ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

4.2. Dokumenti oriġinali (manuskritti)

Mill-aħħar tas-snin 90, il-manuskritti bdew jiġu prodotti f’forma elettronika (Word, PDF, HTML, eċċ.). It-tħejjija u l-ipproċessar tat-test huma marbutin mill-qrib mal-użu ta’ proċeduri tal-informatika definiti sewwa (macros, programmi ta’ korrezzjoni, eċċ). Din it-taqsima tiddeskrivi l-proċeduri rrakkomandati għall-ipproċessar ottimizzat tat-testi li għandhom jiġu ppubblikati, li sempliċement jiżdiedu max-xogħol tradizzjonali tat-test (tħejjija lingwistika).

Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jikkonċentraw fuq l-ipproċessar tal-fajls f’format Word, l-għodda standard biex jiddaħħlu d-dokumenti oriġinali fl-istituzzjonijiet Ewropej. Il-prinċipji bażiċi deskritti aktar ’il quddiem jistgħu faċilment jiġu adattati għal kwalunkwe software ieħor tas-suq.

4.2.1. Il-prinċipju ta’ katina tal-produzzjoni

Id-dokumenti oriġinali pprovduti mis-servizzi tal-awturi (manuskritti) għandhom jiġu soġġetti għal tħejjija organizzata bir-reqqa. Għal produzzjoni effikaċi, u fl-istess ħin rapida, huwa rrakkomandat li jiġu stabbiliti “ktajjen ta’ produzzjoni” bejn is-servizzi tal-awturi, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u l-istamperiji.

“Katina ta’ produzzjoni” tfisser sempliċement il-prinċipji ta’ xogħol komuni applikati sa mit-tfassil tat-test fuq mezz elettroniku:

folji tal-istili/mudelli jew protokolli tal-immarkar (ara t-Taqsima 4.2.2),
regoli ta’ kitba standard (b’applikazzjoni tar-regoli u l-konvenzjonijiet ta’ din il-Gwida tal-Istil fl-istadju l-aktar kmieni fil-proċedura tat-tħejjija tad-dokumenti).

Fil-bidu ta’ kwalunkwe xogħol, il-manager tal-proġett għandu jistabbilixxi l-parametri ta’ produzzjoni kollha b’konsultazzjoni mill-qrib mal-awtur u mal-istampatur. Wieħed għandu jibda billi jistabbilixxi l-konfigurazzjoni meħtieġa tal-fajls. Iżda qabel kollox, huwa f’dan l-istadju li għandu jiġi stabbilit bi preċiżjoni l-użu tal-protokolli tal-immarkar jew tal-folji tal-istili (ara t-Taqsima 4.2.2), li d-definizzjoni tagħhom tiddependi ħafna mill-programmi ta’ konverżjoni tal-kodiċi/ta’ rkupru tal-istampaturi stess.

F’tali proċedura, kwalunkwe azzjoni għandha tasal fl-ogħla punt possibbli fil-katina tal-produzzjoni. Vantaġġi: it-tħejjija tal-manuskritt tista’ tittejjeb, bl-evitar ta’ bosta interventi manwali inutli, jew li jiswew il-flus, u li ħafna drabi huma sorsi ta’ żbalji. Fl-aħħar, il-produzzjoni tkun aktar rapida, il-kwalità aħjar u l-ispejjeż tal-produzzjoni jonqsu.

Fl-aħħar nett, pjan ta’ xogħol stabbli u unifikat jippermetti lil kull min jagħmel intervent, sabiex itejjeb il-proċeduri tiegħu. Jekk l-iskema tkun waħda ġġeneralizzata, dawn il-proċeduri identiċi jistgħu jiġu stabbiliti għall-atturi kollha tal-produzzjoni, b’mod partikolari għall-istamperiji, u dan, f’każ li jkun hemm xi diffikultà mhux prevista, jippermetti lill-Uffiċċju, u għalhekk lill-atturi, sabiex ikunu jistgħu jbiddlu b’mod rapidu għal parti kontraenti oħra f’każ ta’ ħtieġa, mingħajr waqfien brutali fil-proċess tal-produzzjoni.

Data tal-aħħar aġġornament: 24.7.2019
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss