ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

Avviż legali

L-informazzjoni f’dan il-websajt hi suġġetta għal rinunzja, avviż dwar id-drittijiet tal-awtur u r-regoli relatati mal-protezzjoni tad-dejta personali.

Rinunzja

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iżomm din il-websajt għal dawk kollha involuti fil-produzzjoni ta’ testi għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea. L-għan tagħna hu li nżommu din l-informazzjoni aġġoranta u preċiża. Jekk jiġu indikati żbalji, nippruvaw nikkoreġuhom. Madanakollu, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jaċċetta ebda responsabbiltà fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit.

Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur

© L-Unjoni Ewropea, 2000-19

Il-Gwida tal-istil interistituzzjonali tista’ terġa’ tintuża mingħajr ebda ħlas jew liċenzja bil-miktub għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali sakemm is-sors jiġi rikonoxxut u skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

1)
Meta l-użu mill-ġdid jinvolvi traduzzjoni ta’ Il-Gwida tal-istil interistituzzjonali jew partijiet minnha f’lingwi oħra minbarra l-edizzjonijiet lingwistiċi ppubblikati uffiċjalment mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jew jinvolvi modifiki lid-dejta jew lit-test, dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar lill-utent aħħari tal-informazzjoni. Għandha tiddaħħal rinunzja dwar in-nuqqas ta’ responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
2)
Il-logos u t-trademarks kollha huma esklużi mill-permess ġenerali msemmi hawn fuq.

Il-politika tal-użu mill-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea hija implimentata bid- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/833/UE (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 39).

Għall-kwistjonijiet kollha marbuta mad-drittijiet tal-awtur ta’ Il-Gwida tal-istil interistituzzjonali, ikkuntattja lil:

Office des publications de l’Union européenne (L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea)
Section «Droits d’auteur et questions juridiques»
2, rue Mercier
L-2985 Luxembourg
LUXEMBOURG
E-mail: op-copyright@publications.europa.eu

Protezzjoni tad-Dejta Personali

L-Unjoni Ewropea hija impenjata għall-privatezza tal-utent.

Il-politika dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni hija bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

Meta tibgħat messaġġ bil-posta elettronika lil wieħed mill-kaxxi postali elettroniċi funzjonali ta’ Il-Gwida tal-istil interistituzzjonali, jinġabar biss kemm ikun hemm bżonn mid-dejta personali tiegħek biex tintbagħat risposta. Jekk it-tim tal-immaniġġjar tal-mailbox ma jistax iwieġeb il-mistoqsija tiegħek, hu intbagħtitlu jgħaddi l-email tiegħek lil servizz ieħor. Inti tkun infurmat, b’email, dwar liema servizz intbagħtitlu l-mistoqsija tiegħek.

Jekk għandek xi mistoqsijiet jew ilmenti dwar l-ipproċessar ta’ l-e-mail tiegħek u d-data personali relatata, toqgħodx lura milli tinkludihom fil-messaġġ tiegħek.

Mistoqsijiet jew ilmenti fil-każ ta’ kunflitt jistgħu jiġu indirizzati lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Datatal-Kummissjoni Ewropea jew lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Data tal-aħħar aġġornament: 20.6.2019
It-tarf ta’ fuq tal-paġna