ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

4.2.2. Struttura loġika tad-dokumenti

Dokument stampat huwa magħmul minn żewġ elementi: il-kontenut, jiġifieri s-sekwenzi ta' karattri assoċjati mal-istruttura loġika tagħhom, u l-preżentazzjoni.

Struttura loġika tad-dokumenti - 240202-mt.gif

Il-preżentazzjoni, li taqa’ fil-qasam tat-tipografija, hija ffinalizzata mill-istampatur, skont l-istruzzjonijiet ta’ min jieħu ħsieb il-grafika. L-aktar spiss, il-preżentazzjoni tat-test oriġinali, it-tqassim tal-paġni, eċċ., ma jikkorrispondux mal-preżentazzjoni finali tat-test magħmul mill-istampatur. Barra minn hekk, matul it-tħejjija tal-manuskritt, li wieħed ikun irid li xogħlu jkun simili ħafna għall-preżentazzjoni fuq il-karta stampata hija ta’ spiss xi ħaġa inutli, jew anke ta’ tfixkil (pereżempju, wieħed għandu jiżgura li ma jiġix introdott qtugħ manwali fil-kliem, għax dan il-qtugħ ikollu jitneħħa meta d-dokument jiġi pproċessat mill-istampatur).

Madankollu, b’mod imperattiv, l-istampatur għandu jkun jista’ jagħraf il-partijiet differenti tat-test. Għal dan, meta jiddaħħal it-test, wieħed għandu jiżgura li:

jew japplika style sheet,
jew japplika mmarkar li jsegwi protokoll stabbilit sew.

Style sheets tal-kompjuter

Jekk it-test għandu jiġi interpretat sew mill-istampatur, huwa importanti ħafna li l-livelli differenti tat-test jiġu mmarkati korrettament (intestaturi, test normali, annotazzjonijiet, eċċ.).

F’dan ir-rigward, Word joffri soluzzjoni sempliċi, iżda li għandha tintuża b’mod strett: l-istili. Kull komponent tat-test huwa magħmul differenti bl-applikazzjoni ta’ marka (stil) differenti:

livell tal-intestatura (Heading 1, Heading 2, eċċ.),
test normali, allinjat bil-marġni ndaqs, allinjat fuq naħa waħda, eċċ. (Normal, eċċ.),
referenzi, kaxex, noti ta’ qiegħ il-paġna, eċċ.

Għal kull element għandu jiġi attribwit stil uniku, preferibbilment magħmul fuq skema loġika.

Pereżempju, tibdilx id-daqs jew l-għamla tal-headings b’mod manwali (tipi grassi, korsiv, eċċ.)!

Madankollu, jekk kull awtur titħallielu l-għażla tal-użu tal-istili, dan malajr jista’ joħloq diffikultà. Kull xogħol huwa soġġett għal trattament partikolari, b’abbundanza ta’ stili li faċilment jista’ jsir diffiċli biex jiġi kkontrollat. Din hija r-raġuni l-għala huwa preferibbli, jew meħtieġ, li jkun hemm standardizzazzjoni tal-istili.

Idealment, l-istyle sheets applikabbli għax-xogħlijiet differenti għandu jkollhom l-istess bażi (folja standard). Fl-istess ħin, l-istyle sheets jistgħu jakkumpanjaw mudelli xierqa, li jippermettu li tiġi ssodisfata d-diversità tal-preżentazzjonijiet (“mudell xieraq” ifisser l-adattament ta’ style sheet unika għall-preżentazzjoni tipografika speċifika tax-xogħol li għandu jitħejja).

L-użu strett tal-istili, b’mod partikolari biex isiru intestaturi differenti, għandu vantaġġ ieħor f’Word: huwa jippermetti lill-awtur sabiex joħloq werrej b’mod awtomatiku, li huwa impossibbli meta jsir divrenzjar manwali tat-titoli.

Protokoll tal-immarkar

Teknika oħra ewlenija għat-tibdil tal-elementi tat-test hija l-applikazzjoni ta’ “protokoll tal-immarkar”, jiġifieri l-indikazzjoni tal-livell loġiku tal-elementi kollha tat-test (pereżempju, titolu tal-kapitolu, tat-taqsima; test normali, test imdaħħal ġewwa; referenzi). Għandu jinħadem protokoll tal-immarkar bid-deskrizzjoni tal-elementi msemmija, tal-marki u tal-preżentazzjoni tipografika mixtieqa.

Il-marki ta’ spiss ikollhom format tat-tip <MARKER>, pereżempju <TCHAP> għal marka li tindika titolu ta’ kapitolu. Dawn ġejjin mil-lingwaġġ tal-immarkar SGML (standard generalised markup language). Mill-implimentazzjoni tal-SGML, saru bosta evoluzzjonijiet, attwalment, bi predominanza tal-XML.

Il-marki użati f’dawn il-protokolli għandhom il-vantaġġ li jistgħu jiġu interpretati direttament mill-programmi ta’ editjar megħjunin mill-kompjuter (kif ukoll mill-programmi avvanzati tal-ipproċessar tat-test), li jagħmlu x-xogħol iebes ta’ preżentazzjoni tad-dokumenti qabel l-istampar superfluwu. L-applikazzjoni tal-protokolli tal-immarkar teħtieġ ftehim fi stadju pjuttost bikri, idealment mit-tfassil tax-xogħol.

Fil-każ ta’ dokument b’ħafna lingwi, jaqbel li jiġi assoċjat is-servizz ta’ traduzzjoni tal-istituzzjoni. Dan, li jaġixxi bħala multiplikatur tat-testi, billi jżid il-verżjonijiet ligwistiċi mixtieqa, jista’ jipproċessa t-test immarkat, u b’hekk jikkonċentra fuq il-kontenut mingħajr ma jitlef riżorsi biex jipproduċi preżentazzjoni inutilment. Wieħed għandu jsemmi wkoll li dokument immarkat, li jkun fih ammont minimu ta’ kodiċi ta’ formatjar, huwa aktar adattat għall-ipproċessar b’għodda tat-teknoloġija lingwistika avvanzata.

Data tal-aħħar aġġornament: 24.7.2019
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss