Rapport Speċjali
Nru02 2018

L-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni ta’ kriżijiet bankarji mill-BĊE

Dwar ir-rapport: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħa f’idejh ir-responsabbiltà għas-superviżjoni bankarja fl-2014, bħala parti mill-proċess ta’ stabbiliment tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku. Il-missjoni tiegħu f’dan ir-rigward huwa li jikkontribwixxi għas-sikurezza u s-solidità tas-sistema bankarja. Hemm madwar 120 grupp bankarju fiż-żona tal-euro li jaqgħu taħt il-mandat dirett tal-BĊE, filwaqt li s-superviżjoni ta’ gruppi bankarji oħra ssir minn superviżuri nazzjonali, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE.
Dan l-awditu eżamina l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni li titwettaq mill-BĊE, fir-rigward ta’ kompitu superviżorju speċifiku: il-ġestjoni ta’ kriżijiet. Aħna sibna li l-BĊE stabbilixxa qafas sostanzjali għall-ġestjoni ta’ kriżijiet. Madankollu, jeżistu xi difetti fit-tfassil kif ukoll sinjali ta’ implimentazzjoni ineffiċjenti li jenħtieġ li jiġu indirizzati.
Aħna nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet dwar kif jista’ jsir użu aħjar mill-valutazzjonijiet tal-pjanijiet ta’ rkupru, l-iżviluppar ta’ gwida operazzjonali għall-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet, u t-tisħiħ tas-sistemi ta' rappurtar tal-maniġment.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġej:
PDF
PDF General Report

Sommarju eżekuttiv

Dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku

I

Il-kriżi finanzjarja tal-2008 wasslet għal bidliet kbar fir-regolamentazzjoni finanzjarja fl-UE. Il-qafas legali għas-superviżjoni bankarja ssaħħaħ u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) ġie stabbilit fl-2014. Is-superviżjoni tal-banek importanti fiż-żona tal-euro saret ir-responsabbiltà tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). L-MSU jinkludi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-pajjiżi parteċipanti. Wieħed mill-għanijiet prinċipali tiegħu huwa li jtejjeb l-istabbiltà tas-sistema bankarja taż-żona tal-euro.

X’awditjajna

II

Dan l-awditu eżamina l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni, mill-BĊE, ta’ kompitu superviżorju speċifiku wieħed - il-ġestjoni ta’ kriżijiet. Dan huwa l-proċess użat mis-superviżuri biex jidentifikaw banek li jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji u jintervjenu meta jkun meħtieġ. L-objettiv tal-ġestjoni ta’ kriżijiet huwa li tippreserva l-istabbiltà finanzjarja u li tnaqqas id-dipendenza fuq il-fondi pubbliċi. Il-ġestjoni ta’ kriżijiet tinvolvi l-ippjanar minn qabel ta’ rkupru mill-banek sabiex ikunu ppreparati għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Hija tinvolvi wkoll l-identifikazzjoni, mis-superviżur, ta’ deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ bank u, fejn meħtieġ, l-użu tas-setgħat ta’ intervent bikri.

X'sibna

III

B’mod ġenerali, fir-rwol superviżorju tiegħu, il-BĊE stabbilixxa qafas sostanzjali għall-proċeduri ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet. L-istruttura organizzattiva u r-riżorsi tal-BĊE sabiex titwettaq valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u s-superviżjoni tal-banek li jinsabu fi kriżi huma sodisfaċenti, minkejja dgħufijiet fl-ippjanar inizjali u l-ħtieġa li jsir titjib fl-allokazzjoni tal-persunal għas-sitwazzjonijiet l-aktar urġenti.

IV

Il-BĊE qed jiffinalizza arranġamenti għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni esterni ma’ awtoritajiet superviżorji oħra u mal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni. Madankollu, il-kwistjonijiet pendenti għandhom il-potenzjal li jdewmu u jirrestrinġu l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u li jnaqqsu l-effiċjenza tal-koordinazzjoni.

V

Il-proċess tal-BĊE għall-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru tal-banek huwa pożittiv. Ġew stabbiliti proċeduri ta’ preżentazzjoni u monitoraġġ, u l-assessuri għandhom aċċess għal għodod u gwida utli, minkejja li s-sitwazzjoni tista’ titjieb, partikolarment għall-qasam tal-indikaturi tal-pjanijiet ta’ rkupru. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-pjanijiet ta’ rkupru ma jintużawx b’mod sistematiku għall-identifikazzjoni ta’ kriżijiet u r-rispons għalihom. Barra dan, aħna ma nistgħux nisiltu konklużjonijiet dwar l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni ta’ dan il-proċess fil-prattika minħabba nuqqas ta’ evidenza pprovduta mill-BĊE.

VI

Il-qafas operazzjonali tal-BĊE għall-ġestjoni ta’ kriżijiet għandu xi difetti, u hemm sinjali ta’ implimentazzjoni ineffiċjenti. Il-gwida għall-valutazzjonijiet ta’ intervent bikri mhijiex żviluppata biżżejjed u ma tiddefinix kriterji jew indikaturi oġġettivi biex jiġi ddeterminat jekk bank ikunx daħal f’sitwazzjoni ta’ kriżi. Ma hemmx gwida dwar l-aħjar użu tas-setgħat tal-BĊE jew il-miżuri l-aktar xierqa li jridu jiġu kkunsidrati f’xenarji speċifiċi. Aħna ma ksibna l-ebda evidenza komprensiva dwar l-użu reali tas-setgħat tiegħu, u għalhekk ma nistgħux nisiltu konklużjonijiet dwar l-effiċjenza tal-ġestjoni mill-BĊE fil-prattika. Il-gwida dwar il-valutazzjonijiet biex jiġi ddeterminat jekk bank huwiex “qed ifalli jew probabbilment se jfalli” għandha wkoll nuqqas ta’ ambitu u mhijiex dettaljata biżżejjed.

Aċċess għall-evidenza

VII

Il-BĊE rrifjuta li jipprovdi evidenza importanti li aħna tlabna biex inwettqu l-awditu, u dan kellu impatt negattiv fuq ix-xogħol tal-awditjar tagħna. Dan ifisser li l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet tagħna huma proviżorji. Nistgħu nisiltu konklużjonijiet ġenerali dwar it-tfassil tal-proċessi tal-BĊE, iżda ma nistgħux nikkonfermaw l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni ta’ kriżijiet mill-BĊE fil-prattika.

X'nirrakkomandaw

VIII

Aħna nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet biex isir titjib fil-ġestjoni ta’ kriżijiet mill-BĊE.

IX

Fil-qasam tal-kooperazzjoni, jenħtieġ li l-BĊE jtejjeb il-koordinazzjoni ma’ atturi esterni u jadotta qafas intern għas-superviżjoni supplimentari tal-konglomerati finanzjarji. Għall-ippjanar ta’ rkupru, jenħtieġ li l-BĊE jipprovdi gwida addizzjonali rigward il-kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjanijiet ta’ rkupru.

X

Għall-identifikazzjoni ta’ kriżijiet, jenħtieġ li l-BĊE jkompli jiżviluppa l-gwida tiegħu dwar il-valutazzjonijiet ta’ intervent bikri u jistabbilixxi indikaturi biex jiġi ddeterminat deterjorament fil-kundizzjoni finanzjarja ta’ bank. Anke f’dawn iċ-ċirkustanzi, jenħtieġ li huwa jagħmel użu sistematiku mill-informazzjoni miksuba mill-valutazzjonijiet tal-pjanijiet ta’ rkupru.

XI

Fil-qasam tar-rispons għall-kriżijiet, jenħtieġ li l-BĊE jiżgura li l-problemi jiġu kkwantifikati qabel ma l-miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet jiġu kkunsidrati, u jistabbilixxi sistema ta’ rappurtar għall-monitoraġġ sistematiku tal-kwalità tal-assi. Jenħtieġ ukoll li jkompli jiżviluppa l-gwida operazzjonali tiegħu dwar il-valutazzjonijiet ta’ intervent bikri, inkluż l-użu sistematiku tal-għarfien li jkun inkiseb permezz tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru tal-banek. Fl-aħħar nett, fil-qasam tal-valutazzjonijiet biex jiġi ddeterminat jekk bank huwiex “qed ifalli jew probabbilment se jfalli”, jenħtieġ li l-BĊE jkompli jiżviluppa l-gwida operazzjonali tiegħu.

Introduzzjoni

01

Waħda mit-tagħlimiet meħuda mill-kriżi finanzjarja tal-2008 kienet li l-qafas regolatorju bankarju kien jeħtieġ li jsirlu titjib biex tiġi żgurata ġestjoni aħjar ta’ kriżijiet. Fl-Unjoni Ewropea (UE), din il-ħtieġa ġiet indirizzata mit-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2014/59/UE, komunement magħrufa bħala d-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD). Din tistabbilixxi qafas Ewropew komuni għall-irkupru u r-riżoluzzjoni.

02

F’konformità mal-istandards globali l-ġodda, din id-direttiva hija magħmula minn tliet pilastri: l-ippjanar ta’ rkupru mill-banek, l-intervent bikri mis-superviżuri u, bħala l-aħħar alternattiva, ir-riżoluzzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea adottat ukoll regolamenti ta’ implimentazzjoni. Flimkien mal-linji gwida maħruġa mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), dawn jinterpretaw u jispjegaw il-qafas regolatorju u jfittxu li jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tiegħu.

03

Taħt il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU)1, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ilu minn Novembru 2014 li ngħata r-responsabbiltà li jiżgura ġestjoni operazzjonali effiċjenti ta’ kompiti relatati mal-valutazzjoni tal-ippjanar ta’ rkupru tal-banek kif ukoll li jiżgura intervent bikri għal banek sinifikanti fiż-żona tal-euro. F’Lulju 2017, il-BĊE kien qed jissorvelja direttament 120 bank sinifikanti fiż-żona tal-euro, li kellhom ftit aktar minn 80 % tal-assi bankarji, jew madwar EUR 22 000 biljun. Il-BĊE jistma l-ispejjeż totali tiegħu għas-superviżjoni prudenzjali tas-sistema bankarja għall-2017 għal ammont ta’ EUR 490 miljun, li jiġu ffinanzjati mill-banek infushom permezz ta’ imposta.

04

L-ippjanar ta’ rkupru u l-intervent bikri huma maħsuba biex jiżguraw li kriżi tiġi mitigata, jew mill-banek infushom jew inkella permezz ta’ miżuri superviżorji. Għall-fini ta’ dan ir-rapport, sitwazzjonijiet ta’ kriżi jirreferu għal ċirkustanzi li fihom id-deterjoramanet ta’ bank jilħaq punt fejn il-kundizzjoni finanzjarja tiegħu tkun mhedda. Din ir-responsabbiltà superviżorja tirrikjedi qafas għall-ġestjoni ta’ kriżijiet. Dan huwa l-proċess ta’ tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi, u l-identifikazzjoni u r-rispons għalihom meta jseħħu.

05

L-ippjanar ta’ rkupru huwa komponent ġdid tal-qafas regolatorju. Taħt is-sistema tal-BRRD, il-banek huma issa obbligati li jiżviluppaw u jżommu pjanijiet ta’ rkupru li jikkonsistu f’miżuri li jkun biħsiebhom jieħdu biex jistabbilixxu mill-ġdid il-kundizzjoni finanzjarja tagħhom bħala l-ewwel rispons għad-deterjorament. Is-superviżuri tal-banek jivvalutaw il-kwalità ta’ dawn il-pjanijiet u jistabbilixxu jekk dawn ikunux kredibbli u fattibbli.

06

Fil-fehma tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), intervent bikri jista’ jipprevjeni dgħufija identifikata milli tiżviluppa f’theddida għas-sikurezza u s-solidità2. Dan huwa komponent kruċjali tal-ġestjoni superviżorja ta’ kriżijiet. Il-BRRD introduċiet sett komprensiv ta’ għodod ta’ intervent bikri, u r-Regolament tal-UE li jistabbilixxi l-MSU3 wkoll ikkonferixxa setgħat ta’ intervent bikri lill-BĊE.

07

Għalhekk, il-ġestjoni effettiva ta’ kriżijiet issa tiddependi primarjament mill-ġestjoni operazzjonalment effiċjenti, mill-BĊE, tas-setgħat estensivi tiegħu. Dan jinkludi t-tisħiħ tal-kapaċità superviżorja li jiġu identifikati żviluppi negattivi u jkun hemm reazzjoni għalihom fi stadju bikri. Jeħtieġ ukoll li jiġi żgurat fluss adegwat ta’ informazzjoni, kemm internament kif ukoll esternament, kif ukoll li jittieħdu deċiżjonijiet f’waqthom. Prerekwiżit finali għall-ġestjoni operazzjonalment effiċjenti, meta tkun qed tiġi ttrattata sitwazzjoni ta’ kriżi, huwa l-iskambju mingħajr xkiel ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni effiċjenti ma’ superviżuri u awtoritajiet rilevanti oħra.

08

Il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u d-determinazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi huma deċiżjonijiet sensittivi li jenħtieġ li jkunu bbażati fuq proċess sod. L-istess japplika għall-użu ta’ setgħat superviżorji diskrezzjonali, billi jridu jitfasslu miżuri biex jindirizzaw il-problema b’mod immirat u proporzjonat. Sfida ewlenija hija li jiġu stabbiliti kriterji li jkunu jippermettu konsistenza fit-trattament ta’ banek b’mudelli kummerċjali differenti fi swieq differenti li jkunu sorveljati minn timijiet bi sfondi superviżorji differenti.

09

Għaldaqstant, jeħtieġ li jkun hemm bilanċ bejn il-kriterji li jkunu ġenerali u globali u dawk li jkunu speċifiċi għall-istituzzjoni, filwaqt li tkun permessa flessibbiltà suffiċjenti fil-mod kif dawn jiġu applikati. Fl-istess ħin, il-kriterji kollha jridu jkunu espliċiti u robusti biżżejjed biex jiżguraw konsistenza superviżorja u salvagwardji kontra t-tendenza għall-inattività (il-vantaġġi relattivi li ma jsir xejn) u kontra l-manipulazzjoni tar-regolatur (il-promozzjoni tal-interessi ta’ bank minflok l-interess pubbliku).

10

Bejn wieħed u ieħor, għal żewġ terzi tal-banek li kienu suġġetti għal proċeduri ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet tal-BĊE il-punteġġ tal-Proċess ta’ Reviżjoni u Evalwazzjoni Superviżorji (SREP)4 kien ta’ erbgħa (l-agħar klassifikazzjoni qabel ma bank jiġi kklassifikat bħala “qed ifalli jew probabbilment se jfalli” (FOLTF), u għal terz minnhom il-punteġġ kien ta’ tlieta. Bank wieħed biss kellu punteġġ SREP ta’ tnejn. Il-biċċa l-kbira mill-banek kienu suġġetti għal ġestjoni ta’ kriżi għal mill-inqas sena – u xi wħud għall-perjodu kollu kemm hu. Iċ-ċifri għall-2016 juru li 11 % tal-banek fl-Ewropa kellhom punteġġ SREP ta’ erbgħa. Fit-tieni trimestru tal-2016, ħames banek kellhom livelli ta’ kapital li kienu inqas mill-iskattatur tal-AMD.

Approċċ u metodoloġija tal-awditjar

11

Aħna eżaminajna jekk, fir-rwol superviżorju tiegħu, il-BĊE kienx immaniġġja l-istabbiliment ta’ qafas operazzjonalment effiċjenti għall-proċeduri ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet5. B’mod partikolari, iffukajna fuq:

  1. jekk il-metodoloġiji superviżorji tal-BĊE u l-proċeduri relatati jidentifikawx b’mod effiċjenti deterjorament materjali fil-kundizzjoni finanzjarja ta’ bank u jekk jirreaġixxux għalih; u
  2. jekk il-proċeduri operazzjonali u l-arranġamenti għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni kemm fi ħdan il-BĊE kif ukoll ma’ atturi rilevanti oħra jippermettux ġestjoni effiċjenti ta’ kriżijiet.
12

F’dan il-kuntest, l-awditu kellu l-għan li jeżamina:

  1. l-istruttura organizzattiva tal-BĊE u l-proċessi tiegħu għar-reklutaġġ u l-allokazzjoni tal-persunal;
  2. il-proċessi tiegħu għall-iskambju ta’ informazzjoni, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni, kemm internament kif ukoll esternament ma’ partijiet interessati oħra;
  3. il-proċessi tiegħu għall-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru, inklużi l-għodod ta’ appoġġ u l-prattiki;
  4. il-proċessi tiegħu għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ intervent bikri, inklużi kriterji u metodi biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni ta’ kriżijiet fi stadju bikri u rispons xieraq.
13

Il-kriterji tal-awditjar ġew idderivati mis-sorsi li ġejjin:

  1. il-leġislazzjoni rilevanti – il-BRRD, id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (CRD IV)6 u r-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (Regolament MSU);
  2. ir-regolamenti delegati rilevanti tal-Kummissjoni u l-linji gwida tal-EBA;
  3. l-istandards globali rilevanti (il-BCBS u l-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB)); u
  4. ir-regoli u l-proċeduri interni tal-BĊE.
14

Aħna ġbarna evidenza għall-awditjar permezz ta’ laqgħat u intervisti mal-persunal superviżorju ewlieni tal-BĊE u billi spezzjonajna ċerti dokumenti interni u data disponibbli għall-pubbliku. Minbarra x-xogħol tal-awditjar li wettaqna fil-BĊE, aħna bgħatna kwestjonarju lill-banek kollha sinifikanti bil-għan li niksbu feedback dwar l-effiċjenza tal-proċess tal-ippjanar ta’ rkupru.

15

L-awditu ffoka biss fuq l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni ta’ kriżijiet, mill-BĊE, fir-rigward tal-banek suġġetti għas-superviżjoni diretta tiegħu (dawn huma esklussivament magħrufa bħala“Istituzzjonijiet Sinifikanti” (SIs)). L-ambitu ma kienx jinkludi l-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet għal “istituzzjonijiet inqas sinifikanti” (LSIs) jew l-interazzjoni tal-BĊE mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, minbarra l-iskambju f’waqtu ta’ informazzjoni. Aħna ma awditjajniex jekk id-deċiżjonijiet superviżorji individwali tal-BĊE kinux xierqa jew le, iżda jekk il-proċessi stabbiliti jkunux jippermettux li jittieħdu deċiżjonijiet fiż-żmien it-tajjeb u jekk il-valutazzjonijiet imwettqa qabel it-teħid ta’ deċiżjonijiet kinux jippermettu li jsiru ġudizzji infurmati tajjeb.

16

Aħna komplejna niffaċċjaw limitazzjonijiet fl-ambitu tagħna. Huwa minnu li l-BĊE pprovda dokumentazzjoni estensiva għall-iskopijiet ta’ dan l-awditu, u li applika riżorsi konsiderevoli biex jappoġġa l-awditu tagħna, biex b’hekk dan seta’ jitkompla b’mod f’waqtu. Barra minn hekk, ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn il-QEA u l-BĊE biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ data kunfidenzjali u l-fluss regolari tad-dokumentazzjoni. B’riżultat ta’ dan, aħna fil-fatt irnexxielna niksbu evidenza suffiċjenti dwar it-tfassil tas-sistema biex inkunu nistgħu nisiltu konklużjonijiet xierqa f’dan ir-rigward. Madankollu, ma ngħatatx evidenza suffiċjenti il-qasam tat-testijiet tal-kontrolli u tal-ittestjar sostantiv. Id-dettalji kollha jingħataw fl-Anness I. Dan ifisser li, fir-rigward tal-effiċjenza operazzjonali tal-implimentazzjoni fil-prattika tal-valutazzjonijiet tal-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ attivitajiet oħra ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet, l-evidenza għall-awditjar li kellna aċċess għaliha kienet limitata, u xi kultant ma tqegħiditx immedjatament għad-dispożizzjoni tagħna. B’hekk, filwaqt li huwa minnu li rċevejna volum sinifikanti ta’ dokumentazzjoni, aħna ma stajniex niksbu tweġibiet għall-mistoqsijiet kollha tal-awditjar tagħna fil-livell meħtieġ mill-istandards xierqa tal-awditjar, u dan ir-rapport bilfors irid jitqies bħala li huwa proviżorju f’dak li jirrigwarda dawn l-oqsma tal-awditu.

Osservazzjonijiet

L-istruttura organizzattiva, ir-reklutaġġ u l-allokazzjoni tal-persunal għall-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet

17

Sabiex ikunu operazzjonalment effiċjenti, l-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet tal-BĊE jirrikjedu struttura organizzattiva li tappoġġja l-prestazzjoni, kif ukoll persunal adegwat. Dan ir-rekwiżit tal-aħħar ifisser l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-persunal, abbażi ta’ ppjanar realistiku, ir-reklutaġġ u l-impjegar ta’ għadd suffiċjenti ta’ individwi b’ħiliet xierqa. Jenħtieġ li jkun hemm ukoll proċessi għar-riallokazzjoni tal-persunal fuq bażi ta’ każ b’każ biex jirreaġixxu għal emerġenzi.

B’mod ġenerali, l-istruttura organizzattiva hija adegwata …

18

Fil-BĊE, it-timijiet superviżorji konġunti (TSK) huma inkarigati mis-superviżjoni kontinwa li tinkludi l-eżerċizzju ta’ attivitajiet superviżorji relatati mal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru tal-banek, kif ukoll mill-ġestjoni ta’ kriżijiet. It-TSK dejjem jitmexxew mill-persunal tal-BĊE. Huma magħmulin minn membri tal-persunal tal-BĊE u minn persunal maħtur mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri (SM) parteċipanti. Awditu preċedenti sab li l-BĊE ma għandux kontroll suffiċjenti fuq l-għadd u l-ħiliet ta’ dawn is-superviżuri7. Barra minn hekk, fil-BĊE hemm Diviżjoni ddedikata inkarigata mill-Ġestjoni ta’ Kriżijiet (CRM), li hija grupp ta’ esperti speċifiċi fil-qasam u tappoġġa lit-TSK. L-interazzjoni mas-CRM tista’ tiżgura wkoll il-konsistenza tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-effiċjenza operazzjonali tat-TSK fil-ġestjoni ta’ xogħolhom (ara l-Kaxxa 1).

Kaxxa 1

Kompiti tas-CRM

L-objettivi prinċipali tas-CRM huma: (a) li tiżgura l-konsistenza fit-trattament ta’ kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni ta’ kriżijiet; (b) li tipprovdi gwida u appoġġ espert, informazzjoni rilevanti u assistenza amministrattiva lit-TSK u lit-Tim ta’ Livell Għoli għall-Ġestjoni ta’ Kriżijiet (CMT) tal-MSU; (c) li tipprovdi taħriġ lit-TSK; (d) li taġixxi bħala punt ta’ dħul għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni.

Għal kull SI, is-CRM għandha punt ta’ kuntatt (PoC) maħtur li jaġixxi bħala interfaċċja mat-TSK. Bħala medja, PoC wieħed jagħti appoġġ lil disa’ TSK fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet.

19

Minbarra dan ta’ hawn fuq, is-CRM tistabbilixxi u timmonitorja indikaturi rilevanti għall-kriżi bbażati fuq informazzjoni dwar ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet tal-istituzzjonijiet tal-MSU. Hija tirċievi din l-informazzjoni mid-Diviżjoni tal-analiżi tar-riskju (RIA) u mid-diviżjonijiet tal-ġestjoni ta’ kriżijiet tal-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti (ANK), kif ukoll data superviżorja mid-Direttorat Ġenerali tal-Istatistika (DĠ Statistika) tal-BĊE.

20

Din l-istruttura organizzattiva ssaħħaħ l-effiċjenza fil-ġestjoni operazzjonali tal-kompiti. Hemm separazzjoni ċara bejn ir-responsabbiltajiet u d-dmirijiet bejn tat-TSK u dawk tas-CRM; din is-sistema tikkontribwixxi għal interazzjoni effiċjenti bejn iż-żewġ naħat kif ukoll tiġi rinfurzata minnha. It-TSK għandhom responsabbiltajiet ċari għal superviżjoni kontinwa u huma involuti wkoll f’bosta fażijiet tal-ġestjoni ta’ kriżijiet, bħalma huma l-attivitajiet ta’ tħejjija, u fl-aħħar mill-aħħar jinkludu l-intervent bikri jew il-proċess FOLTF.

21

Il-BĊE kompla jtejjeb din l-interazzjoni mat-TSK billi qasam is-CRM f’żewġ sezzjonijiet: “Operazzjonijiet ta’ Mmaniġġjar ta’ Kriżijiet” u “Politika u Kooperazzjoni fir-rigward tal-Ġestjoni ta’ Kriżijiet”. L-ewwel waħda hija responsabbli għall-interazzjoni speċifika għall-banek mat-TSK, filwaqt li t-tieni waħda hija inkarigata minn kompiti relatati mal-koordinazzjoni tal-politika dwar il-qafas għall-ġestjoni ta’ kriżijiet u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u partijiet interessati oħra.

…minkejja xi dgħufijiet fl-ippjanar inizjali

22

L-appoġġ espert li jingħata lit-TSK mis-CRM jista’ jkun kruċjali għall-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi, peress li ma hemmx garanzija li l-membri tat-TSK se jkollhom il-ħiliet meħtieġa għall-ġestjoni ta’ kriżijiet.

23

Il-proċess tal-ippjanar inizjali għar-reklutaġġ tal-persunal tas-CRM ma kellux firxa predefinita ta’ ħiliet. Barra minn hekk, fir rigward tal-istabbiliment tal-MSU, esperjenza fil-ġestjoni ta’ kriżijiet ma kinitx espliċitament meħtieġa għar-reklutaġġ tal-persunal tat-TSK. Il-BĊE lanqas ma għandu s-setgħa li jiżgura li l-membri tat-TSK mibgħuta mill-awtoritajiet nazzjonali jkollhom l-għarfien espert meħtieġ. Attwalment, ir-riżorsi umani qed jiddiskutu l-possibbiltà ta’ database tal-ħiliet u l-kwalifiki għall-MSU.

B’mod ġenerali, ir-reklutaġġ għas-CRM kien effiċjenti

24

Fuq il-bażi tal-kampjun li eżaminajna, aħna nikkonkludu li r-reklutaġġ għas-CRM kien b’mod ġenerali effiċjenti, partikolarment fid-dawl tal-isfida biex jinstabu persuni b’esperjenza rilevanti. Ir-reklutaġġ dam bejn xahrejn u sitt xhur mill-bidu sat-tmiem tal-proċess, u r-rekluti kollha kellhom il-ħiliet meħtieġa.

… iżda l-BĊE ma għandux proċeduri speċifiċi biex jivvaluta mill-ġdid l-allokazzjoni tal-persunal għat-TSK f’sitwazzjoni ta’ kriżi u biex jiskjera mill-ġdid il-persunal sabiex jippermetti li jkun hemm effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni tagħha

25

Kif spjegat fil-paragrafu 119 tar-Rapport Speċjali tagħna8, il-livell ta’ riskju ta’ entità sorveljata għandu jkollu impatt fuq l-għadd u l-profondità tal-kompiti superviżorji. Deterjorament rapidu fis-sitwazzjoni ta’ bank jista’ jfisser restrizzjonijiet tar-riżorsi għat-TSK korrispondenti. F’sitwazzjoni ta’ kriżi, it-TSK jistgħu jnaqqsu jew jipposponu kompiti regolari. Madankollu, ma hemmx proċess għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-ħtiġijiet tal-persunal jew għar-riallokazzjoni tal-persunal, u dan ixekkel potenzjalment l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni f’sitwazzjoni ta’ kriżi.

Kooperazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-ġestjoni ta’ kriżijiet

26

Il-ġestjoni operazzjonalment effiċjenti ta’ kriżijiet tirrikjedi kooperazzjoni u koordinazzjoni effettivi bejn il-partijiet interessati rilevanti. Dan huwa partikolarment il-każ għal gruppi bankarji transkonfinali, minħabba n-natura kumplessa tagħhom.

27

Id-dritt tal-UE9 jirrikjedi li l-BĊE, meta jkun qed tittratta sitwazzjoni ta’ kriżi f’bank, jiskambja informazzjoni u jikkoordina l-attivitajiet tiegħu ma’ awtoritajiet oħra. Dawn jistgħu jinkludu awtoritajiet kompetenti oħra għas-superviżjoni tal-banek fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri, superviżuri tal-assigurazzjoni, awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u awtoritajiet makroprudenzjali.

28

Il-kulleġġi tas-superviżuri huma l-mezzi għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni superviżorji, kemm f’kundizzjonijiet normali kif ukoll f’każ ta’ kriżi. Ġestjoni operazzjonalment effiċjenti tal-kompiti tal-kulleġġi tkun tkopri l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, il-koordinazzjoni tal-valutazzjonijiet ta’ kriżijiet u l-koordinazzjoni tar-rispons għall-kriżijiet.

29

Jenħtieġ li l-kulleġġi jkunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub li jinkludu dispożizzjonijiet għall-kunfidenzjalità, l-użu u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-membri10. Mudell għal arranġamenti bil-miktub kif ukoll proċeduri interni tal-BĊE jipprovdu gwida lit-TSK għall-għeluq tal-arranġamenti bil-miktub ma’ awtoritajiet oħra. Madankollu, fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, il-proċeduri tal-BĊE ma jinkludux istruzzjonijiet speċifiċi rigward l-ambitu u l-firxa ta’ informazzjoni speċifika għall-gruppi bankarji li trid tiġi skambjata. Fl-arranġamenti bil-miktub li ġew konklużi sa issa, informazzjoni bħal din mhux dejjem ġiet iddefinita kif meħtieġ. In-nuqqas ta’ arranġamenti ta’ dan it-tip jista’ jimpedixxi l-funzjonament effiċjenti ta’ kulleġġ f’sitwazzjoni ta’ kriżi.

L-istabbiliment tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra għadu mhuwiex komplet

30

Fil-kapaċità tiegħu bħala superviżur fuq bażi konsolidata, il-BĊE jippresiedi 34 kulleġġ superviżorju, inklużi 4 kulleġġi internazzjonali li ma jinkludux parteċipanti tal-UE minbarra l-BĊE. Il-BĊE jinsab fil-proċess li jikkonkludi Arranġamenti bil-Miktub ta’ Koordinazzjoni u Kooperazzjoni (WCCAs) sabiex jiffaċilita l-ġestjoni ta’ kriżijiet fi ħdan dawn il-kulleġġi. F’Ġunju 2017, il-BĊE kien ikkonkluda biss WCCAs għal ħames kulleġġi (ara t-Tabella 1). Il-BĊE ma pprijoritizzax il-konklużjoni tad-WCCAs fuq bażi ta’ riskju. In-negozjati huma xi kultant diffiċli minħabba li jiddependu, fost l-oħrajn, fuq il-kapaċità ta’ rispons tal-kontropartijiet. In-nuqqas ta’ WCCA jista’ jnaqqas l-abbiltà tal-BĊE li jirreaġixxi għal kriżi b’mod f’waqtu u effiċjenti.

Tabella 1

Status tad-WCCAs

Status Għadd ta’ istituzzjonijiet
Konklużi 5
Qed jistennew l-approvazzjoni mill-BĊE 4
Qed jiġu eżaminati internament mill-BĊE 18
Pendenti (inklużi żewġ Banek ta’ Importanza Sistemika Globali (G-SIBs)) 3
Għadhom maa nbdewx (kulleġġi internazzjonali) 4

Sors: Il-BĊE.

31

Ihuwa minnu li d-dokumenti li ġew ipprovduti mill-BĊE fihom gwida operazzjonali limitata għat-TSK biex jiġi żgurat li l-kompiti tagħhom relatati mal-kulleġġi qed jiġu mmaniġġjati b’mod konsistenti u effiċjenti f’sitwazzjoni ta’ kriżi.

32

Barra minn hekk, ma hemmx qafas intern ta’ regoli biex jiżguraw li l-isfidi addizzjonali li jirriżultaw mis-superviżjoni supplimentari, mill-BĊE, ta’ 29 Konglomerat Finanzjarju (FICOs)11 qed jiġu indirizzati12. In-nuqqas ta’ qafas ta’ dan it-tip jista’ jkollu impatt fuq l-effettività u l-puntwalità tal-intervent f’każ li FICO jidħol fi kriżi.

33

Għal dawn iż-żewġ raġunijiet, il-mudell tal-BĊE għad-WCCAs huwa partikolarment rilevanti għall-ġestjoni operazzjonalment effiċjenti ta’ kriżijiet transkonfinali. Madankollu, il-mudell ma jinkludix il-ġabra minima meħtieġa ta’ informazzjoni li trid tiġi skambjata bejn il-membri tal-kulleġġ f’xenarju ta’ kriżi13. L-evidenza għad-dispożizzjoni tagħna ma pprovdietx eżempji fejn il-BĊE kien qabel dwar il-ġabra minima ta’ informazzjoni. It-taqsima tal-mudell li tittratta l-interazzjoni bejn il-kulleġġi superviżorji u l-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni hija wkoll inkompleta, minħabba l-istabbiliment reċenti tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni u l-fatt li 19-il grupp transkonfinali jinsabu attwalment taħt ir-responsabbiltà tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB). Il-BĊE ddikjara li biħsiebu jirrevedi din it-taqsima ladarba l-arranġamenti bil-miktub għall-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni u l-gruppi għall-ġestjoni ta’ kriżijiet ikunu ġew finalizzati.

Jeħtieġ li jsir titjib fl-interazzjoni mal-SRB u ma’ partijiet interessati oħra

34

L-interazzjoni effiċjenti mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni inġenerali, u mal-SRB b’mod partikolari bħala l-korp il-ġdid tal-UE inkarigat mir-riżoluzzjoni ta’ banek li jkunu qed ifallu, saret komponent ġdid u kruċjali tal-ġestjoni ta’ kriżijiet.

35

Il-kooperazzjoni tal-BĊE mal-SRB tinvolvi l-kondiviżjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għall-kompiti ta’ waħda mill-organizzazzjonijiet jew it-tnejn li huma. Dawn jinkludu l-ippjanar ta’ riżoluzzjoni, l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri u t-twettiq ta’ valutazzjonijiet FOLTF.

36

Bħala l-ewwel pass biex jiġi żgurat il-fluss effiċjenti ta’ informazzjoni, il-BĊE u l-SRB iffirmaw memorandum ta’ qbil (MtQ) f’Diċembru 2015. Attwalment, il-MtQ qed jiġi aġġornat, bl-intenzjoni li jitkabbru l-ambitu u l-firxa ta’ informazzjoni pprovduta lill-SRB għall-ippjanar ta’ riżoluzzjoni u f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, abbażi tal-esperjenza matul dawn l-aħħar sentejn.

37

Minn April 2015 'il hawn, l-SRB kellu aċċess mill-bogħod għal Darwin, is-sistema ta’ ġestjoni tad-dokumenti u r-rekords tal-BĊE, u minn Diċembru 2016 'il hawn huwa kellu aċċess għall-IMAS, is-sistema ta’ ġestjoni li tintuża fi ħdan l-MSU. L-ammont ta’ informazzjoni li tiġi kondiviża mal-SRB dwar is-sitwazzjonijiet mhux ta’ kriżi huwa limitat. Fir-rigward tas-sitwazzjonijiet ta’ kriżi, attwalment ma hemmx pakkett ta’ informazzjoni speċifikat minn qabel li jrid jiġi pprovdut lill-SRB. Għalhekk il-BĊE jagħmel disponibbli l-informazzjoni li l-huwa jqis rilevanti u, jekk l-SRB ikun jeħtieġ aktar informazzjoni, dan tal-aħħar ikun irid jibgħat talba għaliha.

38

Huwa mistenni li l-qbil minn qabel dwar l-informazzjoni li trid tiġi kondiviża huwa mistenni jkun jiffaċilita t-tqegħid tad-data għad-dispożizzjoni tal-SRB f’sitwazzjoni ta’ kriżi, u għaldaqstant tiġi indirizzata ineffiċjenza operazzjonali attwali. Xorta waħda, din il-miżura waħidha ma tiżgurax li l-SRB jirċievi din l-informazzjoni fl-istadju bikri ta’ kriżi. Il-livell ta’ informazzjoni li hija disponibbli ma jiżdiedx awtomatikament hekk kif il-kundizzjoni finanzjarja ta’ bank tiddeterjora, li huwa l-punt ta’ kriżi, iżda dan isir biss jekk il-BĊE jikkunsidra intervent bikri u jissenjalah fil-fażi tal-IMAS jew jekk il-BĊE jqis li madankollu huwa xieraq.

39

B’mod ġenerali, dawn in-nuqqasijiet affettwaw b’mod negattiv l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni tas-sistema. Minflok ma jirċievi sett ta’ data aktar komprensiv mill-bidu nett, l-SRB huwa obbligat jibgħat ħafna talbiet ad hoc, li għalihom trid titħejja, tiġi approvata u tintbagħat id-data meħtieġa. Barra minn hekk, il-proċess għall-kondiviżjoni ta’ ġabra aktar ġenerali ta’ informazzjoni, hekk kif is-sitwazzjoni ta’ istituzzjoni tiddeterjora, jista’ jkompli jittejjeb sabiex tiżdied l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni. Ir-rapport speċjali reċenti tagħna dwar l-SRB jinkludi informazzjoni ulterjuri dwar il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ korpi.

Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS)
40

Il-BERS huwa responsabbli għas-sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fi ħdan l-UE. Huwa jidentifika u jipprijoritizza r-riskji sistemiċi u joħroġ twissijiet u rakkomandazzjonijiet għal azzjoni korrettiva. Aħna ma sibniex proċeduri elaborati biex jiżguraw li r-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja identifikati mill-BERS jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-ġestjoni ta’ kriżijiet tal-BĊE.

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti
41

Il-BĊE stabbilixxa proċessi interni għat-tħejjija, in-negozjar u l-approvazzjoni ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni jew ta’ għadd ta’ MtQ ma’ awtoritajiet rilevanti oħra għall-iskop ta’ koordinazzjoni f’sitwazzjoni ta’ kriżi (ara l-Figura 1). Huwa ffirma għadd ta’ MtQ mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u qed ikompli jaħdem sabiex jikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-swieq, mal-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro, u ma’ awtoritajiet nazzjonali barra mit-territrorju tal-UE.

Figura 1

Erba’ oqsma ta’ superviżjoni koperti f’għadd ta’ MtQ ma’ awtoritajiet kompetenti oħra

Sors: Il-BĊE

42

Il-prijoritizzazzjoni mogħtija għall-konklużjoni ta’ ftehimiet mal-pajjiżi li mhumiex fl-UE tiddependi minn sett ta’ fatturi bħall-analiżi tal-iskoperturi u l-istrutturi tal-grupp. Madankollu, dawn il-prijoritajiet ma jiġu riflessi fl-ebda pjan ta’ azzjoni kumplessiv fi ħdan il-BĊE. Lanqas ma hemm xi prijoritizzazzjoni meta jiġu konklużi ftehimiet ma’ awtoritajiet nazzjonali tas-swieq jew mal-Istati Membri li mhumiex koperti mill-MSU. Fil-prattika, l-iffirmar għadd ta’ MtQ ma’ awtoritajiet li jinsabu barra mit-territorju tal-UE jiddependi minn kemm il-kontroparti tkun lesta tikkoopera. Il-ftehimiet konklużi sa issa, li huma relatati mas-superviżjoni kontinwa, ma fihomx arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet.

43

Minbarra dan ta’ hawn fuq, il-BĊE huwa legalment meħtieġ li jinforma lil partijiet interessati oħra dwar sitwazzjoni ta’ kriżi potnzjali, skont is-severità tagħha. Dawn il-partijiet interessati jinkludu l-EBA, il-banek ċentrali nazzjonali u l-funzjoni monetarja proprja tal-BĊE.

Ippjanar ta’ rkupru

44

Obbligu ewlieni tal-BRRD huwa li l-banek ifasslu u jżommu pjanijiet biex jistabbilixxu mill-ġdid il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom f’każ ta’ deterjorament f’daqqa. Dawn huma magħrufin bħala pjanijiet ta’ rkupru. Fil-kapaċità tiegħu bħala superviżur tal-banek, il-BĊE jrid jivvaluta l-kwalità tal-pjanijiet ta’ rkupru fuq bażi annwali.

45

Proċess operazzjonalment effiċjenti għall-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru jkun jirrikjedi għodod koerenti kif ukoll rwoli u responsabbiltajiet iddefiniti b’mod ċar fi ħdan il-BĊE. It-TSK iwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom u jipprovdu feedback lill-banek fi ħdan ċerti limiti ta’ żmien, sabiex l-SRB jkun jista’ jagħti l-fehmiet tiegħu14.

46

Proċess operazzjonalment effiċjenti jkun jippermetti wkoll is-senjalar fil-pront ta’ nuqqasijiet potenzjali u jiżgura konsistenza fil-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru fl-MSU kollu. Fl-aħħar nett, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet kumplessivi jintużaw sistematikament bħala input għat-tħejjija u l-ġestjoni ta’ kriżijiet.

Wara fażi ta’ tranżizzjoni, il-BĊE stabbilixxa kronoloġija konsistenti għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru …

47

Il-BĊE kellu jifrex il-proċess ta’ preżentazzjoni għall-banek kollha fuq perjodi ta’ żmien minħabba t-traspożizzjoni tardiva tal-BRRD f’ħafna Stati Mermbri fl-2015. Dan il-proċess ġie aġġustat, u approċċ ġdid għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet ġie adottat u implimentat għat-tieni ċiklu fl-2016, bir-riżultat li ttejbet l-effiċjenza operazzjonali tal-proċess

… iżda l-ilħuq ta’ deċiżjonijiet konġunti dwar il-pjan ta' rkupru tal-grupp baqa’ problematiku

48

Il-proċedura eżatta li trid tiġi segwita għall-valutazzjoni tvarja skont l-istruttura tal-bank jew tal-grupp bankarju. Pereżempju, għall-gruppi bankarji transkonfinali, il-kulleġġ superviżorju huwa meħtieġ li jieħu deċiżjoni konġunta tal-membri kollha tiegħu. L-Anness II juri l-fluss tal-proċess għall-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru mill-kulleġġi superviżorji.

49

Abbażi ta’ rappreżentazzjoni mill-BĊE, l-ewwel ċiklu tal-preżentazzjonijiet kellu dewmien għal għadd ta’ raġunijiet. Minn 106 banek, 71 (67 %) ippreżentaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom fil-ħin. L-SRB ma pprovdiex kummenti dwar xi pjan fiċ-ċiklu tal-2015. Fejn il-proċedura kienet tirrikjedi l-involviment ta’ kulleġġ superviżorju, il-proċess formali ta’ deċiżjoni konġunta - jiġifieri l-ilħuq ta’ deċiżjoni konġunta fost il-membri kollha - ġie kkompletat fi 11 biss minn 32 każ (34 %). Meħuda flimkien, dawn ir-riżultati jagħtu x’jifhmu li hemm xi ineffiċjenza fix-xogħol tal-kulleġġi superviżorji.

L-użu ta’ esperti nazzjonali jfisser kunflitti potenzjali ta’ governanza

50

L-awtorità kompetenti hija responsabbli għall-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru15. Fil-każ tal-SIs, din hija l-BĊE. Il-Manwal Superviżorju proprju tal-BĊE16 jippermetti lill-impjegati tal-ANK jipparteċipaw fil-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru – mingħajr, madankollu, ma jkunu parti minn TSK jew jirrappurtaw lis-subkoordinatur tal-ANK. Minflok, huma jirrappurtaw lill-kap tad-dipartiment nazzjonali korrispondenti. Fir-Rapport Speċjali Nru 29/2016 tagħna (il-paragrafi 140, 141 u 147), aħna kkonkludejna li l-linji ta’ rappurtar konfliġġenti u n-nuqqas ta’ feedback dwar il-prestazzjoni jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-prestazzjoni u l-effiċjenza operazzjonali fil-ġestjoni tal-proċedura ta’ valutazzjoni. F’dan il-każ, is-sitwazzjoni hija saħansitra aktar problematika, peress li ma hemmx rabta mat-TSK permezz tas-subkoordinatur tal-ANK, u ma hemmx proċess ta’ trasferiment iddefinit formalment. Il-Manwal jonqos ukoll milli jipprovdi linji gwida għall-interazzjoni proċedurali bejn il-Koordinatur tat-TSK u l-esperti nazzjonali rilevanti.

Is-CRM timmonitorja l-proċess tal-ippjanar ta’ rkupru u tipprovdi gwida ġenerali lit-TSK u lill-banek, iżda jeħtieġ li jsir xi titjib

51

Matul żewġ rieżamijiet interni, is-CRM identifikat ċerti problemi relatati mal-ġestjoni effiċjenti tal-proċess ta’ valutazzjoni. Inħasset il-ħtieġa għal gwida ulterjuri dwar l-għażliet, ix-xenarji u l-indikaturi ta’ rkupru, u din ġiet sussegwentement ipprovduta lis-superviżuri f’ħafna oqsma tal-ippjanar ta’ rkupru. Dan irriżulta f’approċċ aktar armonizzat u effiċjenti għall-valutazzjonijiet.

52

Sabiex tittejjeb il-kwalità u l-kredibbiltà tal-pjanijiet ta’ rkupru u tiġi ggarantita l-effiċjenza operazzjonali tal-proċess, huwa essenzjali li l-istituzzjonijiet jirrappurtaw, b’mod ċar u konsistenti, data ewlenija li hija meħtieġa mill-BRRD. Għal din il-fini, il-BĊE pprovda lill-istituzzjonijiet mudell ta’ rappurtar konċiż u standardizzat, li jippermettilhom jippreżentaw data finanzjarja ewlenija bl-istess mod. L-għodda tal-mudell fiha evalwazzjonijiet predefiniti u għandha l-vantaġġ li torbot informazzjoni li tinsilet mill-indikaturi, mix-xenarji u mill-għażliet, kif ukoll li tikkwantifika l-effetti tagħhom. Il-mudell intuża inizjalment għaċ-ċiklu tal-2016. Fuq nota pożittiva, dan diġà ġie rivedut u kemxejn aġġornat għaċ-ċiklu li jmiss billi ġiet inkorporata gwida addizzjonali kemm għall-banek kif ukoll għas-superviżuri.

53

Minkejja l-gwida li diġà ġiet żviluppata mis-CRM f’għadd ta’ oqsma f’kooperazzjoni man-Netwerk għall-Ġestjoni ta’ Kriżijiet f’għadd ta’ oqsma, it-TSK ivverifikaw permezz ta’ intervisti u ħafna banek ikkonfermaw permezz tal-istħarriġ tagħna (ara l-paragrafu 14) il-ħtieġa għal għajnuna addizzjonali sabiex tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni pprovduta fil-pjanijiet ta’ rkupru (ara l-Anness III għat-tweġibiet dettaljati). Qasam wieħed ta’ importanza partikolari kien il-kalibrazzjoni tal-livelli ta’ sollijiet tal-indikaturi, pereżempju bl-istabbiliment ta’ livelli tal-iskattar għal proporzjonijiet/indikaturi u bil-klassifikazzjoni tal-marġni magħżul ’il fuq mir-rekwiżiti tal-pilastru, fejn madankollu jenħtieġ li jiġi nnotat li l-EBA diġà pprovdiet gwida.

54

F’dan ir-rigward, il-BĊE ma tax lit-TSK gwida dettaljata, flimkien ma’ dik li diġà ġiet żviluppata mill-EBA17, dwar kif għandhom jivvalutaw il-kwalità tal-indikaturi (b’mod aktar speċifiku l-adegwatezza li biha jiġu kkalibrati s-sollijiet għal kull indikatur), li jkun jippermetti li jsir titjib fl-effiċjenza operazzjonali fil-ġestjoni tal-proċess. F’Ġunju 2017 aħna sibna li l-BĊE ma wettaqx analiżi bejn il-pari ta’ banek b’mudelli kummerċjali u b’karatteristiċi simili (li skont l-EBA din l-analiżi tista’ tippermetti li ssir l-identifikazzjoni ta’ xejriet komuni u tal-aħjar prattiki).

Il-BĊE ħaddem ir-rekwiżiti legali għall-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru f’għodda li hija effiċjenti u fil-biċċa l-kbira komprensiva

55

Il-BĊE u l-ANK ingħaqdu flimkien biex jibnu mudell li jkopri r-rekwiżiti legali kollha għall-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru. Il-mudell issimplifika x-xogħol tas-superviżuri, tejjeb il-kwalità tal-valutazzjonijiet u saħħaħ l-effiċjenza operazzjonali tal-mod kif il-proċess jiġi mmaniġġjat. Feedback orali mill-Koordinaturi tat-TSK ikkonferma li huma ħarsu lejn i-mudell simplifikat b’mod pożittiv.

56

Il-BĊE fassal għodda tal-excel biex jappoġġa l-valutazzjoni tal-kredibbiltà u tal-fattibbiltà ta’ għażliet individwali ta’ rkupru. L-għodda tikkombina data kwalitattiva mill-valutazzjonijiet tal-pjanijiet ta’ rkupru ma’ data speċifika għall-banek u tas-suq, u tikkalkula l-impatt ta’ firxa wiesgħa ta’ miżuri potenzjali f’xenarji differenti. Minħabba li din tagħti aċċess għal ammont kbir ta’ data disponibbli, kemm storika kif ukoll attwali, għandha tgħin biex tiġi żviluppata stampa aktar realistika tal-fattibbiltà ta’ miżuri individwali, u f’dan ir-rigward ittejjeb l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni ta’ dawn il-valutazzjonijiet.

57

Ġiet stabbilita proċedura għall-aġġornament annwali tal-għodda ta’ valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru taħt l-awspiċi ta’ grupp iddedikat ta’ esperti min-Netwerk għall-Ġestjoni ta’ Kriżijiet (CMN). Il-BĊE pprovdielna evidenza li turi kif l-għodda ta’ valutazzjoni tiġi kontroverifikata mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 u kif ċerti elementi jridu jiġu aġġornati u inkorporati fl-għodda. L-għodda fiha wkoll referenzi għar-rekwiżiti legali rilevanti biex tittejjeb l-effiċjenza.

58

Madankollu, aħna osservajna li ma kienx hemm proċedura formali biex jiġu analizzati r-rapporti komparattivi tal-EBA18 u ma kienx hemm dokumentazzjoni li turi jekk is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħhom jiġux riflessi fl-għodda nfisha li tista’ tipprovdi lill-utent gwida addizzjonali jew eżempji prattiċi. Dawn l-elementi jtejbu l-effiċjenza operazzjonali tal-valutazzjonijiet, peress li jkunu jiffrankaw lill-assessuri milli jkollhom ifittxu gwida f’firxa ta’ dokumenti mhux marbutin flimkien.

59

Għalkemm l-assessuri normalment ikollhom aċċess għall-IMAS, il-BĊE ma stabbiliex proċedura formali biex jipprovdi gwida dwar il-verifikazzjoni tal-informazzjoni fil-pjanijiet ta’ rkupru b’referenza għal sorsi oħra (eż. rapporti dwar l-inkarigu tal-awditjar, reġistri, data mill-SREP, rapporti ta’ spezzjoni fuq il-post), inklużi l-links għal dawk is-sorsi. L-effiċjenza operazzjonali tista’ tiġi affettwata minn dan in-nuqqas ta’ gwida, speċjalment fejn l-pjanijiet ta’ rkupru jiġu valutati minn esperti nazzjonali tal-ANK li ma jkunux parti mit-TSK rilevanti, jew minn membri tal-persunal ta’ livell inqas.

… iżda r-riżultati tal-ippjanar ta’ rkupru ma jintużawx b’mos sistematiku għall-identifikazzjoni jew il-ġestjoni ta’ kriżijiet

60

Il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru tintemm bl-ikkompletar ta’ mudell ta’ valutazzjoni u ittra ta’ feedback li tiddeskrivi n-nuqqasijiet tal-pjan lgħal-bank. Il-Manwal Superviżorju fih regoli ġenerali għall-użu ta’ din l-informazzjoni. Biex tiġi promossa l-effiċjenza operazzjonali, jenħtieġ li r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-pjanijiet ta’ rkupru jkunu wkoll komponent ċentrali u sistematiku tal-proċess superviżorju kontinwu tal-BĊE. Madankollu, l-ebda proċedura speċifika ma ġiet stabbilita f’dan ir-rigward u l-ebda output dokumentat, pereżempju fil-forma ta’ rapport ta’ sinteżi, li jirrikjedi li t-TSK jinkludu aspetti ta’ pjan ta’ rkupru fl-attività superviżorja kontinwa tagħhom ma ġie ddefinit. Ara l-Kaxxa 2 għal xi eżempji.

Kaxxa 2

Kif it-TSK jistgħu jużaw ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru għas-superviżjoni kontinwa

Monitoraġġ tal-indikaturi

Monitoraġġ ta’ jekk il-banek ħadux azzjoni kif previst fil-pjan ta’ rkupru, iżda mingħajr ma jiġi kkwalifikat b’dan il-mod

Spezzjoni fuq il-post (eż. biex tiġi vverifikata l-fattibbiltà jekk l-informazzjoni pprovduta tkun implawżibbli, jew il-preċiżjoni tad-data u s-suppożizzjonijiet ta’ bażi)

Monitoraġġ tal-kważi nuqqas ta’ rispett tal-indikaturi li jidhru fil-pjanijiet ta’ rkupru19

Abbozzar ta’ rapport qasir dwar miżuri possibbli ta’ intervent fil-kuntest tal-ġestjoni ta’ kriżi fil-bank

61

Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-pjanijiet ta’ rkupru għadhom ma jikkontribwux għad-diskussjonijiet tat-tim għall-ġestjoni ta’ kriżijiet speċifiku għall-istituzzjoni (IS-CMT)20 jew ma jservux għall-użu potenzjali ta’ miżuri ta’ intervent bikri. Mill-informazzjoni ta’ hawn fuq mhuwiex ċar jekk l-informazzjoni faċilment disponibbli mill-proċess ta’ valutazzjoni tintużax b’xi mod sistematiku. Pereżempju, ma hemmx monitoraġġ sistematiku ggarantit tan-nuqqas ta’ rispett tal-indikaturi jew tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ rkupru. Dawn in-nuqqasijiet jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-ġestjoni operazzjonalment effiċjenti tal-identifikazzjoni ta’ kriżijiet, l-intervent bikri u r-rispons għall-kriżijiet.

L-entitajiet sorveljati jidhru li huma b’mod ġenerali pożittivi fir-rigward tal-proċess tal-ippjanar ta’ rkupru

62

Bħala parti mill-awditu, aħna wettaqna stħarriġ online tal-banek kollha li kienu fornew pjanijiet ta’ rkupru lill-BĊE. Aħna tlabnihom jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar l-istandards stabbiliti għall-ippjanar ta’ rkupru u l-interazzjoni tagħhom mal-BĊE bħala parti mill-proċess. L-istħarriġ intbagħat lill-125 SI kollha u twettaq f’Marzu u f’April 2017. Waslu risposti minn 64 entità fi 17-il Stat Membru (ara l-Anness III għat-tweġibiet dettaljati).

63

Inġenerali, il-banek wieġbu b’mod pożittiv għall-mistoqsijiet dwar il-proċess tal-ippjanar ta’ rkupru, għalkemm huma indikaw ukoll ħtieġa għal aktar ċarezza u gwida sabiex jiġu indirizzati l-ambigwitajiet li jifdal f’ċerti oqsma. Dawn kienu jinkludu d-definizzjoni tas-sinjali ta’ twissija bikrija u l-indikaturi tal-pjanijiet ta’ rkupru, il-kalibrazzjoni tal-indikaturi u l-livell ta’ sollijiet xierqa, l-allinjament tal-indikaturi mal-mudelli kummerċjali tal-banek, u l-metodoloġija adottata għall-ittestjar invers tal-istress għall-firxa sħiħa tax-xenarji. Kien hemm 10 banek li aċċennaw id-duplikazzjoni tat-talbiet għal informazzjoni u talbu li ssir distinzjoni aktar ċara bejn l-informazzjoni mitluba, rispettivament, għall-pjanijiet ta’ rkupru u għall-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni21.

64

Il-biċċa l-kbira mill-banek irrappurtaw li l-interazzjoni mal-BĊE kienet pożittiva, għalkemm sebgħa ddikjaraw li l-ittri ta’ feedback kienu ddewmu jew assolutament ma ntbagħtux22. Kien hemm 12-il bank li esprima l-fehma li jenħtieġ li t-TSK ikunu aktar speċifiċi fil-provvediment ta’ assistenza teknika lill-banek, u preokkupazzjonijiet simili kienu relatati mal-gwida dwar kif is-sussidjarji għandhom jiġu integrati fil-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp. Fl-aħħar nett, disa’ banek esprimew dubju dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità. Analiżi dettaljata tar-risposti għal kull mistoqsija tingħata fl-Anness III.

Minħabba l-limitazzjoni tal-kampjun ipprovdut mill-BĊE, ma setgħux jinsiltu konklużjonijiet dwar il-valutazzjonijiet tal-pjanijiet ta’ rkupru

65

Minħabba l-limitazzjonijiet deskritti hawn fuq fil-paragrafu 16, kellha naġġustaw il-proċeduri tal-awditjar tagħna u stajna nqabblu biss l-informazzjoni (parzjalment emendata) dwar aspetti magħżula ta’ tliet pjanijiet ta’ rkupru mal-kriterji/gwida disponibbli u l-valutazzjonijiet riżultanti. L-għan tagħna kien li nevalwaw, sa fejn kien possibbli, il-koerenza u l-konsistenza tal-għodda ta’ valutazzjoni bħala parti mill-proċessi operazzjonali li ntużaw mill-maniġment. Għal dan l-iskop aħna eżaminajna, sa fejn kien possibbli, kif il-valutazzjonijiet tpoġġew fil-prattika u jekk huma pprovdewx feedback effiċjenti lill-banek fil-forma ta’ lista kompleta tad-defiċjenzi identifikati.

66

Aħna identifikajna inkoerenzi żgħar fir-rigward tal-kriterji ta’ valutazzjoni għat-taqsima tal-indikaturi u l-valutazzjoni u fir-rigward tal-feedback riżultanti għall-banek. Barra minn hekk, ir-rekord tal-informazzjoni tal-awditjar ġie kompromess mill-fatt li l-assessuri ma jagħmlux kontroreferenza għat-taqsimiet rilevanti tal-pjan ta’ rkupru jew tal-fajl superviżorju23. Madankollu, l-evidenza li kienet disponibbli ma kinitx biżżejjed għalina biex naslu għal konklużjoni fir-rigward ta’ kemm il-proċess tal-ippjanar ta’ rkupru qed jiġi implimentat tajjeb fil-prattika. Ara l-Anness I għal analiżi dettaljata tal-limitazzjonijiet fl-ambitu tagħna.

Identifikazzjoni ta’ kriżijiet

67

Il-qafas regolatorju tal-UE jinkludi firxa wiesgħa ta’ setgħat fta’ intervent bikri u setgħat superviżorji oħra biex jiġu ttrattati l-banek li jinsabu fi kriżi. Bħala superviżur, il-BĊE stabbilixxa qafas għall-ġestjoni ta’ kriżijiet li huwa mistenni li jiskatta reazzjonijiet f’waqthom u effettivi u jiżgura teħid ta’ deċiżjonijiet xieraq f’każ ta’ kriżi.

68

Sabiex ikun operazzjonalment effiċjenti, dan il-qafas jeħtieġ li jiżgura li l-BĊE japplika s-setgħat tiegħu skont il-linji gwida rilevanti tal-EBA u l-objettivi tal-MSU. Il-ġestjoni operazzjonalment effiċjenti ta’ kriżijiet tiddependi mill-kapaċità superviżorja li tiġi identifikata kriżi fi stadju bikri. Din tirrikjedi fehim ċar tal-bażi legali għall-użu ta’ setgħat ta’ intervent bikri u setgħat superviżorji oħra, bi kriterji oġġettivi biex isir dan u b’kunsiderazzjoni dovuta għall-prinċipju tal-proporzjonalità. F’dan ir-rigward, proċessi adegwati u gwida komprensiva u dettaljata għall-persunal għandhom importanza partikolari, minħabba l-isfidi legali li l-BĊE identifika għall-applikazzjoni uniformi tas-setgħat tiegħu.

Il-BĊE alloka kompiti u stabbilixxa fluss tax-xogħol kumplessiv għall-identifikazzjoni ta’ kriżijiet u r-rispons għalihom, iżda l-gwida tiegħu dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti mhijiex żviluppata biżżejjed

69

Tnejn mid-dokumenti operazzjonali prinċipali għall-ġestjoni ta’ kriżijiet fi ħdan il-BĊE huma żewġ kapitoli tal-Manwal tal-MSU, kif ukoll il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Emerġenza (EAP) tal-MSU. Dawn jittrattaw l-użu tas-setgħat ta’ intervent bikri u aspetti operazzjonali oħra, bħall-istabbiliment u l-funzjonament ta’ tim għall-ġestjoni ta’ kriżijiet.

70

Il-Manwal tal-MSU u l-EAP jinkludu biss referenzi għad-dispożizzjonijiet legali rilevanti u l-linji gwida tal-EBA dwar is-setgħat ta’ intervent bikri, aktar milli gwida speċifika dwar kif iridu jiġu implimentati. Nota għall-Gwida tal-SREP għall-Valutazzjoni ta’ Intervent Bikri, li ġiet aġġornata f’Lulju 2016, tinkludi xi mistoqsijiet ta’ kontroll, u telenka suġġetti li jridu jiġu dokumentati, minbarra li tagħmel referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-linji ġwida tal-EBA. Madankollu, mhumiex deskritti s-setgħat legali tal-BĊE u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom kif previsti mil-leġislazzjoni nazzjonali u mir-Regolament MSU. In-nota lanqas ma tipprovdi gwida ċara dwar l-elementi oġġettivi li jridu jiġu kkunsidrati għall-eżerċizzju tal-ġudizzju superviżorju u d-diskrezzjoni f’dan il-kuntest.

71

Il-Gwida tal-SREP għall-Valutazzjoni ta’ Intervent Bikri, li ġiet adottata fl-2016, ma tispeċifikax ir-rekwiżit kapitali minimu regolatorju rilevanti (jiġifieri jekk tinkludix il-Pilastru 1, il-Pilastru 2 u l-bafers kapitali), u ma tidentifikax ir-rekwiżiti rilevanti tal-likwidità. Hija tonqos ukoll milli tidentifika rekwiżiti prudenzjali oħra, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-arranġamenti ta’ governanza u l-kapaċità operazzjonali, li huma maħsuba li jiġu kkunsidrati f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, il-gwida ma tispjegax x’jikkostitwixxi ksur tar-rekwiżiti regolatorji rilevanti jew x’jagħmilha probabbli li dawn jinkisru fil-futur qrib – għalkemm din hija l-bażi biex il-BĊE jifhem meta għandu juża s-setgħat tiegħu.

72

Għalhekk, b’mod kumplessiv, f’Ġunju 2017, ftit li xejn ingħata appoġġ permezz ta’ gwida għall-persunal tal-BĊE biex jeżerċitaw is-setgħat ta’ ġudizzju superviżorju u s-setgħat diskrezzjonali tagħhom. Dan għandu l-potenzjal li jaffettwa b’mod negattiv l-effiċjenza tal-ġestjoni operazzjonali, mill-BĊE, tal-identifikazzjoni ta’ kriżijiet u r-rispons għalihom.

Il-BĊE għandu proċessi għall-identifikazzjoni ta’ kriżijiet …

73

Kemm il-Manwal tal-MSU kif ukoll l-EAP jidikjaraw li jenħtieġ li l-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet tal-BĊE jiġu skattati meta jkun hemm “deterjorament materjali” fil-kundizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni. Il-Manwal jiddikjara li deterjorament materjali jenħtieġ li jiġi identifikat abbażi tal-inputs li ġejjin:

  1. notifika ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi potenzjali mill-istituzzjoni nfisha;
  2. identifikazzjoni ta’ deterjorament mit-TSK, ibbażata b’mod partikolari fuq osservazzjonijiet li jirriżultaw mis-Sistema ta’ Valutazzjoni tar-Riskju (RAS24) tal-BĊE;
  3. monitoraġġ orizzontali imwettaq miis-CRM.
74

In-notifiki ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi potenzjali mill-entità sorveljata, sa issa kienu l-eċċezzjoni aktar milli r-regola. Fil-prattika, il-BĊE jidentifika s-sitwazzjonijiet ta’ kriżi matul is-superviżjoni kontinwa tiegħu.

Kaxxa 3

Identifikazzjoni ta’ kriżijiet

It-TSK jimmonitorjaw firxa wiesgħa ta’ data finanzjarja u superviżorja kemm minn perspettiva speċifika għall-istituzzjoni kif ukoll minn perspettiva orizzontali. Metodoloġija SREP armonizzata tiġi stabbilita biex tivvaluta l-livell ta’ riskju intrinsiku ta’ istituzzjoni, il-pożizzjoni tagħha fir-rigward ta’ grupp ta’ pari u l-vulnerabbiltà tagħha għal fatturi eżoġeni. Mill-anqas darba fis-sena, tittieħed deċiżjoni tal-SREP u jiġu assenjati punteġġi lil kull entità sorveljata. Il-punteġġi SREP jiġu ġġenerati awtomatikament fuq il-bażi ta’ rappurtar regolatorju u finanzjarju speċifiku, kif ukoll ta’ valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi, imwettqa mit-TSK, ta’ sett predefinit ta’ kriterji, iżda jista’ jintuża “ġudizzju ristrett” biex isiru ċerti aġġustamenti għall-eżitu kumplessiv.

Mill-perspettiva operazzjonali, RAS tagħati appoġġ lit-TSK fix-xogħol superviżorju ta’ kuljum tagħhom. Din tintuża biex jiġu evalwati l-livelli ta’ riskju u l-kontrolli tal-istituzzjonijiet li jirrigwardaw il-mudell kummerċjali tagħhom, il-governanza interna, l-adegwatezza kapitali u l-adegwatezza tal-likwidità fuq bażi kontinwa. Ir-RAS tuża rapporti regolari u informazzjoni kwalitattiva, u tinkludi wkoll informazzjoni ad hoc li tasal mit-TSK minn firxa ta’ sorsi (inklużi eżerċizzji fuq terminu qasir, rapporti tal-awditjar estern u laqgħat). L-eżitu tar-RAS huwa analiżi tar-riskju bbażata fuq il-punteġġi. Il-valutazzjonijiet tat-TSK jitwettqu u jiġu dokumentati fl-IMAS fuq bażi kontinwa.

… iżda ma hemmx sett komuni ta’ indikaturi b’sollijiet ċari biex jiddeterminaw id-deterjorament u l-identifikatur ewlieni għandu bosta żvantaġġi …

75

Il-BRRD tirrikjedi li jintużaw setgħat ta’ intervent bikri u setgħat superviżorji oħra meta bank jikser jew, minħabba deterjorament rapidu tal-kundizzjoni finanzjarja li jkun ġie vvalutat fuq il-bażi ta’ sett ta’ skattaturi, x’aktarx jikser ir-rekwiżiti regolatorji bħalma huma l-livelli kapitali. Il-linji gwida tal-EBA għall-użu ta’ miżuri ta’ intervent bikri25 jipprovdu lill-BĊE sett ta’ għodda addizzjonali biex jistabbilixxi jekk il-kundizzjonijiet għall-intervent bikri jkunux ġew issodisfati.

76

Skont il-linji gwida tal-EBA, skattaturi speċifiċi għall-banek biex jivvalutaw jekk intervent bikri għandux jiġi applikat jinkludu, fost l-oħrajn, il-punteġġ SREP, bidliet materjali jew anomaliji identifikati fil-monitoraġġ ta’ indikaturi finanzjarji u mhux finanzjarji ewlenin taħt l-SREP (eż. proporzjonijiet kapitali u tal-likwidità), u avvenimenti sinifikanti b’impatt prudenzjali potenzjali. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jagħżlu li jwettqu l-monitoraġġ ta’ indikaturi ewlenin taħt l-SREP, jeħtieġ li, skont l-EBA, jidentifikaw indikaturi u jistabbilixxu sollijiet li jkunu rilevanti għall-ispeċifiċitajiet ta’ istituzzjonijiet individwali jew gruppi ta’ istituzzjonijiet li jikkondividu karatteristiċi simili. Il-kriterji possibbli biex jiġi rikonoxxut deterjorament materjali jinkludu kriterji kwantifikabbli għal nuqqas ta’ rispett probabbli tar-rekwiżiti regolatorji u jistgħu jkunu marbutin mal-iskattaturi tal-pjan ta’ rkupru ta’ istituzzjoni. Dan jgħin biex tiġi żgurata l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni tal-identifikazzjoni ta’ kriżijiet u r-rispons għalihom.

77

Il-gwida operazzjonali tal-BĊE dwar l-Intervent Bikri tittratta s-suġġett fil-kuntest tal-SREP. Hija tenfasizza r-rilevanza tal-punteġġ SREP bħala sinjal għal sitwazzjoni ta’ kriżi potenzjali li għandha tiskatta l-valutazzjoni superviżorja dwar jekk hemmx il-ħtieġa li jintużaw is-setgħat ta’ intervent bikri tiegħu. Barra minn hekk, il-gwida tagħmel referenza għal-leġiżlazzjoni applikabbli u għal-linji gwida rilevanti tal-EBA. Il-BĊE jafferma li huwa juża t-tipi kollha ta’ skattaturi msemmija, jiġifieri l-punteġġ SREP, bidliet materjali jew anomaliji ta’ indikaturi ewlenin, u avvenimenti sinifikanti, b’mod partikolari każijiet reali ta’ ksur tar-rekwiżiti minimi regolatorji. Madankollu l-BĊE ma identifikax sollijiet, speċifiċi għall-istituzzjonijiet, li kienu ogħla mir-rekwiżiti minimi li jistgħu jissenjalaw ksur (“probabbli”) potenzjali futur. Fi kliem ieħor, f’din is-sistema in-nuqqas reali ta’ rispett tar-rekwiżit superviżorju huwa indikatur għal intervent bikri. Minbarra dan, il-BĊEma jagħmilx użu sistematiku mill-indikaturi u mill-iskattaturi ta’ rkupru li huwa approva bħala li huma xierqa għall-identifikazzjoni ta’ kriżi għal bank individwali fil-kuntest għall-ippjanar ta’ rkupru, jew mill-elementi oġġettivi li jistgħu jindikaw sitwazzjoni ta’ FOLTF skont il-linji gwida tal-EBA (ara wkoll il-paragrafu 84). F’avvenimenti sinifikanti, il-gwida tal-BĊE ma ġietx speċifikata f’aktar dettall minn dak li jista’ jinstab diġà fil-linji gwida tal-EBA.

78

Għalhekk, l-uniku skattatur sistematiku li l-BĊE għandu għall-ġestjoni operazzjonali tal-attivitajiet tiegħu ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet huwa punteġġ SREP kumplessiv li jindika li bank jinsab f’riskju għoli26. Il-punteġġi SREP jiġu stabbiliti biss darba fis-sena permezz tal-proċess SREP annwali f’Settembru. Il-BĊE enfasizza li l-aġġornamenti fil-punteġġi jistgħu jsiru b’mod aktar frekwenti, abbażi tal-monitoraġġ kontinwu tiegħu tal-indikaturi tar-riskju. Ma ġewx ipprovduti eżempji konkreti ta’ punteġġi SREP li kienu għenu biex tiġi identifikata sitwazzjoni li kienet qed tevolvi rapidament jew li fil-fatt kienet ġiet aġġornata f’sitwazzjoni ta’ kriżi. Il-gwida tippromwovi t-twettiq ta’ valutazzjonijiet ta’ intervent bikri fil-kuntest tal-proċess deċiżjonali annwali SREP.

79

In-nuqqas ta’ skattaturi formali ma jfissirx li l-BĊE assolutament mhu qed juża l-ebda valutazzjoni aktar olistika bbażata fuq kriterji inqas formalizzati għall-iskop ta’ identifikazzjoni ta’ kriżijiet. It-TSK jimmonitorjaw regolarment firxa wiesgħa ta’ indikaturi bħala parti mill-SREP għalkemm mhuwiex żgurat li dan isir b’mod konsistenti fit-TSK kollha u mhux il-valutazzjonijiet kollha li jsiru huma suġġetti għal approvazzjoni mill-maniġment. Il-BĊE ma analizzax b’mod komprensiv liema indikaturi jew avvenimenti oħra kkontribwew prinċipalment għall-identifikazzjoni tal-banek li jinsabu kriżi.

… u jeħtieġ li jsir titjib fis-sistemi ta’ monitoraġġ

80

L-iskattaturi tal-pjanijiet ta’ rkupru bbażati fuq rappurtar speċifiku għall-istituzzjoni mhumiex inkorporati fis-sistema tal-IT li tintuża mill-BĊE. Huma jridu jiġu mmonitorjati manwalment minn kull TSK – jekk qatt xi darba jiġu mmonitorjati – u l-każijiet ta’ (kważi) nuqqas ta’ rispett ma jiġux issenjalati awtomatikament. Dan jaffettwa b’mod negattiv l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni fl-identifikazzjoni ta’ kriżijiet.

81

Diversi unitajiet tal-BĊE jikkontribwixxu għall-ġestjoni operazzjonali tal-identifikazzjoni ta’ kriżijiet. Huma jipproduċu firxa wiesgħa ta’ materjal li jkun fih informazzjoni rilevanti għall-identifikazzjoni ta’ kriżijiet, inklużi rapporti dwar in-nuqqas ta’ rispett tar-rekwiżiti regolatorji u l-monitoraġġ ta’ livelli kritiċi għal riskji speċifiċi. Madankollu, aħna ma stajniex nistabbilixxu li hemm proċess iddefinit b’mod ċar għall-ġbir, il-valutazzjoni, ir-rappurtar ’il fuq fil-ġerarkija u t-teħid ta’ azzjoni dwar din l-informazzjoni. Lanqas ma stajna niddeterminaw jekk u sa fejn it-TSK jew il-maniġment superjuri jagħmlu użu sistematiku minn dawn ir-rapporti biex jidentifikaw il-kriżijiet.

82

Barra minn hekk, aħna ma nstabet l-ebda evidenza li tagħti x’tifhem li hemm sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali li jissenjalaw deterjorament materjali jekk it-TSK jonqsu milli jidentifikaw u/jew jirrappurtaw każijiet ta’ dan it-tip. Lanqas ma hemm xi proċess speċifiku biex jiżgura li f’każ ta’ nuqqas ta’ rispett tar-rekwiżiti regolatorji, it-TSK responsabbli jivverifika jekk ikunx seħħ deterjorament materjali tal-kundizzjoni finanzjarja jew jekk tinħtieġx valutazzjoni FOLTF.

83

B’mod partikolari, aħna sibna defiċjenzi fil-proċess ta’ monitoraġġ tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ rispett tal-indikaturi tal-pjanijiet ta’ rkupru. Madankollu, monitoraġġ effiċjenti jtejjeb il-kapaċità operazzjonali li tiġi identifikata kriżi potenzjali i stadju bikri. Il-każijiet ta’ nuqqas ta’ rispett ġew irrappurtati mill-banek b’dewmien ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat27 f’aktar minn 40 % tal-każijiet. Dawn il-każijiet ta’ nuqqas ta’ rispett kienu jikkonċernaw l-indikaturi kapitali (bejn wieħed u ieħor 30 %), indikaturi tal-profittabilità (26 %), indikaturi tal-kwalità tal-assi (17 %) u, f’livell inqas, indikaturi tal-likwidità u dawk ibbażati fuq is-suq.

84

Barra minn hekk, kien hemm evidenza li tagħti x’tifhem li t-TSK ma jaderixxux mal-proċessi ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet tal-BĊE fil-każijiet kollha. Pereżempju, xi każijiet ta’ nuqqas ta’ rispett tal-indikaturi tal-pjanijiet ta’ rkupru ma ġewx irrappurtati, kif suppost kellu jsir, lis-CRM. Aħna ma stajniex nikkonfermaw li l-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet, bħall-valutazzjonijiet formali ta’ intervent bikri, tqiesu anke f’każijiet ta’ nuqqas ta’ rispett ta’ regoli regolatorji importanti, għalkemm ġejna infurmati li f’għadd ta’ każijiet li ġew ikkunsidrati, diġà kienu ġew stabbiliti miżuri superviżorji jew ta’ intervent bikri biex jimmitigaw il-problema li kienet qed tinħoloq.

85

Lanqas ma kien hemm xi evidenza ta’ approċċ sistematiku biex jiġi żgurat li l-impatti mikroprudenzjali potenzjali tal-iżviluppi makroekonomiċi u l-akkumulazzjoni tar-riskju sistemiku jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-identifikazzjoni ta’ kriżijiet. Il-funzjonijiet superviżorji u monetarji tal-BĊE jiskambjaw informazzjoni dwar l-iżviluppi makro- u mikroprudenzjali. Madankollu, aħna ma rajna l-ebda evidenza li dawn l-iżviluppi jittieħdu speċifikament inkunsiderazzjoni mill-BĊE fis-superviżjoni tiegħu, pereżempju permezz tal-klassifikazzjoni ta’ ċerti fatturi ta’ riskju fir-RAS, jew li jiġu sistematikament ivvalutati fl-SREP. Lanqas ma ntwerejna xi proċess għas-segwitu sistematiku ta’ riskji sistemiċi identifikati mill-BERS jew korpi makroprudenzjali oħra.

86

In-nuqqas ta’ monitoraġġ ċentralizzat tal-indikaturi għandu wkoll il-potenzjal li jkollu impatt negattiv fuq l-effiċjenza tal-maniġment. Ma stajniex insibu evidenza li s-sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali tal-BĊE jipprovdu lill-maniġment superjuri ħarsa ġenerali komprensiva u aġġornata tal-istituzzjonijiet kollha taħt ġestjoni ta’ kriżi. Sett ta’ data ta’ dan it-tip jassisti lill-maniġment fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u għaldaqstant jikkontribwixxi għall-effiċjenza operazzjonali. Ma hemmx sistema ta’ “rapport fuq bażi ta eċċezzjoni” biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tiġi awtomatikament skalata għal-livelli ġerarkiċi xierqa jekk tkun tissodisfa l-kriterji predefiniti. Ma jidhirx li ġie stabbilit proċess ta’ segwitu ddefinit b’mod ċar.

87

Skont rapport tal-awditjar intern, it-TSK ma jagħmlux użu effiċjenti mis-sistema ta’ segwitu tal-BĊE għas-superviżjoni kontinwa, u s-segwitu li ngħata għall-maġġoranza l-kbira tar-rekwiżiti fid-deċiżjonijiet tal-bord superviżorju lanqas biss ġie dokumentat (għal kampjun meħud minn awditu intern, 81 % tal-każijiet ma ġewx irreġistrati fis-sistema u għal 17 % ma kienx hemm dokumentazzjoni tal-azzjoni relatata).

Hija fuq kollox ir-responsabbiltà tat-timijiet superviżorji li jiddeċiedu meta għandhom iwettqu valutazzjonijiet ta’ intervent bikri u kif jippreżentawhom

88

L-evidenza li kisbna rigward l-effiċjenza tal-ġestjoni operazzjonali, mill-BĊE, għall-identifikazzjoni ta’ kriżijiet la kienet suffiċjenti u lanqas rappreżentattiva. Madankollu, hija ġibdet l-attenzjoni għal ċerti dgħufijiet fit-tfassil.

89

Mid-dokumentazzjoni u l-intervisti aħna sibna li valutazzjonijiet ta’ intervent bikri jitwettqu prinċipalment fil-kuntest tal-eżerċizzju SREP annwali, jiġifieri fl-istess żmien kull sena. Fil-prinċipju, jenħtieġ li l-valutazzjonijiet formali bikrin jiġu skattati wkoll wara li jseħħu avvenimenti sinifikanti matul sena partikolari. Il-BĊE sostna li huwa minnu li każijiet bħal dawn iseħħu, iżda dawn ma kinux evidenti fil-kampjun tagħna. Fil-fatt, ibbażat fuq l-evidenza limitata għad-dispożizzjoni tagħna jidher li, f’xi każijiet regolatorji, każijiet apparentement importanti ta’ nuqqas ta’ rispett ma wasslux għal eżerċiżżji ta’ valutazzjoni formali ta’ intervent bikri li kienu separati mill-proċess SREP, għalkem, dan ma jeskludix il-possibbiltà li l-BĊE, minkejja dan, qies il-possibbiltà li jieħu miżuri superviżorji jew ta’ intervent bikri li kienu xierqa.

90

Kif meħtieġ mil-linji gwida tal-EBA u l-gwida tal-BĊE, il-valutazzjonijiet ta’ intervent bikri li l-BĊE pprovdielna kienu ġeneralment jinkludu dikjarazzjonijiet dwar jekk ir-rekwiżiti regolatorji kinux inkisru jew kienx probabbli li jinkisru. Il-każijiet kollha kienu relatati ma’ nuqqas ta’ rispett (jew nuqqas ta’ rispett probabbli) tar-rekwiżiti kapitali u l-ebda wieħed minnhom ma kien relatat ma’ nuqqas ta’ rispett (jew nuqqas ta’ rispett probabbli) tar-rekwiżiti tal-likwidità. Ma kienx hemm referenza għal każijiet ta’ ksur ta’ rekwiżiti regolatorji oħra, partikolarment dgħufijiet serji identifikati fil-qafas tal-governanza u ta’ ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni matul is-superviżjoni kontinwa tal-BĊE, u ma kienx hemm referenza sistematika għal każijiet preċedenti ta’ nuqqas ta’ konformità.

91

B’mod ġenerali, aħna ma stajniex nistabbilixxu li s-sejbiet superviżorji kollha rilevanti huma riflessi fid-dokumenti tal-valutazzjonijiet formali ta’ intervent bikri. Il-konklużjonijiet li ġew ippreżentati lilna dwar il-każijiet ta’ nuqqas ta’ rispett jew nuqqas ta’ rispett probabbli kienu bbażati prinċipalment fuq iċ-ċifri u l-projezzjonijiet irrappurtati mill-banek, anke f’każijiet fejn, il-BĊE kellu evidenza li ċ-ċifri rrappurtati kienu kontroversjali, għalkemm aħna nifhmu li, f’xi każijiet, dan seta’ ġie mmitigat minn analiżijiet tas-sensittività li kienu jindikaw sensiela ta’ eżiti possibbli għall-bank inkwistjoni, jew azzjonijiet oħra.

Rispons għall-kriżijiet

92

Meta bank jiġi identifikat bħala li jinsab fi kriżi, it-TSK huma mistennija li jżidu l-iskrutinju superviżorju tagħhom u huma mistennija li jiddeterminaw ir-rispons xieraq f’koordinazzjoni mill-qrib mas-CRM. Dan jinkludi l-proposti għall-użu ta’ setgħat ta’ intervent bikri u setgħat superviżorji oħra u, skont is-severità tal-kriżi, jista’ jinvolvi t-twettiq ta’ valutazzjoni FOLTF.

In-natura u l-punt sa fejn l-attività superviżorja intensifikata jiġu ddefiniti minn kull TSK

93

Il-BĊE ma taniex evidenza ta’ xi gwida formali li tikkonċerna t-titjib tal-iskrutinju superviżorju (kif, sa fejn u b’liema għażliet). Aħna ġejna infurmati li l-prattika normali hija li tiżdied l-interazzjoni mal-maniġment superjuri ta’ bank u li jintalab rappurtar aktar frekwenti u dettaljat qabel l-iskattar formali tal-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet.

Ġew stabbiliti għodod ta’ monitoraġġ tal-likwidità …

94

Id-disponibbiltà ta’ data kompleta u aġġornata dwar il-likwidità hija essenzjali għall-effiċjenza operazzjonali fil-ġestjoni ta’ bank li jinsab fi kriżi. Għalhekk, il-BĊE fassal mudell ta’ rappurtar tal-likwidità biex il-banek ikunu jistgħu jużawh f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Dan ikopri l-għoti ta’ informazzjoni ewlenija dwar il-finanzjament u l-likwidità. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet jiġu mitluba jagħtu l-valutazzjoni proprja tagħhom u jispjegaw l-aspettattivi tagħhom.

95

Madankollu, il-banek mhumiex meħtieġa jikkondividu s-suppożizzjonijiet ta’ bażi. Difett potenzjali ieħor huwa l-fatt li d-data tinġabar biss fil-livell tal-grupp, li jista’ jfisser li kriżi fil-livell sussidjarju tista’ xxekkel l-utlità tagħha fl-għoti ta’ informazzjoni kritika meħtieġa mill-BĊE biex jimmaniġġja s-sitwazzjoni b'mod effiċjenti.

… iżda biex il-proċess ikun operazzjonalment effiċjenti, jeħtieġ li jikkwantifika t-telf imġarrab jew probabbli

96

L-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt tal-iżviluppi negattivi fuq l-ekwità huma daqstant ieħor importanti għall-ġestjoni operazzjonalment effiċjenti ta’ kriżijiet. Billi l-intervent bikri għandu l-għan li jistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà ta’ bank, jeħtieġ li tiġi żviluppata idea tat-telf mhux rikonoxxut u probabbli kif ukoll ta’ fatturi oħra li għadhom mhumiex riflessi fiċ-ċifri tal-bank. Abbażi ta’ evidenza li ġiet ippreżentata lilna, aħna ma nistgħux nikkonfermaw li hemm proċess effiċjenti, li jinkludi gwida għat-TSK, biex jiżgura li l-kobor ta’ problema partikolari jiġi stmat qabel ma l-miżuri ta’ rispons għall-kriżi jiġu kkunsidrati. Id-deskrizzjoni tal-proċess tal-BĊE lanqas ma tirrifletti l-ħtieġa li jiġi kkunsidrat jekk il-banek għandhomx jiġu mitluba japplikaw politika speċifika ta’ proviżjonament fir-rigward tal-fondi proprji tagħhom jew li jiġi rinforzat ir-rekwiżit tal-Pilastru 2 fuq il-bażi ta’ valutazzjoni kwantifikata f’każijiet bħal dawn barra mill-proċess deċiżjonali annwali SREP.

97

Il-ġestjoni ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi tirrikjedi wkoll informazzjoni aktar approfondita. Il-BĊE għandu għodda standard għall-monitoraġġ ta’ self improduttiv (NPLs) li tagħti ċertu idea. Skont il-linji gwida tal-EBA, fejn il-punteġġ SREP l-aktar baxx ikun ikkombinat ma’ preokkupazzjonijiet dwar il-kwalità tal-assi, jenħtieġ li l-BĊE jikkunsidra li jiġbor informazzjoni għall-valwazzjoni tal-assi ta’ bank, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post fil-kuntest tal-valutazzjoni ta’ intervent bikri. Madankollu, aħna ma sibniex evidenza ta’ proċedura ta’ dan it-tip fil-BĊE. Fil-każijiet li fihom ikun meħtieġ teħid ta’ deċiżjonijiet urġenti, in-nuqqas ta’ informazzjoni bħal din jista’ jaffettwa b’mod negattiv l-effiċjenza tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni.

98

Il-BĊE għandu għadd limitat ta’ timijiet ta’ spezzjoni fuq il-post li huma faċilment disponibbli biex iwettqu analiżi dettaljata tal-kwalità tal-assi għall-banek li jinsabu fi kriżi. Anke fejn TSK ikun identifika problemi fil-portafoll tal-assi, il-proċess regolari ta’ spezzjoni fuq il-post jista’ jdum sena. Dan jillimita l-kapaċità operazzjonali tal-BĊE li jirreaġixxi rapidament għall-kriżi.

99

Ċerti banek għandhom punteġġ SREP għoli minħabba rata għolja ta’ NPLs jew problemi oħra relatati mal-kwalità tal-assi identifikati permezz ta’ eżerċizzji speċifiċi mwettqa mill-BĊE. Il-maniġment tal-BĊE ma għandux informazzjoni fil-qosor dwar il-punt sa fejn dawn il-problemi ġew ivvalutati permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post jew mezzi oħra, u ma għandux roċess prospettiv għall-ġbir ta’ informazzjoni b’dan il-mod.

Tinħtieġ aktar gwida dwar is-setgħat legali u l-miżuri prattiċi …

100

Biex jiżgura l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni tar-rispons tiegħu għall-kriżijiet, il-BĊE jeħtieġ:

  1. fehim ċar tas-setgħat legali għad-dispożizzjoni tiegħu u gwida dwar l-użu tagħhom;
  2. fehim ċar tal-firxa ta’ miżuri prattiċi disponibbli fi kwalunkwe xenarju partikolari;
  3. mezz biex jiġi żgurat li s-sejbiet mill-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru jittieħdu debitament inkunsiderazzjoni;
  4. gwida, għodod u taħriġ.
101

L-ewwel prerekwiżit għal ġestjoni operazzjonalment effiċjenti ta’ kriżijiet huwa fehim ċar tas-setgħat li l-BĊE għandu għad-dispożizzjoni tiegħu u l-kundizzjonijiet legali għall-użu tagħhom. Il-BĊE għandu proċeduri ġenerali għall-użu tas-setgħat superviżorji li jinkludu wkoll l-impożizzjoni ta’ miżuri f’sitwazzjoni ta’ kriżi. Huwa għandu wkoll abbozz ta’ mudell ta’ deċiżjoni u lista ta’ kontroll bil-mistoqsijiet li jridu jiġu koperti meta titwettaq valutazzjoni ta’ intervent bikri. Madankollu, dawn ma jipprovdux lis-superviżuri individwali gwida dwar l-użu tal-ġudizzju superviżorju tagħhom f’sitwazzjoni ta’ kriżi.

102

Barra minn hekk, hemm għadd ta’ sfidi speċifiċi għall-infurzar tal-qafas regolatorju f’sitwazzjoni ta’ kriżi. Il-formulazzjoni tar-Regolament MSU u tal-BRRD mhijiex konsistenti, hemm duplikazzjonijiet possibbli, u ma hemmx ġerarkija ċara bejn il-miżuri individwali. Barra minn hekk, hemm riskju li d-differenzi fil-mod kif il-BRRD ġiet trasposta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiżi parteċipanti aggravaw l-inkonsistenzi eżistenti. Ladarba dawn l-isfidi kienu ġew identifikati, il-BĊE wettaq stħarriġ tal-ANK fil-bidu tal-2016 u wara rrapporta lill-Kummissjoni l-konklużjoni li jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni tikkjarifika aktar l-intervent bikri u r-rabta tiegħu mal-miżuri superviżorji regolari sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tiegħu. Madankollu, b’riżultat ta’ dan, l-ebda proċess jew gwida ma ġew żviluppati biex jgħinu lill-persunal tal-BĊE jaffaċċja l-isfidi identifikati.

103

Il-BĊE ma kkompilax lista komprensiva ta’ azzjonijiet speċifiċi li jistgħu jittieħdu f’ċirkustanzi speċifiċi, u s-setgħat legali li jistgħu jkunu bbażati fuqhom. Barra minn hekk, il-BĊE ma analizzax liema miżuri ta’ intervent bikri jew miżuri oħra huma l-aktar adatti għall-użu. Dan iżid ir-riskju li l-miżuri xierqa jistgħu ma jittiħdux. Dawn il-fatturi jippermettu li jsir titjib fil-konsistenza tat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-BĊE dwar l-eżerċizzju tiegħu ta’ dawn is-setgħat, u b’hekk tittejjeb l-effiċjenza operazzjonali fil-mod kif il-proċess jiġi mmaniġġjat. Dan jaffettwa b’mod negattiv l-effiċjenza operazzjonali fil-ġestjoni tiegħu tal-kapaċità ta’ rispons.

104

Ma hemmx evidenza ta’ proċedura li tiżgura li s-sejbiet li ttieħdu mill-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru li jikkonċernaw l-istudji tal-kredibbiltà u tal-fattibbiltà tal-banek qed jintużaw.

…. dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ miżuri superviżorji …

105

Meta jiġu imposti miżuri superviżorji, it-TSK huma mistennija li jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħhom u jivvalutaw ir-riżultati. Ma hemmx gwida operazzjonali speċifika tal-BĊE f’dan ir-rigward. Pereżempju, ma hemmx deskrizzjoni espliċita tal-frekwenza tal-aġġornamenti meħtieġa, liema miżuri jkunu jeħtieġu monitoraġġ aktar intensiv, jew żieda fl-estensjoni tad-dati ta’ skadenza.

106

Rapport tal-awditjar intern ġibed l-attenzjoni għal dgħufijiet sinifikanti fis-sistema ġenerali għall-monitoraġġ ta’ miżuri jew rekwiżiti superviżorji previsti għall-mitigazzjoni tar-riskji, li ġew stabbiliti fis-superviżjoni kontinwa (ara l-paragrafu 87), u dan iqajjem dubji dwar in-natura sistematika tas-segwitu.

… dwar iċ-ċarezza tal-gwida dwar il-valutazzjonijiet FOLTF

107

Jekk is-sitwazzjoni tkompli tiddeterjora, pereżempju minħabba li l-miżuri jirriżultaw li ma jkunux effettivi, il-BĊE jista’ jkollu jwettaq valutazzjoni FOLTF tal-bank inkwistjoni. L-Artikolu 32(4) tal-BRRD jelenka ċ-ċirkustanzi li fihom jenħtieġ li bank jitqies bħala FOLTF. Linja gwida tal-EBA dwar il-valutazzjonijiet FOLTF tistipula għadd ta’ elementi oġġettivi li fuqhom jenħtieġ li tiġi bbażata din id-deċiżjoni superviżorja.

108

Il-BĊE pproduċa l-gwida interna proprja tiegħu dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-linja gwida. Madankollu, l-ambitu tagħha huwa ferm aktar strett u hija ferm inqas dettaljata mil-linja gwida oriġinali. B’mod partikolari, ma jiġux indirizzati l-elementi oġġettivi li l-linji gwida tal-EBA jsemmu għall-iskop tal-valutazzjoni, u ma hemmx struzzjonijiet għall-persunal dwar kif dawn iridu jintużaw28. Fil-fehma tagħna, il-BĊE jonqos ukoll milli jidentifika każijiet potenzjali ta’ nuqqas ta’ rispett tal-arranġamenti ta’ governanza korporattiva li, skont il-linji gwida tal-EBA, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati f’dan ir-rigward.

109

Minħabba li l-gwida interna tal-BĊE hija intenzjonata li tispjega r-rekwiżiti tal-linji gwida tal-EBA minn perspettiva operazzjonali iżda ma tagħmilx dan bis-sħiħ, it-tfassil tal-proċess biex jiġu mmaniġġjati l-valutazzjonijiet FOLTF ma jistax jitqies li huwa operazzjonalment effiċjenti bis-sħiħ.

… u dwar l-attivitajiet ta’ taħriġ u l-eżerċizzji ta’ simulazzjoni biex isir titjib fl-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni

110

Is-CRM organizzat taħriġ dwar il-ġestjoni ta’ kriżijiet, u l-feedback ġenerali mill-parteċipanti kien pożittiv. Madankollu, aktar enfasi kien imissha saret fuq it-taħriġ dwar il-qafas ta’ intervent bikri. Il-parteċipazzjoni tal-persunal tal-ANK f’ċerti TSK kienet fqira f’oqsma relatati mal-ġestjoni ta’ kriżijiet. Barra minn hekk, il-BĊE ma stabbiliex sessjonijiet strutturati ta’ feedback mat-TSK biex jidentifika ħtiġijiet ta’ taħriġ minbarra dawk imsemmija hawn fuq.

111

Bħala parti mit-tħejjija għall-kriżijiet, id-Diviżjoni tas-CRM hija responsabbli, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ANK, milll-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji ta’ simulazzjoni tal-ġestjoni ta’ kriżijiet. Madankollu, sa issa, l-ebda eżerċizzju ta’ dan it-tip ma kopra l-istadji bikrija ta’ kriżi potenzjali jew il-fażi ta’ intervent bikri. Ma kienx hemm dokumentazzjoni li kienet tindika li l-BĊE fassal metodoloġija jew gwida speċifiċi f’dan ir-rigward, jew li qed jippjana li jagħmel dan fil-futur qrib.

Jeħtieġ li jsir titjib fid-dokumentazzjoni tar-rispons għall-kriżijiet fil-valutazzjonijiet ta’ intervent bikri

112

Fil-fatt, il-BĊE pprovdielna dokumentazzjoni u informazzjoni li tatna idea preċiża dwar il-proċessi rilevanti fir-rigward tal-ġestjoni ta’ proċessi ta’ intervent bikri, iżda b’limitazzjonijiet u redazzjonijiet. B’riżultat ta’ dan, aħna ma nistgħux nisiltu konklużjoni kumplessiva biex nikkonfermaw li l-BĊE stabbilixxa proċess ta’ ġestjoni operazzjonalment effiċjenti biex jiżgura li huwa juża s-setgħat ta’ intervent bikri skont il-qafas regolatorju u l-linji gwida rilevanti tal-EBA. Madankollu, aħna ltqajna ma’ każijiet fejn il-gwida operazzjonali tal-BĊE għall-valutazzjonijiet ta’ intervent bikri ma ġietx rispettata.

113

L-evidenza ma kinitx tinkludi eżempji ta’ eżaminar tal-awtorità legali għal miżura proposta, sew jekk skont ir-Regolament MSU jew skont il-leġislazzjoni nazzjonali, kif meħtieġ mill-gwida tal-BĊE. Skont informazzjoni miksuba, dan l-eżaminar se jitwettaq f’dokumenti li ma ġewx ippreżentati lilna.

114

Il-valutazzjonijiet ta’ intervent bikri li ġew ippreżentati lilna lanqas ma kien fihom xi eżaminar tal-miżuri disponibbli bħala parti minn proċess operazzjonalment effiċjenti biex jintgħażlu dawk l-aktar xierqa fosthom. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ma kienx ċar mill-valutazzjoni nfisha kif il-miżura proposta se tindirizza l-każijiet ta’ ksur jew il-każijiet ta’ ksur probabbli.

115

Il-gwida operazzjonali tal-BĊE dwar il-miżuri ta’ intervent bikri tiddikjara li jenħtieġ li jiġi kkunsidrat jekk miżura kinitx meħtieġa, adatta u adegwata. Dawn l-aspetti ma ġewx ivvalutati fl-evidenza li ġiet ippreżentata lilna. Lanqas ma twettaq eżaminar tal-miżuri preċedenti, anke fejn dawn kienu simili għall-proposti l-ġodda. Dan imur kontra rekwiżit espliċitu fil-gwida tal-BĊE.

116

Id-dokumenti li ġew pprovduti lilna ma spjegawx b’mod ċar u b’mod espliċitu għalfejn it-TSK kkunsidraw il-fatt li l-miżuri proposti kienu se jindirizzaw id-dgħufijiet identifikati fi żmien raġonevoli. Barra minn hekk, aħna lanqas ma sibna xi evidenza li l-BĊE kien ikkunsidra espliċitament azzjonijiet ta’ rkupru jew miżuri oħra speċifikati fi pjan ta’ rkupru f’dan ir-rigward, jew li kien lest li jiġbed l-attenzjoni għal każijiet fejn huwa ħass li l-ebda waħda mill-għażliet ta’ rkupru li ġew proposti ma setgħet tindirizza l-problema.

117

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet baqa’ mhux ċar jekk il-BĊE kienx fil-fatt ipprova jikkwantifika l-kobor ta’ problema identifikata qabel ir-rispons tiegħu għall-kriżi. B’mod partikolari, ma kienx hemm proċedura biex l-ispezzjonijiet fuq il-post jiġu mmirati lejn il-kwantifikazzjoni tal-impatt ta’ telf mhux rikonoxxut u probabbli kif ukoll ta’ fatturi oħra li jkunu għadhom ma ġewx riflessi fiċ-ċifri ta’ bank. Il-valutazzjonijiet li eżaminajna ma kinux ċari dwar jekk in-nuqqas ta’ rispett jew in-nuqqas ta’ rispett probabbli setax jiġi indirizzat b’mod f’waqtu mill-miżuri proposti, għalkemm dan huwa rekwiżit espliċitu fil-gwida tal-BĊE.

118

Fuq il-bażi tal-evidenza li eżaminajna, aħna ma stajniex nikkonfermaw li l-BĊE jimmonitorja b’mod effiċjenti l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ intervent bikri. B’mod partikolari, ma stajniex nistabbilixxu jekk hemmx segwitu rapidu, fil-forma ta’ miżuri addizzjonali jew fil-forma ta’ valutazzjoni FOLTF, kif previst fil-proċessi ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet tal-BĊE.

119

L-evidenza pprovduta ippermettitilna biss li nawditjaw aspetti magħżula tal-effiċjenza operazzjonali tar-rispons tal-BĊE għall-kriżijiet. Aħna konna limitati għal dokumenti li l-BĊE għażel li jipprovdilna, u dawn ma kinux suffiċjenti għalina biex naslu għal konklużjoni kumplessiva dwar l-implimentazzjoni tal-proċessi operazzjonali tal-ġestjoni ta’ kriżijiet.

Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet

120

Fir-rwol superviżorju tiegħu, il-BĊE stabbilixxa qafas sostanzjali għall-proċeduri ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet, madankollu, għadu jeħtieġ li jsir titjib sinifikanti:

  1. L-istruttura organizzattiva hija sodisfaċenti u tiżgura li, b’mod ġenerali, hemm fluss adegwat ta’ informazzjoni fi ħdan il-BĊE. Il-proċessi għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni esterni jistgħu jittejbu.
  2. Aħna identifikajna xi difetti fil-qafas operazzjonali għall-ġestjoni ta’ kriżijiet kif ukoll sinjali ta’ implimentazzjoni ineffiċjenti li huma deskritti f’aktar dettall fil-konklużjonijiet li ġejjin.

Struttura organizzattiva

121

L-istruttura organizzattiva hija sodisfaċenti, minkejja dgħufijiet fil-fażi tal-ippjanar inizjali (il-paragrafi 17 sa 23). B’mod ġenerali, ir-reklutaġġ għas-CRM kien effiċjenti (il-paragrafi 24 sa 25). Il-BĊE attwalment ma għandux proċeduri biex jivvaluta mill-ġdid il-ħtiġijiet tal-persunal u biex jiskjera mill-ġdid il-persunal għat-TSK li jkunu qed jiffaċċjaw sitwazzjoni ta’ kriżi (il-paragrafu 25).

Kooperazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-ġestjoni ta’ kriżijiet

122

L-istabbiliment tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma' awtoritajiet oħra għadu mhuwiex komplet. Hemm biss gwida operazzjonali limitata biex jiġi żgurat li, f’sitwazzjoni ta’ kriżi, it-TSK ikunu jistgħu jimmaniġġjaw il-kompiti tagħhom relatati mal-kulleġġi superviżorji b’mod konsistenti u effiċjenti (il-paragrafi 29 sa 31). Barra minn hekk, għad ma hemmx qafas intern ta’ regoli għas-superviżjoni supplimentari tal-konglomerati finanzjarji (il-paragrafu 32).

123

Il-kooperazzjoni tal-BĊE mal-SRB hija bbażata fuq il-kondiviżjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. L-SRB jirċievi aċċess għal ġabra aktar ġenerali ta’ informazzjoni fil-fażi ta’ intervent bikri, meta jitqies li jkun xieraq mill-BĊE jew kull meta dan jintalab mill-SRB. Madankollu, il-livell ta’ informazzjoni li hija disponibbli ma jiżdiedx awtomatikament meta l-kundizzjoni finanzjarja ta’ bank tiddeterjora (il-paragrafi 34 sa 39).

Rakkomandazzjoni 1

Jenħtieġ li l-BĊE jtejjeb il-kooperazzjoni tiegħu ma’ atturi esterni billi:

  1. ikompli bl-isforzi tiegħu biex jikkonkludi d-WCCAs għall-kulleġġi superviżorji kollha li għalihom il-BĊE huwa s-superviżur konsolidanti, u jtejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni mal-SRB. Jenħtieġ li dan tal-aħħar jiġi indirizzat fil-proċess attwali ta’ reviżjoni tal-memorandum ta’ qbil bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.
  2. jadotta qafas intern għas-superviżjoni supplimentari tal-FICOs.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: ir-raba’ trimestru tal-2018.

Ippjanar ta’ rkupru

124

Il-BĊE fassal proċeduri xierqa ta’ monitoraġġ intern għall-proċess ta’ valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru (il-paragrafu 51) u stabbilixxa kronoloġija konsistenti għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru (il-paragrafu 47). Għad baqa’ xi sfidi inerenti fil-kuntest tal-kulleġġi superviżorji (il-paragrafi 48 sa 49). Il-valutazzjoni tal-pjanijiet tista’ tinvolvi esperti nazzjonali, li jistgħu jfissru riskji għall-governanza (il-paragrafu 50). Ġiet ipprovduta gwida suffiċjenti dwar il-biċċa l-kbira mill-aspetti, bl-eċċezzjoni ta’ indikaturi tal-ippjanar ta’ rkupru (il-paragrafi 51 sa 54). Il-BĊE ħaddem ir-rekwiżiti legali kollha f’għodda ta’ valutazzjoni effiċjenti, iżda ma sibna l-ebda rapport ta’ sinteżi addizzjonali u l-ebda proċedura sistematika għall-użu ta’ valutazzjonijiet fis-superviżjoni kontinwa tal-kompiti ta’ identifikazzjoni u ġestjoni ta’ kriżijiet (il-paragrafi 55 sa 61). B’mod ġenerali, il-feedback li wasal mill-entitajiet sorveljati kien pożittiv (il-paragrafi 62 sa 64). Madankollu, minħabba l-limitazzjonijiet tad-dokumentazzjoni li stajna niksbu, ma nistgħux nisiltu konklużjonijiet dwar l-effiċjenza operazzjonali tal-proċess ta’ valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru fil-prattika (il-paragrafi 65 sa 66).

Rakkomandazzjoni 2

Għall-ippjanar ta’ rkupru, jenħtieġ li l-BĊE:

  1. itejjeb il-konsistenza tal-approċċ tiegħu fir-rigward ta’ banek b’mudelli kummerċjali simili u/jew li joperaw f’ġurisdizzjonijiet komuni permezz ta’ gwida addizzjonali, inkluż għall-kalibrazzjoni tal-indikaturi.
  2. jimmira outputs addizzjonali fil-forma ta’ rapporti ta’ sinteżi u jagħmel arranġamenti għat-TSK biex jużaw b’mod sistematiku l-valutazzjonijiet tal-pjanijiet ta’ rkupru fl-identifikazzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: ir-raba’ trimestru tal-2018.

Identifikazzjoni ta’ kriżijiet

125

Il-gwida attwali dwar l-identifikazzjoni ta’ kriżijiet mhijiex żviluppata biżżejjed u ma tispeċifikax kriterji oġġettivi li jkunu jikkontribwixxu għall-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni (il-paragrafi 67 sa 72). Ġew stabbiliti proċeduri ta’ identifikazzjoni ta’ kriżijiet, iżda ma hemmx sett ta’ indikaturi b’sollijiet ċari biex jiġi ddeterminat id-deterjorament ta’ entità sorveljata. Dan ukoll jaffettwa b’mod negattiv l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni ta’ kriżijiet (il-paragrafi 73 sa 79). L-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni, mill-BĊE, tal-identifikazzjoni ta’ kriżijiet hija barra minn hekk affettwata mill-fatt li l-valutazzjonijiet ta’ intervent bikri jitwettqu prinċipalment fil-kuntest taċ-ċiklu annwali tal-SREP, u mhux bħala reazzjoni għall-evidenza ta’ deterjorament materjali fil-kundizzjoni finanzjarja ta’ bank, (il-paragrafi 89 sa 91), u d-dokumentazzjoni ta’ bażi ma tikkonformax kompletament mal-elementi stabbiliti fil-gwida eżistenti.

Rakkomandazzjoni 3

Jenħtieġ li l-BĊE:

  1. ikompli jiżviluppa l-gwida tiegħu dwar il-valutazzjonijiet ta’ intervent bikri u jiddefinixxi sett ta’ indikaturi b’sollijiet ċari biex jiġi ddeterminat id-deterjorament potenzjali fil-kundizzjoni finanzjarja ta’ bank, billi jagħmel użu minn xi wħud mill-indikaturi u l-iskattaturi li ġew ivvalutati bħala adatti fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-bank ikkonċernat, u jorbothom ma’ proċessi ċari ta’ eskalazzjoni biex jippermetti l-użu operazjonalment effiċjenti tal-informazzjoni disponibbli;
  2. jippromwovi l-użu rapidu u sistematiku tal-valutazzjonijiet ta’ intervent bikri hekk kif ikun hemm evidenza ta’ deterjorament materjali fil-kundizzjoni finanzjarja ta’ bank;
  3. jenfasizza l-aċċertament tal-kwalità tal-valutazzjonijiet ta’ intervent bikri sabiex jiġi żgurat li l-proċessi u l-gwida interni tiegħu jkunu qed jiġu segwiti.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: it-tieni trimestru tal-2018.

126

Il-BĊE ma għandux proċeduri u sistemi ddefiniti b’mod ċar għall-ġbir, il-valutazzjoni, ir-rappurtar ’il fuq fil-ġerarkija u t-teħid ta’ azzjoni b’mod komprensiv dwar l-ammont kbir ta’ informazzjoni li għandu għad dispożizzjoni tiegħu, u l-monitoraġġ u s-segwitu ċentralizzati tiegħu tas-sejbiet mhumiex sistematikament dokumentati (il-paragrafi 80 sa 86).

Rakkomandazzjoni 4

Jenħtieġ li l-BĊE jissimplifika l-proċessi tiegħu għall-ittrattar tal-informazzjoni kollha (inkluża l-informazzjoni dwar ir-riskju sistemiku) biex b’hekk jimmassimizza l-kapaċità tiegħu li jidentifika l-banek li jinsabu fi kriżi fi stadju bikri. Dan jenħtieġ li jinkludi l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni maniġerjali għar-rappurtar sistematiku ta’ nuqqas ta’ rispett jew ta’ kważi nuqqas ta’ rispett tar-rekwiżiti regolatorji, u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli ċentralizzati.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-ewwel trimestru tal-2019.

Rispons għall-kriżijiet

127

L-approċċ attwali tal-BĊE għall-ġestjoni operazzjonali tar-rispons għall-kriżijiet ma jinkludix proċedura biex jiġi żgurat li l-kobor ta’ problema partikolari jiġi kkwantifikat qabel ma jiġu kkunsidrati miżuri superviżorji. B’mod partikolari, il-BĊE ma għandux timijiet ta’ spezzjoni fuq il-post li huma faċilment disponibbli biex iwettqu analiżi dettaljata tal-kwalità tal-assi għall-banek li jinsabu fi kriżi (il-paragrafu 96 sa 99).

Rakkomandazzjoni 5

Jenħtieġ li l-BĊE:

  1. ikompli jiżviluppa l-gwida tiegħu dwar l-intervent bikri sabiex jiġi żgurat li s-sejbiet superviżorji rilevanti kollha jiġu kkwantifikati qabel ma l-miżuri ta’ rispons jiġu kkunsidrati.
  2. jistabbilixxi proċessi ċari biex jinkiseb aċċertament dwar il-kwalità tal-assi tal-istituzzjonijiet li l-kundizzjoni finanzjarja tagħhom tkun iddeterjorat b’mod konsiderevoli, fejn ikun għad hemm inċertezza rigward il-valwazzjoni tal-assi. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkollu għad-dispożizzjoni mmedjata tiegħu timijiet ta’ spezzjoni fuq il-post biex iwettqu analiżi dettaljata tal-kwalità tal-assi għall-banek li jinsabu fi kriżi.
  3. jipproduċi rapporti regolari ta’ progress għall-maniġment superjuri li jkunu jagħtu sommarju b’mod sistematiku, komprensiv u prospettiv tal-mod kif il-banek bi problemi identifikati fil-kwalità tal-assi jkunu qed jiġu indirizzati permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post jew mezzi oħra.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: ir-raba’ trimestru tal-2018.

128

Il-BĊE identifika diffikultajiet fl-applikazzjoni tal-miżuri ta’ intervent bikri (inkluża duplikazzjoni ta’ miżuri oħra) disponibbli għar-rispons għall-kriżijiet. Huwa avviċina lil-leġiżlatur biex ifittex bidliet legali, iżda ma pprovdiex gwida lilll-persunal tal-BĊE biex ikunu jistgħu jiffaċċjaw dawn id-diffikultajiet. Barra minn hekk, ma hemmx deskrizzjoni tal-azzjonijiet speċifiċi li jistgħu jiġu kkunsidrati f’firxa ta’ xenarji, u s-setgħat legali li jistgħu jkunu bbażati fuqhom. F’dan ir-rigward, meta jkun qed jiddetermina liema setgħat u miżuri jridu jiġu kkunsidrati f’xenarju partikolari, huwa ma jisfruttax l-għarfien siewi li jkun kiseb, minn valutazzjonijiet ta’ pjanijiet ta’ rkupru u sitwazzjonijiet ta’ kriżi preċedenti,. L-użu bir-reqqa ta’ dan l-għarfien jista’ sinifikattivament iżid l-effiċjenza operazzjonali billi jiżgura li l-miżuri kollha applikati jkunu xierqa u proporzjonati (il-paragrafi 101 sa 104).

Rakkomandazzjoni 6

Jenħtieġ li l-BĊE jkompli jiżviluppa l-gwida operazzjonali tiegħu dwar il-valutazzjonijiet ta’ intervent bikri sabiex:

  1. jindirizza d-diffikultajiet identifikati fl-applikazzjoni tas-setgħat tiegħu billi jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra bidliet leġiżlattivi biex jiġu indirizzati dgħufijiet potenzjali fil-qafas eżistenti.
  2. jintroduċi deskrizzjoni komprensiva tal-azzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu kkunsidrati f’firxa ta’ xenarji u s-setgħat legali li jridu jiġu applikati. Għal din il-fini, jenħtieġ li huwa jagħmel użu sistematiku mill-għarfien li kiseb permezz tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru tal-banek u s-sitwazzjonijiet ta’ kriżi preċedenti.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: ir-raba’ trimestru tal-2018.

129

Il-gwida tal-BĊE dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida tal-EBA dwar il-FOLTF għandha kamp ta’ applikazzjoni limitat wisq u mhijiex daqstant dettaljata, u ma tipprovdix ċarezza dwar kif għandhom jintużaw l-elementi oġġettivi deskritti fil-linji gwida tal-EBA fil-kuntest ta’ valutazzjoni FOLTF (il-paragrafi 107 sa 109).

Rakkomandazzjoni 7

Jenħtieġ li l-BĊE jkompli jiżviluppa l-gwida operazzjonali tiegħu għall-valutazzjonijiet FOLTF, b’mod partikolari billi jkompli jelabora dwar l-użu tal-elementi oġġettivi deskritti fil-linji gwida tal-EBA.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-ewwel trimestru tal-2018.

130

Il-BĊE rrifjuta li jagħtina aċċess għal dokumenti u informazzjoni li kienu meħtieġa biex inwettqu l-kompitu tagħna. Fuq il-bażi tad-dokumenti li rċevejna, aħna ma stajna nivvalutaw kemm it-tfassil tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u l-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet ikkontribwew għall-effiċjenza operazzjonali. Madankollu, l-evidenza pprovduta mill-BĊE dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk l-attivitajiet kienet estremament limitata u għalhekk ma stajniex nisiltu konklużjonijiet dwar l-effiċjenza operazzjonali tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni ta’ kriżijiet fil-prattika (ara l-Anness I).

Rakkomandazzjoni 8

Jenħtieġ li l-BĊE jagħti lill-Qorti tal-Awdituri aċċess għad-dokumenti jew l-informazzjoni kollha li hija titlob sabiex twettaq il-kompitu tagħha, fl-interessi tal-obbligu ta’ rendikont.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: minnufih.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Diċembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President

Annessi

Anness I

Limitazzjoni fl-ambitu tagħna

Għal xiex staqsejna Xi wriena l-BĊE X’kien hemm nieqes X’kien ifisser dan għall-awditu li wettaqna tal-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni Limitazzjoni fl-ambitu tagħna
Kampjunar tal-pjanijiet ta’ rkupru
Pjanijiet ta’ rkupru sħaħ u valutazzjonijiet tat-TSK (mudell, ittri ta’ feedback u deċiżjonijiet konġunti) għal tmien banek ikkampjunati b’mod aleatorju Taqsimiet editjati dwar l-“indikaturi”, l-“għażliet” u x-“xenarji”, kull waħda għal tliet pjanijiet ta’ rkupru, iżda mhux aktar minn taqsima waħda minn kwalunkwe pjan wieħed; u l-valutazzjonijiet tat-TSK relatati ma’ dawk it-taqsimiet, kif ukoll ittri ta’ feedback u deċiżjonijiet konġunti editjati Id-daqs tal-kampjun finali ma kienx rappreżentattiv, b’inqas minn 1 % tal-popolazzjoni. Id-data kwantitattiva kollha ġiet editjata. L-informazzjoni ma kinitx tkopri l-oqsma kollha tal-ippjanar ta’ rkupru u l-ebda pjan ma ġie pprovdut bis-sħiħ. Dan ma taniex informazzjoni suffiċjenti biex inwettqu testijiet mill-bidu sal-aħħar, ittestjar sostantiv u testijiet tal-kontrolli. Aħna ma stajniex neżaminaw jekk fil-prattika l-għodda ta’ valutazzjoni tippermettix li jsiru valutazzjonijiet komprensivi, konsistenti u operazzjonalment effiċjenti fl-MSU. Ma stajniex nivverifikaw (a) jekk il-gwida inizjali (kriterji ġenerali għal kull mistoqsija) u ż-żidiet ta’ wara kinux koerenti u jinftiehmu faċilment mit-TSK individwali biex b’hekk il-mistoqsijiet fl-għodda jkunu jistgħu jitwieġbu b’mod konsistenti u effiċjenti f’kull ħin; (b) jekk il-funzjonijiet addizzjonali u l-qari tal-għodda jirreġistrawx b’mod effiċjenti n-nuqqasijiet kollha identifikati matul valutazzjoni għall-iskop ta’ feedback li jingħata lill-banek. Id-dokumenti li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħna għall-kampjunar ma ppermettewlniex li nwettqu proċeduri tal-awditjar sinifikattivi u xierqa biex nivverifikaw jekk fil-prattika l-gwida/kriterji fl-għodda ta’ valutazzjoni humiex koerenti u jiġux applikati b’mod konsistenti u effiċjenti. Ma stajniex nisiltu konklużjoni dwar l-użu tal-għodda ta’ valutazzjoni u għaldaqstant ma nistgħux nesprimu opinjoni dwar l-effiċjenza operazzjonali fil-prattika tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru.
Kampjunar ta’ banek li jinsabu fi kriżi
Aċċess sħiħ għall-fajls superviżorji (eż. noti, valutazzjonijiet, atti operazzjonali, abbozzi ta’ deċiżjonijiet u deċiżjonijiet finali, komunikazzjoni/konsultazzjoni ma’ partijiet interessati interni u esterni, aġendi u minuti) ta’ ħames banek li jinsabu f’livelli differenti ta’ kriżi, magħżula b’mod aleatorju biex ikopru l-istadji kollha tal-proċess ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet tal-BĊE. Għażla limitata ta’ dokumenti ta’ tliet banek, li kull wieħed ikopri biss stadju wieħed tal-ġestjoni ta’ kriżijiet tal-BĊE u mhumiex organizzati b’mod kronoloġiku. Id-dokumenti ġew editjati ħafna (dati, data regolatorja l-aktar rilevanti, awturi, destinatarji u partijiet mir-raġunament tgħattew bl-iswed) Il-kampjun ma kienx rappreżentattiv, peress li kellu eżempju wieħed biss għal kull stadju, u għldaqstant ma ksibna l-ebda dokumentazzjoni tal-proċess kollu kemm hu mill-bidu sat-tmiem għal bank wieħed biss. Id-dokumenti ntgħażlu minn qabel u ġew editjati ħafna, għaldaqstant ma kellniex aċċess sħiħ għall-fajls. L-informazzjoni ma kinitx suffiċjenti għall-ittestjar mill-bidu sal-aħħar mill-identifikazzjoni ta’ kriżi sat-tmiem tagħha. Dan il-kampjun kien kruċjali għall-valutazzjoni tagħna ta’ ċerti proċeduri ewlenin (testijiet tal-kontrolli u verifikazzjonijiet tad-dettalji), speċjalment minħabba li d-dokumentazzjoni tas-sistema u l-gwida spiss kienu inkompleti.
L-ittestjar mill-bidu sal-aħħar, biex tiġi vverifikata l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni ta’ kriżijiet, it-tħejjija għalihom, l-identifikazzjoni, il-monitoraġġ u r-rispons għalihom matul il-proċess kollu, ma kienx possibbli. Anke fil-ftit dokumenti magħżulin minn qabel li ksibna, l-editjar u n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ data ta’ bażi llimitaw b’mod sostanzjali l-kapaċità tagħna li nivvalutaw l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni.
Aħna ma stajniex inwettqu testijiet mill-bidu sal-aħħar, testijiet komprensivi tal-kontrolli jew testijiet sostantivi biex nivverifikaw l-effiċjenza operazzjonali tal-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet tal-BĊE (eż. il-komunikazzjoni interna u esterna mal-kulleġġi u mal-SRB, l-identifikazzjoni ta’ kriżijiet u r-rispons għalihom). Aħna kellna noqogħdu fuq l-informazzjoni pprovduta lilna u ma kellniex l-informazzjoni ta’ sfond kollha li kellna bżonn biex nivvalutaw il-proċessi. Ma nistgħux nesprimu opinjoni dwar l-effiċjenza operazzjonali tal-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet fil-prattika.

Anness II

Passi proċedurali li jeħtieġ li jiġu segwiti matul il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru fil-kuntest tal-kulleġġi superviżorji

Anness III

Stħarriġ tal-entitajiet sorveljati

Il-Mistoqsijiet 1 sa 5 huma talbiet għal informazzjoni ta’ kuntatt tal-entitajiet dwar: l-uffiċċju prinċipali tal-pajjiż, l-isem tal-entità, u l-isem tal-punt ta’ kuntatt, l-indirizz tal-email u n-numru tat-telefown.

1. Standards ipprovduti mill-EBA

Mistoqsija 6: Kemm huwa utli l-EBA-GL-2015-02 (il-Linji Gwida tal-EBA dwar il-lista minima ta’ indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi tal-pjanijiet ta’ rkupru)?

Mistoqsija 7: Agħti dettalji ta’ kwalunkwe qasam fejn inti sibt li l-linji gwida huma inkompleti (ara l-Kaxxa 1.1).

Estremament utli 4 6%
Utli ħafna 27 42%
Utli 27 42%
Kemxejn utli 5 8%
Assolutament mhux utli 0 0%
L-ebda risposta 1 2%
Total 64 100%

Mistoqsija 8: Kemm huwa utli l-EBA/RTS/2014/11 (l-abbozz finali ta’ Standards Tekniċi Regolatorji tal-EBA dwar il-kontenut tal-pjanijiet ta’ rkupru)?

Mistoqsija 9: Agħti dettalji ta’ kwalunkwe qasam fejn inti sibt li l-istandards huma inkompleti (ara l-Kaxxa 1.1).

Estremament utli 4 6%
Utli ħafna 26 41%
Utli 30 47%
Kemxejn utli 3 5%
Assolutament mhux utli 0 0%
L-ebda risposta 1 2%
Total 64 100%

Mistoqsija 10: Kemm huwa utli l-EBA/GL/2014/06 (il-Linji Gwida tal-EBA dwar il-firxa ta’ xenarji li jridu jintużaw fil-pjanijiet ta’ rkupru)?

Mistoqsija 11: Agħti dettalji ta’ kwalunkwe qasam fejn inti sibt li l-istandards huma inkompleti (ara l-Kaxxa 1.1).

Estremament utli 2 3%
Utli ħafna 16 25%
Utli 35 55%
Kemxejn utli 9 14%
Assolutament mhux utli 1 2%
L-ebda risposta 1 2%
Total 64 100%

Mistoqsija 12: Kemm huwa utli l-EBA/RTS/2014/12 (l-abbozz finali ta’ Standards Tekniċi Regolatorji tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru)?

Mistoqsija 13: Agħti dettalji ta’ kwalunkwe qasam fejn inti sibt li l-istandards huma inkompleti (ara l-Kaxxa 1.1).

Estremament utli 1 2%
Utli ħafna 9 14%
Utli 28 44%
Kemxejn utli 17 27%
Assolutament mhux utli 0 0%
Mhux applikabbli 2 3%
L-ebda risposta 7 11%
Total 64 100%

Mistoqsija 14 - Taħseb li l-gwida inizjali tal-EBA (EBA/REC/2013/02) dwar l-iżvilupp tal-pjanijiet ta’ rkupru kienet adegwata fl-oqsma li ġejjin?

(a) Indikaturi tal-pjanijiet ta’ rkupru u livelli ta’ kalibrazzjoni;

Eċċellenti 1 2%
Tajba 13 21%
Adegwata 13 21%
Ħażina 20 32%
Ħażina ħafna 3 5%
L-ebda risposta 13 21%
Total 63 100%

(b) Xenarji u għażliet tal-pjanijiet ta’ rkupru;

Eċċellenti 2 3%
Tajba 14 22%
Adegwata 16 25%
Ħażina 16 25%
Ħażina ħafna 2 3%
L-ebda risposta 13 21%
Total 63 100%

(c) Identifikazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi u tal-linji operatorji ewlenin.

Eċċellenti 1 2%
Tajba 8 13%
Adegwata 19 30%
Ħażina 18 29%
Ħażina ħafna 4 6%
L-ebda risposta 13 21%
Total 63 100%

Mistoqsija 15: X’jista’ jsir biex ikomplu jittejbu l-aspetti indirizzati mill-mistoqsijiet ta’ hawn fuq (ara l-Kaxxa 1.1)?

2. Gwida kumplessiva pprovduta mill-EBA jew f’interazzjoni mal-BĊE (eż. TSK)

Mistoqsija 16: Jekk bgħatt mistoqsijiet lill-BĊE, irċevejt risposti fi żmien raġonevoli?

Tweġiba malajr ħafna 5 8%
Tweġiba malajr 7 11%
Ħin ta’ rispons adegwat 24 39%
Tweġiba bil-mod 9 15%
L-ebda risposta 1 2%
Mhux applikabbli 12 19%
L-ebda tweġiba għal din il-mistoqsija 4 6%
Total 62 100%

Mistoqsija 17: Ir-risposti tal-BĊE huma ċari u spjegati tajjeb?

Dejjem 4 6%
Spiss 22 35%
Xi kultant 17 27%
Rarament 3 5%
Qatt 0 0%
Mhux applikabbli 13 21%
L-ebda risposta 3 5%
Total 62 100%

Mistoqsija 18: Ir-risposti tal-BĊE jtejbu l-kwalità tal-pjan ta’ rkupru?

Dejjem 11 18%
Spiss 17 28%
Xi kultant 17 28%
Rarament 2 3%
Qatt 0 0%
Mhux applikabbli 12 20%
L-ebda risposta 2 3%
Total 61 100%

Mistoqsija 19: Ir-risposti jew il-gwida tal-BĊE qabel il-preżentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru huma konsistenti mal-ittra ta’ feedback maħruġa fi tmiem iċ-ċiklu ta’ preżentazzjoni?

Mistoqsija 20: Jekk le, jekk jogħġbok iddeskrivi kwalunkwe problema u ssuġġerixxi titjib (ara l-Kaxxa 1.2).

Iva 33 53%
Le 2 3%
Mhux applikabbli 19 31%
L-ebda risposta 8 13%
Total 62 100%
Gwida dwar it-taqsima relatata mal-istruttura u n-negozju tal-istituzzjoni fil-pjanijiet ta’ rkupru

Mistoqsija 21: X’kien il-livell ta’ interazzjoni mat-TSK fir-rigward tat-taqsima relatata mal-istruttura u n-negozju tal-istituzzjoni fil-pjanijiet ta’ rkupru?

Għoli 6 10%
Medju 29 47%
Baxx 19 31%
L-ebda 3 5%
L-ebda risposta 5 8%
Total 62 100%

Mistoqsija 22: Minn perspettiva ġenerali (eż. ix-xogħol tat-TSK u l-gwida tal-EBA), ingħatajt gwida ċara dwar it-taqsima relatata mal-istruttura u n-negozju tal-istituzzjoni fil-pjanijiet ta’ rkupru għall-aspetti li ġejjin?

(a) Strateġija kummerċjali u ta’ riskju globali u kumplessiva, mudell kummerċjali u pjan ta’ direzzjoni tan-negozju;

Tajba ħafna 4 7%
Tajba 27 44%
Aċċettabbli 20 33%
Ħażina 3 5%
Ħażina ħafna 0 0%
Mhux applikabbli 5 8%
L-ebda risposta 2 3%
Total 61 100%

(b) Identifikazzjoni u klassifikazzjoni tal-linji operatorji ewlenin u tal-funzjonijiet kritiċi;

Tajba ħafna 6 10%
Tajba 17 28%
Aċċettabbli 21 35%
Ħażina 10 17%
Ħażina ħafna 0 0%
Mhux applikabbli 5 8%
L-ebda risposta 1 2%
Total 60 100%

(c) Interkonnettività interna u esterna.

Tajba ħafna 3 5%
Tajba 18 30%
Aċċettabbli 20 33%
Ħażina 13 21%
Ħażina ħafna 0 0%
Mhux applikabbli 4 7%
L-ebda risposta 3 5%
Total 61 100%

Mistoqsija 23: X’jista’ jsir biex ikomplu jittejbu l-aspetti relatati mal-istruttura u n-negozju tal-istituzzjoni li ġew indirizzati mill-mistoqsija preċedenti (ara l-Kaxxa 1.2)?

Gwida fir-rigward tat-taqsima dwar il-governanza tal-pjanijiet ta’ rkupru

Mistoqsija 24: X’kien il-livell ta’ interazzjoni mat-TSK fir-rigward tat-taqsima dwar il-governanza tal-pjanijiet ta’ rkupru?

Għoli 12 20%
Medju 29 48%
Baxx 11 18%
L-ebda 4 7%
L-ebda risposta 5 8%
Total 61 100%

Mistoqsija 25: Minn perspettiva ġenerali (eż. ix-xogħol tat-TSK u l-gwida tal-EBA), ingħatajt gwida ċara dwar it-taqsima relatata mal-governanza tal-pjanijiet ta’ rkupru fl-oqsma li ġejjin?

(a) L-iżvilupp, iż-żamma u l-aġġornament tal-pjan ta’ rkupru;

Tajba ħafna 9 15%
Tajba 35 57%
Aċċettabbli 9 15%
Ħażina 2 3%
Ħażina ħafna 3 5%
Mhux applikabbli 2 3%
L-ebda risposta 1 2%
Total 61 100%

(b) Integrazzjoni u konsistenza tal-pjan ta’ rkupru mal-proċeduri interni u ta’ governanza tal-istituzzjoni;

Tajba ħafna 11 18%
Tajba 26 43%
Aċċettabbli 16 26%
Ħażina 4 7%
Ħażina ħafna 1 2%
Mhux applikabbli 2 3%
L-ebda risposta 1 2%
Total 61 100%

(c) Proċeduri eskalanti għall-attivazzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru.

Tajba ħafna 10 16%
Tajba 29 48%
Aċċettabbli 13 21%
Ħażina 6 10%
Ħażina ħafna 0 0%
Mhux applikabbli 2 3%
L-ebda risposta 1 2%
Total 61 100%

Mistoqsija 26: X’jista’ jsir biex ikomplu jittejbu l-aspetti relatati mal-governanza li ġew indirizzati mill-mistoqsija preċedenti (ara l-Kaxxa 1.2)?

Gwida fir-rigward tal-indikaturi tal-pjanijiet ta’ rkupru

Mistoqsija 27: X’kien il-livell ta’ interazzjoni mat-TSK fir-rigward tal-indikaturi tal-pjanijiet ta’ rkupru?

Għoli 20 33%
Medju 25 41%
Baxx 10 16%
L-ebda 1 2%
L-ebda risposta 5 8%
Total 61 100%

Mistoqsija 28: Minn perspettiva ġenerali (eż. ix-xogħol tat-TSK u l-gwida tal-EBA), ingħatajt gwida ċara fir-rigward tal-indikaturi tal-pjanijiet ta’ rkupru fl-oqsma li ġejjin?

(a) Is-sett jew il-qafas tal-indikaturi;

Tajba ħafna 7 11%
Tajba 32 52%
Aċċettabbli 17 28%
Ħażina 2 3%
Ħażina ħafna 1 2%
Mhux applikabbli 1 2%
L-ebda risposta 1 2%
Total 61 100%

(b) Kif imisshom jiġu kkalibrati l-indikaturi (fir-rigward tal-mudell kummerċjali tal-istituzzjoni, id-daqs u l-kumplessità tagħha, ir-rekwiżiti regolatorji u kunsiderazzjonijiet oħra) biex jiġu attivati l-għażliet ta’ rkupru;

Tajba ħafna 3 5%
Tajba 15 25%
Aċċettabbli 27 44%
Ħażina 12 20%
Ħażina ħafna 1 2%
Mhux applikabbli 2 3%
L-ebda risposta 1 2%
Total 61 100%

(c) Integrazzjoni u konsistenza tal-indikaturi mal-qafas ġenerali ta’ ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni għall-iskop ta’ ġestjoni effettiva tar-riskju u ta’ kriżijiet.

Tajba ħafna 4 7%
Tajba 23 38%
Aċċettabbli 24 39%
Ħażina 7 11%
Ħażina ħafna 0 0%
Mhux applikabbli 1 2%
L-ebda risposta 2 3%
Total 61 100%

Mistoqsija 29: X’jista’ jsir biex ikomplu jittejbu l-aspetti relatati mal-indikaturi tal-pjanijiet ta’ rkupru li ġew indirizzati mill-mistoqsija preċedenti (ara l-Kaxxa 1.2)?

Gwida fir-rigward tal-għażliet ta’ rkupru

Mistoqsija 30: X’kien il-livell ta’ interazzjoni mat-TSK fir-rigward tal-għażliet ta’ rkupru?

Għoli 15 25%
Medju 30 49%
Baxx 9 15%
L-ebda 1 2%
L-ebda risposta 6 10%
Total 61 100%

Mistoqsija 31: Minn perspettiva ġenerali (eż. ix-xogħol tat-TSK u l-gwida tal-EBA), ingħatajt gwida ċara fir-rigward tal-għażliet ta’ rkupru fl-oqsma li ġejjin?

(a) Valutazzjoni tal-għażliet ta’ rkupru tal-istituzzjoni;

Tajba ħafna 4 7%
Tajba 27 44%
Aċċettabbli 22 36%
Ħażina 5 8%
Ħażina ħafna 1 2%
Mhux applikabbli 1 2%
L-ebda risposta 1 2%
Total 61 100%

(b) Analiżi tal-kredibbiltà, tal-impatt u tal-fattibbiltà tal-għażliet ta’ rkupru.

Tajba ħafna 5 8%
Tajba 23 38%
Aċċettabbli 22 36%
Ħażina 8 13%
Ħażina ħafna 1 2%
Mhux applikabbli 1 2%
L-ebda risposta 1 2%
Total 61 100%

Mistoqsija 32: X’jista’ jsir biex ikomplu jittejbu l-aspetti relatati mal-għażliet ta’ rkupru li ġew indirizzati mill-mistoqsija preċedenti (ara l-Kaxxa 1.2)?

Gwida dwar il-kwistjoni tax-xenarji

Mistoqsija 33: X’kien il-livell ta’ interazzjoni mat-TSK dwar il-kwistjoni tax-xenarji?

Għoli 10 16%
Medju 30 49%
Baxx 15 25%
L-ebda 1 2%
L-ebda risposta 5 8%
Total 61 100%

Mistoqsija 34: Minn perspettiva ġenerali (eż. ix-xogħoltat-TSK u l-gwida tal-EBA), ingħatajt gwida ċara dwar il-kwistjoni tax-xenarji fl-oqsma li ġejjin?

(a) Adegwatezza tax-xenarji magħżula;

Tajba ħafna 4 7%
Tajba 21 34%
Aċċettabbli 26 43%
Ħażina 6 10%
Ħażina ħafna 2 3%
Mhux applikabbli 1 2%
L-ebda risposta 1 2%
Total 61 100%

(b) Impatt u fattibbiltà tal-għażliet ta’ rkupru fix-xenarji.

Tajba ħafna 2 3%
Tajba 22 36%
Aċċettabbli 24 39%
Ħażina 8 13%
Ħażina ħafna 2 3%
Mhux applikabbli 1 2%
L-ebda risposta 2 3%
Total 61 100%

Mistoqsija 35: X’jista’ jsir biex ikomplu jittejbu l-aspetti relatati mal-xenarji li ġew indirizzati mill-mistoqsija preċedenti (ara l-Kaxxa 1.2)?

3. Iċ-ċarezza tal-ittri ta’ feedback

Mistoqsija 36: Taħseb li l-ittri ta’ feedback li ntbagħtu b’rispons għat-tieni ċiklu ta’ pjanijiet ta’ rkupru pprovdew informazzjoni solida fl-oqsma li ġejjin?

(a) Indikaturi tal-pjanijiet ta’ rkupru u livelli ta’ kalibrazzjoni;

Dejjem 7 12%
Spiss 20 33%
Xi kultant 15 25%
Rarament 5 8%
Qatt 0 0%
Mhux applikabbli 8 13%
L-ebda risposta 5 8%
Total 60 100%

(b) Xenarji u għażliet tal-pjanijiet ta’ rkupru;

Dejjem 5 8%
Spiss 23 38%
Xi kultant 15 25%
Rarament 4 7%
Qatt 0 0%
Mhux applikabbli 8 13%
L-ebda risposta 5 8%
Total 60 100%

(c) Identifikazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi u tal-linji operatorji ewlenin.

Dejjem 5 8%
Spiss 20 33%
Xi kultant 11 18%
Rarament 4 7%
Qatt 3 5%
Mhux applikabbli 12 20%
L-ebda risposta 5 8%
Total 60 100%

Mistoqsija 37: Taħseb li l-ittri ta’ feedback issodisfaw il-ħtiġijiet tiegħek f’termini ta’ ċarezza tal-punti li tqajmu?

Mistoqsija 38: Jekk weġibt minn Qatt sa Xi kultant għall-mistoqsija preċedenti, x’jista’ jittejjeb (ara l-Kaxxa 1.3)?

Dejjem 4 7%
Spiss 26 44%
Xi kultant 12 20%
Rarament 4 7%
Qatt 0 0%
Mhux applikabbli 8 14%
L-ebda risposta 5 8%
Total 59 100%

Mistoqsija 39: Jekk ittra ta’ feedback kien fiha rakkomandazzjonijiet / bidliet issuġġeriti għall-pjan ta’ rkupru, ingħatajt żmien suffiċjenti biex timplimenta dawn il-kummenti / tindirizza dawn id-dgħufijiet qabel ma ppreżentajt il-pjan ta’ rkupru ta’ wara jew aġġornament ad hoc tal-pjan ta’ rkupru?

Dejjem 19 31%
Spiss 20 33%
Xi kultant 11 18%
Rarament 1 2%
Qatt 1 2%
Mhux applikabbli 5 8%
L-ebda risposta 4 7%
Total 61 100%

Mistoqsija 40: Għandek kanal ta’ komunikazzjoni stabbilit b’mod ċar mal-BĊE?

Dejjem 49 80%
Spiss 9 15%
Xi kultant 2 3%
Rarament 0 0%
Qatt 0 0%
Mhux applikabbli 0 0%
L-ebda risposta 1 2%
Total 61 100%

Mistoqsija 41: Il-membri tal-BĊE huma disponibbli biex jikkjarifikaw is-sejbiet tal-istituzzjoni tiegħek?

Dejjem 27 44%
Spiss 19 31%
Xi kultant 8 13%
Rarament 1 2%
Qatt 0 0%
Mhux applikabbli 3 5%
L-ebda risposta 3 5%
Total 61 100%

Mistoqsija 42: Jekk weġibt minn Qatt sa Xi kultant għall-mistoqsija preċedenti, x’jista’ jittejjeb (ara l-Kaxxa 1.3)?

4. Diskussjoni mal-BĊE dwar kwistjonijiet li tqajmu fl-ittri ta’ feedback

Mistoqsija 43: Qabel ma erġajt ippreżentajt il-pjan ta’ rkupru, ingħatajt żmien raġonevoli biex tikkummenta dwar il-feedback tal-BĊE u tiddiskutih mal-BĊE?

Mistoqsija 44: Jekk le, jekk jogħġbok iddeskrivi kwalunkwe problema u ssuġġerixxi titjib (ara l-Kaxxa 1.4).

Dejjem 21 34%
Spiss 18 30%
Xi kultant 4 7%
Rarament 4 7%
Qatt 2 3%
Mhux applikabbli 8 13%
L-ebda risposta 4 7%
Total 61 100%

Mistoqsija 45: Taħseb li l-proċess ta’ indirizzar / implimentazzjoni tal-kwistjonijiet jew il-miżuri msemmija fil-feedback huwa effiċjenti?

Mistoqsija 46: Jekk weġibt minn Qatt sa Xi kultant għall-mistoqsija preċedenti, x’jista’ jittejjeb (ara l-Kaxxa 1.4)?

Dejjem 13 21%
Spiss 24 39%
Xi kultant 12 20%
Rarament 2 3%
Qatt 0 0%
Mhux applikabbli 5 8%
L-ebda risposta 5 8%
Total 61 100%
5. Aġġornament tal-pjanijiet ta’ rkupru

Mistoqsija 47: Huwa faċli tikkuntattja lis-superviżur biex jindirizza kwistjonijiet rilevanti għall-aġġornament tal-pjanijiet ta’ rkupru?

Dejjem 27 44%
Spiss 19 31%
Xi kultant 4 7%
Rarament 0 0%
Qatt 0 0%
Mhux applikabbli 7 11%
L-ebda risposta 4 7%
Total 61 100%

Mistoqsija 48: Jekk il-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru identifikat defiċjenzi jew impedimenti materjali, il-perjodu ta’ 2+1 xhur huwa suffiċjenti biex jiġi ppreżentat pjan ta’ rkupru rivedut?

Mistoqsija 49: Jekk weġibt minn Qatt sa Xi kultant għall-mistoqsija preċedenti, x’jista’ jittejjeb (ara l-Kaxxa 1.5)?

Dejjem 0 0%
Spiss 6 10%
Xi kultant 9 15%
Rarament 12 20%
Qatt 3 5%
Mhux applikabbli 28 46%
L-ebda risposta 3 5%
Total 61 100%

Mistoqsija 50: Il-BĊE talab informazzjoni għall-valutazzjoni tiegħu ta’ pjan ta’ rkupru rivedut li kienet diġà ġiet ipprovduta għall-valutazzjoni inizjali tal-pjanijiet ta’ rkupru?

Mistoqsija 51: Jekk jogħġbok agħti aktar dettalji u ssuġġerixxi titjib (ara l-Kaxxa 1.5).

Dejjem 2 3%
Spiss 0 0%
Xi kultant 8 13%
Rarament 6 10%
Qatt 15 25%
Mhux applikabbli 26 43%
L-ebda risposta 4 7%
Total 61 100%
6. Valutazzjoni kumplessiva tal-ippjanar ta’ rkupru

Mistoqsija 52: Minn perspettiva ġenerali, il-proċess tal-ippjanar ta’ rkupru ppermetta lill-istituzzjoni tiegħek tifhem aħjar is-sitwazzjoni u tħejji lilha nfisha aħjar għall-kriżi?

B’mod konsiderevoli ħafna 10 17%
B’mod konsiderevoli 31 52%
Kemxejn 13 22%
Ftit li xejn 4 7%
Assolutament xejn 0 0%
Mhux applikabbli 1 2%
L-ebda risposta 1 2%
Total 60 100%

Mistoqsija 53: Kemm taħseb li l-proċess kumplessiv huwa formali (jiġifieri kemm jiffoka fuq il-formalitajiet aktar milli fuq ir-riskji)?

Prattiku ħafna 2 3%
Prattiku 9 15%
Aċċettabbli 26 43%
Formali 13 22%
Formali ħafna 7 12%
Mhux applikabbli 1 2%
L-ebda risposta 2 3%
Total 60 100%

Mistoqsija 54: Taħseb li r-riskji ewlenin ġew diskussi miegħek?

Kunsiderazzjoni bir-reqqa tar-riskji ewlenin 16 27%
Ir-riskji ewlenin ġew spiss ikkunsidrati 20 33%
Xi kunsiderazzjoni tar-riskji ewlenin 10 17%
Ir-riskji ewlenin ftit li xejn ġew ikkunsidrati 3 5%
Ir-riskji ewlenin assolutament ma ġewx ikkunsidrati 0 0%
Mhux applikabbli 4 7%
L-ebda risposta 7 12%
Total 60 100%

Mistoqsija 55: Jekk jogħġbok issuġġerixxi kwalunkwe titjib ieħor, li għadu ma tkopriex mit-tweġibiet tiegħek hawn fuq, li jista’ jsir għall-kwalità kumplessiva tal-ippjanar ta’ rkupru (ara l-Kaxxa 1.6).

 

 

Kaxxa 1 - Stħarriġ tal-entitajiet sorveljati

Rigward dak li jista’ jittejjeb, entitajiet sinifikanti individwali sorveljati kkummentaw li:

1. Standards ipprovduti mill-EBA

  • Il-Linji Gwida tal-EBA dwar il-lista minima ta’ indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi tal-pjanijiet ta’ rkupru (EBA-GL-2015-02) huma preskrittivi ħafna (seba’ banek) f’ċerti oqsma, u ma jħallux post biex l-entitajiet jirriflettu l-interpretazzjoni proprja tagħhom (eż. il-lista ta’ indikaturi obbligatorji). Barra minn hekk, l-entitajiet ikkummentaw li jenħtieġ li huma jitħallew jagħżlu l-indikaturi li jkunu l-aktar xierqa għall-mudell kummerċjali speċifiku tagħhom (12-il bank) billi dan jippermetti allinjament aktar effiċjenti mal-ħtiġijiet ta’ informazzjoni eżistenti u l-oqfsa ta’ ġestjoni tar-riskju. Barra dan, l-entitajiet ikkummentaw li dawn il-linji gwida kellhom jinkludu definizzjonijiet tekniċi (6 banek) għal kull indikatur ta’ rkupru u jelaboraw aktar dwar il-punt ta’ nuqqas ta’ rispett tal-indikaturi ta’ rkupru. L-entitajiet esprimew ukoll il-fehma li jenħtieġ li l-interazzjoni bejn il-kumpanija omm u s-sussidjarji tiġi koperta aħjar u jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn l-indikaturi obbligatorji għall-entitajiet omm u s-sussidjarji (2 banek);
  • L-abbozz finali ta’ Standards Tekniċi Regolatorji tal-EBA dwar il-kontenut tal-pjanijiet ta’ rkupru (EBA/RTS/2014/11) ma jipprovdix gwida ċara dwar il-kontenut ta’ pjan ta’ rkupru ta’ grupp “integrat”, dwar kif l-entitajiet materjali individwali (sussidjarji) għandhom jiġu integrati fil-pjan ta’ rkupru tal-grupp (3 banek). Barra minn hekk, l-entitajiet ikkummentaw li l-banek iridu jżidu ammonti kbar ta’ informazzjoni (abbażi tal-gwida tal-EBA u l-feedback tal-BĊE) li għandha użu limitat fi żminijiet ta’ kriżi u normalment tiġi indirizzata f’dokumenti oħra kondiviżi mal-BĊE (8 banek). L-entitajiet semmew ukoll li jenħtieġ li ssir distinzjoni ċara bejn il-kontenut relatat mal-pjanijiet ta’ rkupru u l-kontenut relatat mal-ippjanar ta’ riżoluzzjoni u li partijiet mill-kontenut tal-pjanijiet ta’ rkupru mhumiex rilevanti fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ rkupru iżda huma ta’ importanza kbira għall-ippjanar ta’ riżoluzzjoni (4 banek);
  • L-abbozz ta’ Standards Tekniċi Regolatorji tal-EBA dwar il-firxa ta’ xenarji li għandhom jintużaw fi pjanijiet ta’ rkupru (EBA/GL/2014/06) ma jiddefinix b’mod ċar il-metodoloġija tal-ittestjar invers tal-istress (9 banek). Barra minn hekk, l-entitajiet ikkummentaw li jkun utli ħafna li tiġi spjegata aktar id-distinzjoni bejn l-avvenimenti rapidi u dawk bil-mod (4 banek) u tkun utli aktar ċarezza dwar is-severità u l-kronoloġija tax-xenarji (3 banek);
  • L-abbozz finali ta’ Standards Tekniċi Regolatorji tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru (EBA/RTS/2014/12), ir-rekwiżiti huma ġenerali wisq (7 banek) u jista’ jsirilhom titjib billi tiġi pprovduta gwida addizzjonali. Barra minn hekk, l-entitajiet ikkummentaw li jkun utli ħafna li tiġi ċċarata aktar l-integrazzjoni tas-sussidjarji fil-Pjan ta’ Rkupru tal-Grupp (3 banek) u jistgħu jiġu inklużi aktar dettalji dwar il-mod kif jenħtieġ li s-superviżuri japplikaw il-proporzjonalità billi jieħdu inkunsidrazzjoni d-daqs u l-mudell kummerċjali (2 banek);
  • F’termini ġenerali, il-gwida tal-EBA hija deskritta fuq bażi ta’ livell għoli ħafna u jeħtieġ li tkun immirata, li tidderieġi u rilevanti (9 banek) u l-entitajiet ikkummentaw li jenħtieġ li l-kalibrazzjoni tal-indikaturi ta’ rkupru tiġi spjegata b’mod aktar approfondit (5 banek);

2. Gwida kumplessiva pprovduta mill-EBA jew f’interazzjoni mal-BĊE (eż. TSK)

  • Jenħtieġ li r-risposti jew il-gwida tal-BĊE qabel il-preżentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru jiffukaw aktar fuq il-kwalità tal-pjan ta’ rkupru u ma jiġux iddettati mill-armonizzazzjoni u l-komparabbiltà tal-pjanijiet ta’ rkupru (3 banek). Barra minn hekk, xi entitajiet ikkummentaw li għadhom ma rċevewx l-ittri ta’ feedback wara li ppreżentaw il-pjan ta’ rkupru u d-data ta’ skadenza tagħhom ilha li għaddiet (3 banek);
  • dwar il-kwistjoni tal-istruttura u n-negozju tal-istituzzjoni, jenħtieġ li jiġu pprovduti linji gwida aktar dettaljati dwar kif għandhom jiġu identifikati/immappjati l-linji operatorji ewlenin, il-funzjonijiet kritiċi u l-interkonnettività interna u esterna (10 banek). Barra minn hekk, l-entitajiet ikkummentaw li jenħtieġ li l-gwida tkun allinjata mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni (8 banek). L-entitajiet ikkummentaw ukoll li jenħtieġ li l-interazzjoni mat-TSK tkun aktar iffukata fuq il-wasla ta’ assistenza jew tweġibiet għal kwistjonijiet tekniċi, u jenħtieġ li l-membri tat-TSK u membri oħra tat-timijiet superviżorji jinteraġixxu aktar biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi minħabba l-fatt li l-informazzjoni meħtieġa tkun spiss diġà ġiet ipprovduta taħt rapportar regolatorju ieħor (4 banek);
  • dwar il-kwistjoni tal-governanza, ikun utli li jkun hemm aktar dettalji fil-gwida f’termini tal-governanza li trid tiġi deskritta, l-interkonnessjonijiet mas-sussidjarji, il-proċessi ta’ eskalazzjoni (5 banek).
  • dwar il-kwistjoni tal-indikaturi tal-pjanijiet ta’ rkupru, jenħtieġ li tingħata gwida aktar ċara għall-kalibrazzjoni tal-indikaturi (8 banek). Barra minn hekk, l-entitajiet ikkummentaw li jenħtieġ ikun hemm aktar flessibbiltà fil-valutazzjoni tal-għażla tal-indikaturi ta’ rkupru ta’ istituzzjoni (5 banek);
  • dwar il-kwistjoni tal-għażliet ta’ rkupru, jenħtieġ li jiġu pprovduti aktar dettalji relatati mal-kriterji għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà u l-fattibbiltà tal-għażliet ta’ rkupru (11-il bank);
  • dwar il-kwistjoni tax-xenarji, il-livell kumplessiv ta’ dettall meħtieġ mhuwiex dejjem ċar (4 banek). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-aspett ta’ żmien ikun aktar ċar (2 banek) u x-xenarji / l-approċċi tal-ittestjar invers tal-istress mhumiex spjegati biżżejjed fid-dettall (5 banek);

3. Iċ-ċarezza tal-ittri ta’ feedback

  • dwar il-kwistjoni relatata mal-ittri ta’ feedback li jissodisfaw il-ħtiġijiet f’termini ta’ ċarezza tal-punti li tqajmu, jenħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn l-ippjanar ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni (2 banek), jiġu apprezzati aktar dettalji dwar ir-rakkomandazzjonijiet biex jiġi implimentat it-titjib mistenni (10 banek), ikun hemm aktar flessibbiltà fl-analiżi u aktar rieda biex tiġi mifhuma l-perspettiva tal-bank dwar l-indikaturi ta’ rkupru u l-livelli tal-iskattar (2 banek). Diversi banek semmew ukoll li kienu għadhom ma rċevewx l-ittri ta’ feedback (7 banek);
  • dwar il-kwistjoni relatata mad-disponibbiltà tal-membri tal-BĊE biex jiċċaraw is-sejbiet, jenħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni aħjar tal-komunikazzjoni bejn il-partijiet kollha involuti fl-ippjanar ta’ rkupru (6 banek). Xi banek semmew ukoll li ż-żmien allokat għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet spiss huwa qasir wisq (3 banek);

4. Diskussjoni mal-BĊE dwar kwistjonijiet li tqajmu fl-ittri ta’ feedback

  • dwar il-kwistjoni relatata mal-feedback tal-BĊE qabel ma l-pjan ta’ rkupru jerġa’ jiġi ppreżentat mill-ġdid, l-entitajiet ikkummentaw li l-kronoloġiji/d-dati ta’ skadenza għall-implimentazzjoni ta’ bidliet fil-pjanijiet ta’ rkupru ta’ gruppi transkonfinali kbar jeħtieġ li jqisu d-differenzi fil-kalendarji tal-maniġment/tas-superviżuri lokali li jistgħu ma jkunux kompatibbli mat-talbiet superviżorji. Tinħtieġ flessibbiltà akbar f’dan il-qasam u djalogu/skambji bejn is-superviżuri huma mħeġġa. L-entitajiet ikkummentaw ukoll li kien hemm pjuttost komunikazzjoni f’direzzjoni waħda u li ma kien hemm l-ebda possibbiltà li jikkummentaw dwar il-feedback tal-BĊE (3 banek);
  • dwar il-kwistjoni tal-indirizzar/l-implimentazzjoni tal-kwistjonijiet jew il-miżuri msemmija fil-feedback, l-entitajiet ikkummentaw li jenħtieġ li jiġi pprovdut żmien suffiċjenti għall-kummenti tal-banek kif ukoll żmien suffiċjenti għall-implimentazzjoni tal-valutazzjoni superviżorja finali (3 banek). Barra minn hekk, l-entitajiet ikkummentaw li l-BĊE jivverifika l-preżenza l-elementi kollha fil-linji gwida tal-EBA mingħajr konnessjoni sħiħa ma’ dak li huwa rilevanti għal bank jew le, u dan jirriżulta fl-inklużjoni ta’ informazzjoni addizzjonali fi pjan ta’ rkupru li tkun ta’ użu limitat għall-istituzzjoni fi żminijiet ta’ kriżi (5 banek);

5. Aġġornament tal-pjanijiet ta’ rkupru

  • dwar il-kwistjoni relatata mal-perjodu ta’ 2+1 xhur biex jiġi ppreżentat pjan ta’ rkupru rivedut (meta l-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tkun identifikat defiċjenzi jew impedimenti materjali), l-entitajiet ikkummentaw li jenħtieġ li l-perjodu jkun flessibbli skont id-defiċjenzi jew l-impedimenti materjali identifikati u jekk jiġu identifikati problemi sostanzjali, il-perjodu ta’ żmien huwa qasir wisq (18-il bank);
  • dwar il-kwistjoni relatata mal-informazzjoni mitluba mill-BĊE għall-valutazzjoni tiegħu ta’ pjan ta’ rkupru rivedut, l-entitajiet ikkummentaw li xi kultant l-informazzjoni tkun diġà disponibbli iżda tidher li ma tkunx kondiviża b’mod effettiv mas-superviżuri kollha involuti (4 banek);

6. Valutazzjoni kumplessiva tal-ippjanar ta’ rkupru

  • aktar speċifiċità fir-rigward tat-titjib fl-elementi ewlenin u inqas formalità rigward il-linji gwida li jistgħu jnaqqsu l-effettività fil-prattika (7 banek);
  • possibbiltà li jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn l-informazzjoni mitluba għall-ippjanar ta’ rkupru (MSU) u dik mitluba għall-ippjanar ta’ riżoluzzjoni (SRB). Dan jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-konsistenza tal-informazzjoni/id-data relatata (filwaqt li jiġu evitati wkoll id-duplikazzjonijiet bla bżonn) u jkun ta’ benefiċċju kemm għall-awtoritajiet superviżorji kif ukoll għall-banek (bank wieħed);
  • il-fokus fuq l-armonizzazzjoni sħiħa tal-pjanijiet ta’ rkupru (Ewropej) kollha jidher li qed tinjora d-differenzi bejn il-banek. Ir-rimarki u l-feedback mhux dejjem iżidu l-utilizzabbiltà operazzjonali tal-pjan ta’ rkupru u l-ista ta’ tħejjija tal-bank għal fażi ta’ rkupru. Minflok dawn jidhru li jindirizzaw kwistjonijiet ta’ kumparabbiltà tal-pjanijiet ta’ rkupru bejn il-banek, u fl-opinjoni tagħna jenħtieġ li dan ma jkunx l-għan aħħari tal-ippjanar ta’ rkupru (bank wieħed);
  • Jenħtieġ li dak il-pjan ta’ rkupru jkun dokument strateġiku fis-sjieda tal-Korp Maniġerjali tal-bank. Iżda bir-rekwiżiti, il-Pjan ta’ rkupru nbidel f’dokument tqil (li għandu mijiet/eluf ta’ paġni), huwa diffiċli biex taqrah u tifhmu (bank wieħed).

Risposta tal-BĊE

Sommarju eżekuttiv

X’sibna

Paragrafu IV

Il-BĊE jirrikonoxxi li l-proċess tal-finalizzazzjoni tal-arranġamenti ħa iktar żmien milli mistenni minħabba l-kumplessitajiet tan-negozjati, li jinvolvu numru kbir ta’ awtoritajiet differenti, iżda qed isir progress kostanti u l-arranġamenti bil-miktub għal kulleġġi ta' superviżuri huma mistennija li jiġu ffinalizzati dalwaqt.

Paragrafu V

Il-BĊE ta lill-QEA dokumenti u informazzjoni li jippermettulha tivvaluta l-effiċjenza operattiva tal-ġestjoni tal-BĊE fit-twaqqif ta’ proċeduri għall-ġestjoni ta’ kriżi għall-funzjoni superviżorja tagħha, f'konformità mal-mandat tal-QEA kif definit fl-Artikolu 27.2 tal-Protokoll tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE (minn hawn 'il quddiem "Statut tas-SEBĊ") u l-Artikolu 20(7) tar-Regolament MSU. F'dan ir-rigward, il-BĊE ma jaqbilx mad-dikjarazzjoni tal-QEA li ma tistax tasal għal konklużjonijiet dwar l-effiċjenza operattiva tal-ġestjoni ta’ dan il-proċess minħabba n-nuqqas ta' evidenza pprovduta mill-BĊE. Il-BĊE, f'konformità mal-obbligi tiegħu skont l-Istatut tas-SEBĊ u r-Regolament MSU, ikkoopera bis-sħiħ mal-QEA biex jiffaċilita l-awditu u investa ammont konsiderevoli ta’ ħin u riżorsi sabiex jipprovdi lit-tim tal-awditjar b’numru sostanzjali ta’ dokumenti u spjegazzjonijiet. Xi dokumenti dwar SIs individwali ma setgħux jingħataw b'mod sħiħ jew ġew ipprovduti f'forma redatta, imma d-dokumenti kollha kienu konsistenti mal-mandat tal-QEA.

Paragrafu VI

Fir-rigward tar-rimarki tal-QEA dwar in-nuqqas ta' evidenza komprensiva, il-BĊE jtenni l-fehmiet espressi fil-kummenti tiegħu fil-paragrafu ta’ qabel. Fir-rigward tal-bqija tal-punti f'dan il-paragrafu:

  1. Il-BĊE jikkonforma mal-linji gwida tal-ABE dwar l-intervent bikri. Il-gwida operattiva dwar il-valutazzjonijiet ta’ intervent bikri hija aġġornata u sottomessa lil TSKs fuq bażi annwali. L-aħħar gwida, li ġiet prodotta f'Settembru 2017, ma ġietx ikkunsidrata matul il-proċess tal-awditu u tindirizza t-tħassib imqajjem mill-QEA (eż. billi tiddeskrivi indikaturi u kriterji oġġettivi).
  2. Is-setgħat superviżorji u ta’ intervent bikri kollha huma kkunsidrati fis-sitwazzjonijiet ta' kriżi kollha. Il-BĊE ma jillimitax l-użu potenzjali tas-setgħat tiegħu f'xenarji speċifiċi.

Il-BĊE jikkonforma mal-linji gwida tal-ABE dwar il-valutazzjonijiet tal-FOLTF. Il-BĊE pproduċa (i) gwida operattiva lil TSKs għall-valutazzjonijiet tal-FOLTF u (ii) gwida interna addizzjonali biex jiġi stabbilit jekk entità hux qed tfalli jew x'aktarx tfalli (skont l-Artikolu 18 tar-Regolament SRM). Dik il-gwida kienet parti mid-dokumentazzjoni awditjata mill-QEA.

Aċċess għal-evidenza

Paragrafu VII

Il-BĊE ta lill-QEA d-dokumenti kollha li talbet rigward il-proċeduri u l-politiki. F'termini ta' informazzjoni speċifika tal-bank, il-QEA talbet ċikli ta' ppjanar ta' rkupru sħiħ għal tmien banek u fajls ta' sorveljanza sħaħ għal ħames banek f'fażijiet differenti ta' kriżi. F'dan ir-rigward, il-BĊE ta lill-QEA:

  • siltiet anonimizzati minn disa’ pjanijiet ta' rkupru (il-banek intgħażlu każwalment) u tliet ittri ta’ rispons għal pjan ta' rkupru;
  • tliet fajls anonimizzati li fihom siltiet minn għodod ta’ valutazzjoni tal-pjan ta' rkupru, ittri ta' rispons u deċiżjonijiet konġunti fir-rigward tat-taqsimiet tal-pjan ta' rkupru fuq xenarji u għażliet indikattivi (li jkopru banek differenti);
  • tliet fajls SI li fihom dokumenti redatti fuq banek f'diversi stadji ta’ kriżi (b'banek magħżula każwalment), fejn l-identità biss ta' kull bank biss nħbiet;
  • kronoloġija tal-kriżi f'format Excel għal SI anonimizzat wieħed.

Il-mandat tal-BĊE dwar il-pjanijiet ta' rkupru huwa limitat għall-valutazzjonijiet tagħhom (u għalhekk ma jinkludix l-abbozzar ta' pjanijiet bħal dawn) u l-mandat tal-awditu tal-QEA kien limitat għall-valutazzjoni tal-effiċjenza operattiva tal-proċess tal-valutazzjoni. Aħna għalhekk nikkunsidraw li l-QEA setgħet tiġġudika l-effiċjenza operattiva ta' dak il-proċess permezz tal-aċċess tagħha għall-firxa sħiħa ta' għodod ta' valutazzjoni u gwida orizzontali disponibbli għat-TSKs u l-aċċess tagħha għat-tliet valutazzjonijiet tal-pjan ta' rkupru.

Fir-rigward ta' każijiet ta' kriżi individwali, il-BĊE jikkunsidra li l-QEA ingħatat biżżejjed informazzjoni biex tippermetti valutazzjoni tal-effiċjenza operattiva tal-ġestjoni ta’ kriżi tal-BĊE. Il-QEA kellha aċċess għal għażla ta' dokumenti mill-fajl superviżorju anonimizzat (valutazzjonijiet ta' intervent bikri, noti lill-Bord ta' Sorveljanza, noti interni b'analiżi, eċċ.). B'mod parallel, l-QEA ngħatat wkoll aċċess għad-dokumentazzjoni rilevanti prodotta mill-funzjonijiet orizzontali tal-MSU

X’nirrakkomandaw

Paragrafu IX

Il-koordinazzjoni formali fil-kuntest tal-kulleġġ se tittejjeb sostanzjalment bil-konklużjoni tad-WCCAs. Fil-prattika, din il-koordinazzjoni qed titjieb ma' kull ċiklu superviżorju annwali kkompletat mill-kulleġġi superviżorji, li huma kompletament operattivi

L-għoti ta' aktar gwida dwar l-indikaturi tal-pjan ta' rkupru kien prijorità għad-Diviżjoni tal-Ġestjoni ta’ Kriżi tal-BĊE. Fiċ-ċiklu tal-2017, il-gwida eżistenti mill-ABE ġiet supplimentata b'punti ta’ referenza komparattivi komprensivi bejn il-pari, li tippermetti lill-TSKs jevalwaw aħjar l-adegwatezza tal-indikaturi tal-banek individwali. Dawk il-punti ta' referenza bejn il-pari se jkomplu jiġu aġġornati fuq bażi annwali.

Paragrafu XI
  1. Il-kwistjonijiet kollha huma kkwantifikati qabel ma jitqiesu l-miżuri ta' rispons għall-kriżi, kif ikkonfermat minn dokumentazzjoni pprovduta lill-QEA matul l-awditu (valutazzjonijiet ta' intervent bikri, noti tal-Bord ta' Sorveljanza, analiżi interna, eċċ.).
  2. Il-BĊE jimmonitorja b'mod sistematiku l-kwalità tal-assi tal-banek, kemm barra mis-sit (eż. permezz ta' attivitajiet ta' monitoraġġ tat-TSK u x-xogħol kontinwu tat-task force fuq NPLs li ġie stabbilit f'Lulju 2015) kif ukoll fuq is-sit permezz ta' spezzjonijiet dedikati dwar riskju ta' kreditu (aktar minn 60 minnhom twettqu fl-2016).
  3. Il-BĊE jikkonforma mal-linji gwida tal-QEA dwar il-valutazzjonijiet tal-FOLTF. Il-BĊE pproduċa wkoll (i) gwida operattiva għal JSTs fuq valutazzjonijiet tal-FOLTF u (ii) gwida interna addizzjonali biex jiġi ddeterminat jekk entità hijiex qed tfalli jew x'aktarx tfalli (skont l-Artikolu 18 tar-Regolament SRM). Il-gwida rilevanti kienet inkluża fid-dokumenti awditjati mill-QEA.

Approċċ tal-awditjar u metodoloġija

Paragrafu 14

Ta' min jinnota li 509 dokument (li jammontaw għal madwar 5,800 paġna) ġew maqsuma mal-QEA fil-kuntest ta' dan l-awditu. Ġew organizzati 38 laqgħa bejn it-tim tal-awditu tal-QEA u l-persunal tal-BĊE.

Paragrafu 16

Id-dokumenti kollha mitluba relatati mal-politiki u l-proċessi tpoġġew għad-dispożizzjoni. Fir-rigward ta' każijiet speċifiċi ta’ bank, l-QEA ngħatat dokumenti li jippermettulha tivverifika l-implimentazzjoni ta' proċessi mingħajr ma tidentifika banek individwali. Ir-redazzjoni tad-dokumenti kienet limitata ħafna, b'kont meħud tar-regoli stretti ta' kunfidenzjalità tal-QEA, u kienet immirata biss biex taħbi l-identità ta' kull bank, li ma kinitx meħtieġa għall-finijiet tal-awditu.

Osservazzjonijiet

Twaqqif organizzattiv, reklutaġġ u allokazzjoni ta' persunal għal attivitajiet ta' ġestjoni ta' kriżi

Paragrafu 25

L-aħħar sentenza ta' dan il-paragrafu tindika li l-BĊE m'għandu l-ebda proċess stabbilit biex jevalwa mill-ġdid il-ħtiġijiet tal-persunal jew jerġa' jalloka l-persunal f'każ ta' kriżi. Madankollu, meta sseħħ kriżi, it-TSK huwa appoġġat mis-CRM u riżorsi oħra fid-DĠ/MS IV. Barra minn hekk, il-BĊE huwa tal-fehma li proċeduri speċjali mhumiex meħtieġa, peress li l-maniġers diġà għandhom il-kapaċità li jċaqilqu r-riżorsi madwar l-unitajiet jekk ikun hemm bżonn.

Kooperazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-ġestjoni ta’ kriżi

Paragrafu 29

Gwida għal TSKs dwar arranġamenti tal-kulleġġ hija disponibbli fuq l-IMAS. Din il-gwida interna hija eżawrjenti u tinkludi referenzi għall-qafas legali u d-dokumenti tal-ABE, istruzzjonijiet u mudelli għall-immappjar ta' gruppi, mudelli (b'eżempji integrati) għal WCCAs, passi operattivi u proċeduri interni għall-approvazzjoni ta' WCCAs, u mudelli għall-programm ta' eżami superviżorju tal-kulleġġ

Il-mudell WCCA jkopri s-sett minimu ta' informazzjoni li għandha tiġi skambjata f'sitwazzjoni ta' kriżi, b'referenza għar-rekwiżiti legali minimi (ara l-Artikoli 17(3) u 19 tar-Regolament Delegat tal- Kummissjoni (UE) 2016/98 u l-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/99), u l-ebda membru tal-kulleġġ ma talab li jinkludi informazzjoni li teċċedi dawk ir-rekwiżiti legali.

Paragrafu 30

Sal-aħħar ta’ Ottubru 2017, 12-il WCCAs ġew konklużi, tnejn kienu fil-proċess ta' approvazzjoni, 14 kienu taħt reviżjoni interna u tnejn kienu fil-proċess li jiġu nnegozjati.

Ma saret l-ebda prijoritizzazzjoni tar-riskju għall-konklużjoni tad-WCCAs, peress li l-leġiżlazzjoni tal-livell tnejn teħtieġ li l-kulleġġi kollha jkollhom WCCA fis-seħħ, mingħajr ebda possibbiltà li jiġi applikat approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Il-fattur ewlieni li affettwa l-finalizzazzjoni ta' dawn l-arranġamenti kien il-kumplessità tal-ambjenti differenti tal-kulleġġ, li jinvolvu awtoritajiet minn numru kbir ta' ġurisdizzjonijiet, u l-ħtieġa li jgħaqqdu varjetà ta' rekwiżiti differenti f'dokument komuni.

Finalment, għalkemm ċerti WCCAs għad iridu jitlestew, ir-rekwiżiti li jirregolaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-diversi Stati Membri tal-UE huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti u l-applikazzjoni tagħhom għalhekk ma tiddependix b'mod sinifikanti fuq l-eżistenza tad-WCCAs. Għaldaqstant, ir-riskju ta' WCCA nieqes li jnaqqas il-kapaċità tal-BĊE li jirrispondi għal kriżi b'mod f'waqtu u effiċjenti huwa pjuttost limitat.

Paragrafu 31

Il-ġestjoni tal-kompiti relatati mal-kulleġġ tat-TSKs f'sitwazzjoni ta' kriżi hija deskritta fid-dettall fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/99, li huma inklużi fl-IMAS għal faċilità ta' aċċess minn TSKs. Barra minn hekk, gwida operattiva dwar il-funzjonament tal-kulleġġi hija pprovduta fit-Taqsima 3.12 tal-Manwal Superviżorju. Għaldaqstant, il-BĊE ma jaqbilx ma’ din il-konstatazzjoni.

Paragrafu 32

Il-BĊE bħalissa qed jaħdem biex jistabbilixxi qafas superviżorju għall-FICOs, li nistennew li nimplimentaw, ladarba jiġi approvat, fiċ-ċiklu superviżorju li jmiss. Bħalissa, it-TSKs qed jivverifikaw prattiki tal-AKN ta' qabel l-MSU fir-rigward tal-FICOs.

Paragrafu 33

Il-mudell WCCA jkopri s-sett minimu ta' informazzjoni li għandha tiġi skambjata f'sitwazzjoni ta' kriżi, b'referenza għar-rekwiżiti legali minimi (ara l-Artikoli 17(3) u 19 tar-Regolament Delegat tal- Kummissjoni (UE) 2016/98 u l-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/99), u l-ebda membru tal-kulleġġ ma talab li jinkludi informazzjoni li teċċedi dawk ir-rekwiżiti legali. Kif indikat, it-taqsima tal-mudell li tittratta l-interazzjoni bejn il-kulleġġi superviżorji u tar-riżoluzzjoni hija inkompleta minħabba l-fatt li l-kulleġġi tar-riżoluzzjoni ġew stabbiliti biss reċentement. Ix-xogħol fuq dan għadu għaddej, fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba fiċ-ċikli tal-kulleġġ ta' qabel mill-istabbiliment tal-SRB.

Interazzjoni mal-SRB u parteċipanti oħra teħtieġ titjib

Paragrafu 37

Il-livell ta' informazzjoni li hija maqsuma mal-SRB f'sitwazzjonijiet li mhumiex ta' kriżi ġie miftiehem mal-SRB u huwa bbażat fuq valutazzjoni inizjali tal-ħtiġijiet li saret fil-ħin tat-tlestija tal-MoU attwali (jiġifieri fl-aħħar tal-2015). F'konformità ma' dak l-MoU, il-BĊE jipprovdi lill-SRB bl-informazzjoni kollha li teħtieġ għat-twettiq tal-ippjanar tar-riżoluzzjoni. Aktar informazzjoni hija skambjata f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, fejn l-SRB jirċievi informazzjoni addizzjonali jew awtomatikament permezz tal-IMAS jew permezz tat-tlugħ ta' informazzjoni f'Darwin.

Paragrafu 38

F'sitwazzjoni ta' kriżi, il-BĊE awtomatikament jagħmel sett estiż ta' informazzjoni rilevanti disponibbli lill-SRB billi jistabbilixxi "indikazzjoni ta' informazzjoni mtejba" fl-IMAS. Dan mhux biss iseħħ f'sitwazzjonijiet fejn bank huwa soġġett għal miżura ta' intervent bikri; jiġri wkoll fis-sitwazzjonijiet kollha li fihom ikun hemm deterjorament finanzjarju li jista' jwassal għal ksur jew ksur probabbli tar-rekwiżiti superviżorji.

Jekk tinħtieġ aktar informazzjoni, l-SRB jitlobha. Talbiet bħal dawn huma ttrattati bħala ta’ prijorità għolja u l-informazzjoni tittella’ f'Darwin hekk kif tinġabar

Barra minn hekk, l-SRB ikun mistieden jattendi l-laqgħat kollha tal-Bord ta’ Sorveljanza li jittrattaw banek f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, sabiex jirċievi awtomatikament l-istess livell ta’ informazzjoni bħall-membri tal-Bord ta' Sorveljanza.

Paragrafu 39

Ara l-kummenti tal-BĊE hawn fuq. Fid-dawl tal-fatt li l-BĊE kien qabel mal-SRB dwar (i) sett ta' informazzjoni li se jiġi skambjat għal skopijiet ta' ppjanar ta' riżoluzzjoni, (ii) proċessi biex jintensifika l- iskambju ta' informazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, u (iii) kanali effiċjenti sabiex isseħħ dik il-komunikazzjoni (Darwin u IMAS), il-BĊE ma jaqbilx li l-effiċjenza operattiva tal-iskambju tal-informazzjoni ġiet affettwata ħażin.

Ir-reviżjoni li għaddejja tal-MoU għandha l-ħsieb li tqis l-esperjenza miksuba matul l-aħħar sentejn u żżid aktar l-ammont ta' informazzjoni li hija kondiviża awtomatikament mal-SRB.

Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS)

Paragrafu 40

Is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE għandha l-proċess intern tagħha li jirregola l-monitoraġġ u d-distribuzzjoni interna tad-dokumenti rilevanti kollha mħejjija mill-BERS u sottomessi għall-laqgħat tal-Bord Ġenerali, il-Kumitat ta' Tmexxija u Kumitat Tekniku Konsultattiv tiegħu u konsultazzjonijiet bil-miktub. Dan ikopri mhux biss abbozzi u verżjonijiet finali ta' twissijiet/rakkomandazzjonijiet, imma wkoll dokumenti oħra rilevanti għall-identifikazzjoni ta' riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja. Gwida rilevanti għat-TSKs hija pprovduta fil-Manwal Superviżorju fil-kuntest tal-SREP. Għalhekk, ir-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja huma kkunsidrati fil-proċess ta' reviżjoni superviżorja tal-BĊE u fil-ġestjoni ta’ kriżi

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti

Paragrafu 41

Il-BĊE jixtieq jinnota li ffirma l-MoUs mhux biss mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, iżda wkoll ma' xi ftit awtoritajiet tas-suq nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE, kif ukoll awtoritajiet ta' pajjiżi terzi u awtoritajiet tal-UE. Ikkonkluda wkoll MoU mal-SRB

Paragrafu 42

Għaddejjin negozjati mal-awtoritajiet kollha li l-BĊE identifika bħala prijorità fil-kuntest tal-ewwel grupp ta' negozjati. Barra minn hekk, "awtoritajiet superviżorji ewlenin" huma fil-quċċata tal-lista ta' prijoritajiet, li juru li l-prijoritajiet u l-azzjonijiet tal-BĊE huma allinjati.

Ippjanar ta’ rkupru

L-użu ta’ esperti nazzjonali jfisser kunflitti potenzjali ta’ governanza

Paragrafu 50

Il-Manwal Superviżorju jippermetti esperti nazzjonali minn funzjonijiet orizzontali biex jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru. Allura, valutazzjonijiet bħal dawn qatt ma huma assenjati biss lil membru tal-persunal minn AKN li mhix parti mit-TSK rilevanti. Minflok, dak il-membru tal-persunal jikkoopera mal-membri tat-TSK u s-CRM. Dan japplika wkoll f'oqsma oħra, peress li l-użu ta' esperti nazzjonali mhuwiex limitat għal valutazzjonijiet tal-pjan ta' rkupru.

Paragrafu 53

Il-leġiżlatur inkariga lill-ABE bl-iżvilupp ta' linji gwida li jispeċifikaw lista minima ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi (ara l-Artikolu 9(2) BRRD). L-għoti ta' aktar gwida dwar l-indikaturi tal-pjan ta' rkupru huwa wieħed mill-prijoritajiet tas-CRM. Fiċ-ċiklu ta' valutazzjoni tal-2017, li tnieda f'Settembru 2017, il-gwida pprovduta lit-TSK ġiet issupplimentata b’punti ta’ referenza bejn il-pari komprensiva, li tippermetti lit-TSK jevalwaw aħjar l-adegwatezza tal-indikaturi individwali tal-banek. Dawk il-punti ta' referenza bejn il-pari se jkomplu jiġu aġġornati fuq bażi annwali.

Paragrafu 54

Ara l-kummenti tal-BĊE dwar il-paragrafu 53. Fid-dawl tal-analiżi addizzjonali bejn il-pari mwettqa għaċ-ċiklu tal-2017 (ir-riżultati tagħhom ġew sottomessi lit-TSKs kollha f'Ottubru 2017), il-BĊE jikkunsidra li diġà saret analiżi mill-pari u qed tintuża minn TSKs fil-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru.

Paragrafu 59

Is-superviżuri kollha, inklużi l-esperti tal-AKN, għandhom aċċess għal informazzjoni superviżorja permezz tal-IMAS. L-użu tal-IMAS u l-istatistika ewlenija bħala sorsi ta' referenza huwa parti mit-taħriġ superviżorju standard, għalhekk ir-rilevanza ta' din il-konstatazzjoni mhix ċara.

Paragrafu 60

Ir-rabta bejn il-valutazzjoni tal-pjan ta' rkupru u l-attivitajiet superviżorji kontinwi hija deskritta fil-Manwal Superviżorju.

Paragrafu 61

Diversi dokumenti standardizzati huma ppreparati bħala riżultat ta' valutazzjonijiet tal-pjan ta' rkupru, u dawn id-dokumenti jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha għall-użu tal-pjanijiet ta' rkupru f'sitwazzjonijiet ta' kriżi. L-inklużjoni ta' sommarju tal-pjan ta' rkupru f'laqgħat ta' kriżi hija suġġeriment utli, u diġà tħaddnet.

Paragrafu 65

Il-BĊE jtenni l-opinjonijiet espressi fil-kummenti tiegħu dwar il-paragrafu 16.

Paragrafu 66

Ara l-kummenti tal-BĊE dwar il-paragrafu VII.

Identifikazzjoni ta’ kriżi

Paragrafu 69

Minbarra dawk iż-żewġ dokumenti ewlenin, il-BĊE għandu gwida oħra disponibbli:

  1. Fir-rigward ta’ intervent bikri, sett ta' dokumenti addizzjonali (inkluża gwida operattiva dettaljata) isir disponibbli għat-TSKs għal kull wieħed mir-ċikli ta' valutazzjoni fi ħdan l-SREP. Dawn jinkludu gwida dwar aspetti bħal attivazzjonijiet, rabtiet bejn valutazzjoni ta' intervent bikri u proċessi SREP, kriterji ta' valutazzjoni, miżuri disponibbli, interazzjoni mal-SRB u konsistenza ma' valutazzjonijiet oħra. Din il-gwida saret disponibbli għat-TSKs f'Settembru 2015, 2016 u 2017, li tissupplimenta l-linji gwida tal-ABE dwar l-intervent bikri.
  2. Għal valutazzjonijiet tal-FOLTF, it-TSK jingħataw pakkett ta' gwida ieħor, inkluża nota approvata tal-Bord ta' Sorveljanza dwar l-applikazzjoni tal-linji gwida tal-ABE dwar valutazzjonijiet FOLTF fi ħdan il-BĊE kif ukoll il-kronoloġija u passi proċedurali għal valutazzjonijiet FOLTF li jkopru xenarji differenti (eż. li jiċċaqalqu malajr jew bil-mod).
Paragrafu 70

Is-setgħat legali tal-BĊE u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu ta' miżuri ta' intervent bikri huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni (il-BRRD u l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponiha) u ripetuti, għal faċilità ta' referenza, fi gwida operattiva pprovduta lit-TSKs għaċ-ċiklu ta' valutazzjoni SREP 2017. L-elementi oġġettivi li jinkwadraw is-sentenzi superviżorji dwar l-intervent bikri huma deskritti fid-dettall fil-linji gwida tal-ABE dwar l-intervent bikri. Jekk ikun hemm attivazzjoni waħda jew aktar, is-superviżur għandu jivvaluta l-ħtieġa għal intervent bikri. Dan huwa proċess li huwa applikat b'mod regolari fi ħdan il-BĊE. Barra minn hekk, il-linji gwida tal-ABE jipprovdu lista konkreta ta' avvenimenti sinifikanti li jattivaw valutazzjoni ta' intervent bikri (b'eżempji).

Paragrafu 71

Il-kummenti kollha tal-QEA diġà ġew indirizzati fil-gwida pprovduta f'Settembru 2017 fil-kuntest tal-valutazzjonijiet ta' intervent bikri tal-2017. Pereżempju, dik il-gwida (i) tindika b'mod speċifiku r-rekwiżiti rilevanti (f'termini ta' kapital, likwidità u governanza) u (ii) tipprovdi mudell għar-reġistrazzjoni u deskrizzjoni ta' ksur jew ksur probabbli. Għaldaqstant, il-konstatazzjoni fil-paragrafu 71 ma tapplikax għall-gwida eżistenti.

Paragrafu 72

Ara l-kummenti tal-BĊE ta' hawn fuq, li juru li gwida operattiva addizzjonali hija pprovduta lill-persunal tal-BĊE.

Paragrafu 77

Il-linji gwida tal-ABE jinkludu tliet tipi ta' attivazzjoni biex titwettaq valutazzjoni tal-intervent bikri (waħda bbażata fuq il-punteġġ SREP globali, waħda ibbażata fuq bidliet materjali jew anomaliji, u waħda ibbażata fuq avvenimenti sinifikanti). Il-BĊE juża t-tliet tipi ta’ attivazzjoni. Kull sena l-BĊE jwettaq valutazzjonijiet ta' intervent bikri għall-banek kollha jew (i) b’punteġġ SREP ta' 3 flimkien ma’ sub-punteġġ ta' 4 jew (ii) punteġġ SREP ta' 4. Il-BĊE pproduċa, u jaġġorna fuq bażi annwali, gwida operattiva għat-TSKs fir-rigward ta’ valutazzjonijiet ta' intervent bikri fil-kuntest ta' SREP.

Paragrafu 78

Kif spjegat fil-kummenti dwar il-paragrafu 77 ta' hawn fuq, il-BĊE jagħmel użu sħiħ mit-tliet attivazzjonijiet deskritti mill-linji gwida tal-ABE. L-unika attivazzjoni sistematika li twassal għal valutazzjoni annwali hija l-punteġġ SREP, peress li dan huwa aġġornat (mill-inqas) kull sena. Il-bidliet materjali u avvenimenti sinifikanti oħra jitqiesu jekk u meta jseħħu, jiġifieri fuq bażi ad hoc.

Paragrafu 79

B'referenza għall-aħħar sentenza, il-BĊE jinnota li t-Taqsima 3.2 tal-linji gwida tal-ABE tagħmel referenza għall-indikaturi mmonitorjati skont l-SREP. Il-BĊE jimmonitorja lista estensiva ta' indikaturi bħala parti mill-SREP, u dan il-monitoraġġ jgħin fil-valutazzjonijiet ta' intervent bikri.

Paragrafu 80

Aħna naraw il-valur tal-introduzzjoni ta' proċess immirat lejn il-monitoraġġ ċentrali tal-ksur kollu tar-rekwiżiti superviżorji. Ix-xogħol fuq dan għadu għaddej. Fir-rigward ta’ ksur ta’ attivazzjonijiet tal-pjan ta' rkupru, minħabba li, minbarra l-lista minima, il-pjan ta' kull istituzzjoni jinkludi indikaturi differenti ta’ rkupru b'limiti differenti, dawn ma jistgħux jiġu mmonitorjati faċilment b'mod ċentralizzat. Madankollu, il-BRRD tirrikjedi li l-istituzzjonijiet jipprovdu notifika - mingħajr dewmien - ta' kwalunkwe deċiżjoni biex tittieħed azzjoni msemmija fil-pjan ta' rkupru jew ta' kwalunkwe deċiżjoni li toqgħod lura milli tieħu tali azzjoni. Nuqqas ta' konformità ma' dawn ir-rekwiżiti tan-notifika jista' jiġi ssanzjonat.

Paragrafu 81

Rapport regolari li jagħti dettalji dwar ksur huwa mqassam internament għall-maniġment anzjan u l-unitajiet orizzontali rilevanti, inkluża s-CRM. Il-proċess biex titkattar l-informazzjoni u jitwaqqaf rispons għal kriżi fil-proċess f'każ ta’ deterjorament materjali huwa inkluż fl-EAP.

Qed iseħħ titjib fl-IMAS, li jwassal għal twissijiet awtomatiċi fil-każ ta’ ksur jew ksur probabbli tar-rekwiżiti superviżorji.

Paragrafu 82

Ara l-kummenti tal-BĊE dwar il-paragrafu 81, li jirreferu għat-titjib illi qed jitwettaq fl-IMAS.

Hemm proċedura speċifika (stabbilita fl-EAP) li tirregola l-involviment ta’ partijiet interessati interni tat-TSK sabiex tindirizza deterjorament materjali fil-kundizzjoni finanzjarja ta' bank, u dik il-proċedura tipprovdi għal valutazzjoni tal-FOLTF jekk ikun hemm bżonn.

Paragrafu 83

F'każ wieħed biss ir-rappurtar imdewwem ta’ bank ġie kkunsidrat "indebitu". Fil-każ ta’ dak il-bank, il-TSK kien diġà identifika li l-mekkaniżmu ta' eskalazzjoni inkluż fil-pjan ta’ rkupru kien inadegwat u talab li jittejjeb. F'każijiet oħra, id-differenzi bejn id-data tal-ksur u d-data tar-rappurtar kienu dovuti, pereżempju, għal dewmien ta’ rappurtar (peress li xi dejta superviżorja hija disponibbli biss bil-mogħdija ta’ perjodu ta' żmien).

Paragrafu 84
  1. Il-BĊE dejjem jikkunsidra azzjonijiet ta’ aġġornament f'każijiet ta' ksur probabbli tal-ħtiġijiet tal-kapital jew tal-likwidità.
  2. Il-ksur tal-limiti tal-indikaturi tal-irkupru ma jwassalx għal kwalunkwe tip ta’ azzjoni superviżorja awtomatika. F'każ ta’ ksur, il-BRRD tagħti lill-maniġer tal-bank il-flessibilità biex jiddeċiedi jekk jattivax miżuri ta' rkupru jew le, għalkemm għandhom dejjem jinfurmaw lis-superviżur.
Paragrafu 85

Jiġi adottat approċċ sistematiku biex jiġi żgurat li r-riskju sistemiku u l-impatti mikroprudenzjali potenzjali tal-iżviluppi makroekonomiċi jiġu kkunsidrati fid-diversi stadji tal-proċess superviżorju tal-BĊE:

  • Id-Diviżjoni tal-Analiżi tar-Riskju tal-BĊE perjodikament tirrapporta dwar riskji u tendenzi fil-livell makro li jistgħu jaffettwaw is-sistema finanzjarja u l-industrija bankarja. Din l-analiżi tirriżulta minn diversi sorsi, inkluż in-naħa bankarja ċentrali tal-BĊE, il-monitoraġġ tar-riskju tal-ABE u l-investigazzjonijiet proprji tad-diviżjoni.
  • Il-Bord ta’ Sorveljanza jidentifika riskji emerġenti u jistabbilixxi prijoritajiet superviżorji għal kull sena, qabel ma jibda ċ-ċiklu ta' ppjanar superviżorju fil-TSKs.
  • Il-TSKs iqisu dawn il-prijoritajiet u jħejju l-pjan operattiv superviżorju għal kull sena, filwaqt li jqisu l-impatt fuq l-istituzzjonijiet tagħhom.
  • L-informazzjoni rilevanti kollha li tappartjeni għal dawn ir-riskji u prijoritajiet hija meqjusa bħala parti mill-proċess SREP u l-valutazzjoni tar-RAS.

Fir-rigward tar-riskji sistemiċi identifikati mill-BERS, din l-analiżi titqies bħala parti mill-proċess SREP. Il-proċessi rilevanti huma dokumentati fil-Manwal Superviżorju.

Paragrafu 86

L-identifikazzjoni ta’ każijiet ta' kriżi mhijiex "awtomatikament" iġġenerata minn sistema. Il-BĊE stabbilixxa sistema doppja ta’ monitoraġġ kemm mas-CRM kif ukoll mal-iżviluppi tal-monitoraġġ tal-TSKs sabiex jiġi żgurat li l-ebda kriżi tibqa’ ma tinqabadx. Il-proċeduri biex titkattar l-informazzjoni għall-maniġment huma stabbiliti fl-EAP u fis-sezzjoni rilevanti tal-Manwal Superviżorju. Il-Bord ta’ Sorveljanza huwa aġġornat regolarment dwar l-istatus tal-banek li huma suġġetti għal monitoraġġ mill-qrib fil-laqgħat tiegħu.

Paragrafu 88

Ara l-kummenti tal-BĊE dwar il-paragrafi V, VII, 14 u 16.

Paragrafu 89

Il-BĊE jagħmel valutazzjonijiet regolari ta’ intervent bikri bħala parti miċ-ċiklu SREP għall-banek rilevanti kollha, skont il-linji gwida tal-ABE. Il-BĊE jwettaq ukoll valutazzjonijiet ta’ intervent bikri fil-każijiet kollha fejn ikun hemm ksur (probabbli) ta' rekwiżiti ta’ kapital jew ta’ likwidità. Il-fajls kollha li l-QEA rrevediet kienu rrelatati mal-banek b’punteġġ SREP ta’ 3 jew 4, u f'dawk il-każijiet kollha twettqu valutazzjonijiet ta' intervent bikri.

Paragrafu 91

Ġew ikkunsidrati r-riżultati superviżorji rilevanti kollha disponibbli (eżiti ta’ djalogi superviżorji, miżuri li għaddejjin li saru mill-bank, konstatazzjonijiet ta' spezzjoni fuq il-post, kwistjonijiet ta’ NPL, riżultati ta' testijiet tal-istress, għażliet ta’ pjan ta' rkupru, kwistjonijiet ta’ finanzjament, eċċ.) f'valutazzjonijiet tal-każijiet inkwistjoni.

Rispons għal kriżi

Paragrafu 95

Fir-rigward tad-dejta tal-livell sussidjarju, jekk jogħġbok innotaw li t-TSKs għandhom l-għażla li jitolbu lill-banek tagħhom biex jipprovdu data addizzjonali fil-livell sussidjarju, u fil-fatt xi dejta ta’ dak it-tip kienet inkluża fil-mudell tal-grupp.

Paragrafu 96

L-QEA qed tirreferi għall-ħtieġa ta’ proċedura li teħtieġ li l-banek japplikaw politika ta' proviżjon speċifika. Bħal fis-setgħat l-oħra kollha tal-BĊE stabbiliti fir-Regolament MSU, m'hemmx bżonn li tiġi stabbilita proċedura speċifika f'dan ir-rigward. Japplika l-proċess ġenerali tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-BĊE (jiġifieri l-approvazzjoni tal-Bord ta' Sorveljanza, proċedura ta’ nuqqas ta' oġġezzjoni quddiem il-Kunsill Regolatorju, eċċ.).

Paragrafu 97

Il-BĊE jikkonforma mal-linji gwida tal-ABE dwar l-intervent bikri (il-paragrafu 11 ta’ dawk il-linji gwida jipprovdi li fejn punteġġ SREP ta' 4 ikun assenjat lil bank, il-BĊE għandu jikkunsidra l-miżura ta’ intervent bikri biex tiġbor informazzjoni għal skopijiet ta' valutazzjoni (ara l-Artikolu 27(1)(h) BRRD). Kif intqal hawn fuq, il-BĊE dejjem iwettaq valutazzjoni ta’ intervent bikri fejn bank huwa assenjat punteġġ SREP ta' 4. Dawk il-valutazzjonijiet iqisu (i) jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għal intervent bikri u (ii) jekk hu hekk, x'inhuma l-miżuri l-aktar xierqa (b'kont meħud tal-miżuri kollha fil-BRRD). Għaldaqstant, din il-konstatazzjoni mhix rilevanti, peress li l-BĊE diġà għandu proċess ta’ dan it-tip fis-seħħ.

Paragrafu 99

Il-Bord ta’ Sorveljanza tal-BĊE jinżamm infurmat dwar ir-riżultati ta' spezzjonijiet fuq il-post fil-kuntest ta’ aġġornamenti fuq banek individwali. Għal banek b’punteġġi għolja ta’ SREP, it-TSKs huma meħtieġa jipprovdu aġġornamenti perjodiċi lill-Bord ta' Sorveljanza, sabiex il-maniġment dejjem jinżamm infurmat dwar il-konstatazzjonijiet rilevanti.

Paragrafu 102

Il-BĊE beda diskussjoni dwar bidliet fil-qafas ta’ intervent bikri (ara wkoll l-Opinjoni tal-BĊE CON/2017/47).

Paragrafu 103

Fir-rigward tad-definizzjoni ta’ miżuri ta' intervent bikri għal xenarji differenti, aħna niddubitaw li huwa utli li titfassal lista ta’ miżuri għal kull xenarju potenzjali, peress li l-kriżijiet jimmanifestaw ruħhom b'modi differenti. Pereżempju, kriżi kapitali tista’ ssir kriżi ta' likwidità, u kriżi li timxi bil-mod tista’ taċċellera, u jkunu meħtieġa miżuri aktar urġenti, eċċ. Għaldaqstant, il-miżuri superviżorji u ta' intervent bikri kollha għandhom jitqiesu disponibbli f'kull ħin.

Paragrafu 105

Miżuri superviżorji huma ssorveljati minn TSKs. Il-miżuri ta’ intervent bikri huma simili għall-miżuri superviżorji normali f'termini ta' teħid ta’ deċiżjonijiet u l-proċess ta' monitoraġġ, bl-element addizzjonali ta’ interazzjoni mal-SRB f'konformità mal-MoU. Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-attivazzjoni ta’ miżuri ta' intervent bikri sseħħ fil-kuntest ta’ livell intensiv ta' involviment superviżorju (kif definit fil-Manwal Superviżorju), għalhekk il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom huwa wkoll aktar intens.

Paragrafu 108

Il-gwida addizzjonali tal-BĊE dwar il-valutazzjonijiet tal-FOLTF għandha tinqara flimkien mal-linji gwida tal-ABE, li l-BĊE jikkonforma magħhom. L-elementi oġġettivi għall-valutazzjonijiet tal-FOLTF huma speċifikati fid-dettall fil-linji gwida tal-ABE. Il-gwida addizzjonali tal-BĊE tkopri biss l-Artikolu 18 (4)(a) tar-Regolament SRM fejn kien meqjus neċessarju li tiġi ċċarata l-politika dwar ir-rekwiżiti għal awtorizzazzjoni kontinwa u tinkludi gwida operattiva aktar dettaljata għat-TSKs.

Paragrafu 109

Ara l-kummenti tal-BĊE dwar il-paragrafu 108 ta’ hawn fuq. Il-gwida operattiva dettaljata pprovduta mill-BĊE hija b'żieda mal-linji gwida tal-ABE.

Paragrafu 110

Wara rakkomandazzjoni magħmula mill-QEA fil-kuntest tal-ewwel awditu tagħha tal-MSU, il-BĊE stabbilixxa kurrikulu ta’ taħriġ ikkoordinat mid-Diviżjoni tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità Superviżorja tiegħu. Dan jinkludi proċess ta’ analiżi annwali, li matulu t-timijiet jindikaw il-ħtiġijiet ta' taħriġ tagħhom. Il-korsijiet huma mbagħad organizzati bil-għan li jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet. L-intervent bikri huwa kopert bis-sessjonijiet ta’ taħriġ regolari tal-ġestjoni tal-kriżi pprovduti mill-persunal tas-CRM.

Paragrafu 111

Ta’ min jinnota li l-BĊE kellu tliet każijiet ta' skjerament sħiħ tal-EAP fl-2017, li ppermetta li jinstilet tagħlim minnhom, u l-inkorporazzjoni ta’ dak it-tagħlim fil-qafas tal-kriżi għadu għaddej

Paragrafu 112

Il-BĊE pprovda firxa ta’ evidenza rilevanti u informazzjoni għall-awditu, inklużi:

  • l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-proċess u l-politika dwar l-intervent bikri;
  • kampjun ta’ dokumentazzjoni fuq tliet banek f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi flimkien ma' każ addizzjonali bi kronoloġija dettaljata, ikkumplimentata minn sessjoni ta' kjarifika f’vidjokonferenza.
  • Organizza wkoll diversi laqgħat u vidjokonferenzi mal-koordinaturi u l-membri tal-TSK, kif ukoll maniġers u esperti tas-CRM.

Il-BĊE jaderixxi mal-linji gwida ta’ intervent bikri tiegħu meta jwettaq valutazzjonijiet ta' intervent bikri.

Paragrafu 113

Jekk valutazzjoni ta’ intervent bikri ma twassalx għal proposta biex miżura tiġi adottata, m'hemmx bżonn ta' diskussjoni dwar l-awtorità legali. Madankollu, fejn jiġu proposti miżuri ta’ intervent bikri, tiġi abbozzata deċiżjoni li tinkludi deskrizzjoni tal-bażi legali u r-raġunijiet.

Paragrafu 118

Ara l-kummenti tal-BĊE dwar il-paragrafi 105 u 112.

Paragrafu 119

Ara l-kummenti tal-BĊE dwar il-paragrafu 112.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Paragrafu 120 b)

Dan għandu jitqabbel mal-kummenti pożittivi f'partijet oħra fir-rapport, eż. fir-rigward tat-twaqqif ta’ qafas għal proċeduri ta' ġestjoni ta’ kriżi (paragrafu III), l-istruttura organizzattiva għall-ġestjoni ta' kriżi (paragrafu 20), twaqqif ta’ proċess biex tinkiseb informazzjoni dwar likwidità granulari f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (paragrafu 94) u t-twaqqif ta’ MoU li jirregola l-interazzjoni mal-SRB (paragrafu 36).

Dwar is-suġġett ta’ intervent bikri u valutazzjonijiet tal-FOLTF, il-konstatazzjonijiet tal-QEA jiffukaw fuq in-nuqqas ta' gwida operattiva addizzjonali. Madankollu, kif ġie spjegat fil-kummenti tal-BĊE dwar il-paragrafi 69-72, 97 u 108: (i) gwida oħra tal-BĊE fil-fatt teżisti, u (ii) dik il-gwida addizzjonali trid tinqara flimkien mal-linji gwida ABE dwar intervent bikri u valutazzjonijiet FOLTF, li l-BĊE jikkonforma magħhom it-tnejn li huma.

Kooperazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-ġestjoni ta’ kriżi

Paragrafu 123

Ara l-kummenti tal-BĊE dwar il-paragrafi 37 u 38. Il-qsim tal-informazzjoni mal-SRB jiżdied awtomatikament meta bank jiġi taħt stress. Aktar informazzjoni, lil hinn mill-ambitu ta’ dik iż-żieda awtomatika, hija disponibbli għall-SRB wara talba, u tali talbiet jiġu ttrattati bħala kwistjoni ta' urġenza.

Rakkomandazzjoni 1

Il-BĊE jaqbel ma' din ir-rakkomandazzjoni.

  1. Fir-rigward tad-WCCAs, ix-xogħol fuq it-tlestija ta’ dawn il-WCCAs miexi sew. Se nkomplu l-isforzi tagħna biex nikkonkludu l-WCCA pendenti kollha. Progress sostanzjali huwa mistenni dalwaqt, minħabba li l-proċessi u n-negozjati mal-partijiet interessati differenti għamlu progress tajjeb matul l-aħħar ftit xhur.

    Fir-rigward tal-MoU mal-SRB, ix-xogħol fuq ir-reviżjoni ta’ dan l-MoU għadu għaddej.

  2. Fir-rigward tal-FICOs, ix-xogħol diġà beda. L-ewwel abbozz tal-qafas intern għas-superviżjoni supplimentari tal-FICOs jista’ jitlesta din is-sena. Il-bqija tax-xogħol se jsir fl-2018.

Ippjanar tal-irkupru

Rakkomandazzjoni 2

Il-BĊE jaqbel ma' din ir-rakkomandazzjoni.

  1. Fir-rigward tal-ikkalibrar tal-indikaturi tal-irkupru, l-ABE diġà ħarġet linji gwida f'dan il-qasam, u qed isir xogħol ulterjuri bħala parti mir-reviżjoni tal-modulu tal-Manwal Superviżorju Uniku dwar valutazzjonijiet tal-pjan ta’ rkupru. Fiċ-ċiklu ta’ valutazzjoni tal-2017, it-TSKs setgħu jibbenefikaw minn analiżi mill-pari prodotta minn CRM sabiex tiġi vvalutata l-kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-irkupru.
  2. Is-CRM diġà pprovdiet lit-TSKs b'mudell għal rapporti sommarji lil TSKs fil-kuntest taċ-ċiklu ta’ valutazzjoni tal-2017 (li beda fl-aħħar ta' Settembru 2017). Dan ir-rapport jikkomplementa r-riżultati sommarji eżistenti - ittra ta’ reazzjoni, mudell ta' valutazzjoni u mudell konġunt ta’ deċiżjoni/ABE (għal banek kulleġġ) - u se jintużaw fil-proċess ta' valutazzjoni. It-TSKs huma mistennija li jużaw il-mudell biex jipproduċu rapporti sommarji fiċ-ċiklu ta’ valutazzjoni tal-2017.

Identifikazzjoni ta’ kriżi

Paragrafu 125

Ara l-kummenti tal-BĊE dwar il-paragrafi rilevanti (69-79 u 89-91).

Rakkomandazzjoni 3

Il-BĊE jaqbel ma' din ir-rakkomandazzjoni.

  1. Il-BĊE jaqbel mal-proposta tal-QEA li jkompli jiżviluppa gwida ta’ intervent bikri, li jorbotha mal-EAP u jistabbilixxi kundizzjonijiet ċari għat-tranżizzjoni bejn stadji differenti tal-EAP. B'mod parallel, il-BĊE qed jiffoka l-isforzi tiegħu fuq il-bidliet fil-qafas legali għal intervent bikri, li fuqhom qed jaħdem mal-SRB u l-Kummissjoni Ewropea.
  2. Il-BĊE jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-QEA li jippromwovi valutazzjonijiet ta’ intervent minn kmieni hekk kif jinstab deterjorament materjali tal-kundizzjoni finanzjarja ta' bank. Din hija prattika diġà stabbilita.
  3. Il-BĊE jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-QEA li tiffoka fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-gwida interna.
Paragrafu 126

Ara l-kummenti tal-BĊE dwar il-paragrafi rilevanti (80-86).

Rakkomandazzjoni 4

Il-BĊE jaqbel ma' din ir-rakkomandazzjoni.

Mill-bidu tal-MSU, il-BĊE ilu jaħdem biex jistabbilixxi sistemi tal-IT integrati li jsostnu l-proċess ta’ superviżjoni. Fl-2017 tnedew proġetti bil-ħsieb li jiġu integrati r-rappurtar ta’ ksur u l-informazzjoni relatata ma’ kriżi fl-IMAS.

Rispons għal kriżi

Paragrafu 127

Ara l-kummenti tal-BĊE dwar il-paragrafi rilevanti (96-99).

Rakkomandazzjoni 5

Il-BĊE jaqbel ma' din ir-rakkomandazzjoni.

  1. Il-BĊE jikkunsidra li l-proċess fis-seħħ diġà jiżgura li l-konstatazzjonijiet superviżorji rilevanti kollha huma kkwantifikati.
  2. Il-BĊE diġà stabbilixxa proċess biex jiżgura li informazzjoni addizzjonali tista’ tinkiseb fir-rigward tal-kwalità tal-assi ta' istituzzjonijiet li l-kundizzjoni finanzjarja tagħhom iddeterjorat b'mod notevoli.
  3. Il-BĊE se jipproduċi rapport konsolidat ta’ progress regolari li jkopri l-banek kollha identifikati bħala li għandhom problemi ta' kwalità ta’ assi. Diġà din l-informazzjoni hija pprovduta lill-maniġment anzjan għal kull bank individwali.
Paragrafu 128

Ara l-kummenti tal-BĊE dwar il-paragrafi rilevanti (101-104).

Rakkomandazzjoni 6

Il-BĊE jaqbel mar-rakkomandazzjoni (a) iżda ma jaċċettax ir-rakkomandazzjoni (b).

  1. il-BĊE kien diġà f'kuntatt mal-Kummissjoni Ewropea biex jiċċara l-kwistjonijiet relatati ma' intervent bikri.
  2. il-BĊE ma jqisx utli li jiżviluppa xenarji sħaħ u kaskata potenzjali ta’ miżuri, minħabba li sitwazzjonijiet ta' kriżi juri ruħhom b'modi differenti u jistgħu jkunu meħtieġa kombinazzjonijiet differenti ta’ miżuri skont l-ispeċifiċità ta' kull sitwazzjoni ta’ kriżi.
Paragrafu 129

Ara l-kummenti tal-BĊE dwar il-paragrafi rilevanti (107-109).

Rakkomandazzjoni 7

Il-BĊE ma jaċċettax din ir-rakkomandazzjoni, peress li diġà żviluppa gwida dwar il-valutazzjonijiet tal-FOLTF li jissuplimentaw il-linji gwida tal-FOLTF tal-ABE. L-elementi oġġettivi msemmija fir-rakkomandazzjoni huma deskritti b'mod sħiħ fil-linji gwida tal-ABE, li magħhom il-BĊE jikkonforma.

Paragrafu 130

Ara l-kummenti tal-BĊE dwar il-paragrafi V, VI, VII, 14, 15 u 16.

Rakkomandazzjoni 8

Il-BĊE ma jaċċettax din ir-rakkomandazzjoni. Il-BĊE ta lill-QEA dokumenti u informazzjoni li jippermettulha tivvaluta l-effiċjenza operattiva tal-ġestjoni tal-BĊE fit-twaqqif ta’ proċeduri ta' ġestjoni ta’ kriżi għall-funzjoni superviżorja tiegħu, f'konformità mal-mandat tal-QEA kif definit fl-Artikolu 27.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 20(7) tar-Regolament MSU.

Il-BĊE ser ikompli jikkoopera bis-sħiħ mal-QEA sabiex ikun jista' jeżerċita l-mandat tiegħu, skont l-Istatut tas-SEBĊ u r-Regolament MSU.

Abbrevjazzjonijiet

AMD: Ammont Massimu Distribwibbli

ANK: Awtorità Nazzjonali Kompetenti

BĊE: Bank Ċentrali Ewropew

BCBS: Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja

BERS: Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

BRRD: Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek

BS: Bord Superviżorju

CMG: Grupp għall-Ġestjoni ta’ Kriżijiet

CMN: Netwerk għall-Ġestjoni ta’ Kriżijiet

CMT: Tim ta’ Livell Għoli għall-Ġestjoni ta’ Kriżijiet

CRD: Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital

CRM: Diviżjoni tal-Ġestjoni ta’ Kriżijiet

DĠ Statistika: Direttorat Ġenerali tal-Istatistika

EAP: Pjan ta’ Azzjoni ta’ Emerġenza

EBA: Awtorità Bankarja Ewropea

ESMA: Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

FICOs: Konglomerati Finanzjarji

FOLTF: Qed ifalli jew probabbilment se jfalli

FSB: Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja

G-SIBs: Banek ta’ Importanza Sistemika Globali

G-SIFIs: Istituzzjonijiet Finanzjarji Sistemikament Importanti Globali

ICAAP: Proċess ta’ Valutazzjoni Interna dwar l-Adegwatezza tal-Kapital

ILAAP: Proċess ta’ Valutazzjoni Interna dwar l-Adegwatezza tal-Likwidità

IMAS: Sistema ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni

IS-CMT: Tim għall-Ġestjoni ta’ Kriżijiet Speċifiku għall-Istituzzjoni

KG: Kunsill Governattiv

LSI: Istituzzjoni Inqas Sinifikanti

MSU: Mekkaniżmu Superviżorju Uniku

MtQ: Memorandum ta' Qbil

NPLs: Self improduttiv

PoC: Punt ta’ Kuntatt

QEA: Qorti Ewropea tal-Awdituri

RAS: Sistema ta’ valutazzjoni tar-riskju

Regolament MSU: Regolament dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku

RIA: Diviżjoni tal-analiżi tar-riskju

RTS: Standards Tekniċi Regolatorji

SEBĊ: Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali

SI: Istituzzjoni Sinifikanti

SM: Stati Membri

SRB: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

SREP: Proċess ta’ Reviżjoni u Evalwazzjoni Superviżorji

SRM: Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni

TFUE: Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE

TSK: Timijiet superviżorji konġunti

UE: Unjoni Ewropea

WCCAs: Arranġamenti bil-Miktub ta’ Koordinazzjoni u Kooperazzjoni

Glossarju

Ammont Massimu Distribwibbli (AMD): L-ammont massimu li bank jista’ jħallas, pereżempju għal bonusijiet u dividendi.

Awtorità Nazzjonali Kompetenti (ANK): Awtorità Nazzjonali Kompetenti (ANK) hija awtorità nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni bankarja. Din tista’ tkun jew bank ċentrali nazzjonali jew entità speċifika ddedikata għas-superviżjoni bankarja, jew mudell b’żewġ livelli. Dan it-terminu jintuża biex jinkorpora t-tipi differenti ta’ istituzzjonijiet li jwettqu superviżjoni bankarja madwar l-Ewropa.

Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS): Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu l-kompitu li jissorvelja r-riskji fis-sistema finanzjarja fi ħdan l-UE fl-intier tagħha (sorveljanza makroprudenzjali).

Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB): Taħt mekkaniżmu ġdid ta’ riżoluzzjoni bankarja għaż-żona tal-euro, ġew iitrasferiti setgħat sinifikanti lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB). L-objettiv tal-SRB huwa li jiżgura li sseħħ riżoluzzjoni ordnata ta' banek li jkunu qed ifallu b'impatt minimu fuq l-ekonomija reali u l-finanzi pubbliċi. Huwa jistabbilixxi regoli u proċeduri uniformi għal banek sinifikanti li jkunu qed ifallu taħt is-superviżjoni tal-BĊE u gruppi transkonfinali oħra. Huwa jneħħi l-ostakoli għar-riżoluzzjoni, eż. dawk relatati mal-organizzazzjoni interna u mal-operazzjonijiet tal-banek jew mar-rikonoxximent transkonfinali tal-miżuri ta’ riżoluzzjoni.

Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (CRD): Id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE) (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD): Id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)).

Grupp għall-Ġestjoni ta’ Kriżijiet (CMG): Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ domiċilju u ospitanti ewlenin tal-G-SIFIs kollha jżommu CMGs bl-objettiv li jtejbu l-istat ta’ tħejjija għal, u jiffaċilitaw il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni ta’ kriżi finanzjarja transkonfinali li taffettwa d-ditta. Jenħtieġ li s-CMGs jinkludu l-awtoritajiet superviżorji, il-banek ċentrali, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, il-ministeri tal-finanzi u l-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-iskemi ta’ garanzija tal-ġurisdizzjonijiet li jkunu ta’ domiċilju jew ospitanti għal entitajiet tal-grupp li jkunu materjali għar-riżoluzzjoni tiegħu, u jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib ma’ awtoritajiet f’ġurisdizzjonijiet oħra fejn id-ditti jkollhom preżenza sistemika.

Istituzzjonijiet Finanzjarji Sistemikament Importanti Globali (G-SIFIs): F’Novembru 2011, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB) ippubblika sett integrat ta’ miżuri ta’ politika biex jindirizza r-riskji sistemiċi u ta’ periklu morali assoċjati ma’ banek ta’ importanza sistemika. F’din il-pubblikazzjoni, l-FSB identifika grupp inizjali ta’ banek kbar bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji Sistemikament Importanti Globali (G-SIFIs), billi uża metodoloġija żviluppata mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS).

Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU): Il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) jirreferi għas-sistema ta’ superviżjoni bankarja fiż-żona tal-euro. Huwa jinkludi l-BĊE u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-pajjiżi parteċipanti. L-għanijiet prinċipali tiegħu huma li:

  • jiżgura s-sikurezza u s-solidità tas-sistema bankarja Ewropea
  • iżid l-integrazzjoni u l-istabbiltà finanzjarja
  • jiżgura superviżjoni konsistenti

L-MSU huwa wieħed miż-żewġ pilastri tal-unjoni bankarja tal-UE, flimkien mal-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM): Il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM) huwa wieħed mill-pilastri tal-unjoni bankarja, flimkien mal-MSU. Dan ġie stabbilit biex jiċċentralizza l-kompetenzi u r-riżorsi ewlenin għall-ġestjoni tal-falliment ta’ xi istituzzjoni ta’ kreditu fl-Istati Membri parteċipanti.

Netwerk għall-Ġestjoni ta’ Kriżijiet (CMN): Netwerk ta’ funzjonijiet relatati mal-ġestjoni ta’ kriżijiet fl-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK)

Proċess ta’ Reviżjoni u Evalwazzjoni Superviżorji (SREP): Il-Proċess ta’ Reviżjoni u Evalwazzjoni Superviżorji (SREP) għall-banek li jaqgħu taħt is-superviżjoni diretta tal-BĊE jitwettaq fi ħdan TSK biex jiżgura li l-istituzzjonijiet sorveljati jkollhom arranġamenti, strateġiji, proċessi u mekkaniżmi adegwati stabbiliti, li jżommu livell adegwat ta’ kapital u likwidità skont ir-regoli rilevanti, u li jkollhom ġestjoni soda u kopertura tar-riskji li għalihom ikunu jew jistgħu jkunu esposti. Il-proċess SREP jirriżulta f’punteġġ individwali għal kull bank.

Qed ifalli jew probabbilment se jfalli: Valutazzjoni mwettqa mill-awtorità superviżorja jew ta’ riżoluzzjoni jekk bank jikser, jew probabbilment fil-futur qrib jikser ir-rekwiżiti għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni, li tista’ tiskatta proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ riżoluzzjoni. Ir-raġunijiet għal determinazzjoni ta’ dan it-tip jinkludu, fost oħrajn: l-entità ġarrbet jew probabbilment se ġġarrab telf li se jnaqqas il-fondi proprji tagħha; l-assi tagħha jkunu, jew probabbilment fil-futur qrib se jkunu, inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha; l-entità mhijiex, jew probabbilment fil-futur qrib mhijiex se tkun tista’ tħallas l-obbligazzjonijiet meta dawn ikunu dovuti.

Regolament dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (Regolament MSU): Ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu) (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

Timijiet Superviżorji Konġunti (TSK): Is-superviżjoni ta’ kuljum, fi ħdan l-MSU, ta’ istituzzjonijiet sinifikanti titwettaq mit-Timijiet Superviżorji Konġunti (TSK). It-TSK jinkludu persunal kemm mill-BĊE kif ukoll mill-ANK tal-pajjiżi li fihom jiġu stabbiliti l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, is-sussidjarji bankarji jew il-fergħat transkonfinali sinifikanti ta’ grupp bankarju partikolari. TSK jiġi stabbilit għal kull istituzzjoni sinifikanti.

Noti finali

1 L-MSU jirreferi għas-sistema ta’ superviżjoni bankarja fl-UE. L-MSU jinkludi l-BĊE u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-pajjiżi parteċipanti; l-għanijiet prinċipali tiegħu huma li jtejjeb l-istabbiltà tas-sistema bankarja Ewropea, iżid l-integrazzjoni u l-istabbiltà finanzjarja u jiżgura superviżjoni konsistenti.

2 Il-BCBS, Core Principles for Effective Banking Supervision (Prinċipji Fundamentali għal Superviżjoni Bankarja Effettiva) (2012), il-paġna 4.

3 Ara r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

4 SREP tfisser “proċess ta’ reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji”. L-għan ewlieni tal-SREP huwa li jiżgura li l-istituzzjonijiet ikunu għamlu arranġamenti adegwati (inklużi strateġiji, proċessi u mekkaniżmi) u jkollhom kapital u likwidità suffiċenti biex jiżguraw li jkun hemm ġestjoni soda u kopertura tar-riskji tagħhom.

5 Il-mandat tagħna li nawditjaw l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni tal-BĊE huwa kkonfermat espliċitament mill-Artikolu 27.2 tal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-BĊE, u mill-Artikolu 20(7) tar-Regolament MSU.

6 Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE.

7 Ara l-paragrafi 126 sa 137 tar-Rapport Speċjali Nru 29/2016: “Il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku - Bidu tajjeb iżda jenħtieġ aktar titjib” http://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=39744).

8 Ir-Rapport Speċjali Nru 29/2016.

9 Eż. Is-CRD IV.

10 L-Artikolu 115 tas-CRD IV u l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 tas-16 ta’ Ottubru 2015.

11 Ara d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, intrapriżi ta’ l-assikurazzjoni u ditti ta’ investiment f’konglomerat finanzjarju (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1). L-iskop tad-direttiva huwa li tistabbilixxi standards komuni għas-superviżjoni prudenzjali tal-konglomerati finanzjarji.

12 L-Artikolu 4(1)(h) tar-Regolament MSU jgħid li l-BĊE jrid jipparteċipa f’superviżjoni supplimentari ta’ konglomerat finanzjarju b’rabta ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu inklużi fih, u jassumi l-kompiti ta’ koordinatur meta jinħatar bħala l-koordinatur għal konglomerat finanzjarju, skont id-dritt tal-UE.

13 L-Artikolu 18(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2016/98 jirrikjedi li s-superviżur konsolidanti jispjega l-miżuri u l-azzjonijiet (meħudin jew li ġew ippjanati) lill-membri tal-kulleġġ. Il-mudell tad-WCCAs jirreferi biss għall-isforz li saru mill-awtoritajiet biex jikkondividu fi żmien qasir il-ġabra minima ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 114 tas-CRD IV, li huwa inqas espliċitu mir-rekwiżit imsemmi fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni.

14 L-Artikolu 6(4) tal-BRRD.

15 L-Artikolu 6(2) tal-BRRD.

16 Jenħtieġ li t-TSK jippermettu lill-esperti nazzjonali minn funzjonijiet orizzontali li jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet rigward il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru.

17 Il-linji gwida tal-EBA dwar l-indikaturi tal-pjanijiet ta’ rkupru – EBA-GL-2015-02.

18 Dawn għandhom l-għan li jgħinu lis-superviżuri li jkunu qed iwettqu l-valutazzjonijiet jidentifikaw l-elementi ewlenin li jridu jiġu kkunsidrati mill-istituzzjonijiet meta jkunu qed ifasslu l-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom. Ara l-EBA recovery planning comparative report on governance arrangements and indicators (Ir-rapport komparattiv tal-EBA dwar l-ippjanar ta’ rkupru u l-arranġamenti u l-indikaturi ta’ governanza), il-paġna 4.

19 F’dan ir-rigward, il-Manwal Superviżorju jgħid li r-riżultati ta’ valutazzjoni għandhom jiġu inkorporati fl-SREP; kwalunkwe sejba u defiċjenza li jiġu identifikati fil-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru jenħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jkunu qed jiġu vvalutati l-governanza interna u l-kontrolli fil-livell tal-istituzzjoni kollha. Madankollu, din il-gwida tibqa’ pjuttost ġenerika, kif kien ikkonfermat mill-intervisti li wettaqna mat-TSK.

20 L-IS-CMT jaġixxi bħala l-korp intern ċentrali ta’ koordinazzjoni tal-MSU fir-rigward ta’ azzjonijiet superviżorji meħtieġa għall-mitigazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi. Huwa wkoll il-hub ċentrali għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni tar-rispons superviżorju tal-BĊE.

21 Din id-distinzjoni tqieset bħala li kienet partikolarment nieqsa fir-rigward tal-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni dettaljata tal-entitajiet legali, il-funzjonijiet kritiċi u l-linji operatorji, li kollha tqiesu bħala ta’ ftit li xejn rilevanza għall-ippjanar ta’ rkupru.

22 Bank wieħed ma kienx irċieva fil-ħin ittra ta’ feedback wara l-ewwel ċiklu tal-preżentazzjonijiet. Is-sitt kummenti l-oħra kienu relatati mat-tieni sensiela.

23 Rekord tal-awditjar huwa sistema li tittraċċa d-dettall tat-tranżazzjonijiet jew tal-informazzjoni fid-dettall li jkunu relatati ma’ entrata. Huwa r-reġistru tal-bidliet li jkunu saru f’database speċifika jew f’fajl speċifiku.

24 Ir-RAS tevalwa l-livelli tar-riskju u l-kontrolli tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

25 L-EBA, Guidelines on triggers for use of early intervention measures pursuant to Article 27(4) of Directive 2014/59/EU (Linji Gwida dwar l-iskattaturi għall-użu ta’ miżuri ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2014/59/UE), EBA/GL/2015/03, id-29 ta’ Lulju 2015.

26 Jissemma biss il-punteġġ SREP kumplessiv, iżda mhux il-komponenti tar-RAS li huma parti mill-identifikatur ta’ kriżijiet tal-BĊE skont il-proċessi interni tiegħu.

27 F’xi każijiet id-dewmien kien ta’ aktar minn sitt xhur.

28 Il-linji gwida rilevanti tiddikjara li filwaqt li d-determinazzjoni li istituzzjoni qed tfalli jew probabbilment se tfalli tibqa’ suġġetta għall-valutazzjoni diskrezzjonali tal-awtorità rilevanti, dawn il-Linji Gwida jistipulaw elementi ġenerali li fuq il-bażi tagħhom jenħtieġ li dan il-ġudizzju jiġi bbażat. Jenħtieġ li l-identifikazzjoni ta’ element oġġettiv uniku li jkun speċifikat f’dawn il-Linji Gwida fir-rigward ta’ istituzzjoni partikolari la twassal għal determinazzjoni awtomatika li istituzzjoni qed tfalli jew probabbilment se tfalli, u lanqas tiskatta azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni awtomatikament. Għall-kuntrarju ta’ dan, f’kull każ, jenħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti jiddeċiedu jekk l-istituzzjoni hijiex qed tfalli jew probabbilment hijiex se tfalli fuq il-bażi ta’ valutazzjoni komprensiva kemm ta’ elementi oġġettivi kwalitattivi kif ukoll dawk kwantitattivi, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi u l-informazzjoni l-oħra kollha li jkunu rilevanti għall-istituzzjoni. Barra minn hekk, il-ġabra ta’ elementi oġġettivi pprovduti f’dawn il-Linji Gwida mhijiex eżawrjenti u ma tipprevenix lill-awtoritajiet rilevanti milli jieħdu kont ta’ kunsiderazzjonijiet oħra li jkunu jissenjalaw li istituzzjoni qed tfalli jew probabbilment se tfalli.

Avveniment Data
Adozzjoni tal-Memorandum ta' Ppjanar tal-Awditjar (APM) / Bidu tal-awditu 28.2.2017
L-abbozz ta’ rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Bank Ċentrali Ewropew 3.11.2017
Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja 12.12.2017
Ir-risposti uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew jaslu bil-lingwi kollha 14.12.2017

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi tal-prestazzjoni u tal-konformità tagħha f'dak li jirrigwarda oqsma baġitarji jew suġġetti ta' ġestjoni speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta' introjtu jew ta' nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan ir-rapport twettaq mill-Awla IV tal-Awditjar li hija mmexxija minn Baudilio Tomé Muguruza, Membru tal-QEA, u li tiffoka fuq l-oqsma ta’ regolamentazzjoni tas-swieq u ekonomija kompetittiva. L-awditu tmexxa mill-Membru tal-QEA Kevin Cardiff. Fit-tħejjija tar-rapport, huwa ngħata appoġġ minn Gediminas Mačys Kap tal-kabinett u Shane Enright, Attaché; Tony Murphy, Direttur, Zacharias Kolias, Direttur, Mirko Gottmann, Kap tal-kompitu. It-tim tal-awditjar kien magħmul minn Paraskevi Demourtzidou, Jörg Genner, Violeta Radu u Giorgos Tsikkos.

Mix-xellug għal-lemin: Paraskevi Demourtzidou, Shane Enright, Jörg Genner, Mirko Gottmann, Kevin Cardiff, Giorgos Tsikkos, Zacharias Kolias, Violeta Radu, Gediminas Mačys.

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2018

PDF ISBN 978-92-872-9123-3 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/140978 QJ-AB-17-027-MT-N
HTML ISBN 978-92-872-9104-2 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/711652 QJ-AB-17-027-MT-Q

© L-Unjoni Ewropea, 2018

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: http://europa.eu

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: http://bookshop.europa.eu. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu

Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp/mt/data) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.