ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

Mistoqsijiet frekwenti (FAQs)

Il-Ġwida tal-Istil Interistituzzjonali huwa ktejjeb ta’ riferenza jew ktieb b’regolamenti obbligatorji?
Il-konvenzjonijiet u r-regoli fil-gwida tal-istil iridu jiġu rrispettati minn kull min huwa involut fil-kreazzjoni ta’ kwalukwe tip ta’ test (kemm verżjoni stampata kif ukoll elettronika) prodotta mill-Istituzzjonijiet Ewropej (istruzzjonijiet mis-Sur de Boissieu, fil-kariga ta’ President tal-Kumitat imwaqqaf b’dan l-għan fi ħdan il-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet — ara l-kelmtejn ta’ qabel tal-gwida).
L-informazzjoni fuq l-ismijiet tal-pajjiżi, il-lingwi, u l-valuti hija awtentika?
Fir-realta, Il-Ġwida tal-Istil Interistituzzjonali sar ir-riferenza uffiċjali għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-korpi u l-aġenziji tagħha, għal dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ mistoqsijiet dwar pajjiżi, valuti u lingwi.
Id-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod partikolari permezz ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni uffiċjali mas-servizzi tat-terminoloġija tal-Kunsill li huma inkarigati minn din id-dejta fl-IATE (u fejn ikun meħtieġ issir konsultazzjoni diretta mas-servizzi kkonċernati). Dan il-proċess huwa mmexxi mill-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet (it-Taqsima responsabbli mill-koordinament tal-gwida tal-istil).

Jekk tixtieq taqsam xi informazzjoni, tagħmel mistoqsija, tgħaddi rimarka jew suġġeriment nitolbuk tibagħtilna l-kummenti tiegħek fuq OP-ISG-coordination@publications.europa.eu
Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali teżisti f’formati oħra?
Iva, il-gwida tal-istil hija disponibbli wkoll f’format PDF fl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-PDFs jistgħu jitniżżlu mingħajr ħlas mill-portal tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE. It-tqassim il-ġdid se jkun jista’ jgħin lill-qarrejja jidentifikaw il-kunċetti u jitgħallmu r-regoli u l-konvenzjonijiet komuni tal-kitba.

Il-gwida tal-istil hija aġġornata regolarment.

Biex tara l-aktar modifiki reċenti, ara l-paġna tal-aħbarijiet.

Data tal-aħħar aġġornament: 16.11.2023
It-tarf ta’ fuq tal-paġna