ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

1.3.3. Il-kontenut

C I — Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

F’din l-intestatura nsibu:

riżoluzzjonijiet (eż. riżoluzzjonijiet (mhux leġiżlattivi) tal-Parlament Ewropew, riżoluzz­jonijiet tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Unjoni Ewropea mlaqqgħin fil-Kunsill, riżoluzzjonijiet tal-Kunsill, riżoluzzjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, riżoluzzjonijiet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni),
rakkomandazzjonijiet (eż. rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, rakkomandazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew),
opinjonijiet li t-talba għalihom minn xi istituzzjoni mhijiex obbligatorja (pereżempju, l-opinjoni tal-Kunsill, l-opinjoni tal-Kummissjoni, l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri, l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, eċċ.).

C II — Komunikazzjonijiet

F’din l-intestatura nsibu:

ftehimiet interistituzzjonali (li jinkludu deċiżjonijiet li jemendaw dawk il-ftehimiet); l-istituzzjonijiet jiddeċiedu jekk jippubblikawhomx fis-serje L jew fis-serje C skont il-kuntest, l-ambitu u l-effetti tagħhom,
dikjarazzjonijiet konġunti,
komunikazzjonijiet minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni Ewropea (pereżempju, xi deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew, komunikazzjonijiet tal-Kunsill, xi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni, numru ta’ katalogi komuni tal-ispeċijiet tal-pjanti agrikoli u speċijiet ta’ ħxejjex, Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (NM), l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda, in-nonoppożizzjonijiet għal konċentrazzjonijiet notifikati, in-notifikazzjoni minn qabel ta’ konċentrazzjoni, l-awtorizzazzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat, deċiżjonijiet tal-entitajiet maniġerjali, il-proċeduri ta’ ingaġġ, eċċ.).

C III — Atti preparatorji

F’din l-intestatura nsibu:

inizjattivi tal-Istati Membri,
atti preparatorji tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji (riżoluzzjonijiet leġiżlattivi, pożizzjonijiet u riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-pożizzjonijiet tal-Kunsill, opinjonijiet li t-talba tagħhom hija obbligatorja u rakkomandazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew, opinjoni­jiet tal-Qorti tal-Awdituri li t-talba tagħhom hija obbligatorja, opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li t-talba tagħhom hija obbligatorja, opinjonijiet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li t-talba tagħhom hija obbligatorja, eċċ.).

C IV — Informazzjoni

F’din l-intestatura nsibu:

informazzjoni mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea. Pereżempju: Stqarrijiet mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri meta jiltaqgħu fil-Kunsill, atti tal-Kunsill, deċiżjonijiet tal-Kunsill, rapporti annwali tal-Kunsill, rapporti dwar il-kontroll baġitarju u l-ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u l-korpi differenti, minuti tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament Ewropew, deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew, deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward in-nomina tal-membri, rati tal-kambju tal-euro, sommarji ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni, nomini ta’ mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri, ir-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, ir-rati ta’ mgħax iffissati mill-Bank Ċentrali Ewropew, deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, atti minn uffiċċji u aġenziji, regoli ta’ proċedura minn uffiċċji u aġenziji,
informazzjoni minn Stati Membri (eż. informazzjoni mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat awtorizzat, obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku, estratti ta’ deċiżjonijiet tal-qrati tal-ġustizzja nazzjonali, valutazzjonijiet tal-istokkijiet ta’ prodotti tal-UE, diversi proċeduri nazzjonali, listi ta’ prodotti, eċċ.),
informazzjoni rigward iż-Żona Ekonomika Ewropea (l-ewwel, informazzjoni mill-istituzzjonijiet (il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA), segwita b’informazzjoni minn pajjiżi membri taż-ŻEE jew tal-EFTA),
informazzjoni minn pajjiżi terzi.

C V — Avviżi

F’din l-intestatura nsibu:

proċeduri amministrattivi (eż. avviżi ta’ kompetizzjonijiet, reklutaġġ, pożizzjonijiet vakanti, sejħiet għal proposti, sejħiet għat-turija ta’ interess, avviżi ta’ stediniet għal offerti, gwidi għal kompetizzjonijiet ġenerali, listi ta’ riżerva, eċċ.),
proċedimenti ġudizzarji (avviżi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, avviżi tal-Qorti tal-EFTA, eċċ.),
proċeduri relatati mal-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni (opinjonijiet rigward proċeduri ta’ antidumping, proposti ta’ għeluq tal-ilment, notifiki ta’ inizjazzjoni ta’ proċediment kontra l-għoti ta’ sussidji, avviżi dwar il-miżuri ta’ kumpens diġà fis-seħħ, eċċ.),
proċeduri relatati mal-implimentazzjoni tal-politika dwar il-kompetizzjoni (għajnuna mill-Istat, notifiki minn qabel ta’ konċentrazzjoni, l-opinjonijiet tal-gvernijiet tal-Istati Membri, avviż ta’ wasla ta’ lment, eċċ.),
atti oħrajn (eż. avviżi għall-attenzjoni ta’ persuni, gruppi u entitajiet inklużi f’listi, talbiet għall-pubblikazzjoni, pubblikazzjonijiet ta’ sommarju ta’ speċifikazzjonijiet, komunikazz­jonijiet dwar konsultazzjoni pubblika, avviż ta’ stedina għal offerti, avviż rigward talba ta’ Stat Membru, eċċ.).

Rettifiki

Ir-rettifiki jistgħu jidhru biss f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi u jistgħu jvarjaw fit-tul u l-kontenut minn verżjoni lingwistika għal oħra.

Ir-rettifiki ma jingħatawx numru tal-avviż. Madankollu, huma jirċievu n-numru tal-Ġurnal Uffiċjali C/SSSS/9NNNN fejn in-numru sekwenzjali b’ħames ċifri dejjem jibda b’9.

NB:
It-Trattati mhux ratifikati u t-Trattati konsolidati, kif ukoll ir-rettifiki għat-Trattati, jiġu ppubblikati fis-serje C mingħajr intestatura.
Data tal-aħħar aġġornament: 23.4.2024
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss