1.3.2. In-numerazzjoni tad-dokumenti
In-numru tal-avviż
It-titoli tad-dokumenti ppubblikati fis-serje C jingħataw numru tal-avviż mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Dan in-numru jkun fih:
(a)
is-sena tal-pubblikazzjoni:
(i)
mill-1 ta’ Jannar 1999, l-erba’ ċifri kollha,
(ii)
sal-31 ta’ Diċembru 1998, l-aħħar żewġ ċifri biss,
(b)
in-numru tal-Ġurnal Uffiċjali,
(c)
in-numru li juri l-ordni tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.
98/C 45/01
2010/C 2/08
Dan in-numru jitqiegħed taħt it-titolu, fiċ-ċentru u bejn il-parentesi. Fil-werrej in-numru jidher fil-marġini tax-xellug, mingħajr il-parentesi.
Numerazzjoni speċjali
Ċerti dokumenti għandhom in-numerazzjoni tagħhom fit-titolu:
—
il-pożizzjonijiet tal-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
Il-Pożizzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 11/2010 fl-ewwel qari
NB:
Qabel, fil-qafas tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni, kien ikun hemm “Pożizzjonijiet Komuni tal-Kunsill”:
Il-Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 14/2005 tal-Kunsill
—
l-għajnuna mill-Istat:
L-Għajnuna mill-Istat C 32/09
NB:
Oqgħod attent għan-numerazzjoni: C 55/99, C 55/2000 (erba’ numri għas-sena 2000), C 55/01, eċċ.
—
kawżi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku:
Kawża C-187/10 (Il-Qorti tal-Ġustizzja)
Kawża T-211/10 (Il-Qorti Ġenerali — mill-15.11.1989)
Kawża F-29/10 (It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — mit-23.7.2005)
Qabel il-15 ta’ Novembru 1989 (għall-Qorti tal-Ġustizzja biss): Kawża 84/81
—
opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri:
Opinjoni Nru 1/2010
—
kawżi tal-Qorti tal-EFTA:
Kawża E-5/10
—
avviżi ta’ kompetizzjonijiet miftuħa (Is-serje C … A):
EPSO/AD/177/10
—
avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti:
COM/2010/10275
—
Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali:
Id-Deċiżjoni Nru A1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar it-twaqqif ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-provvediment ta’ benefiċċji taħt ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
—
baġits emendatorji tal-aġenziji:
Stqarrija ta’ dħul u ħruġ tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2010 — baġit emendatorju Nru 1
—
sejħiet għal proposti:
Sejħa għal proposta IX-2011/01 — “Għotjiet lil partiti politiċi fuq livell Ewropew”
NB:
Sal-24 ta’ Lulju 2002 (data ta’ skadenza tat-Trattat KEFA),
kien hemm “kunsensi” tal-Kunsill:
Kunsens Nru 22/96
Kunsens Nru 6/2002



