindika l-forma tat-titolu skont it-tip ta’ pubblikazzjoni kif ukoll it-taqsira rilevanti u l-post tas-sede.

Ara wkoll L-Anness A9 — Istituzzjonijiet, korpi, servizzi interistituzzjonali u organizzazzjonijiet: lista multilingwi

(a) L-istituzzjonijiet

il-Kunsill Ewropew
il-President tal-Kunsill Ewropew
il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
il-Qorti tal-Ġustizzja
il-Qorti Ġenerali
NB:
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, maħluq fl-2004, temm l-attivitajiet tiegħu fl-1 ta’ Settembru 2016 wara li ttrasferixxa l-kompetenzi tiegħu lill-Qorti Ġenerali.

(b) Il-korp tal-politika esterna

is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
Tliet Kunsilli
(Tħallathomx)
Fl-Unjoni Ewropea

Il-laqgħat tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern (il-presidenti jew il-prim ministri) u tal-president tal-Kummissjoni Ewropea, bi prinċipju jitlaqqgħu erba’ darbiet fis-sena. Dawn il-laqgħat huma magħrufa wkoll bħala “summits”. Il-Kunsill Ewropew jiffissa l-linji gwida politiċi ġenerali tal-Unjoni.

Il-ministri tal-Istati Membri jiltaqgħu regolarment fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Jiddependi mill-materja li jkun hemm fuq l-aġenda, kull pajjiż ikun rappreżentat mill-ministru responsabbli għal dik il-materja. Huwa l-organu ewlieni tal-Unjoni Ewropea li jieħu d-deċiżjonijiet u jiddetermina ħafna mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Barra l-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill tal-Ewropa huwa organizzazzjoni intergovernattiva iżda mhix istituzzjoni tal-UE.

(c) Il-korpi konsultattivi

(d) Korpi oħra

ISTITUZZJONIJIET U KORPI — Forom differenti ta’ titoli
Isem sħiħ Isem qasir (1) Taqsira Sede
il-Parlament Ewropew il-Parlament PE Strasburgu (2)
il-Kunsill Ewropew Brussell
il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea il-Kunsill
NB:

Fit-taħdit popolari:

F’sens ġeneriku: Il-Kunsill
F’sens speċifiku: eż. Kunsill Agrikoltura u Sajd
Brussell
il-Kummissjoni Ewropea il-Kummissjoni Brussell (3)
il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (istituzzjoni) il-Qorti tal-Ġustizzja QĠUE il-Lussemburgu
il-Qorti tal-Ġustizzja (istanza)
il-Qorti il-Lussemburgu
il-Qorti Ġenerali
il-Lussemburgu
il-Bank Ċentrali Ewropew BĊE Frankfurt am Main
il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (4)
il-Qorti tal-Awdituri, il-Qorti QEA il-Lussemburgu
Fil-Ġurnal Uffiċjali: il-Qorti tal-Awdituri
is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna SEAE Brussell
il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew il-Kumitat KESE (5) Brussell
il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (6) il-Kumitat KtR Brussell
Fil-Ġurnal Uffiċjali, is-serje L: il-Kumitat tar-Reġjuni
il-Bank Ewropew tal-Investiment BEI il-Lussemburgu
l-Ombudsman Ewropew l-Ombudsman Strasburgu (7)
il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data il-Kontrollur KEPD Brussell
il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data il-Bord Brussell
(1)
Il-forma mqassra għandha tintuża biss jekk m’hemm l-ebda possibbiltà ta’ konfużjoni (notevolment bejn “Qorti” u “Kumitat”). L-espressjoni sħiħa għandha dejjem tintuża l-ewwel darba li tissemma.
(2)
Is-sede tal-Parlament hi fi Strasburgu. Sessjonijiet addizzjonali jinżammu fi Brussell. Is-Segretarjat jinsab fil-Lussemburgu.
(3)
Il-Kummissjoni għandha s-sede tagħha fi Brussell, iżda għandha xi servizzi bbażati fil-Lussemburgu.
(4)
“Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri” huwa t-titolu fl-użu ġenerali. Madankollu, it-titolu uffiċjali li jintuża f’testi purament legali jibqa’ “Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea” (sat-30.11.2009: “Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej”), anke jekk rarament jinstab fit-testi. Il-forma l-qasira “Il-Qorti tal-Awdituri” tintuża fil-Ġurnal Uffiċjali.
(5)
Tużax il-forma l-qasira “Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali” jew it-taqsira “KES”.
(6)
“Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni” huwa l-isem użat b’mod ġenerali. F’testi purament ġuridiċi u fil-Ġurnal Uffiċjali, is-serje L, uża d-denominazzjoni uffiċjali “Il-Kumitat tar-Reġjuni”. It-taqsira użata ma għandhiex tinbidel (kif mitlub mill-Kumitat).
(7)
Is-sede tal-Ombudsman hija dik tal-Parlament Ewropew.

9.5.2. Is-servizzi interistituzzjonali

Is-servizzi interistituzzjonali għandhom x’jaqsmu amministrattivament mal-Kummissjoni Ewropea (ara wkoll it-Taqsima 9.6).

Isem Isem qasir Taqsira Sede Att ta’ referenza
(att fundatur) (a)
Tibdiliet
is-Servizz taċ-Ċibersigurtà għall-Istituzzjonijiet, il-Korpi, l-Uffiċċji u l-Aġenziji tal-Unjoni (1) CERT-UE Brussell ĠU L, 2023/2841, 18.12.2023 Emenda tal‑forma bil‑miktub
l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (2) l-Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal EPSO (*) Brussell ĠU L 197, 26.7.2002, p. 53  
l-Iskola tal-Amministrazzjoni
EUSA (*)
 
l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (4) l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet OP (*) il-Lussemburgu ĠU L 168, 30.6.2009, p. 41
(ĠU 152, 13.7.1967, p. 18)
 
(a)
Fil-prinċipju, l-att ta’ referenza huwa l-att kostituttiv. Jekk att kostituttiv ikun ġie “irriformulat” jew tkun saret “verżjoni kodifikata” tiegħu, jew ikun tħassar u nbidel b’att ġdid, dan l-att modifikat isir l-att bażiku l-ġdid (l-att kostituttiv oriġinali jiġi indikat fil-parentesi bħala tfakkira).
(*)
Taqsira unika għall-verżjonijiet lingwistiċi.
(1)
Amministrattivament għandha x’taqsam mad-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi Diġitali.
(2)
L-isem komuni.
(3)
Amministrattivament għandha x’taqsam mal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal.
(4)
Sat-30.6.2009: “L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej”.

9.5.3. L-organizzazzjonijiet deċentralizzati (aġenziji)

L-organizzazzjonijiet deċentralizzati (aġenziji) jinħolqu b’atti leġiżlattivi partikolari u jingħataw ħidma speċifika. Ġeneralment, l-organizzazzjonijiet huma elenkati fl-ordni alfabetiku tal-lingwa tal-pubblikazzjoni.

Isem Taqsira Sede Att ta’ referenza
(att fundatur) (a)
Tibdiliet (b)
l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent EEA Copenhagen ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13  
l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta Frontex (*) Varsavja ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1
(ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1)
 
l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd EFCA Vigo ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18
(ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1)
 
l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini EMA (*) Amsterdam ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1 Att emendatorju (sede):
ĠU L 291, 16.11.2018, p. 3
l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima EMSA Liżbona ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1  
l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol EU-OSHA (*) Bilbao ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58
(ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1)
 
l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ECHA (*) Helsinki (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1) Rettifika:
ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3
l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC
(isem qasir: l-Uffiċċju tal-BEREC)
Riga ĠU L 321, 17.12.2018, p. 1(ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1)  
l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà ENISA (*) Heraklion ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15
(ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1)
 
l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali FRA (*) Vjenna ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1 Emenda tal-forma bil-miktub
l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil EUAA Malta ĠU L 468, 30.12.2021, p.   
l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji ERA Lille-Valenciennes ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1
(ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1)
 
l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali Eurojust The Hague ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138
(ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1)
 
l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi Europol The Hague ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53
(ĠU C 316, 27.11.1995, p. 1)
 
l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ACER (*) Ljubljana ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22
(ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1)
 
l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali EUSPA Praga ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69  
l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi CEPOL Budapest ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1
(ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63)
 
l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja eu-LISA (*) Tallinn ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99
(ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1)
 
l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea EASA Cologne ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1
(ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1)
 
l-Awtorità Bankarja Ewropea EBA Pariġi ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12 Att emendatorju (sede):
ĠU L 291, 16.11.2018, p. 1
l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel EFSA (*) Parma ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1  
l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol EIOPA Frankfurt am Main ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48  
l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ESMA Pariġi ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84  
l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol Bratislava ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21 Stabbiliment: l-31.7.2019
l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej Brussell ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1 Emenda tal-forma bil-miktub
il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB Brussell ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1  
iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali Cedefop (*) Salonka ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90
(ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1)
 
iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga EMCDDA Liżbona ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1
(ĠU L 36, 12.2.1993, p. 1)
Att emendatorju: ĠU L 166, 30.6.2023, p. 6
Dħul fis-seħħ: 1.7.2023
EMCDDA issir EUDA: 2.7.2024
iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ECDC (*) Stokkolma ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1 Emenda tal-forma bil-miktub
iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà Bucharest ĠU L 202, 8.6.2021, p. 1  
iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea CdT (*) il-Lussemburgu ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1 Emenda tal-forma bil-miktub
il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ ETF (*) Turin ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82
(ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1)
 
il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol Eurofound (*) Dublin ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74
(ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1)
Emenda tal-forma bil-miktub
l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi EIGE (*) Vilnius ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9  
l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti CPVO Angers ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1 Att emendatorju fi stadju ta’ tħejjija
l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea EUIPO Alicante ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1
(ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1)
 
l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew UPPE il-Lussemburgu ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1  
Modifika adottata
l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi EUDA (*) Liżbona ĠU L 166, 30.6.2023, p. 6 Dħul fis-seħħ: 1.7.2023
EMCDDA issir EUDA: 2.7.2024
Fi proċess ta’ tħejjija
Diversi proċeduri li huma ppjanati jew li qed isiru bħalissa jistgħu jwasslu għal modifiki fl-ismijiet ta’ diversi aġenziji.
l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti
Proposta:
l-Aġenzija Ewropea tal-Varjetajiet tal-Pjanti
CPVO
Proposta:
EAPV (?)
  Proċedura: COM(2013) 262 — 2013/0137 (COD)
Għandha tiġi mmonitorjata (il-PE talab lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha u tipproponi oħra ġdida)
 
Fi stadju tal-ippjanar (aġenziji ġodda)
Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu AMLA   Proċedura: COM(2021) 421 – 2021/240 (COD)  
(a)
Fil-prinċipju, l-att ta’ referenza huwa l-att kostituttiv. Jekk att kostituttiv ikun ġie “irriformulat” jew tkun saret “verżjoni kodifikata” tiegħu, jew ikun tħassar u nbidel b’att ġdid, dan l-att modifikat isir l-att bażiku l-ġdid (l-att kostituttiv oriġinali jiġi indikat fil-parentesi bħala tfakkira).
(b)

It-tipi differenti ta’ modifiki huma kif ġej.

“Rettifika”, “att emendatorju” (jew oħrajn): modifiki tal-att bażiku fir-rigward tal-isem, tat-taqsira jew tas-sede.
“Emenda tal-forma bil-miktub”: għall-korp inkwistjoni, il-forma bil-miktub użata fir-regolament bażiku ġiet emendata biex tikkonforma mal-konvenzjonijiet interistituzzjonali dwar il-kitba, b’mod partikolari r-regoli dwar l-ittri kapitali u l-ittri żgħar (bi ftehim mal-ġuristi-lingwisti tal-Kunsill, m’hemmx bżonn ta’ rettifika).
(*)
Taqsira unika għall-verżjonijiet lingwistiċi.
NB:
Ara wkoll id-Deċiżjoni 2004/97/KE, Euratom tat-13 ta’ Diċembru 2003 dwar il-post ta’ ċerti uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 15).

Il-politika barranija u ta’ sigurtà komuni

Isem Taqsira Sede Att ta’ referenza
(att fundatur) (a)
l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża AED Brussell ĠU L 266, 13.10.2015, p. 55
(ĠU L 245, 17.7.2004, p. 17)
iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea Satcen Torrejón de Ardoz ĠU L 188, 27.6.2014, p. 73
(ĠU L 200, 25.7.2001, p. 5)
l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà EUISS Pariġi ĠU L 41, 12.2.2014, p. 13
(ĠU L 200, 25.7.2001, p. 1)

9.5.4. L-aġenziji eżekuttivi

Dawn l-aġenziji huma entitajiet legali stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (ĠU L 11, 16.1.2003) bil-ħsieb li jkunu fdati b’ċerti ħidmiet relatati mal-ġestjoni ta’ wieħed jew aktar mill-programmi tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-aġenziji jitwaqqfu għal perjodu determinat.

Isem Taqsira Sede Att ta’ referenza
(+ rettifika jew att emendatorju)
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura EACEA (*) Brussell ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent CINEA (*) Brussell ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs Eismea (*) Brussell ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka ERCEA (*) Brussell ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka REA (*) Brussell ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali HADEA (*) Brussell ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9
(*)
Taqsira unika għall-verżjonijiet lingwistiċi kollha.

9.5.5. Korpi u aġenziji tal-Euratom

Dawn l-aġenziji u korpi nħalqu biex jappoġġaw l-għanijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom).

Isem Taqsira Sede Att ta’ referenza
l-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom il-Lussemburgu ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15
l-Impriża Konġunta “Fusion for Energy” (1) F4E (*) Barċellona ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58 (en)
(*)
Taqsira unika għall-verżjonijiet lingwistiċi kollha.
(1)
L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni.

9.5.6. Organizzazzjonijiet oħra

Isem komuni Isem qasir Taqsira Sede Att ta’ referenza
l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa (1)   Brussell ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17
l-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika (2)     Brussell ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17
l-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew l-Impriża Konġunta EuroHPC il-Lussemburgu ĠU L 256, 19.7.2021, p. 3
l-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif (3)     Brussell ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17
l-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva (4)     Brussell ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17
L-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti     Brussell ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17
l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 (5)     Brussell ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17
L-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3     Brussell ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17
l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea (6)     Brussell ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17
l-Impriża Konġunta taċ-Ċipep (7)     Brussell ĠU L 229, 18.9.2023, p. 55
l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija   EIT (*) Budapest ĠU L 189, 28.5.2021, p. 61
(*)
Taqsira unika għall-verżjonijiet lingwistiċi kollha.
(1)
Tissostitwixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
(2)
Tissostitwixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika.
(3)
Tissostitwixxi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.
(4)
Tissostitwixxi l-Impriża Konġunta għall-IMI 2.
(5)
Tissostitwixxi l-Impriża Konġunta SESAR.
(6)
Tissostitwixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail.
(7)
Tissostitwixxi l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin.
Data tal-aħħar aġġornament: 30.1.2024
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss