Rapport Speċjali
Nru10 2018

Skema ta’ Pagament Bażiku għall-bdiewa – qed topera tajjeb, iżda għandha impatt limitat fuq is-simplifikazzjoni, l-immirar u l-konverġenza tal-livelli ta’ għajnuna

Dwar ir-rapport B'nefqa annwali ta' madwar EUR 18-il biljun, l-Iskema ta' Pagament Bażiku, li ġiet introdotta fl-2015, hija l-akbar skema ta' appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa fl-UE. Aħna sibna li l-iskema kienet qed topera tajjeb, iżda li l-impatt tagħha fuq is-simplifikazzjoni, l-immirar u l-konverġenza tal-livelli ta’ għajnuna kien limitat.
Aħna nagħmlu għadd ta' rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-korrezzjoni tad-drittijiet għall-pagament għall-bdiewa, il-kontrolli ewlenin tal-aġenziji tal-pagamenti, is-sistemi għad-disseminazzjoni ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri, u r-rwol tal-korpi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni.
Għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss wara l-2020, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tanalizza l-fatturi li jkollhom impatt fuq l-introjtu għall-gruppi kollha ta’ bdiewa, il-ħtiġijiet tagħhom ta’ appoġġ għall-introjtu u l-valur tal-beni pubbliċi li l-bdiewa jipprovdu. Jenħtieġ li l-miżuri proposti ta’ appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa jkunu marbutin, mill-bidu nett, ma' objettivi operazzjonali u ma’ linji bażi xierqa li magħhom tkun tista' titqabbel il-prestazzjoni tagħhom.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġej:
PDF
PDF General Report

Sommarju eżekuttiv

I

Ir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni tal-2013 introduċiet skema ta' pagament bażiku (BPS) ġdida għall-bdiewa, li hija applikata fi 18-il Stat Membru1. Il-BPS, bħall-predeċessur tagħha, l-Iskema ta' Pagament Uniku (SPU), għandha l-għan li tipprovdi appoġġ għall-introjtu bażiku lill-bdiewa, u għaldaqstant tikkontribwixxi għall-produzzjoni vijabbli tal-ikel fl-UE, mingħajr ma tfixkel id-deċiżjonijiet dwar il-produzzjoni. B'nefqa annwali ta' madwar EUR 18-il biljun li ngħataw lil madwar 4 miljun bidwi, din hija l-akbar skema ta' appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa fl-UE.

II

Il-mistoqsija prinċipali tal-awditjar tagħna kienet jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri stabbilewx u implimentawx il-BPS kif xieraq. Aħna nikkonkludu li l-iskema qed topera tajjeb, iżda li l-impatt tagħha fuq is-simplifikazzjoni, l-immirar u l-konverġenza tal-livelli ta’ għajnuna huwa limitat.

III

L-introduzzjoni tal-BPS kienet tirrikjedi sforzi sostanzjali mill-awtoritajiet nazzjonali iżda s-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri li żorna immitigaw ħafna r-riskju ta’ kalkolu skorrett u tal-allokazzjoni skorretta tad-drittijiet. Il-pagamenti riżultanti tal-BPS, b'mod ġenerali, ma kinux materjalment milquta minn żball. Madankollu, fl-2017, f'xi każijiet il-valuri tad-dritt għall-pagament taħt il-BPS kienu għadhom mhumiex preċiżi, ikkalkulati biss b'mod proviżorju jew ibbażati fuq stimi, u xi aġenziji tal-pagamenti li żorna kienu qed jiffaċċjaw diffikultajiet partikolari.

IV

Il-Kummissjoni pprovdiet gwida estensiva lill-Istati Membri f'dan il-proċess. Minkejja l-kjarifiki pprovduti, l-Istati Membri mhux dejjem interpretaw ir-regoli speċifiċi tal-kalkolu b’mod konsistenti u ma pprovdewx l-informazzjoni kollha dwar il-monitoraġġ lill-Kummissjoni. B'mod ġenerali, l-awditi proprji tal-Kummissjoni taw riżultati tajbin, iżda hija setgħet titlob aktar mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

V

Wieħed mill-prinċipji gwida tar-riforma tal-PAK tal-2013 kien is-simplifikazzjoni. Ir-regoli kumplessi tal-UE dwar il-BPS u dwar l-art eliġibbli kien fihom għadd kbir ta’ alternattivi u eċċezzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-iskema. Ir-regoli tal-kalkolu u l-alternattivi magħżula mill-Istati Membri mhux dejjem kienu favur is-simplifikazzjoni, iżda xi kultant żiedu l-kumplessità kif ukoll il-piż fuq l-amministrazzjonijiet nazzjonali, u ppermettew li xi bdiewa li jagħmlu profitti kbar mhux mistennija.

VI

Ir-riforma tal-PAK tal-2013 introduċiet lista negattiva li kellha l-għan li teskludi l-benefiċjarji li l-funzjoni primarja tagħhom ma kinitx l-agrikoltura. L-użu ta' din il-lista kien biss parzjalment effettiv, seta’ jirriżulta fi trattament differenti ta’ applikanti simili u kien jirrappreżenta piż amministrattiv sinifikanti għall-aġenziji tal-pagamenti. B’kont meħud ta’ dawn id-diffikultajiet, il-Kunsill u l-Parlament qablu li – mill-2018 'il quddiem – l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk inaqqsux il-kriterji li permezz tagħhom il-applikanti jistgħu juru l-istatus tagħhom ta' "bidwi attiv", jew iwaqqfux l-applikazzjoni tal-"lista negattiva".

VII

Ir-riforma estendiet ukoll il-kategoriji ta’ art li għalihom jista’ jitħallas l-appoġġ, u ppermettiet lill-Istati Membri jieħdu miżuri li jnaqqsu r-riskju ta' talbiet spekulattivi. F'tentattiv biex l-appoġġ jiġi mmirat aħjar lejn l-art agrikola, madankollu, din ir-riforma ħolqot problemi diffiċli ta' implimentazzjoni.

VIII

Ir-riforma tal-PAK tal-2013 kienet tirrappreżenta tranżizzjoni lejn livelli ta' appoġġ aktar indaqs għal kull ettaru. Bir-riforma, bħala regola ġenerali, jenħtieġ li d-drittijiet kollha għall-pagamenti li jiġu attivati fl-2019 fi Stat Membru jew f'reġjun ikollhom valur tal-unità uniformi, iżda 6 biss mit-18-il Stat Membru għażlu din l-alternattiva għat-territorju kollu tagħhom jew għal parti kbira minnu u s-seba' wieħed se jagħmel dan sal-2020. Bħala deroga, l-Istati Membri l-oħra tħallew jieħdu fatturi storiċi inkunsiderazzjoni meta kienu qed jikkalkulaw il-valur tad-drittijiet għall-pagament li jenħtieġ li l-bdiewa jkollhom fl-2019. L-għażliet li saru mill-Istati Membri kellhom impatt sinifikanti fuq il-livell ta' ridistribuzzjoni tal-appoġġ u, f’xi każijiet, il-bdiewa setgħu jkomplu jibbenefikaw minn livelli ta' appoġġ, partikolarment għoljin, li kienu jirriżultaw minn livelli ta' sussidju tal-passat.

IX

Bħala skema essenzjalment relatata mal-erjas, l-appoġġ taħt il-BPS għandha t-tendenza li tiffavorixxi l-azjendi agrikoli akbar. Minħabba t-tfassil tal-iskema, il-Kummissjoni tistenna li bir-riforma tal-PAK tal-2013 il-kapitalizzazzjoni tal-appoġġ fil-prezzijiet tal-art tiżdied, u dan ikun ta’ benefiċċju għas-sidien tal-art agrikola.

X

L-appoġġ taħt il-BPS huwa sors sinifikanti ta' introjtu għal ħafna bdiewa, iżda għandu limitazzjonijiet inerenti. Huwa ma jiħux kont tal-kundizzjonijiet tas-suq, l-użu tal-art agrikola jew iċ-ċirkustanzi individwali tal-azjenda, u mhuwiex ibbażat fuq analiżi tas-sitwazzjoni kumplessiva tal-introjtu tal-bdiewa.

XI

L-objettiv tat-Trattat li jiżgura standard tal-għajxien ġust għall-bdiewa u l-objettiv ġenerali tal-PAK li huwa relatat mal-produzzjoni vijabbli tal-ikel u l-introjtu għall-bdiewa għadhom ma ġewx ikkonkretizzati f'miri miżurabbli, u ma hemmx linja bażi li magħha jistgħu jitqabblu r-riżultati miksuba.

XII

Fir-rigward tal-iskema attwali tal-BPS li hija applikabbli sal-2020, aħna nagħmlu għadd ta' rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-kalkolu u l-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS, u li jindirizzaw l-implimentazzjoni xierqa tal-kontrolli ewlenin tal-aġenziji tal-pagamenti, is-sistemi tal-Kummissjoni għad-disseminazzjoni ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri, u r-rwol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

XIII

Fir-rigward tal-iżvilupp tal-proposti tagħha għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tanalizza l-fatturi li għandhom impatt fuq l-introjtu għall-gruppi kollha ta’ bdiewa, il-ħtiġijiet tagħhom ta’ appoġġ għall-introjtu kif ukoll il-valur tal-beni pubbliċi li jipprovdu l-bdiewa, kif ukoll li torbot, mill-bidu nett, il-miżuri proposti ma' objettivi operazzjonali u ma’ linji bażi xierqa li magħhom tkun tista' titqabbel il-prestazzjoni tal-appoġġ.

Introduzzjoni

01

It-tkabbir tal-produttività agrikola u għaldaqstant l-iżgurar ta’ livell (standard) ġust ta’ għajxien għall-bdiewa huma objettivi ewlenin tat-Trattat u preokkupazzjoni kbira tal-Politika Agrikola Komuni (PAK)2. Qabel l-1992, il-PAK iffukat fuq l-appoġġ li jingħata għall-prezzijiet garantiti (prezzijiet ta' intervent) għall-prodotti agrikoli. Dan irriżulta fi produzzjoni eċċessiva sostanzjali u fi tkabbir sproporzjonat fl-infiq tal-UE. Ir-riforma tal-PAK tal-1992 naqqset il-prezzijiet ta' intervent għaċ-ċereali u ċ-ċanga, u obbligat lill-azjendi agrikoli akbar biex iserrħu parti mill-art tagħhom. Biex jikkumpensaw għat-telf mistenni ta’ introjtu li ġie wara t-tnaqqis fil-prezzijiet taċ-ċereali u taċ-ċanga, il-produtturi rċevew pagamenti diretti li kienu akkoppjati ma' erjas miżrugħa jew ma’ għadd ta' annimali. Il-livell kumplessiv ta’ nfiq kien ristrett minn limiti massimi reġjonali jew nazzjonali speċifiċi għas-settur.

02

Ir-riforma tal-PAK tal-2003 ma biddlitx il-livell kumplessiv ta' appoġġ dirett, iżda introduċiet sistema ta' appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa li kienet relatata mal-erjas agrikoli iżda mingħajr obbligu li jipproduċu ("diżakkoppjament"), li hija magħrufa bħala l-Iskema ta' Pagament Uniku (SPU). Skema diżakkoppjata simili iżda tranżitorja, l-Iskema ta' Pagament Uniku Skont l-Erja (SPUE), kienet disponibbli għall-bdiewa fl-Istati Membri li ssieħbu fl-UE fl-2004 u fl-2007. Billi l-appoġġ f'diversi setturi agrikoli ġie sussegwentement integrat b'mod fl-SPU, din saret l-akbar skema tal-UE ta' appoġġ għall-introjtu tal-bdiewa.

03

Fix-xogħol preċedenti tagħna dwar l-SPU, aħna sibna li din l-iskema kienet tiżgura ċertu livell ta' appoġġ għall-introjtu u kienet tagħti lill-bdiewa l-libertà biex jipproduċu dak li kien hemm domanda għalih fis-swieq. Madankollu, aħna identifikajna wkoll nuqqas ta' preċiżjoni fil-mod kif ġew iddefiniti termini ewlenin bħal "bidwi", "art eliġibbli" u "attività agrikola". Aħna nirrakkomandaw li l-appoġġ ikun immirat lejn "bdiewa attivi", li l-art eliġibbli u l-attività agrikola jiġu ddefiniti b'mod aktar ċar, u li l-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament ikun ibbażat fuq il-kundizzjonijiet attwali tal-biedja fid-diversi reġjuni3. Sibna wkoll li l-SPU kien fiha żbalji ta’ kalkolu u dgħufijiet fil-kontroll intern fl-Istati Membri, u rrakkomandajna li l-aġenziji tal-pagamenti jikkoreġu l-iżbalji u jadottaw proċeduri ċari għall-inklużjoni ta’ kontrolli effettivi fuq l-affidabbiltà tad-data li fuqha huma bbażati l-kalkoli u fuq il-preċiżjoni tad-drittijiet għall-pagament (intitolamenti għal pagamenti)4.

04

Ir-riforma tal-PAK tal-2013 kompliet is-sistema ta’ appoġġ diżakkoppjat iżda kienet akkumpanjata minn tnaqqis żgħir fil-baġit ġenerali disponibbli għall-pagamenti diretti għall-perjodu mill-2014 sal-20205. Hija introduċiet struttura ġdida ta' pagamenti diretti lill-bdiewa li tikkonsisti fl-iskema ta’ pagament bażiku (BPS)6, li hija miftuħa wkoll għall-Istati Membri li introduċiew l-SPUE, pagament għall-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent7 u appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ8. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu minn għadd ta' alternattivi li huma mistennija jiġu mmirati aħjar lejn l-appoġġ li jingħata lill-bdiewa f'setturi jew reġjuni b'diffikultajiet ekonomiċi, jew lejn azjendi agrikoli iżgħar.

05

Il-BPS daħlet fis-seħħ mis-sena tat-talba 2015 (b’pagamenti ffinanzjati mill-baġit 2016 tal-UE) u attwalment 18-il Stat Membru qed japplikaw l-iskema9. Din hija l-akbar skema ta’ appoġġ dirett tal-UE għall-bdiewa, li tiswa madwar EUR 18-il biljun kull sena u hija ffinanzjata kompletament mill-baġit tal-UE. Fl-2015 madwar 4 miljun azjenda tal-UE kienu qed jirċievu appoġġ taħt il-BPS. Fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Istati Membri dwar kif għandu jiġi allokat il-limitu massimu baġitarju nazzjonali għad-diversi skemi ta’ appoġġ dirett, il-Kummissjoni tikkalkula l-ammonti disponibbli għall-appoġġ taħt il-BPS kull sena li jiżgura li ammont massimu tal-baġit disponibbli jkun jista' jiġi żborżat lill-bdiewa10. Konsegwentement, il-proporzjon tal-appoġġ taħt il-BPS f'pagamenti diretti totali tal-UE jista' jvarja b'mod sinifikanti fost l-Istati Membri (ara l-Figura 1).

Figura 1

Il-proporzjon tal-appoġġ taħt il-BPS f’pagamenti diretti tal-UE, għal kull Stat Membru, fl-2015

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

06

Il-qafas legali tal-UE għar-riforma tal-PAK tal-2013 jiddefinixxi l-produzzjoni vijabbli tal-ikel bħala objettiv ġenerali tal-appoġġ dirett11. Il-BPS, bħall-predeċessur tagħha, l-SPU, għandha l-għan li tipprovdi appoġġ bażiku għall-introjtu għall-bdiewa mingħajr ma tfixkel id-deċiżjonijiet dwar il-produzzjoni 12. Huwa mistenni li din tipprovdi xibka ta’ sikurezza għall-bdiewa esposti għal volatilità għolja tal-prezzijiet tas-suq għall-prodotti tagħhom u għaldaqstant tgħin biex tistabbilizza l-introjtu tagħhom filwaqt li tippermettilhom jieħdu deċiżjonijiet dwar il-produzzjoni fuq il-bażi tad-domanda tas-suq. Bħala skema ta' appoġġ diżakkoppjat, hija indipendenti mill-produzzjoni agrikola u għaldaqstant hija f’konformità mal-ftehimiet kummerċjali internazzjonali13.

07

Il-pagament tal-appoġġ huwa kkundizzjonat miż-żamma ta’ erjas agrikoli fi stat li jagħmilhom adatti għar-rigħi jew għall-kultivazzjoni. Għaldaqstant għandu l-effett li jgħin biex tiġi ppreżervata l-produzzjoni agrikola potenzjali tal-UE, u għaldaqstant jiġi evitat l-abbandun tal-art. L-azjendi li jirċievu l-appoġġ iridu jikkonformaw mal-istandards minimi ta’ manutenzjoni biex jiżguraw il-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin tal-art u jridu jirrispettaw ċerti obbligi rigward is-sikurezza alimentari, is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti kif ukoll it-trattament xieraq tal-annimali għall-azjenda agrikola tagħhom (kundizzjonalità). Huwa mistenni li dan jikkontribwixxi għall-ilħuq ta’ objettivi ġenerali oħra tal-PAK relatati mal-użu tal-art, bħall-protezzjoni tal-ħamrija, il-bijodiversità u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Elementi ewlenin tal-iskema ta' pagament bażiku

08

L-aċċess għall-appoġġ taħt il-BPS huwa kkundizzjonat mill-pussess ta' drittijiet għall-pagament ("drittijiet għall-pagament taħt il-BPS"). Kull dritt jagħti lid-detentur dritt trasferibbli għal pagament annwali ta' ammont partikolari ta' appoġġ taħt il-BPS, dment li dan jiġi ddikjarat flimkien ma' ettaru wieħed ta' art agrikola eliġibbli ("attivazzjoni"). Fil-prinċipju, din tinkludi l-art kollha li tinħadem, il-bur permanenti u l-art b’għelejjel permanenti. Il-valur totali massimu tad-drittijiet kollha għall-pagament taħt il-BPS f'reġjun jew fi Stat Membru partikolari ma jaqbiżx il-limitu massimu baġitarju fiss.

09

L-eliġibbiltà għall-BPS (u l-pussess tad’ drittijiet għall-pagament taħt il-BPS) hija wkoll prekundizzjoni għall-bdiewa biex jirċievu pagamenti diretti oħra bħall-pagament ta’ "ekoloġizzazzjoni", il-pagament ridistributtiv14 u l-pagament għal bdiewa żgħażagħ. Il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri għażlu li jħallsu l-pagament ta’ "ekoloġizzazzjoni" - u ħafna għażlu l-pagament għal "bdiewa żgħażagħ" - bħala perċentwal fiss tal-valuri tad-drittijiet għall-pagament attivati mill-applikanti. Dan ifisser li allokazzjoni skorretta tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS (f'termini ta' valur jew għadd) taffettwa wkoll il-korrettezza tal-pagamenti li jsiru taħt skemi oħra ta’ appoġġ dirett.

10

Il-BPS hija indirizzata lill-bdiewa. Il-bdiewa huma ddefiniti bħala l-persuni fiżiċi, ġuridiċi kollha jew il-gruppi ta’ persuni li jkollhom attività agrikola li permezz tagħha huma jipproduċu prodotti agrikoli, iżommu l-art agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-rigħi jew għall-kultivazzjoni, jew iwettqu attività minima fuq erjas agrikoli li jinżammu b'mod naturali fi stat adatt għar-rigħi jew għall-kultivazzjoni.

11

Mill-2015 ’il quddiem, biex jiġi żgurat li l-appoġġ jiġi mmirat aħjar lejn il-“bdiewa attivi”, ċerti negozji li setgħu jkunu involuti fil-ġestjoni tal-art iżda li l-iskop tan-negozju tagħhom kien biss marġinalment immirat lejn attività agrikola bħal ajruporti, servizzi ferrovjarji, sistemi tal-infrastruttura tal-ilma, servizzi tal-proprjetà immobbli jew persuni li jimmaniġġjaw postijiet sportivi jew rikreattivi permanenti u li kienu rċevew pagamenti diretti ’l fuq mis-soll stabbilit mill-Istati Membri15, kellhom jagħtu prova li l-attivitajiet agrikoli tagħhom kienu sinifikanti, jekk kienu japplikaw għall-appoġġ. L-Istati Membri kellhom is-setgħa li jadottaw regoli aktar stretti billi jżidu negozji ulterjuri mal-lista jew billi b'mod ġenerali jeskludu l-persuni kollha li l-attivitajiet agrikoli tagħhom kienu jiffurmaw biss parti insinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi ġenerali tagħhom jew li l-attivitajiet kummerċjali prinċipali tagħhom ma kinux jikkonsistu fit-twettiq ta' attivitajiet agrikoli.

12

Taħt l-SPU preċedenti, il-valuri tad-drittijiet għall-pagament fil-biċċa l-kbira mill-Istati Membri kienu jiddependu mill-valur tal-pagamenti storiċi tal-appoġġ li kienu akkoppjati mal-produzzjoni li kull bidwi kien irċieva f'perjodu ta' referenza partikolari16. B'riżultat ta’ dan, il-livelli individwali ta’ appoġġ għal kull ettaru setgħu għaldaqstant ivarjaw b'mod sinifikanti bejn il-bdiewa skont il-livelli storiċi ta' appoġġ tagħhom17.

13

Ir-riforma tal-PAK tal-2013 kellha l-għan li tneħħi - jew mil-inqas li tnaqqas - dawn il-komponenti storiċi fil-valuri tad-drittijiet għall-pagament matul iż-żmien u tqarribhom lejn valuri uniformi għal kull ettaru sa mhux aktar tard mill-2019 (“konverġenza interna”). Sabiex jiġu evitati konsegwenzi finanzjarji ta' tfixkil għall-bdiewa, l-Istati Membri setgħu jżommu komponent storiku fil-valur tad-drittijiet għall-pagament wara l-2019. Dan kien ifisser li l-valur tal-pagamenti storiċi għall-bdiewa taħt skemi preċedenti ta' appoġġ akkoppjat se jkompli jiġi rifless fil-valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS sakemm isseħħ riforma futura oħra tal-PAK. Madankollu, kif stipulat fil-paragrafu 67 hawn taħt, l-impatt ta' dawn id-diverġenzi se jitnaqqas matul il-perjodu sal-2019.

14

Bejn l-2016 u l-2019, l-ammonti disponibbli għall-BPS se jkomplu jinbidlu, minħabba li l-limitu massimu nazzjonali tal-Istati Membri se jiżdied jew jonqos ("konverġenza esterna")18.

15

L-Istati Membri kellhom għażla ta' tliet mudelli bażiċi biex jistabbilixxu l-valur tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS (ara l-Figura 2):

Figura 2

Mudelli bażiċi għall-implimentazzjoni tal-BPS

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

16

Fi ħdan il-mudelli bażiċi tal-BPS, l-Istati Membri kellhom varjetà ta' alternattivi għall-implimentazzjoni tal-iskema. Dawn l-alternattivi jippermettu lill-Istati Membri jattwaw preferenzi nazzjonali għal-livell li fih huma riedu japplikaw l-iskema (nazzjonali jew reġjonali), il-kalkolu tal-ammonti ta' referenza għall-bdiewa u l-valuri tad-drittijiet tagħhom għall-pagament taħt il-BPS, il-mod kif jimmiraw aktar l-appoġġ lejn il-"bdiewa attivi" u l-mod kif tiġi ddeterminata l-erja eliġibbli għall-allokazzjoni tad-drittijiet taħt il-BPS19.

Kalkolu u allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS

17

L-Istati Membri kellhom jistabbilixxu d-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS fl-2015 u jallokawhom lill-bdiewa. Huma kellhom ukoll jassenjaw ċertu ammont tal-baġit disponibbli f'riżerva nazzjonali biex jallokaw id-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS lil bdiewa żgħażagħ, lil bdiewa li jkunu qed jibdew l-attività agrikola tagħhom jew lil bdiewa li jkunu jinsabu f'sitwazzjonijiet speċifiċi20.

18

Bħala regola, fil-mudelli kollha tal-BPS l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament li ġew allokati għall-bdiewa kien ugwali għall-għadd ta' ettari agrikoli eliġibbli li ħadmu fl-2015. Il-valur kien jiddependi mill-mudell speċifiku tal-BPS li l-Istat Membru jew ir-reġjun kien għażel. Fejn l-Istati Membri kienu diġà applikaw mudell tal-BPS b'rata fissa fl-2015, il-bdiewa kollha f'reġjun partikolari rċevew drittijiet għall-pagament taħt il-BPS bl-istess valur tal-unità għal kull ettaru (ara l-Figura 3).

Figura 3

Elementi għall-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS (mudell b'rata fissa)

*) Eskluża l-erja għad-drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

19

F'dawk l-Istati Membri li għażlu l-mudell ta' konverġenza tal-BPS, jiġifieri li ma applikawx valuri uniformi għal kull ettaru fl-2015, l-awtoritajiet nazzjonali fil-prinċipju bbażaw il-kalkoli tagħhom fuq sitt elementi (ara l-Figura 4)21:

  • l-erja agrikola eliġibbli totali tal-2015 tal-"bdiewa attivi" kollha fi Stat Membru jew reġjun partikolari;
  • l-erja agrikola eliġibbli fl-2015 għal kull applikant individwali;
  • l-ammont individwali ta' referenza għall-201422 tal-applikanti tal-2015;
  • l-ammonti totali ta' referenza għall-2014 għall-"bdiewa attivi" kollha tal-2015;
  • il-limiti massimi nazzjonali jew reġjonali applikabbli fl-2015 għall-BPS;
  • il-valur fil-mira nazzjonali jew reġjonali (medja nazzjonali jew reġjonali) għall-2019.

Figura 4

Elementi għall-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS (mudelli ta' konverġenza)

*) Eskluża l-erja għad-drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

20

Il-mudelli ta' konverġenza kollha kellhom il-karatteristika komuni li l-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri kellhom jistabbilixxu l-ammont individwali ta' referenza għal kull bidwi u jittrattaw il-bidliet f’sitwazzjoni personali ta’ bidwi bħal fużjonijiet, diviżjonijiet jew trasferimenti tal-art li seħħew bejn l-2014 u l-2015. Biex jevitaw il-kumplessità, l-Istati Membri li kienu applikaw l-SPU fuq bażi reġjonali setgħu jżommu wkoll id-drittijiet eżistenti taħt l-SPU, li saru drittijiet għall-pagament taħt il-BPS23.

Ir-rwoli tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fl-introduzzjoni tal-BPS

21

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma responsabbli b'mod konġunt għall-ġestjoni tal-BPS u ta' skemi oħra ta' pagament dirett. Madankollu, il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà aħħarija għall-implimentazzjoni tal-baġit24. Dan ifisser li l-Kummissjoni kellha tiżgura li l-BPS tiġi implimentata b'mod korrett permezz ta' atti legali delegati xierqa, permezz tal-monitoraġġ tal-ġestjoni tal-BPS fl-Istati Membri u permezz tal-awditi tal-konformità tas-sistemi ta' kontroll għall-amministrazzjoni tal-iskema. F’każ li l-implimentazzjoni nazzjonali ma tikkonformax mal-qafas legali tal-UE, il-Kummissjoni tista' tapplika korrezzjonijiet finanzjarji.

22

L-Istati Membri kkalkulaw id-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS u rreġistrawhom f'database speċifika. Huma kellhom ukoll jiżguraw li l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati sussegwentement ħallsu l-appoġġ taħt il-BPS lill-bdiewa. Għal dan l-iskop, l-awtoritajiet nazzjonali kienu meħtieġa jużaw is-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) sabiex jiżguraw li l-pagamenti kienu korretti u li jiġu evitati l-irregolaritajiet. Bl-użu ta' informazzjoni affidabbli dwar l-erjas agrikoli u ta' sistema ta' kontroverifiki awtomatizzati, jenħtieġ ukoll li s-SIAK tappoġġa lill-bdiewa biex jagħmlu dikjarazzjonijiet korretti u għaldaqstant jidentifikaw b’mod effiċjenti l-irregolaritajiet potenzjali. Barra minn hekk, korp taċ-ċertifikazzjoni nazzjonali indipendenti kien meħtieġ jawditja l-legalità u r-regolarità tal-infiq kollu tal-UE li l-aġenziji tal-pagamenti żborżaw. Il-Figura 5 turi r-rwoli tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-BPS.

Figura 5

Rwoli tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-BPS

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

23

L-objettiv ta' dan l-awditu kien li jiġi ddeterminat jekk fl-2015 il-Kummissjoni u l-Istati Membri introduċewx il-BPS f'konformità mal-qafas legali tal-UE u mal-objettivi tal-PAK. F'dan il-kuntest, aħna analizzajna wkoll karatteristiċi li kienu jirriżultaw mit-tfassil tal-BPS bħala skema li tipprovdi appoġġ diżakkoppjat għall-introjtu għall-bdiewa. Aħna fittixna li nwieġbu l-mistoqsija prinċipali tal-awditjar:

L-iskema ta' pagament bażiku għall-bdiewa - il-Kummissjoni u l-Istati Membri stabbilew u implimentaw l-iskema kif xieraq?

24

Sabiex inwieġbu din il-mistoqsija, aħna ċċekkjana jekk:

  • is-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri mmitigawx ir-riskju li d-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS jiġu kkalkulati b'mod skorrett;
  • il-Kummissjoni appoġġatx b'mod adegwat l-introduzzjoni, mill-Istati Membri, tal-pagament bażiku kif ukoll jekk issorveljatx u vverifikatx biżżejjed l-Istati Membri;
  • l-introduzzjoni tal-BPS ikkontribwietx għas-simplifikazzjoni, kemm għall-bdiewa kif ukoll għall-amministrazzjonijiet, u jekk kinitx tikkonforma mal-objettivi tal-PAK.
25

Aħna wettaqna l-awditu tagħna bejn Settembru 2016 u April 2017, u dan kien jinkludi:

  • stħarriġ li ntbagħat lit-18-il Stat Membru kollha li kienu introduċew il-BPS biex jiksbu data u informazzjoni ewlenija dwar l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tagħhom. Fejn kien xieraq, aħna użajna r-riżultati għar-rappurtar tagħna;
  • żjarat lill-Kummissjoni Ewropea - id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali - u lil sitt Stati Membri (il-Ġermanja (is-Sassonja t’Isfel), il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja u r-Renju Unit (l-Ingilterra u l-Iskozja)) li ntgħażlu fuq il-bażi tas-sehem tagħhom tal-baġit tal-UE disponibbli għall-BPS u tal-mudell speċifiku li kienu għażlu għall-implimentazzjoni tal-iskema. Aħna wettaqna intervisti, analizzajna proċeduri u data u eżaminajna dokumenti rilevanti;
  • l-awditu ta' kampjun ta' 400 fajl tad-drittijiet għall-pagament tal-bdiewa mis-sena tat-talba 2015. Aħna għażilnihom parzjalment b'mod aleatorju u parzjalment fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju sabiex nanalizzaw il-kalkoli tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS u l-kontrolli ewlenin applikati.

Barra minn hekk, aħna qisna r-riżultati tax-xogħol tagħna għad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni 2016.

Osservazzjonijiet

Is-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri li saritilhom żjara kienu fil-biċċa l-kbira mmitigaw ir-riskju ta' kalkolu u allokazzjoni skorretti tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS, iżda l-għażliet nazzjonali jistgħu jippreżentaw sfidi partikolari għal xi aġenziji tal-pagamenti

Il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri ffaċċjaw l-isfidi u, b'mod ġenerali, il-pagamenti taħt il-BPS li saru lill-bdiewa ma kinux milquta minn livell materjali ta’ żball…

26

L-Istati Membri kollha li żorna kellhom jiffaċċjaw għadd ta' sfidi fl-implimentazzjoni tal-BPS. In-natura tagħhom kienet tiddependi, fil-biċċa l-kbira, mill-alternattivi li kienu għażlu. B’mod partikolari huma kellhom:

  • Jiċċekkjaw id-dritt tal-applikanti għall-appoġġ taħt il-BPS, jiġifieri jekk huma kinux benefiċjarji ta' appoġġ dirett fl-2013 u kinux "bdiewa attivi" fl-2015;
  • jistabbilixxu l-ammont individwali ta' referenza ta' kull bidwi fejn l-Istat Membru ma jkunx applika rata fissa għal kull ettaru;
  • jiddeterminaw l-erja agrikola eliġibbli ta' kull bidwi għall-2015 fuq il-bażi tal-informazzjoni l-aktar reċenti mis-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art (LPIS) u tal-kontrolli fuq il-post. Dan jista' jkun jirrikjedi wkoll l-identifikazzjoni tal-art mhux eliġibbli qabel l-introduzzjoni tal-BPS;
  • jistabbilixxu l-valur tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS għall-perjodu mill-2015 sal-2019 wara li jiġu kkompletati l-kontrolli u l-kalkoli kollha;
  • jinfurmaw lill-bdiewa kkonċernati sa tmiem l-2015 jew, fejn l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biss data proviżorja disponibbli, sal-1 ta' April 2016;
  • iħallsu l-appoġġ dirett taħt il-BPS u appoġġ dirett ieħor sat-30 ta' Ġunju 2016.
27

Il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri ffaċċjaw l-isfidi u temmew il-kalkoli tagħhom qabel id-dati ta' skadenza legali, jew qabżuhom bi ftit. Madankollu, għal Spanja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, l-Awstrija, l-Iżvezja u r-Renju Unit (l-Iskozja) li ma setgħux jagħmlu l-pagamenti finali lill-bdiewa kollha qabel id-data ta' skadenza legali tat-30 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni ppermettiet li l-pagamenti mingħajr tnaqqis isiru sal-15 ta' Ottubru 201625.

28

Fuq il-bażi tad-data disponibbli, fl-UE kollha, il-pagamenti bbażati fuq id-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS, b'mod ġenerali, ma kinux milquta minn livell materjali ta’ żball26. Madankollu, l-iżbalji ta’ kalkolu setgħu jaffettwaw il-pagamenti lil ħafna bdiewa individwali u jnaqqsu l-affidabilità tad-databases tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS kif spjegat hawn taħt.

…iżda f'xi każijiet il-valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS ma kinux preċiżi, ikkalkulati biss b’mod proviżorju jew ibbażati fuq stimi…

29

Aħna sibna li l-Istati Membri (jew ir-reġjuni) kienu, fil-biċċa l-kbira, applikaw b'mod korrett ir-regoli ġenerali tal-kalkolu u, bl-eċċezzjoni tal-Italja u reġjun wieħed fil-Ġermanja (Mecklenburg-Vorpommern), irrispettaw il-limiti massimi nazzjonali jew reġjonali applikabbli. Madankollu, f'xi każijiet aħna sibna li l-valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS ma kinux preċiżi, ikkalkulati biss b’mod proviżorju jew ibbażati fuq stimi, u b’hekk affettwaw id-distribuzzjoni tal-pagament fost bdiewa individwali:

  1. Fir-Renju Unit (l-Iskozja), l-awtoritajiet ma kinux applikaw b'mod korrett ir-regoli tal-kalkolu biex jiddeterminaw il-valuri fil-mira b’rata fissa tal-2019 u l-aġġustamenti baġitarji annwali sa dik is-sena. Fin-Netherlands, l-awtoritajiet ikkalkulaw valur ta' konverġenza skorrett għall-aġġustament tad-drittijiet għall-pagament lejn ir-rata fissa tal-2019. Madankollu, dan ma affettwax l-ammont totali t’ -pagamenti fl-Iskozja u fin-Netherlands, iżda kellu biss impatt żgħir fuq id-distribuzzjoni tal-pagamenti fost bdiewa individwali.
  2. Franza u r-Renju Unit (l-Ingilterra u l-Iskozja) użaw data proviżorja jew stimi, minħabba li ltaqgħu ma’ diffikultajiet partikolari biex jikkalkulaw valuri definittivi tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS fil-ħin. Dan kellu impatt fuq il-preċiżjoni tal-valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS, minħabba li l-bidliet f'element wieħed tal-kalkolu (bħall-erja eliġibbli totali) kienu jinvolvu bidliet potenzjali f'elementi oħra (bħall-valur tad-drittijiet) u dawn seta' jkollhom implikazzjonijiet ulterjuri għall-kalkolu tal-konverġenza. Dan kien ifisser ukoll li l-bdiewa ma kinux jafu l-valur definittiv tad-drittijiet tagħhom għall-pagament taħt il-BPS qabel ma applikaw għas-sena tat-talba ta’ wara. Hawn taħt aħna niddeskrivu xi wħud mill-problemi differenti li ġew iffaċċjati.
    1. Fi Franza, f'Mejju 2017, l-aġenzija tal-pagamenti kienet għadha fil-proċess li tikkalkula l-valur definittiv tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS għall-2015 u ma kinitx allokathom formalment lill-bdiewa. Id-dewmien huwa spjegat mill-introduzzjoni tardiva ta' sistema ġdida għall-identifikazzjoni tal-irqajja' tal-art, minn diffikultajiet fl-identifikazzjoni ta’ erjas mhux agrikoli u minn dewmien sinifikanti fil-kontrolli fuq il-post li saru fuq il-bdiewa fl-2015, li l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux ikkompletaw qabel Diċembru 201627.
    2. Ir-Renju Unit (l-Ingilterra u l-Iskozja) ltaqgħu ma' dewmien sinifikanti fil-kalkolu tal-valuri tad-drittijiet għall-pagament, minħabba li fl-Ingilterra, li kienet għażlet li żżomm id-drittijiet preċedenti taħt l-SPU, id-data sħiħa dwar il-kopertura tal-art ma kinitx disponibbli fil-ħin. Għaldaqstant, l-awtoritajiet setgħu jistmaw biss l-erja eliġibbli finali li, madankollu, kienet element ewlieni meħtieġ għall-kalkolu preċiż tal-valuri tad-drittijiet għall-pagament. Barra minn hekk, sistema kompjuterizzata ġdida għall-ipproċessar tat-talbiet ma ħadmitx kif mistenni u l-aġenzija tal-pagamenti kellha tmur lura għall-applikazzjonijiet stampati fuq karta. Dan ikkawża diffikultajiet serji fir-rigward tal-aġġustament tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS għall-erjas eliġibbli u biex tiġi rrispettata d-data ta’ skadenza tal-pagamenti28. Fl-Iskozja, l-awtoritajiet iltaqgħu wkoll ma' diffikultajiet fl-ipproċessar tat-talbiet kollha fil-ħin, parzjalment minħabba li kellhom arretrati fl-identifikazzjoni tal-bur permanenti eliġibbli. Huma għamlu biss kalkoli illustrattivi tal-valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS sabiex jirrispettaw id-dati ta’ skadenza għall-iżborżar tal-appoġġ, iżda f'Mejju 2017 HUMA kienu għadhom ma stabbilewx il-valuri finali29.

…u xi aġenziji tal-pagamenti li saritilhom żjara ffaċċjaw diffikultajiet partikolari

30

L-aġenziji tal-pagamenti kellhom jistabbilixxu kontrolli ewlenin effettivi biex jiżguraw li l-għadd u l-valur tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS li ġew allokati lill-bdiewa kienu preċiżi. Dan kien jinvolvi kontroverifiki tal-eliġibbiltà tal-erjas li l-bdiewa kienu ddikjaraw fl-applikazzjonijiet tagħhom għall-għajnuna bi tqabbil mad-data fl-LPIS30 u bi tqqbbil ma’ data storika ta' referenza, kif ukoll il-verifikazzjoni tal-awtentiċità tad-dokumentazzjoni ta' sostenn ipprovduti mill-bdiewa u l-analiżi tal-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS. Fil-paragrafi li ġejjin aħna niddeskrivu xi wħud mill-problemi differenti li ġew iffaċċjati fl-Istati Membri li żorna.

31

Fl-Italja, il-korp ċentrali ta' koordinazzjoni barra mill-qafas ta' konroll intern tal-aġenziji tal-pagamenti Taljani kien responsabbli għall-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS u għall-allokazzjoni tagħhom lill-bdiewa. Huwa ma kienx ikkompleta l-kontrolli kollha rigward l-eliġibbiltà tal-bdiewa u kien għad hemm inċertezzi dwar l-eliġibbiltà ta' proporzjon sinifikanti tal-bur permanenti. Dan irriżulta fi proċess interattiv li permezz tiegħu l-istess korp ta' koordinazzjoni kellu jikkalkula mill-ġdid il-valuri ta' madwar terz mid-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS wara li dawn kienu inizjalment ġew allokati. Fl-aħħar nett, il-valur totali tagħhom qabeż il-limitu massimu baġitarju nazzjonali. Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, dan kien ikun jeħtieġ aġġustament ulterjuri tal-valur tad-drittijiet kollha Taljani għall-pagament taħt il-BPS. L-impatt fuq il-pagamenti tal-appoġġ li jingħataw lill-bdiewa x’aktarx li jkun b’mod ġenerali żgħir, iżda jista' jkun aktar sinifikanti fil-livell tal-bdiewa individwali. Il-kalkoli mill-ġdid kienu għadhom għaddejjin f'April 2017 u affettwaw ukoll il-valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS u pagamenti sussegwenti tal-appoġġ għas-snin tal-futur31.

32

L-informazzjoni affidabbli fl-LPIS dwar l-erja eliġibbli reali tal-irqajja' art li ġew iddikjarati kienet fattur ewlieni ieħor biex id-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS jiġu stabbiliti b'mod korrett. Fi tnejn mis-sitt Stati Membri li żorna, aħna sibna li l-informazzjoni fl-LPIS kienet b’mod ġenerali aġġornata. Fi Franza, fl-Italja u fir-Renju Unit din kienet fil-proċess li tiġi aġġornata, fil-biċċa l-kbira b'mod parallel mal-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS32. L-aġenzija tal-pagamenti Griega, li kienet għamlet sforzi kbar matul bosta snin biex tidentifika b'mod korrett il-bur permanenti, kienet nieqsa mill-fondi nazzjonali meħtieġa biex taġġorna l-LPIS kollha kemm hi bl-informazzjoni disponibbli l-aktar reċenti. Għaldaqstant, fl-2015, l-awtoritajiet kellhom jibbażaw il-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS fuq immaġnijiet li jmorru lura għall-2008 għal aktar minn nofs it-territorju kkonċernat33.

33

Madwar 90 % tal-bur permanenti kollu fil-Greċja u aktar minn 25 % tal-erja agrikola tal-pajjiż hija art pubblika. Għal dan it-tip ta' art, l-awtoritajiet Griegi kkalkulaw id-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS fuq il-bażi tal-għadd reġjonali medju ta' annimali għal kull ettaru u l-għadd ta' annimali li kull bidwi kien iddikjara fl-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna34. Madankollu, l-informazzjoni inaffidabbli fir-reġistru tal-annimali għamlitha aktar diffiċli biex jiġi kkalkulat b'mod preċiż l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament taħt il-BPS li ġew allokati lill-bdiewa35.

Il-Kummissjoni appoġġat b'mod adegwat l-introduzzjoni tal-BPS, iżda hija setgħet titlob aktar mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni

B'mod ġenerali, il-Kummissjoni ssorveljat tajjeb il-proċess ta’ implimentazzjoni u pprovdiet gwida estensiva…

34

Il-firxa wiesgħa ta' alternattivi għall-Istati Membri li l-leġiżlazzjoni tal-UE pprevediet għamlet id-dispożizzjonijiet aktar kumplessi, u b’hekk kellha r-riskju ta’ interpretazzjoni ħażina u ta’ ambigwità. Il-Kummissjoni rnexxielha tipprovdi dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni fil-ħin36. Madankollu, l-Istati Membri kienu jirrikjedu gwida addizzjonali mill-Kummissjoni rigward il-mudell speċifiku tagħhom ta’ implimentazzjoni. Konsegwentement, mill-2014 'il hawn, il-Kummissjoni ħarġet aktar minn 400 nota ta' gwida lill-Istati Membri u organizzat laqgħat bilaterali mal-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiżgura implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-BPS u tal-iskemi l-oħra ta' appoġġ dirett tal-UE. Minkejja l-kjarifiki pprovduti, l-Istati Membri mhux dejjem interpretaw ir-regoli speċifiċi tal-kalkolu b’mod konsistenti.

…iżda l-Istati Membri ma pprovdewx l-informazzjoni kollha dwar il-monitoraġġ

35

Billi l-Kummissjoni hija responsabbli għall-monitoraġġ tal-iskema, l-Istati Membri kollha li japplikaw il-BPS kellhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-alternattivi tagħhom li ppermettew lill-Kummissjoni twettaq analiżi approfondita tal-konformità tagħhom mal-qafas legali tal-UE u tieħu azzjoni ta' segwitu. Madankollu, f'Mejju 2017 il-Kummissjoni kien għad ma kellhiex informazzjoni ewlenija bħall-valur totali tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS għall-2015 allokati lill-bdiewa minn Franza u mill-Italja, li flimkien kienu jirrappreżentaw 31 % tal-baġit disponibbli. In-nuqqas ta’ din l-informazzjoni għamel il-monitoraġġ tal-iskema aktar diffiċli. Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, il-Kummissjoni ma kellhiex is-setgħa li tnaqqas il-pagamenti li jingħataw lill-Istati Membri jekk dawn ma jippreżentawx l-informazzjoni statistika speċifika dwar il-BPS fil-ħin.

B'mod ġenerali, l-awditi proprji tal-Kummissjoni taw riżultati tajbin…

36

Il-Kummissjoni kienet niedet fil-ħin l-awditu tal-implimentazzjoni tal-BPS fl-Istati Membri, li pproduċa riżultati tajbin, għalkemm nuqqas ta' riżorsi ma ħallihomx iwettqu l-awditi kollha fuq il-post kif ippjanat. Minħabba t-twaqqit bikri tal-biċċa miż-żjarat, il-Kummissjoni ma setgħetx lanqas tivvaluta l-kwalità tal-analiżi mwettqa mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS.

37

Ix-xogħol tal-awditjar li twettaq mill-Kummissjoni kien iffukat prinċipalment fuq l-analiżi ta' kampjuni ta’ tranżazzjonijiet u fuq l-eliġibbiltà tal-erjas iddikjarati. Hija għamlet inqas enfasi fuq il-validazzjoni tal-kalkoli ġenerali, il-kontrolli interni applikati u jekk l-Istati Membri kellhomx sistemi stabbiliti li kienu jippermettu li jsir monitoraġġ mill-qrib tal-ġestjoni tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS bħall-kalkolu tal-limiti massimi applikabbli u l-konformità magħhom, u l-ġestjoni tar-riżerva nazzjonali inklużi l-proċeduri għall-kanċellazzjoni tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS.

…iżda hija setgħet titlob aktar mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni

38

L-infiq kollu tal-UE li l-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri jiżborżaw huwa suġġett għal awditu annwali taċ-ċertifikazzjoni li jitwettaq minn korp indipendenti fil-livell organizzattiv. Jenħtieġ li dawn l-awdituri jipprovdu opinjoni, imfassla skont l-istandards tal-awditjar aċċettati fuq livell internazzjonali, dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti, dwar il-funzjonament xieraq tas-sistema ta' kontroll intern tagħhom u dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq li għalih ikun intalab rimborż mill-Kummissjoni37. Billi l-valur tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS huwa element ewlieni għall-kalkolu tal-ammonti ta' appoġġ żborżat lill-bdiewa, il-kontroll li jsir mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni fuq il-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS kien partikolarment importanti. Bil-konverġenza kontinwa u bl-aġġustamenti possibbli tal-valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS, dan huwa wkoll rilevanti għas-snin finanzjarji sussegwenti.

39

Fil-linji gwida tagħha għall-korpi taċ-ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni speċifikat li jenħtieġ li l-kontrolli tagħhom jinkludu valutazzjoni tal-proċeduri stabbiliti biex jiżguraw l-allokazzjoni korretta tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS, u talbet lill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jesprimu opinjoni dwar jekk l-aġenziji tal-pagamenti kinux stabbilew sistema xierqa għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS u kinux applikaw kontrolli xierqa għall-istabbiliment tal-iskema. Il-linji gwida tal-Kummissjoni kienu jirrikjedu l-ittestjar tal-konformità ta' 10 tranżazzjonijiet, iżda ma kinux jispjegaw liema kontrolli l-korpi taċ-ċertifikazzjoni suppost kellhom iwettqu fir-rigward tal-preċiżjoni tal-kalkoli.

40

Fl-Istati Membri li żorna l-korpi taċ-ċertifikazzjoni kienu interpretaw il-linji gwida tal-Kummissjoni b'modi differenti u l-għadd ta' tranżazzjonijiet li l-Kummissjoni rrakkomandat għall-ittestjar tal-konformità kien baxx wisq biex wieħed jasal għal konklużjonijiet ġenerali validi dwar il-preċiżjoni tal-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS.

41

Il-linji gwida tal-Kummissjoni ma speċifikawx ir-rwol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni fejn il-kalkoli tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS kienu jinvolvu korpi oħra minbarra l-aġenziji tal-pagamenti; b’riżultat ta’ dan:

  • fil-Ġermanja (is-Sassonja t’Isfel), il-preċiżjoni ta' dan il-kalkolu ma kienet suġġetta għall-ebda analiżi mwettqa minn korp taċ-ċertifikazzjoni, minħabba li l-kalkolu kien twettaq minn korp ċentrali ta' koordinazzjoni li ma kienx suġġett għal awditu taċ-ċertifikazzjoni;
  • fl-Italja, il-korp taċ-ċertifikazzjoni sempliċiment semma li, fiż-żmien meta kien qed jabbozza r-rapport tiegħu, il-korp ta' koordinazzjoni ma kienx temm il-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS;
  • fi Franza, il-korp taċ-ċertifikazzjoni kkonferma li l-aġenzija tal-pagamenti kienet applikat b'mod korrett il-metodu ta’ kalkolu stabbilit mill-Ministeru tal-Agrikoltura, iżda rrapporta li d-data kienet għadha mhijiex finali u li ma kienx analizza ċerti kalkoli.

Xi regoli tal-kalkolu u alternattivi magħżula mill-Istati Membri setgħu jżidu l-kumplessità, iżidu l-piż fuq l-amministrazzjonijiet nazzjonali, u jippermettu lil xi bdiewa jagħmlu profitti kbar mhux mistennija

Xi regoli għall-istabbiliment tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS kienu jirrikjedu t-twettiq ta’ kalkoli kumplessi

42

Wieħed mill-objettivi fundamentali, u mir-rekwiżiti ewlenin, tar-riforma tal-PAK tal-2013 kien li tnaqqas il-piż amministrattiv u l-Kummissjoni u l-Istati Membri kien imisshom ħadu dan inkunsiderazzjoni meta kienu qed ifasslu d-dispożizzjonijiet rilevanti għall-iskema ta' appoġġ dirett38.

43

L-għażla tal-mudell għall-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS kellu impatt sinifikanti fuq il-kumplessità li ffaċċjaw l-awtoritajiet nazzjonali. Filwaqt li l-mudell b'rata fissa li ġie applikat fil-Ġermanja, fi Franza (Korsika), f'Malta u fir-Renju Unit (l-Ingilterra) kien iwiegħed kalkoli sempliċi tal-valuri u tal-għedud ta’ drittijiet, dan ma kienx japplika daqshekk għall-mudelli ta' konverġenza applikati fi Stati Membri jew reġjuni oħra, minħabba r-regoli dettaljati u speċifiċi tal-kalkolu tagħhom li l-Istati Membri spiss ikkomplementaw b'dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni nazzjonali jew reġjonali. Dan seta' mhux biss iwassal għal żbalji ta’ kalkolu, iżda wkoll jimponi xogħol addizzjonali sostanzjali għall-aġenziji tal-pagamenti39.

L-alternattivi magħżula minn xi Stati Membri setgħu jimponu piż sinifikanti fuq l-amministrazzjonijiet nazzjonali…

44

L-Istati Membri setgħu, skont kriterji oġġettivi, jiddifferenzjaw aktar it-territorju tagħhom u japplikaw il-BPS fil-livell reġjonali. Dawn il-kriterji kienu jinkludu l-istruttura istituzzjonali (eż. il-Ġermanja), il-potenzjal agrikolu reġjonali (eż. ir-Renju Unit (l-Ingilterra u l-Iskozja)) jew il-karatteristiċi agronomiċi (eż. il-Greċja u Spanja).

45

F'dan il-kuntest, Spanja introduċiet 50 reġjun ġdid relatati mal-BPS li l-awtoritajiet nazzjonali ddefinew fuq il-bażi ta' karatteristiċi agronomiċi u tal-użu li huma għamlu mill-art fl-2013. Dawn ir-reġjuni estendew fuq madwar 316-il "comarcas agrarias" li jfisser li l-art li tkun tifforma parti minn reġjun wieħed relatat mal-BPS setgħet tinstab f'bosta comarcas u Komunitajiet Awtonomi fi Spanja kontinentali. Madankollu, f'ħafna mir-reġjuni l-valuri tal-unità medji tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS kienu jvarjaw biss marġinalment. Filwaqt li din ir-reġjonalizzazzjoni kienet tikkonforma mal-qafas legali tal-UE, hija żiedet il-kumplessità għall-ġestjoni tal-art. Il-bdiewa setgħu jużaw biss id-drittijiet tagħhom fir-reġjun li għalih kienu oriġinarjament ġew allokati, li seta' jikkonċerna rqajja' art agrikoli individwali fl-istess villaġġ (ara l-Figura 6).

Figura 6

Implimentazzjoni reġjonali kumplessa tal-BPS fi Spanja

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq data mill-awtoritajiet Spanjoli (FEGA).

B'kuntrast ma' Spanja, il-Greċja użat mudell ferm inqas kumpless, ibbażat fuq karatteristiċi agrikoli u li jkopri biss tliet reġjuni.

46

L-isfidi għall-implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-BPS inħolqu mhux biss mill-għażla li l-Istat Membru għamel tal-mudell tal-BPS iżda wkoll mill-alternattivi li l-leġiżlazzjoni tal-UE pprevediet biex jiġu ddefiniti l-erjas eliġibbli. Dan kien mistenni jsaħħaħ l-immirar tal-appoġġ iżda seta' jdewwem serjament il-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS u jkollu impatt fuq l-preċiżjoni tal-valur tagħhom (ara l-Kaxxa 1).

Kaxxa 1

Għażliet tal-Istati Membri li kkontribwew għal dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-BPS

Bħala regola, l-erjas kollha okkupati minn art li tinħadem, bur permanenti u għelejjel permanenti huma eliġibbli għall-BPS. Barra minn hekk, sabiex jipproteġu ċerti karatteristiċi tal-pajsaġġ, bħal sisien tal-ħaxix, għadajjar, ħniedaq, siġar f'linja, fi gruppi jew iżolati, ġmiem madwar l-għelieqi jew raba' mtarraġ, l-Istati Membri setgħu jiddeċiedu li dawn ukoll kienu eliġibbli għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS. Madankollu, skont ir-regoli dwar il-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni, l-Istati Membri setgħu jiddefinixxu karatteristiċi oħra tal-pajsaġġ bħal "erjas b'fokus ekoloġiku " li ma kinux eliġibbli għall-BPS. Fejn Stat Membru ddeċieda dan, il-karatteristiċi kollha kellhom jiġu ċċekkjati u rreġistrati fl-LPIS nazzjonali. Franza għażlet qafas, li permezz tiegħu l-awtoritajiet Franċiżi f'aġġornament importanti tal-LPIS tagħhom kellhom jirreġistraw u jissorveljaw madwar 45 miljun minn dawn il-karatteristiċi tal-pajsaġġ u jistabbilixxu jekk dawn kinux eliġibbli għall-BPS u għall-ekoloġizzazzjoni, għall-ekoloġizzazzjoni biss jew assolutament ma kinux eliġibbli. Fejn il-bdiewa ddikjaraw irqajja' art li kienu jinkludu wkoll karatteristiċi ineliġibbli, dawn kellhom jiġu ċċekkjati manwalment u spiss il-bdiewa kellhom jiġu kkuntattjati biex jikkjarifikaw il-kwistjoni, minkejja li l-ammonti ta’ appoġġ inkwistjoni kienu marġinali. Dan ikkontribwixxa b'mod sinifikanti għad-dewmien fil-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS u fil-pagament tal-appoġġ fi Franza.

Fl-Italja, il-livell minimu ta’ attività agrikola meħtieġ għall-eliġibbiltà ta’ proporzjon sinifikanti ta’ bur permanenti40 kien ivarja skont il-lok tal-irqajja’ art, u għadd kbir ta’ eċċezzjonijiet kienu japplikaw fil-livell reġjonali. L-awtoritajiet Taljani kellhom jidentifikaw l-irqajja' art kollha li għalihom kienu japplikaw il-kundizzjonijiet speċifiċi permezz tar-referenza tagħhom fir-reġistru tal-artijiet, u mbagħad iwettqu kontroverifiki tagħhom bi tqabbil mal-applikazzjonijiet għall-għajnuna mibgħuta mill-bdiewa. Din il-proċedura kienet għadha għaddejja sa tmiem l-awditu tagħna u l-awtoritajiet Taljani ma setgħux jgħidulna meta kienu se jlestu x-xogħol tagħhom. Dan l-approċċ dettaljat żied il-kumplessità u kkawża dewmien sinifikanti fil-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament u fit-twettiq tal-pagamenti tal-appoġġ.

…u xi bdiewa setgħu jiġġeneraw profitti kbar mhux mistennija billi jnaqqsu b'mod sinifikanti d-daqs tal-azjendi tagħhom

47

Għall-Istati Membri li applikaw l-approċċ ta' konverġenza għall-BPS41, inħoloq riskju speċifiku li l-bdiewa jiġu kkumpensati żżejjed mill-introduzzjoni tal-BPS, minħabba li dawn kienu naqqsu b'mod sinifikanti l-għadd ta' ettari li nħadmu bejn il-perjodu ta' referenza (2014) u l-2015. Dan għamilha possibbli li l-ammont ta' referenza dderivat minn erja akbar jiġi kkonċentrat fuq erja iżgħar, u jippermetti lil dawn il-bdiewa jagħmlu profitti kbar mhux mistennija.

48

L-Istati Membri setgħu jirkupraw lura profitti kbar mhux mistennija42. Minn 13-il Stat Membru fejn dan kien applikabbli, 7 użaw din l-alternattiva43, li ppermettitilhom ukoll li jirriallokaw dawn il-fondi b'mod aktar effettiv, pereżempju billi jallokaw id-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS lil bdiewa żgħażagħ. Madankollu, fl-Italja l-awtoritajiet ma identifikawx kif xieraq il-bdiewa kollha li kienu għamlu profitti kbar mhux mistennija, jew li f'xi każijiet oħra applikaw ir-regoli b'mod skorrett. Fi Franza, l-awtoritajiet inizjalment iddeċidew li japplikaw il-klawsola dwar profitti kbar mhux mistennija, iżda ma setgħux jagħmlu dan fil-prattika (ara l-Kaxxa 2)44.

Kaxxa 2

Eżempji ta’ profitti kbar mhux mistennija minħabba tnaqqis fid-daqsijiet tal-azjendi

Id-daqs tal-profitti kbar mhux mistennija jista' jkun sinifikanti. Fi Spanja l-awtoritajiet irkupraw lura ammonti ta' referenza ta' aktar minn EUR 75 miljun minn aktar minn 7 000 bidwi li huma setgħu jużaw għall-allokazzjoni lill-bdiewa li kienu għadhom jibdew negozju. Dan jirrappreżenta madwar 3 % tal-appoġġ taħt il-BPS li jitħallas fi Spanja.

Billi Franza ma applikatx il-klawsola dwar profitti kbar mhux mistennija, il-livell totali ta’ profitti ta’ dan it-tip li saru mill-bdiewa mhuwiex magħruf. Madankollu, aħna sibna bdiewa individwali li kienu rċevew pagamenti diretti fl-2014 iżda li fl-2015 ittrasferew kważi l-art kollha tagħhom lil bdiewa oħra, inklużi membri tal-familja. F'każijiet estremi huma żammew biss biċċa art żgħira, kultant ta’ 0.01 ha biss, li fuqha huma setgħu jakkumulaw l-ammont kollu ta' referenza tagħhom, u dan irriżulta f'valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS li jitilgħu għal EUR 9 000 u aktar. Dan kien legalment possibbli, minħabba li Franza, għall-kuntrarju ta’ Stati Membri oħra, ma kinitx stabbiliet erja minima ta' art li l-bdiewa kienu jeħtieġu sabiex jippreżentaw id-domanda għad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS45. L-individwi jew il-kumpaniji li rċevew l-art setgħu jirċievu drittijiet mir-riżerva nazzjonali bħala bdiewa ġodda.

Ir-regoli l-ġodda kellhom l-għan li jtejbu l-immirar tal-appoġġ, iżda kienu biss parzjalment effettivi

Ir-regoli l-ġodda introduċew rekwiżiti għal kontrolli speċifiċi fuq ċerti kategoriji ta’ applikanti għall-għajnuna…

49

Ir-riforma tal-PAK tal-2013 kellha l-għan li timmira aħjar l-appoġġ dirett tal-UE lejn bdiewa ġenwini u introduċiet il-kunċett tal-hekk imsejjaħ "bidwi attiv"46. Dan il-kunċett ippreveda rekwiżiti tal-eliġibbiltà addizzjonali obbligatorji għal żewġ kategoriji ta' applikanti għall-għajnuna: persuni li prinċipalment kienu jaħdmu l-art li tinżamm b'mod naturali fi stat tajjeb għar-rigħi jew għall-kultivazzjoni47 u persuni b'attivitajiet kummerċjali identifikati minn lista negattiva. Dawn tal-aħħar setgħu jiġu ammessi mill-ġdid, bil-kundizzjoni li setgħu juru li l-attivitajiet agrikoli tagħhom “ma kinux insinifikanti”.

50

Ir-regoli l-ġodda ppermettew lill-Istati Membri jeżentaw applikanti sa massimu EUR 5 000 f'pagamenti diretti annwali minn kwalunkwe kontroll, jew jistabbilixxu kriterji proprji alternattivi tagħhom, li skonthom l-applikanti setgħu jiġu ammessi mill-ġdid u jibbenefikaw mill-appoġġ dirett tal-UE. Mit-18-il Stat Membru, 11 applikaw is-soll massimu ta' EUR 5 000 fit-territorju kollu tagħhom jew parti minnu48. Barra minn hekk, l-Istati Membri kellhom is-setgħa li b'mod ġenerali joqogħdu lura milli jħallsu l-appoġġ lil persuni li l-attivitajiet agrikoli tagħhom kienu jiffurmaw biss parti insinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi ġenerali tagħhom jew li l-objettivi kummerċjali prinċipali tagħhom ma kienx jikkonsisti fl-agrikoltura.

51

Billi l-BPS hija diżakkoppjata mill-produzzjoni agrikola, ma kienx possibbli li l-bdiewa jkunu meħtieġa jkollhom introjtu mill-biedja biex ikunu eliġibbli għall-appoġġ. Il-benefiċjarji jistgħu fil-prinċipju jesternalizzaw l-attivitajiet agrikoli kollha fuq l-art tagħhom lil partijiet terzi mingħajr ma jitilfu l-istatus tagħhom bħala "bdiewa attivi". Madankollu, jenħtieġ li l-bdiewa jkollhom setgħa deċiżjonali, benefiċċji u riskji finanzjarji fir-rigward tal-attività agrikola li tiġi eżerċitata fuq l-art iddikjarata.

…u xi Stati Membri kisbu riżultati tajbin…

52

Aħna sibna li fuq il-bażi ta’ data amministrattiva bħal reġistri kummerċjali jew tat-taxxa, Spanja u l-Italja kisbu riżultati tajbin fl-identifikazzjoni ta’ applikanti li ma kellhom l-ebda attività agrikola jew li l-uniċi attivitajiet agrikoli tagħhom kienu marġinali49. In-Netherlands infurmawna li l-awtoritajiet nazzjonali eskludew madwar 4 % tal-applikanti, minħabba li l-objettiv kummerċjali prinċipali jew l-objettiv tal-kumpanija tagħhom ma kienx immirat lejn l-attività agrikola u li għaldaqstant ma setgħux jitniżżlu fir-reġistru kummerċjali uffiċjali.

53

Madankollu, filwaqt li b'mod ġenerali huma talbu lill-applikanti jiddikjaraw jekk kellhomx attivitajiet fuq il-lista negattiva, l-Istati Membri kollha li żorna kellhom diffikultajiet biex jidentifikaw kif xieraq l-applikanti li għalihom huma kellhom jiċċekkjaw l-istatus ta’ "bdiewa attivi", jew minħabba li l-formola ta' applikazzjoni ma kinitx ċara biżżejjed, jew inkella minħabba li f'ċerti każijiet ma investigawx biżżejjed il-każijiet ta' ċirkumvenzjoni possibbli.

…iżda l-implimentazzjoni kienet biss parzjalment effettiva u rrappreżentat piż amministrattiv sinifikanti…

54

Skont l-għażliet nazzjonali, l-għadd ta' applikanti suġġetti għal kontrolli fuq is-sinifikat tal-attivitajiet agrikoli tagħhom seta' jvarja b'mod sinifikanti: f'xi każijiet il-biċċa l-kbira mill-applikanti fi Stat Membru jew reġjun kienu taħt is-sollijiet applikabbli, u fil-biċċa l-kbira mill-każijiet l-Istati Membri kienu ddeċidew li ma jestendux il-lista negattiva. Dawk l-applikanti li kienu fuq il-lista negattiva u 'l fuq mis-soll setgħu jipprovdu evidenza li jew i) il-pagamenti diretti tagħhom kienu jammontaw għal tal-inqas 5 % tal-introjtu mhux agrikolu tagħhom fis-sena fiskali l-aktar reċenti, ii) l-objettiv kummerċjali prinċipali tagħhom kien l-agrikoltura jew iii) l-attivitajiet agrikoli tagħhom ma kinux sinifikanti. Għall-aħħar alternattiva, l-Istati Membri kellhom għal darb'oħra ħafna libertà biex jiddefinixxu l-kriterji. Filwaqt li xi Stati Membri użaw kriterji bħall-proporzjon tal-introjtu mhux agrikolu fl-introjtu totali, il-Ġermanja u r-Renju Unit (bl-eċċezzjoni tal-Iskozja) ukoll aċċettaw bħala "bdiewa attivi” applikanti li ddikjaraw li kellhom attivitajiet fuq il-lista negattiva, jekk l-għadd ta' ettari eliġibbli tagħhom kien jaqbeż daqs li jkun iqarreb għall-medja nazzjonali jew reġjonali. Dan seta' jirriżulta f'sitwazzjonijiet fejn l-applikanti li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fuq il-lista negattiva jiġu esklużi jekk kellhom inqas art minn dan is-soll, filwaqt li l-applikanti li kellhom aktar ettari mis-soll setgħu jiġu ammessi irrispettivament minn jekk l-attivitajiet tagħhom kinux marġinali jew le.

55

Fl-aħħar nett, fil-biċċa l-kbira mill-Istati Membri li saritilhom żjara l-awtoritajiet eskludew biss ftit li xejn persuni, minħabba li l-biċċa l-kbira mill-persuni li kienu jaqgħu fl-ambitu tal-lista negattiva kienu jissodisfaw waħda mill-alternattivi ta’ riammissjoni. Pereżempju, fil-Ġermanja l-awtoritajiet inizjalment wettqu kontroll approfondit ta' madwar 1 000 applikant li kienu ddikjaraw li għandhom attivitajiet fuq il-lista negattiva. Dan ikkawża piż amministrattiv sinifikanti iżda rriżulta fl-esklużjoni ta' 26 applikant biss mill-aċċess għall-BPS.

…u setgħet tirriżulta fi trattament differenti ta' applikanti simili

56

Bħala l-aħħar punt, il-kriterji li l-Istati Membri adottaw setgħu jirriżultaw fi trattament differenti tal-applikanti f'sitwazzjonijiet kumparabbli, minħabba li l-awtoritajiet nazzjonali interpretaw il-leġiżlazzjoni tal-UE b'mod differenti jew ma estendewx il-lista negattiva għal entitajiet tipikament involuti fil-ġestjoni tal-art, li jew kienu jwettqu attivitajiet agrikoli insinifikanti jew li l-objettiv kummerċjali prinċipali tagħhom ma kienx jikkonsisti f'attività agrikola (ara l-Kaxxa 3).

Kaxxa 3

Eżempji ta' trattament differenti f’sitwazzjonijiet kumparabbli

Fil-Ġermanja, l-awtoritajiet ħadu l-pożizzjoni li l-klabbs jew l-iskejjel tal-irkib taż-żwiemel kellhom biss jagħtu prova tal-istatus tagħhom bħala "bdiewa attivi" jekk huma kellhom faċilitajiet sportivi permanenti bħal fakultà għat-taħriġ taż-żwiemel. Fi Franza, l-awtoritajiet qiesu li l-klabbs tal-irkib taiż-żwiemel u attivitajiet simili jaqgħu fi ħdan il-kategorija tal-isport u l-ħin liberu, li jfisser li l-applikanti identifikabbli kollha b'dawn l-attivitajiet ġew iċċekkjati għall-istatus ta' bidwi attiv. Dan irriżulta fl-esklużjoni ta’ madwar 700 applikant mill-pagamenti diretti.

L-awtoritajiet fl-Italja ddeċidew li jinkludu l-entitajiet pubbliċi fil-lista negattiva, b'ċerti eċċezzjonijiet. Għalhekk, il-muniċipalitajiet u l-awtoritajiet forestali ġew fil-prinċipju esklużi mill-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS. Il-Ġermanja u r-Renju Unit (l-Ingilterra) ma estendewx il-lista negattiva għal dawn l-entitajiet. Bħala riżultat, il-muniċipalitajiet u l-awtoritajiet forestali li kellhom rwol fil-manutenzjoni tal-art pubblika kienu fil-prinċipju eliġibbli għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS.

Mill-2018 'il quddiem l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jissimplifikaw il-kriterji jew li jwaqqfu l-applikazzjoni tal-"lista negattiva"

57

Bħala parti mir-reviżjoni tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-UE, il-Kummissjoni pproponiet li tippermetti lill-Istati Membri jkollhom diskrezzjoni akbar fl-applikazzjoni tad-definizzjoni ta' "bidwi attiv" biex b’hekk tagħmel is-sistema konsiderevolment inqas oneruża billi tnaqqas l-għadd ta’ kriterji disponibbli għall-applikanti biex juru l-istatus ta' "bidwi attiv", jew billi twaqqaf l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet50. Il-proposta tal-aħħar kienet iġġustifikata minn preokkupazzjonijiet li d-diffikultajiet u l-ispejjeż amministrattivi tal-implimentazzjoni tal-klawsola ta' bidwi attiv ikunu akbar mill-benefiċċju miksub mill-esklużjoni ta' għadd limitat ħafna ta' benefiċjarji mhux attivi mill-iskemi ta' appoġġ dirett. F'Ottubru 2017, il-Kunsill u l-Parlament qablu li, mill-2018 'il quddiem, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk inaqqsux il-kriterji li permezz tagħhom l-applikanti jistgħu juru l-istatus tagħhom ta' "bidwi attiv", li jħalli inqas alternattivi għall-applikanti biex jiġu riammessi, jew iwaqqfu l-applikazzjoni tal-lista negattiva51.

Ir-regoli l-ġodda estendew il-kategoriji ta’ art li għalihom jista’ jitħallas l-appoġġ…

58

Il-bdiewa setgħu biss jirċievu drittijiet għall-pagament taħt il-BPS u l-pagament tal-appoġġ taħt il-BPS u ta’ appoġġ dirett ieħor relatat mal-erja jekk huma kellhom art agrikola eliġibbli għad-dispożizzjoni tagħhom. L-Istati Membri setgħu wkoll jestendu l-eliġibbiltà għall-bur permanenti fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor ma kienux predominanti. Fil-prattika dan kien jikkonċerna erjas ta' art xagħrija jew ta’ msaġar f'reġjuni fejn l-użu ta' din l-art kien parti minn prattiki lokali stabbiliti52. Taħt l-SPU preċedenti, l-eliġibbiltà ta' din l-art għall-appoġġ ma kinitx ċara biżżejjed53.

…u ppermettew lill-Istati Membri jieħdu miżuri li jnaqqsu r-riskju ta' talbiet spekulattivi …

59

Fil-passat aħna sibna li, taħt l-SPU, l-investituri setgħu jiksbu drittijiet għall-pagament ta' valur għoli u jiddikjarawhom flimkien ma' art ta' valur baxx li kienet tirrikjedi biss xogħol minimu ta' manutenzjoni jew ma tirrikjedi assolutament l-ebda xogħol54. Dan irriżulta f’appoġġ għall-introjtu tal-UE li tħallas lil persuni mhux involuti fl-agrikoltura. Aħna sibna Stati Membri li ħadu miżuri taħt il-BPS li rrimedjaw parzjalment din is-sitwazzjoni jew li kellhom l-intenzjoni li jnaqqsu r-riskju ta' talbiet spekulattivi (ara l-Kaxxa 4).

Kaxxa 4

Mitigazzjoni effettiva tal-effetti sekondarji tad-diżakkoppjament tal-appoġġ dirett

Fir-Renju Unit (l-Iskozja), l-awtoritajiet iddeċidew li japplikaw ir-reġjonalizzazzjoni tal-BPS sabiex itejbu l-immirar tal-appoġġ għall-bdiewa f'żoni li għandhom potenzjal agrikolu ogħla jew għal dawk li jkunu jużaw l-art tagħhom b'mod attiv. Huma ddeċidew li jiddefinixxu reġjuni speċifiċi li kienu jinkludu l-art l-aktar marġinali ("bwar mhux ikkultivati"). Fl-Istati Membri li għażlu r-reġjonalizzazzjoni tal-BPS, bħar-Renju Unit (l-Iskozja), id-drittijiet għall-pagament jistgħu jiġu ttrasferiti jew attivati biss fi ħdan l-istess reġjun. Dan jagħmilha impossibbli li d-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS b’valur ogħla jiġu ttrasferiti minn reġjuni oħra għal dan it-tip ta' art. Sal-2019, id-drittijiet kollha għall-pagament taħt il-BPS fi ħdan dawn ir-reġjuni se jiġu aġġustati għal valur baxx ħafna għal kull ettaru, u dan jirrifletti aħjar il-potenzjal agrikolu baxx tal-art. Il-bdiewa li jużaw l-art tagħhom b'mod attiv għall-produzzjoni jistgħu jibbenefikaw minn skema speċifika ta' appoġġ li ġiet introdotta reċentement għan-nagħaġ u li għandha l-għan li tnaqqas ir-riskju ta’ abbandun tal-art u ta’ tnaqqis fil-produzzjoni. Minkejja li fl-2015 l-investituri individwali kienu għadhom jirċievu ammonti sinifikanti ta' appoġġ, il-miżuri li ttieħdu se jżidu gradwalment l-immirar tal-appoġġ sal-2019.

Fi Spanja, erjas kbar ta' bur permanenti ma ntużawx għal ħafna snin. Kien hemm ir-riskju li l-applikanti jiddikjaraw din l-art bl-iskop uniku li jirċievu d-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS, minkejja li huma ma kinux wettqu attivitajiet agrikoli fuqha. L-awtoritajiet Spanjoli ddeċidew li jallokaw id-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS fuq il-bażi tal-art iddikjarata f'Mejju 2013 (jiġifieri qabel ma l-bdiewa setgħu jsiru familjari mar-riforma tal-PAK tal-2013, li ġet adottata f'Diċembru 2013) jekk din l-erja kienet iżgħar minn dik tal-2015. Barra minn hekk, huma aċċettaw biss talbiet għal dan it-tip ta' art jekk il-bdiewa pprovdew evidenza li huma fil-fatt kienu qed jużawha għal attivitajiet agrikoli u, f'każijiet dubjużi, nedew kontrolli fuq il-post.

…iżda ħolqu wkoll problemi diffiċli ta' implimentazzjoni

60

Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, l-art hija inġenerali eliġibbli biss jekk il-bdiewa jużawha għal attività agrikola55. Dan jgħin biex jiġi evitat l-abbandun tal-art u biex jiġi pprevenut id-deterjorament tal-ħabitats. Aħna sibna li l-biċċa l-kbira mill-Istati Membri kienu ddefinew l-attività annwali minima regolari bħar-rigħi jew, alternattivament, il-ħsad li kien adattat biex jinżamm il-potenzjal agrikolu tal-art jew biex jiġi pprevenut id-deterjorament tal-ħabitats. L-Istati Membri setgħu wkoll jistipulaw il-karatteristiċi ta’ erja agrikola li, jekk ikun hemm konformità magħhom, l-art titqies li qed tintuża għal attività agrikola56. Għall-Istati Membri li għażlu din l-alternattiva kien diffiċli biex jiddefinixxu karatteristiċi speċifiċi: Franza u r-Renju Unit (l-Ingilterra), pereżempju, iddefinew karatteristiċi ġenerali bħal "mhux miksija b'siġar mhux żviluppati densi" (l-Ingilterra) jew "l-ebda predominanza ta' ħaxix ħażin mhux mixtieq" (Franza). Dan jista’ jħalli lill-bdiewa inċerti fir rigward tal-eliġibbiltà tal-art tagħhom u jirriżulta fl-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament taħt il-BPS għal erjas abbandunati.

61

Barra minn hekk, l-erjas f'reġjuni b'kundizzjonijiet klimatiċi partikolari jew bi kwalità fqira tal-ħamrija jistgħu ma jkunux jirrikjedu attivitajiet regolari speċifiċi biex iżommu l-potenzjal agrikolu tagħhom. Ir-regoli l-ġodda stipulaw li dawn l-erjas "miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-rigħi jew għall-kultivazzjoni" kienu eliġibbli biss jekk il-bdiewa jkunu wettqu ċerta attività minima fuqhom57.

62

L-Istati Membri kienu liberi biex jiddeċiedu jekk kellhomx "erjas miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-rigħi jew għall-kultivazzjoni". Pereżempju, Franza u l-Italja kienu ddefinew erjas f'reġjuni muntanjużi 'l fuq minn ċerta altitudni li fuqhom kien meħtieġ li jsir rigħi jew ħsad regolari bħala l-attività agrikola minima. Madankollu, l-awtoritajiet fir-Renju Unit (l-Iskozja) qiesu li skont il-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ, din l-attività minima mhux neċessarjament kellha tkun attività agrikola jew tkun relatata mal-ġestjoni tal-art (ara l-Kaxxa 5).

Kaxxa 5

Attivitajiet minimi fuq art miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-rigħi jew għall-kultivazzjoni

Ir-Renju Unit (l-Iskozja) ddefinixxa l-bur permanenti fqir ("bwar mhux ikkultivati") bħala "art miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-rigħi jew għall-kultivazzjoni". Dawn l-erjas kienu eliġibbli biss jekk il-bdiewa użawhom għall-produzzjoni agrikola jew, alternattivament, wettqu valutazzjoni ambjentali tal-art f'kull sena kalendarja. Din kienet tinkludi mappa u deskrizzjoni tal-ambjent tar-azjendi agrikoli, stħarriġ dwar l-għasafar li jbejtu, il-mammiferi, il-friefet u s-saħħa tal-pjanti; kif ukoll monitoraġġ tal-ħabitats. Fl-2015, dawn il-valutazzjonijiet kienu disponibbli għal madwar 190 000 ha.

Stampa 1

Art miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-rigħi u suġġetta għal valutazzjoni ambjentali

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Il-valutazzjoni kienet tinvolvi spejjeż sostanzjali għall-benefiċjarji iżda pprovdiet data ambjentali siewja. Madankollu, ir-relazzjoni tagħhom mal-objettiv tal-appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa kienet dgħajfa.

63

Ir-regoli l-ġodda ppermettew ukoll lill-Istati Membri jallokaw id-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS għal erjas agrikoli fejn il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor ma kienx predominanti. Dawn setgħu jkunu mergħat imsaġġra jew art xagħrija għar-rigħi, bil-kundizzjoni li l-bdiewa kienu tradizzjonalment jużaw din l-art għar-rigħi tal-annimali. Tipikament, ir-rigħi huwa l-unika attività li jista’ żżomm din l-art f'kundizzjoni tajba, jiddistingwiha minn art mhux agrikola u jevita li ssirilha ħsara jew tiġi abbandunata58. Madankollu, il-fatt li l-appoġġ ikun ikkundizzjonat mill-pussess tal-annimali ma jkunx jikkonforma man-natura diżakkoppjata tal-BPS. Għaldaqstant l-Istati Membri ffaċċjaw id-diffikultà fit-tfassil ta’ regoli biex jiżguraw li l-art issirilha manutenzjoni biżżejjed.

Ir-riforma tal-PAK tal-2013 kienet tranżizzjoni lejn distribuzzjoni aktar uniformi tal-appoġġ għal kull ettaru, u l-istabbiliment tal-effiċjenza tal-appoġġ taħt il-BPS għall-introjtu tal-bdiewa jibqa’ diffiċli

Ir-riforma tal-politika agrikola komuni tal-2013 kienet ikkonċepita bħala tranżizzjoni lejn appoġġ aktar uniformi għal kull ettaru…

64

Bir-riforma tal-PAK tal-2003, il-bdiewa rċevew appoġġ għall-introjtu prinċipalment fuq il-bażi tal-livell tagħhom ta' appoġġ dirett fis-snin 2000 sal-2002. Għalkemm ir-riforma tal-PAK tal-2003 kienet diġà ppermettiet lill-Istati Membri jnaqqsu dawn l-elementi storiċi fil-valuri tad-drittijiet taħt l-SPU jew iqarrbuhom lejn ammont uniformi għal kull ettaru, kienu biss ftit Stati Membri li ddeċidew li jagħmlu dan59.

65

Ir-riforma tal-PAK tal-2013 kienet tirrappreżenta tranżizzjoni lejn livelli ta' appoġġ aktar indaqs għal kull ettaru. Bir-riforma, "bħala regola ġenerali, id-drittijiet kollha għall-pagament attivati fl-2019 fi Stat Membru jew f'reġjun għandu jkollhom valur tal-unità uniformi"60. Bħala deroga, sabiex jiġu evitati konsegwenzi finanzjarji ta' tfixkil għall-bdiewa, l-Istati Membri setgħu jieħdu fatturi storiċi inkunsiderazzjoni meta kienu qed jikkalkulaw il-valur tad-drittijiet għall-pagament li jenħtieġ li l-bdiewa jkollhom fl-2019. Mit-18-il Stat Membru li qed japplikaw l-iskema, 6 se jħallsu valur uniformi għal kull ettaru fir-reġjuni tagħhom sal-2019, u s-seba' wieħed se jagħmel dan sal-2020 (ara l-Figura 7)61.

Figura 7

Implimentazzjoni tal-BPS mill-Istati Membri

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

…iżda l-maġġoranza tal-Istati Membri għażlu l-alternattiva tal-konverġenza parzjali…

66

It-tranżizzjoni lejn mudell tal-BPS b'rata fissa tista' twassal għal ridistribuzzjoni sinifikanti tal-appoġġ fost il-bdiewa u fost is-setturi agrikoli, u għaldaqstant taffettwa b'mod sinifikanti s-sitwazzjoni tal-introjtu tal-bdiewa individwali.

67

F'dan il-kuntest, 11-il Stat Membru għażlu mudell ta’ konverġenza parzjali. Dan il-mudell jiżgura li sal-2019 id-drittijiet kollha għall-pagament taħt il-BPS ikollhom valur tal-unità ta' mill-inqas 60 % tal-medja nazzjonali jew reġjonali. Franza (kontinentali) għażlet mudell aktar ambizzjuż li skontu l-bdiewa kollha se jkunu intitolati għal 70 % tal-valur tal-unità medju nazzjonali għal kull ettaru sal-2019, sabiex jiġi ffaċilitat aġġustament aktar tard lejn appoġġ uniformi għal kull ettaru. Il-maġġoranza ta' dawn il-11-il Stat Membru ddeċidew li jillimitaw it-tnaqqis tal-valuri tad-drittijiet ta' dawk il-bdiewa li kienu 'l fuq mill-medja tal-2019 għal massimu ta' 30 %, kif permess mil-leġiżlazzjoni tal-UE.

68

Aħna sibna li mhux biss l-għażla tal-mudell tal-BPS iżda wkol il-kriterji għall-allokazzjoni reġjonali ta' limiti massimi baġitarji disponibbli jista’ jkollhom effett sinifikanti fuq il-livell ta’ ridistribuzzjoni u l-bdiewa jistgħu jżommu livelli ta' appoġġ partikolarment għoljin li jkunu jirriżultaw mill-produzzjoni tal-passat (ara l-Kaxxa 6).

Kaxxa 6

Effetti ta’ ridistribuzzjoni skont il-mudell tal-BPS applikat

Il-mudell tal-BPS Spanjol huwa bbażat fuq il-potenzjal agrikolu reġjonali u jieħu kont ta’ fatturi bħat-tip ta’ art jew tal-għelejjel fl-2013. It-tfassil tal-50 reġjun irriżulta f'50 valur tal-unità fil-mira differenti għall-2019 li jvarjaw minn madwar EUR 60 sa EUR 1 430. L-ammonti li ġew ridistribwiti lill-bdiewa fl-ambitu tal-konverġenza bejn l-2015 u l-2019 jirrappreżentaw biss 5.9 % tal-limitu massimu tal-BPS Spanjol. L-Italja ma kinitx għamlet din l-għażla u ddeċidiet li tiddefinixxi biss reġjun wieħed b'valur fil-mira għal kull ettaru għall-2019 ta' madwar EUR 217. Ir-ridistribuzzjoni tal-appoġġ mill-2015 sal-2019 fost il-bdiewa u r-reġjuni se tirrappreżenta 10.7 % tal-limitu massimu annwali totali tal-BPS62.

69

L-istabbiliment tal-limiti massimi nazzjonali fuq il-bażi tal-livelli storiċi ta' appoġġ u l-varjetà tal-għażliet li jsiru mill-Istati Membri għall-allokazzjoni tal-limitu massimu nazzjonali għall-pagamenti diretti li jsiru għall-iskemi disponibbli jfisser li l-livelli medji ta’ appoġġ taħt il-BPS ivarjaw b'mod sinifikanti (ara t-Tabella 1).

Tabella 1

Valuri Medji għall-2015 tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS

Stat Membru Reġjun Reġjuni li fihom tiġi applikata l-BPS Valur medju għall-2015 ta' dritt għall-pagament taħt il-BPS (EUR)1) Proporzjon tal-BPS f'pagamenti diretti tal-UE
(%)
Il-Belġju Il-Fjandri 1 235 59
Walloon 1 122 32
Id-Danimarka 1 201 62
Il-Ġermanja 132) 155 -192 60
L-Irlanda 1 183 68
Il-Ġreċja 3 258 / 314 / 386 63
Spanja 50 60 - 1 430 58
Franza 2 1353) / 144 47
Il-Kroazja 1 79 61
L-Italja 1 229 60
Il-Lussemburgu 1 185 68
Malta 1 76 13
In-Netherlands 1 289 67
L-Awstrija 1 200 68
Il-Portugall 1 99 49
Is-Slovenja 1 165 54
Il-Finlandja 2 110 / 126 51
L-Iżvezja 1 127 55
Ir-Renju Unit L-Ingilterra 3 45 / 170 / 172 68
L-Irlanda ta' Fuq 1 235 68
L-Iskozja 3 143) / 513) / 1413) 60
Wales 1 121 58

1)fl-Istati Membri li ma japplikawx rata fissa għal kull ettaru, valuri individwali jistgħu jiddevjaw b'mod sinifikanti mill-valuri fit-tabella

2)reġjun wieħed sal-2019

3)valuri proviżorji

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Barra minn hekk, għall-bdiewa f’sitwazzjonijiet kumparabbli, hemm ir-riskju li l-livelli ta' appoġġ sinifikattivament differenti jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u jinterferixxu fil-komunalità tal-PAK.

…u l-istabbiliment tal-effiċjenza tal-appoġġ taħt il-BPS għall-introjtu tal-bdiewa jibqa’ diffiċli

70

Ir-riforma tal-PAK tal-2013 tiżgura li sas-sena 2019 il-bdiewa jirċievu appoġġ minimu għal kull ettaru. Ammont standard ta’ appoġġ għal kull ettaru, fih innifsu, ma jiħux kont tal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-azjenda agrikola bħall-ispiża tal-biedja, l-introjtu ġġenerat, il-profittabbiltà tal-azjenda agrikola jew il-ħtieġa ta’ appoġġ għall-introjtu tal-UE. Billi l-ammont kumplessiv ta’ appoġġ li jitħallas lil azjenda huwa proporzjonali għall-għadd ta' ettari maħduma, il-BPS għandha t-tendenza li tiffavorixxi l-azjendi agrikoli akbar li jistgħu jwettqu ekonomiji tal-qies aktar mill-azjendi agrikoli iżgħar63. Xi azjendi agrikoli estensivi fuq skala kbira jew il-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-art b'livell storikament baxx ta' appoġġ jistgħu jiġu affettwati minn żidiet sostanzjali fl-appoġġ għall-introjtu tal-UE mingħajr ma dan ikun assoċjat ma' bidla fil-mod kif huma jaħdmu l-art, fl-ispejjeż tagħhom jew fis-suq (ara l-Kaxxa 7).

Kaxxa 7

Eżempji ta’ ridistribuzzjoni b’riżultat tar-riforma tal-2013 mingħajr bidliet fix-xejra tal-biedja64

Fl-Italja aħna sibna nissiel tan-nagħaġ u tal-ifrat b'madwar 270 ha ta' art eliġibbli, fil-biċċa l-kbira bur pubbliku fqir. Qabel l-2015, il-bidwi kien jirċievi kull sena appoġġ dirett ta’ madwar EUR 5 000. Bl-introduzzjoni tal-BPS, il-bidwi rċieva drittijiet għall-pagament taħt il-BPS li l-valur tagħhom żdied għal madwar EUR 61 000.

Fir-Renju Unit (l-Iskozja), aħna sibna bidwi li kien proprjetarju ta’ bosta eluf ta' ettari ta' bur permanenti fqir. Il-bidwi qatt ma kien involut fil-produzzjoni agrikola iżda qabel ir-riforma kien xtara drittijiet għall-pagament mingħand bdiewa oħra u għaldaqstant ibbenefika minn appoġġ taħt l-SPU ta’ madwar EUR 27 000. Bl-introduzzjoni tal-BPS, huwa rċieva drittijiet għall-pagament taħt il-BPS b'valur totali ta' aktar minn EUR 34 000. Minħabba l-konverġenza, il-valur tagħhom se jitla' għal madwar EUR 130 000 sas-sena 2019.

Fil-Ġermanja (is-Sassonja t’Isfel), l-awtoritajiet estendew l-eliġibbiltà tal-art għal art xagħrija. Konsegwentement, nissiel tan-nagħaġ li kellu bosta mijiet ta' ettari ta' art bħal din ġie allokat drittijiet addizzjonali għall-pagament taħt il-BPS li jammontaw għal EUR 65 000.

71

Sa issa aħna ma stajniex nivvalutaw l-effetti sħaħ li r-riforma tal-PAK tal-2013 kellha fuq l-introjtu tal-bdiewa u fuq il-vijabbiltà tal-azjendi tagħhom. Madankollu, aħna diġà osservajna f’rapporti preċedenti li sistema esklussivament relatata mal-erjas wasslet għal żieda fil-prezz tas-suq tal-art agrikola u tal-kirjiet tal-art, kif ukoll għad-dehra ta' kategoriji ġodda ta' applikanti għall-għajnuna65. Il-Kummissjoni tistenna li, minħabba t-tfassil tal-BPS u ta’ pagamenti oħra tal-appoġġ relatati mal-erja, ir-riforma tal-PAK tal-2013 se tkun assoċjata ma' żieda ulterjuri fil-kapitalizzazzjoni tal-appoġġ diżakkoppjat fil-valuri tal-art66. Fi kliem ieħor, sehem kbir tal-appoġġ taħt il-BPS ikun ta’ benefiċċju għas-sidien tal-art agrikola.

72

Filwaqt li l-appoġġ taħt il-BPS huwa sors sinifikanti ta' introjtu għal ħafna bdiewa, l-iskema għandha limitazzjonijiet inerenti. Huwa jitħallas irrispettivament minn jekk bidwi għandux introjtu baxx jew għoli u għaldaqstant jista' jkun jeħtieġ appoġġ pubbliku jew le, u irrispettivament mit-tip ta’ użu tal-art u mill-ispejjeż relatati miegħu. Ftit li xejn huwa magħruf dwar l-introjtu tal-bdiewa mhux relatat mal-biedja biex jiġi evalwat jekk l-appoġġ li jingħata huwiex xieraq67. Ftit Stati Membri biss iddeċidew li jallokaw id-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS fuq il-bażi tal-karatteristiċi agronomiċi jew soċjoekonomiċi tar-reġjuni, biex b'hekk jiddifferenzjaw l-appoġġ fost dawn ir-reġjuni kif meħtieġ68 jew li jeskludu erjas mill-allokazzjoni fejn huma qiesu li l-bdiewa ma kinux ġeneralment jeħtieġu appoġġ taħt il-BPS69.

73

L-objettiv tat-Trattat li jiżgura standard tal-għajxien ġust għall-bdiewa u l-objettiv ġenerali tal-PAK li huwa relatat mal-produzzjoni vijabbli tal-ikel u marbut direttament mal-BPS ma ġewx iddefiniti b'mod ċar u tradotti f'miri miżurabbli, u ma hemmx linja bażi li magħha jistgħu jitkejlu l-effettività u l-effiċjenza tal-appoġġ fit-tisħiħ tal-introjtu tal-bdiewa. Barra minn hekk, mhuwiex magħruf liema distribuzzjoni ta' appoġġ fost il-popolazzjoni tal-biedja hija l-aktar effettiva u effiċjenti biex tiżgura produzzjoni vijabbli tal-ikel fl-UE kollha u standard tal-għajxien ġust għall-bdiewa. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-appoġġ taħt il-BPS fl-ilħuq tal-objettiv prinċipali tiegħu u jekk dan jistax jintlaħaq permezz ta' distribuzzjonijiet oħra ta’ appoġġ li jinvolvu spejjeż baġitarji aktar baxxi tibqa’ diffiċli70.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

74

Il-mistoqsija prinċipali tal-awditjar tagħna kienet jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri stabbilewx u implimentawx il-BPS kif xieraq. Aħna nikkonkludu li l-iskema qed topera tajjeb, iżda li l-impatt tagħha fuq is-simplifikazzjoni, l-immirar u l-konverġenza tal-livelli ta’ għajnuna huwa limitat.

75

L-introduzzjoni tal-BPS kienet tirrikjedi li jsiru sforzi sostanzjali mill-awtoritajiet nazzjonali, minħabba li dawn kellhom jistabbilixxu u jallokaw drittijiet għall-pagament taħt il-BPS lil madwar erba' miljun bidwi. B'mod ġenerali, il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri ffaċċjaw dawn l-isfidi. Fil-biċċa l-kbira huma mmitigaw ir-riskji ta' kalkolu skorrett, u l-pagamenti tal-appoġġ ma kinux milquta minn livell materjali ta’ żball. Madankollu, fl-2017, f'bosta Stati Membri, il-valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS kienu għadhom ikkalkulati b’mod proviżorju biss, ibbażati fuq stimi jew kienu milquta minn żbalji ta’ kalkolu, u xi aġenziji tal-pagamenti li żorna kellhom diffikultajiet partikolari fil-kontrolli ewlenin u fl-identifikazzjoni ta’ erjas eliġibbli (il-paragrafi 26 sa 33).

Rakkomandazzjoni 1

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jimplimentaw b’mod xieraq il-kontrolli ewlenin u li dawn jikkoreġu d-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS fejn il-valuri jiġu affettwati b'mod sinifikanti min-nuqqas ta' applikazzjoni tar-regoli rilevanti jew min-nuqqas ta' informazzjoni aġġornata dwar l-użu tal-art.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2018

76

B'mod ġenerali, il-Kummissjoni kienet issorveljat tajjeb l-implimentazzjoni tal-BPS, iżda din mhux dejjem setgħet tiżgura interpretazzjoni konsistenti tar-regoli kumplessi tal-kalkolu. Barra minn hekk, xi Stati Membri ma kinux ippreżentaw kif xieraq informazzjoni ewlenija li għamlet il-monitoraġġ tal-iskema, imwettaq mill-Kummissjoni, aktar diffiċli (il-paragrafi 34 u 35).

77

B'mod ġenerali, l-awditi proprji tal-Kummissjoni taw riżultati tajbin, iżda hija setgħet titlob aktar mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni fir-rigward tal-verifikazzjonijiet tal-kontrolli ewlenin fuq l-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS, kif ukoll tal-preċiżjoni tal-kalkolu annwali ta’ dawn id-drittijiet (il-paragrafi 36 sa 41).

Rakkomandazzjoni 2

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  1. Tanalizza u tieħu kont tal-effettività tas-sistemi tagħha għad-disseminazzjoni ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri, bil-ħsieb li timmassimizza l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tagħhom tal-qafas legali tal-BPS.
  2. Tivvaluta l-alternattivi għal-leġiżlazzjoni futura sabiex tkun tista’ tinforza t-trażmissjoni ta' informazzjoni ewlenija mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ appoġġ dirett.
  3. Tikkjarifika r-rwoli rispettivi tal-Kummissjoni u tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni fir-rigward tal-verifikazzjonijiet tal-eżistenza ta' kontrolli ewlenin effettivi u l-kalkolu ċentrali tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2018

78

Ir-regoli kumplessi għall-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS u l-firxa ta' alternattivi u eċċezzjonijiet magħżula minn xi Stati Membri għall-eliġibbiltà tal-art u għat-tfassil tar-reġjuni żiedu l-piż fuq l-amministrazzjonijiet nazzjonali. Dan ma kkontribwiex għall-ilħuq tal-objettiv ġenerali tas-simplifikazzjoni (il-paragrafi 42 sa 46).

79

Fejn l-Istati Membri ma użawx alternattiva pprovduta fil-leġiżlazzjoni tal-UE, il-bdiewa li kienu naqqsu b'mod sostanzjali l-erjas li nħadmu bejn l-2014 u l-2015 setgħu jagħmlu profitti kbar mhux mistennija (il-paragrafi 47 u 48).

80

Ir-regoli l-ġodda kellhom l-għan li jimmiraw aħjar l-appoġġ taħt il-BPS u pagamenti diretti oħra lejn il-bdiewa attivi. Filwaqt li xi Stati Membri kisbu riżultati tajbin, l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-"bidwi attiv" kienet biss parzjalment effettiva, ikkawżat piż amministrattiv sinifikanti u setgħet tirriżulta fi trattament differenti ta' applikanti simili, mingħajr ma twassal għar-riżultati mistennija. B'riżultat ta' dan, il-Kunsill u l-Parlament qablu li – mill-2018 'il quddiem – l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk inaqqsux il-kriterji li permezz tagħhom l-applikanti jistgħu juru l-istatus tagħhom ta' "bidwi attiv", jew iwaqqfux l-applikazzjoni tal-"lista negattiva" (il-paragrafi 49 sa 57).

81

Ir-riforma tal-PAK tal-2013 estendiet il-kategoriji ta’ art li għalihom jista’ jitħallas l-appoġġ, u ppermettiet lill-Istati Membri jieħdu miżuri li jnaqqsu r-riskju ta' talbiet spekulattivi. F'tentattiv biex l-appoġġ jiġi mmirat aħjar lejn l-art agrikola, madankollu, din ir-riforma ħolqot problemi diffiċli ta' implimentazzjoni (il-paragrafi 58 sa 63).

82

Ir-riforma tal-PAK tal-2013 kienet tirrappreżenta tranżizzjoni lejn livelli ta' appoġġ aktar indaqs għal kull ettaru. Bir-riforma, bħala regola ġenerali, jenħtieġ li d-drittijiet kollha għall-pagamenti li jiġu attivati fl-2019 fi Stat Membru jew f'reġjun ikollhom valur tal-unità uniformi. Bħala deroga, l-Istati Membri tħallew jieħdu fatturi storiċi inkunsiderazzjoni meta kienu qed jikkalkulaw il-valur tad-drittijiet għall-pagament li jenħtieġ li l-bdiewa jkollhom fl-2019, alternattiva magħrufa bħala konverġenza parzjali. Mit-18-il Stat Membru li japplikaw l-iskema, 6 se jħallsu valur uniformi għal kull ettaru għat-territorju kollu tagħhom jew għal parti kbira minnu sal-201971, u s-seba' wieħed se jagħmel dan sal-2020. Il-11-il Stat Membru l-oħra għażlu l-konverġenza parzjali. L-għażliet li saru mill-Istati Membri kellhom impatt sinifikanti fuq il-livell ta' ridistribuzzjoni tal-appoġġ u, f’xi każijiet, il-bdiewa setgħu jkomplu jibbenefikaw minn livelli ta' appoġġ, partikolarment għoljin, li kienu jirriżultaw minn livelli ta' sussidju tal-passat (il-paragrafi 64 sa 69).

83

L-allokazzjoni tad-drittijiet taħt il-BPS fl-2015 kienet b'mod ġenerali proporzjonali għall-erjas li nħadmu f'dik is-sena. Il-konverġenza lejn rati aktar uniformi għal kull ettaru kellha impatt sinifikanti fuq id-distribuzzjoni tal-appoġġ fost il-bdiewa. Billi hija skema essenzjalment relatata mal-erjas, il-BPS għandha t-tendenza li tiffavorixxi l-azjendi agrikoli akbar. Minħabba t-tfassil tal-BPS u ta’ pagamenti oħra tal-appoġġ relatati mal-erja, il-Kummissjoni tistenna li r-riforma tal-PAK tal-2013 tkun assoċjata ma' żieda ulterjuri fil-kapitalizzazzjoni tal-appoġġ diżakkoppjat fil-valuri tal-art, u dan ikun ta' benefiċċju għas-sidien tal-art agrikola (il-paragrafi 70 u 71).

84

L-appoġġ taħt il-BPS huwa sors sinifikanti ta' introjtu għal ħafna bdiewa, iżda għandu limitazzjonijiet inerenti. Huwa ma jiħux kont tal-kundizzjonijiet tas-suq, tal-użu tal-art agrikola jew taċ-ċirkustanzi individwali tal-azjenda, u mhuwiex ibbażat fuq analiżi tas-sitwazzjoni ġenerali tal-introjtu tal-bdiewa (il-paragrafu 72).

85

L-objettiv tat-Trattat li jiżgura standard tal-għajxien ġust għall-bdiewa u l-objettivi ġenerali tal-PAK li huma relatati mal-produzzjoni vijabbli tal-ikel u mal-introjtu għall-bdiewa għadhom ma ġewx ikkonkretizzati f'miri miżurabbli, u ma hemmx linja bażi li magħha jistgħu jitqabblu r-riżultati miksuba. F'xenarju futur ta' baġits imnaqqsa, dan jagħmilha diffiċli biex titkejjel il-prestazzjoni tal-appoġġ u biex jiġi stabbilit jekk l-objettivi jistgħux jintlaħqu permezz ta' distribuzzjonijiet oħra ta' appoġġ u bi spejjeż baġitarji aktar baxxi (il-paragrafu 73).

Rakkomandazzjoni 3

Qabel ma tagħmel xi proposta għat-tfassil futur tal-PAK, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pożizzjoni tal-introjtu għall-gruppi kollha ta’ bdiewa u tanalizza l-ħtieġa tagħhom ta’ appoġġ għall-introjtu, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni d-distribuzzjoni attwali tal-appoġġ tal-UE u dak nazzjonali, il-potenzjal agrikolu tal-art, id-differenzi fl-erjas prinċipalment iddedikati għall-produzzjoni agrikola jew għall-manutenzjoni, l-ispiża u l-vijabbiltà tal-biedja, l-introjtu mill-ikel u minn produzzjoni agrikola oħra kif ukoll minn sorsi mhux agrikoli, il-fatturi għall-effiċjenza u l-kompetittività tal-azjendi agrikoli kif ukoll il-valur tal-beni pubbliċi li jipprovdu l-bdiewa.

Jenħtieġ li l-Kummissjoni torbot, mill-bidu nett, il-miżuri proposti ma' objettivi u ma’ linji bażi operazzjonali xierqa li magħhom tkun tista' titqabbel il-prestazzjoni tal-appoġġ.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2019

Dan ir-Rapport Speċjali ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Phil WYNN OWEN, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-7 ta’ Frar 2018.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President

Annessi

Anness I

Limiti massimi baġitarji għall-iskema ta' pagament bażiku 2015 - 20201

(f'miljun EUR)
Stat Membru l-2015 l-2016 l-2017 l-2018 l-2019 l-2020
Il-Belġju 231.51 225.60 222.20 214.40 211.28 225.12
Id-Danimarka 565.12 564.77 553.02 546.80 539.58 581.97
Il-Ġermanja 3 063.11 3 042.98 3 022.78 3 005.47 2 988.16 3 128.96
L-Irlanda 828.31 828.43 826.18 825.89 825.61 825.61
Il-Ġreċja 1 205.70 1 182.88 1 129.25 1 103.65 1 091.17 1 156.27
Spanja 2 809.79 2 816.11 2 826.61 2 835.99 2 845.37 2 845.37
Franza 3 577.32 3 199.09 3 185.17 2 280.46 2 272.64 2 528.64
Il-Kroazja 79.65 87.94 108.75 126.00 143.25 138.04
L-Italja 2 345.13 2 314.33 2 245,53 2 217.39 2 189.26 2 189.26
Il-Lussemburgu 22.86 22.82 22.78 22.76 22.74 22.74
Malta 0.65 0.65 0.65 0.64 0.65 0.26
In-Netherlands 521.77 513.03 504.28 475.19 466.96 509.89
L-Awstrija 471.28 470.85 470.39 470.38 470.38 470.38
Il-Portugall 279.10 284.81 274.19 273.50 279.56 279.56
Is-Slovenja 74.80 73.58 73.62 71.58 71.12 71.12
Il-Finlandja 267.42 269.56 262.27 262.55 262.84 262.84
L-Iżvezja 383.29 401.64 401.86 402.46 403.06 403.06
Ir-Renju Unit 2 100.80 2 091.38 2 112.70 2 102.72 2 092.65 2 346.80

1 L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jimmodifikaw id-deċiżjoni inizjali tagħhom dwar l-allokazzjoni tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom għall-pagamenti diretti (l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013). F'dan il-każ, se jkun hemm aġġustament tal-limitu massimu baġitarju annwali għall-BPS ukoll.

Anness II

Mudelli ta' implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku

Stat Membru Reġjun Applikazzjoni fil-livell reġjonali Mudell tal-BPS Żamma tad-drittijiet għall-pagament taħt l-SPU Għadd ta' benefiċjarji Daqs minimu tal-azjenda Livell minimu tal-medja fl-2019
għal kull ettaru
Tnaqqis massimu tal-valuri tad-drittijiet għall-pagament sal-2019 Ammont ta' referenza taħt l-SPU Integrazzjoni tal-pagamenti diretti minbarra l-SPU Erjas għall-kalkolu tal-għadd ta' drittijiet għall-pagament Klawsola dwar profitti kbar mhux mistennija
Il-Belġju Il-Fjandri le Konverġenza parzjali le 22,275 2 ha 60% 30% Valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt l-SPU fl-2014 le 2015 jew 2013 jekk inqas le
Walloon le le 13,666 1 ha le 2015 le
Id-Danimarka le Konverġenza parzjali iva 40,696 2 ha 60% le MA le 2015 MA
Il-Ġermanja 13-il reġjun fl-2015
reġjun wieħed fl-2019
Rata fissa fl-2015 le 320,786 1 ha MA MA MA MA 2015 MA
L-Irlanda le Konverġenza parzjali le 121,355 - 60% le Valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt l-SPU fl-2014 iva 2015 jew 2013 jekk inqas le
Il-Ġreċja 3 reġjuni Konverġenza parzjali le 684,306 0.4 ha 60% 30% Valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt l-SPU fl-2014 le 2015, iżda l-ebda art li tinħadem taħt serer permanenti iva
Spanja 50 reġjun Konverġenza parzjali le 784,938 0.2 ha 60% 30% Pagamenti taħt l-SPU għall-2014 iva 2015 jew 2013 jekk inqas iva
Franza Kontinentali Konverġenza parzjali le 358 5341) - 70% 30% Pagamenti taħt l-SPU għall-2014 iva 2015 iżda l-ebda vinji (2013) le
Korsika Rata fissa fl-2015 le 2,004 - MA MA MA le 2015 iżda l-ebda vinji (2013) MA
Il-Kroazja le Konverġenza parzjali le 72,152 1 ha 60% le Pagamenti taħt l-SPU għall-2014 iva 2015 iva
L-Italja le Konverġenza parzjali le 982 0021) 0.5 ha 60% 30% Pagamenti taħt l-SPU għall-2014 iva 2015 iva
Il-Lussemburgu le Konverġenza parzjali le 1,830 0.3 ha 0 le Pagamenti taħt l-SPU għall-2014 MA 2015 le
Malta le Rata fissa fl-2015 le 5,178 0.3 ha MA MA MA MA 2015 MA
In-Netherlands le Konverġenza sħiħa sal-2019 le 47,029 0.3 ha MA MA Valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt l-SPU fl-2014 le 2015, iżda l-ebda art li tinħadem taħt serer permanenti le
L-Awstrija le Konverġenza sħiħa sal-2019 le 108,054 1.5 ha MA MA Pagamenti taħt l-SPU għall-2014 iva 2015 iva
Il-Portugall le Konverġenza parzjali le 158,831 0.5 ha 60% 30% Pagamenti taħt l-SPU għall-2014 iva 2015 jew 2013 jekk inqas iva
Is-Slovenja le Konverġenza parzjali le 55,465 1 ha 60% 30% Pagamenti taħt l-SPU għall-2014 iva 2015 le
Il-Finlandja 2 reġjuni Konverġenza sħiħa sal-2019 iva 52,024 - 60% le MA le 2015 MA
L-Iżvezja le Konverġenza sħiħa sal-2020 iva 60,543 4 ha MA MA MA le 2015 MA
Ir-Renju Unit L-Ingilterra 3 reġjuni Rata fissa fl-2015 iva 87,303 5 ha MA MA MA MA 2015 MA
L-Irlanda ta' Fuq le Konverġenza parzjali le 23,327 3 ha 71.4% le Valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt l-SPU fl-2014 le 2015 le
L-Iskozja 3 reġjuni Konverġenza sħiħa sal-2019 le 18,243 3 ha MA MA Valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt l-SPU fl-2014 le 2015 iva
Wales le Konverġenza sħiħa sal-2019 le 15,348 5 ha MA MA Valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt l-SPU fl-2014 le 2015 iva

1)Data proviżorja

Anness III

Implimentazzjoni tal-kunċett tal-"bidwi attiv"

Stat Membru Reġjun Soll għall-eżenzjoni mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-bdiewa attivi (EUR) Estensjoni tal-lista negattiva Estensjoni għall-applikanti kollha li l-attivitajiet agrikoli tagħhom huma biss insinifikanti1) Soll tal-erja li permezz tiegħu l-attivitajiet jitqiesu li huma sinifikanti (ha) Art miżmuma b'mod naturali fi stat adattat għar-rigħi jew għall-kultivazzjoni
Il-Belġju Il-Fjandri 0 le le iva
Walloon 350 le le le
Id-Danimarka - 5 000 le le le
Il-Ġermanja - 5 000 iva le 38 iva
L-Irlanda - 5 000 le le 32 le
Il-Ġreċja - 5 000 le iva le
Spanja - 1 250 le le le
Franza - 200 le le iva
Il-Kroazja - 5 000 le le le
L-Italja - 1 2502) iva iva iva
Il-Lussemburgu - 100 le le le
Malta - 250 iva le le
In-Netherlands - 0 iva iva le
L-Awstrija - 1 250 le le le
Il-Portugall - 5 000 le le le
Is-Slovenja - 5 000 le le le
Il-Finlandja - 5 000 le le le
L-Iżvezja - 5 000 le le 36 le
Ir-Renju Unit L-Ingilterra 5 000 le le 36 le
L-Irlanda ta' Fuq 5 000 le le 26 le
L-Iskozja 5 000 le le iva
Wales 0 Le le 21 iva

1)L-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

2)EUR 5 000 f'żoni żvantaġġati jew muntanjużi

Ir-risposti tal-Kummissjoni

Sommarju eżekuttiv

III

Il-leġiżlazzjoni tal-UE tirrikjedi li l-Istati Membri jallokaw intitolamenti għal pagament għall-ettari eliġibbli stabbiliti fis-sena tal-ewwel allokazzjoni tal-intitolamenti għal pagament, jiġifieri ettari kkunsidrati bħala eliġibbli wara l-finalizzazzjoni tal-kontrolli amministrattivi u dawk fuq il-post (OTSC - On-the-Spot Control). Bl-istess mod, il-valur tal-intitolamenti għal pagament kellu jkun ikkalkulat biss meta l-għadd ta’ intitolameni għal pagament kien stabbilit.

Inakkuratezzi simili fil-BPS għall-valuri tal-intitolamenti għal pagament instabu waqt l-awditi ta’ konformità tal-Kummissjoni. Il-proċeduri ta’ konformità huma kontinwi. Kwalunkwe riskju finanzjarju għall-baġit tal-UE għan-nefqa BPS se jkun kopert permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji.

IV

Il-Kummissjoni pprovdiet gwida ċara u mhux ambigwa, disponibbli għall-Istati Membri kollha dwar is-sistema bbażata fuq l-internet taċ-Ċentru ta’ Riżorsi ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għall-Amministraturi, Negozji u Ċittadini (“CIRCABC”)1. Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jikkonsultaw il-linji gwida disponibbli. Xi informazzjoni ma ġietx trażmessa fil-ħin minn għadd żgħir ta’ Stati Membri.

Kien hemm missjonijiet ta’ awditu biex jivverifikaw ix-xogħol tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni dwar l-intitolamenti tal-BPS. F’termini ta’ ttestjar li għandu jitwettaq fuq l-intitolamenti, il-linji gwida tal-Kummissjoni ma jistgħux ikunu wisq preskrittivi, il-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni huma awdituri kwalifikati u b’konformità mal-istandards ta’ l-awditu aċċettati internazzjonalment, huma jenħtieġ li jużaw il-ġudizzju professjonali tagħhom fit-twettiq tax-xogħol taċ-ċertifikazzjoni. F’xi Stati Membri, il-Korp taċ-Ċertifikazzjoni jikkalkola mill-ġdid l-intitolamenti għal kull tranżazzjoni suġġetta għall-ittestjar sostantiv (jiġifieri għall-kampjun statistikament magħżul).

V

Il-proċess ta’ koleġiżlazzjoni rriżulta f’diversi għażliet għall-implimentazzjoni tal-Iskema tal-Pagament Bażiku. Madankollu, kien jinkludi wkoll il-possibbiltà li l-Istati Membri jillimitaw l-għażliet tagħhom. Hija l-impressjoni tal-Kummissjoni li l-Istati Membri li applikaw approċċ restrittiv tal-alternattivi tal-PAK esperjenzaw inqas piż amministrattiv.

VI

Il-lista negattiva ma kinitx parti mill-proposta tal-Kummissjoni iżda ġiet introdotta bħala riżultat tal-kompromess politiku. Filwaqt li l-proposta inizjali tal-Kummissjoni kienet li jkun hemm test uniku fuq il-pretendenti kollha (pagamenti diretti ta’ mill-inqas 5 % tat-total tad-dħul mhux agrikolu), il-koleġiżlaturi taw għadd ta’ għażliet ta’ politika dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni tal-bidwi attiv, biex b’hekk ippermettew li l-Istati Membri jqisu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali tagħhom.

VII

L-immirar ta’ spiss iwassal għal żieda fil-kumplessità tal-implimentazzjoni. B’mod ċar, kwalunkwe bidla fir-rekwiżiti legali, inklużi definizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, għandha riperkussjonijiet fuq is-sistemi ta’ amministrazzjoni u kontroll (IACS). Il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ estensiv matul l-implimentazzjoni tal-aħħar riforma, anki għall-eżerċizzju tal-ewwel allokazzjoni tal-intitolamenti għal pagament.

IX

Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-pagamenti diretti jingħataw għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli u, għaldaqstant huma, korrelati ħafna mal-erja agrikola tal-azjenda agrikola. Madankollu, il-BPS ma għandhiex tkun ġġudikata bħala skema unika. BPS tiżgura li l-bdiewa jirċievu appoġġ minimu għal kull ettaru. Il-BPS hija miżjuda b’pagamenti oħra li jiffavorixxu ridistribuzzjoni tal-appoġġ. Fil-fatt, l-analiżi tal-Kummissjoni turi li l-pagamenti diretti għal kull ettaru tonqos meta jiżdied id-daqs tal-azjendi agrikoli u li l-appoġġ unitarju huwa ogħla għal azjendi agrikoli żgħar, li bħala medja jkollhom introjtu aktar baxx għal kull ħaddiem.

Il-valur tal-artijiet huma fil-biċċa l-kbira influwenzati minn bosta fatturi oħra għajr l-appoġġ tal-PAK: pereżempju, il-prezzijiet tal-prodotti agrikoli bażiċi, il-pressjoni urbana, ir-regolamenti tas-suq nazzjonali tal-artijiet, it-taxxi, id-durata tal-kuntratti tal-kiri eċċ. Barra minn hekk, fl-Istati Membri tal-BPS fejn l-intitolamenti jistgħu faċilment jiġu nnegozjati mingħajr art, l-appoġġ għall-introjtu huwa inqas ikkapitalizzat fi prezzijiet tal-art.

X

L-għan tal-BPS huwa li ttejjeb b’mod kumplessiv is-sitwazzjoni tal-introjtu tal-bdiewa. L-appoġġ tal-BPS huwa bbażat fuq iż-żona, diżakkoppjat mill-produzzjoni u fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri marbut ma’ referenzi storiċi. Huwa ma jiffokax fuq iċ-ċirkostanzi individwali f’kull azjenda sabiex jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv. Immirar ulterjuri tal-appoġġ huwa magħmul permezz ta’ skemi oħrajn bħall-pagament għal bdiewa żgħażagħ, il-pagament ridistributtiv, l-iskema għall-bdiewa żgħar u l-appoġġ akkoppjat volontarju.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt li jmiss, li tifforma parti mill-proposta ta’ mudell ġdid ta’ twettiq tal-PAK, se tanalizza d-distribuzzjoni attwali u l-immirar ta’ appoġġ għall-introjtu skont id-daqs tal-azjenda agrikola u t-tip ta’ biedja waqt li jitqies l-introjtu ġġenerat mill-attivitajiet agrikoli. Barra minn hekk, dħul ieħor iġġenerat minn attivitajiet mhux agrikoli, abbażi tal-fatturi agrikoli (bħal agrituriżmu) se jitqies meta tiġi vvalutata r-rilevanza tal-appoġġ għall-introjtu b’mod ġenerali. F’dan ir-rigward, peress li l-valutazzjoni tal-impatt għadha fi stadju tal-bidu, għadu mhuwiex possibbli li jiġi determinat jekk hux se tinkludi l-elementi kollha msemmija f’din l-osservazzjoni.

XI

L-iżgurar ta’ standard ġust tal-għajxien għall-bdiewa huwa fil-fatt objettiv tal-PAK stabbilit fit-Trattat. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” tipproponi mudell ta' implimentazzjoni ġdid għall-PAK fejn l-Unjoni jenħtieġ li tistabbilixxi parametri bażiċi ta’ politika, filwaqt li l-Istati Membri jenħteiġ li jġorru responsabbiltà akbar u jkunu aktar responsabbli dwar kif dawn jilħqu l-objettivi u biex jilħqu l-miri li jenħtieġ li jkunu ppreżentata u ġġustifikata fi pjan strateġiku tal-PAK. Il-Kummissjoni tagħraf l-importanza tal-objettiv tal-PAK ta’ produzzjoni vijabbli tal-ikel u qabdet li ssir evalwazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri tal-PAK dwar il-“produzzjoni vijabbli tal-ikel”.

XII

Xi rakkomandazzjonijiet ġew aċċettati u oħrajn rifjutati. Jiġifieri, rakkomandazzjonijiet dwar l-allokazzjoni u l-kalkolu tal-intitolamenti tal-BPS, u dwar ir-rwol tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni ġew aċċettati. Madankollu, rakkomandazzjoni dwar is-sistemi tal-Kummissjoni biex ixerrdu informazzjoni fost l-Istati Membri ġiet miċħuda.

XIII

Dwar il-proposti għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, il-Kummissjoni parzjalment taċċetta r-rakkomandazzjoni. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja"2 tipproponi Mudell tal-Implimentazzjoni ġdid għall-PAK. Il-Komunikazzjoni timmira għal aktar sussidjarità li tqis aħjar il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali fl-isfond tal-objettivi u l-miri. Il-Valutazzjoni tal-Impatt, li se tirfed il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK ta’ wara l-2020 se tqis l-evidenza kollha disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-politika sa issa, fost oħrajn analiżi ta' xi karatteristiċi proposti, u se tuża din l-informazzjoni meta jiġu analizzati soluzzjonijiet speċifiċi għall-futur.

Sabiex ma tippreġudikax l-eżitu tal-valutazzjoni tal-impatt imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta r-rakkomandazzjoni biex, mill-bidu nett, torbot il-miżuri proposti mal-objettivi operazzjonali u mal-linji bażi xierqa li magħhom jista’ jitqabbel it-twettiq ta’ appoġġ f’dan l-istadju. Madankollu, f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u l-Biedja”, il-mod kif jiġi evalwat il-prestazzjoni ta’ xi tipi ta’ interventi, inkluż fejn xieraq, appoġġ għad-dħul, ser jiġu kkunsidrati.

Introduzzjoni

03

Fl-okkażjoni tar-riforma tal-2013, il-Kummissjoni indirizzat in-nuqqasijiet misjuba mill-QEA u għalhekk introduċiet il-“bidwi attiv” mandatorju. Taħt is-sistema preċedenti (irregolata mir-Regolament (KE) Nru 73/2009), l-Istati Membri diġà jistgħu jeskludu fuq bażi volontarja persuni minn aċċess għal appoġġ dirett. L-esklużjonijiet jistgħu jseħħu jekk l-attivitajiet agrikoli jiffurmaw biss parti insinifikanti tal-attivitajiet ekonomiċi kumplessivi ta’ dawn il-persuni jew jekk l-iskop kummerċjali ma kienx biss marġinalment immirat għat-twettiq ta’ attività agrikola. In-Netherlands biss għażlu din il-possibilità.

Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ art eliġibbli ġiet mtejba sabiex tinkludi rekwiżiti speċifiċi dwar żoni li jinżammu naturalment. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jfasslu lista ta’ erjas li jintużaw b’mod predominanti għal attivitajiet mhux agrikoli. Id-definizzjoni ta’ bidwi u ta’ attività agrikola tirrifletti n-natura diżakkoppjata tal-pagamenti diretti u l-ħtieġa korrispondenti li ma jkunux imposti attivitajiet produttivi bħala kriterji ta’ eliġibbiltà fid-dawl tar-regoli tal-kaxxa l-ħadra tad-WTO.

Erruri u nuqqasijiet kienu misjuba matul l-awditi ta’ konformità tal-Kummissjoni dwar l-SPU. Ir-riskju finanzjarju għall-baġit tal-UE li jirriżulta minn dawn l-erruri u n-nuqqasijiet ġie kopert permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji li kienu applikati sakemm miżuri korrettivi xierqa ġew meħuda mill-Istati Membri kkonċernati biex jiżguraw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa tal-SPU.

12

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 13.

13

Għal Stati Membri li japplikaw il-mudell ta’ konverġenza parzjali, il-valur ta’ intitolamenti għal pagamenti huwa bbażat fuq elementi storiċi u għalhekk għad hemm differenzi storiċi fil-livell ta’ appoġġ għal kull ettaru. Madankollu, dawn id-differenzi se jonqsu gradwalment sas-sena tat-talba 2019 bħala riżultat tal- proċess ta’ konverġenza interna.

Osservazzjonijiet

29

Il-qabża fil-valur tal-limitu massimu tal-BPS nstabet ukoll matul l-awditu ta’ konformità tal-Kummissjoni mwettaq fl-Italja. Il-proċedura ta’ konformità għadha għaddejja. Kwalunkwe riskju finanzjarju għall-baġit tal-UE għan-nefqa BPS se jkun kopert permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji.

  1. Għadu ma sar l-ebda awditu ta’ konformità dwar is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll marbuta mal-Intitolament għal Pagament tal-BPS fir-Renju Unit - l-Iskozja. F’każ li jinstabu erruri fir-rigward tal-Intitolamenti għal Pagament allokati, ir-riskji finanzjarji li jirriżultaw għall-baġit tal-UE se jiġi kopert permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji sakemm jittieħdu miżuri korrettivi xierqa biex jiżguraw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa tal-BPS.

    Fir-rigward tan-Netherlands, il-Kummissjoni hija konxja dwar is-sejba tal-QEA li tindika applikazzjoni mhux korretta tar-regoli ta’ konverġenza interna. Din il-kwistjoni se tkun ikkunsidrata fl-analiżi tar-riskju għall-ippjanar tal-awditjar tal-Kummissjoni.

  2. Matul l-awditu ta’ konformità tal-Kummissjoni mwettaq fi Franza u fir-Renju Unit instab ukoll li l-bdiewa ma kinux jafu l-valur definittiv tal-intitolamenti tal-BPS tagħhom qabel ma japplikaw għas-sena tat-talba segwenti. Bħalissa għaddejjin proċeduri ta’ konformità. Kwalunkwe riskju finanzjarju għall-baġit tal-UE se jkun kopert permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji.

Dwar ir-Renju Unit - l-Iskozja – ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 29 a).

  1. Dewmien simili kien individwat matul l-awditu ta’ konformità tal-Kummissjoni mwettaq fi Franza.

    B’kont meħud tan-nuqqasijiet, Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (C(2016) 4287) ġiet adottata fit-12/07/2016 biex tissospendi l-pagamenti ta’ kull xahar lil Franza minn Lulju 2016 sa Lulju 2017 inklużi. Is-sospensjoni kienet fil-livell ta’ 3 % tal-pagamenti diretti mitluba għar-rimborż.

    Il-proċedura ta’ konformità għadha għaddejja. Kwalunkwe riskju finanzjarju għall-baġit tal-UE se jkun kopert permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji sakemm l-Istat membru jieħu l-miżuri korrettivi xierqa biex tkun żgurata l-legalità u r-regolarità tan-nefqa tal-BPS.

  2. Nuqqasijiet simili fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll relatati mal-BPS instabu matul l-awditi ta’ konformità tal-Kummissjoni mwettqa fir-Renju Unit - l-Ingilterra. Il-proċedura ta’ konformità għadha għaddejja. Kwalunkwe riskju finanzjarju għall-baġit tal-UE minħabba dawn in-nuqqasijiet se jkun kopert permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom ikunu applikati sakemm jittieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji biex tkun żgurata l-legalità u r-regolarità tan-nefqa tal-BPS.

Dwar ir-Renju Unit - l-Iskozja – ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 29 a).

31

Nuqqasijiet simili fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll relatati mal-BPS instabu matul l-awditi ta’ konformità tal-Kummissjoni mwettqa fl-Italja. Bħalissa għaddejjin proċeduri ta’ konformità. Kwalunkwe riskju finanzjarju għall-baġit tal-UE minħabba dawn in-nuqqasijiet se jkun kopert permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom ikunu applikati sakemm jittieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji biex tkun żgurata l-legalità u r-regolarità tan-nefqa tal-BPS.

32

L-awditi ta’ konformità mwettqa mill-Kummissjoni fil-Greċja, fi Franza, fl-Italja, u fir-Renju Unit wasslu għal osservazzjoni simili. Il-proċedura ta’ konformità għadha għaddejja. Kwalunkwe riskju finanzjarju għall-baġit tal-UE minħabba dawn l-erruri u n-nuqqasijiet se jkun kopert permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom ikunu applikati sakemm jittieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji biex tkun żgurata l-legalità u r-regolarità tan-nefqa tal-BPS.

33

L-affidabilità tal-informazzjoni fir-reġistru tal-annimali se tkun ivverifikata waqt awditu ta’ konformità ppjanat għall-ewwel nofs tal-2018 skont il-Programm Pluriennali tal-Awditjar għall-perjodu 2017-2020. Kwalunkwe riskju finanzjarju għall-baġit tal-UE se jkun kopert permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom ikunu applikati sakemm jittieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji biex tkun żgurata l-legalità u r-regolarità tan-nefqa tal-BPS.

34

Il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni kienu ċari, nieqsa minn ambigwità u koerenti. Barra minn hekk, bħala regola ġenerali, kwalunkwe dokument interpretattiv jew risposta ta’ interess ġenerali huma disponibbli għall-Istati Membri kollha permezz ta’ servizz bbażat fuq l-internet CIRCABC. Rappreżentanti tal-Istati Membri kollha li jkollhom aċċess għal CIRCABC jistgħu jabbonaw għal sistema ta’ twissija li tiżgura li jirċievu notifika kull darba li dokument ġdid isir disponibbli fuq CIRCABC. Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jikkonsultaw CIRCABC b’mod regolari sabiex jiżguraw li huma japplikaw b’mod korrett il-leġiżlazzjoni tal-UE.

36

Xi missjonijiet ta’ awditjar fil-fatt ma kinux twettqu kif ippjanat fis-snin kalendarji 2016 u 2017. Bir-riżorsi umani disponibbli ingħatat prijorità għas-segwitu neċessarju ta’ 13-il awditu kartaċi varati fl-2016, li flimkien mal-Appoġġ Akkoppjat Volontarju kienu jkopru wkoll punti relatati mal-BPS bħall-klawsola tal-bidwi attiv, l-allokazzjoni ta’ Intitolamenti għal Pagament mir-riżerva nazzjonali, eċċ.

Il-Kummissjoni analizzat ix-xogħol tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità abbażi ta’ analiżi tar-riskju u, għalhekk, ma tatx prijorità partikolari għax-xogħol fuq l-intitolamenti tal-BPS minħabba li x-xogħol tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni jkopri ż-żewġ Fondi tal-PAK u l-miżuri kollha. Kien hemm xi missjonijiet ippjanati, speċifikatament biex jivverifikaw ix-xogħol tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni dwar l-intitolamenti tal-BPS. Għall-missjonijiet li l-ambitu tagħhom ma kienx intitolamenti, il-Kummissjoni ma rrieżaminatx speċifikament ix-xogħol tal-Korp taċ-Ċertifikazzjoni dwar l-intitolamenti, sakemm ma kienx hemm riskji partikolari assoċjati. Fil-kuntest tal-approvazzjoni finanzjarja, il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-intitolamenti tal-BPS ġew segwiti.

37

Skont l-Istrateġija tal-Awditjar, x-xogħol tal-awditjar ta’ konformità tal-Kummissjoni huwa bbażat fuq sistema u fuq il-bażi tar-riskji, jiġifieri huwa ffokat fuq il-verifika ta’ kontrolli ewlenin bl-ogħla riskju finanzjarju assoċjat f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-UE, pereżempju, permezz tar-rieżami ta’ kampjuni ta’ tranżazzjonijiet. Fid-dawl tat-twaqqit ta’ tali awditi ta’ konformità, il-kontrolli ewlenin bl-ogħla riskju finanzjarju assoċjat tqiesu li kienu dawk marbuta mal-ewwel allokazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament tal-BPS kif ukoll l-allokazzjoni ta’ intitolamenti ġodda għall-pagament tal-BPS mir-riżerva nazzjonali, li hija aspett importanti tal-ġestjoni tar-riżerva nazzjonali. Ir-rieżami ta’ kampjuni ta’ tranżazzjonijiet ippermettiet ukoll li ssir il-verifika ta’ elementi importanti ta’ kalkolu ġenerali (jiġifieri koeffiċjenti differenti applikati u medji annwali kkalkolati eċċ.).

Ħafna mill-awditi ta’ konformità dwar l-Intitolamenti għal Pagament tal-BPS twettqu fl-2016. Dak iż-żmien (meta l-ewwel allokazzjoni tal-intitolamenti għal pagament kienet għadha kif ġiet iffinalizzata jew saħansitra għadha mhux finalizzata u meta wieħed jikkunsidra d-dewmien importanti fl-implimentazzjoni tal-BPS f’ċeri Stati Membri), il-proċeduri għall-kanċellazzjoni ta’ Intitolamenti għal Pagament allokati bi żball ma kinitx ivvalutata bħala waħda ta’ riskju finanzjarju għoli.

39

L-ittestjar fuq l-intitolamenti li għandu jsir mill-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni huwa ta’ żewġ tipi u huwa stipulat fil-linji gwida pprovduti lill-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni:

  • primarjament, dwar il-proċeduri mħaddma mill-Istati Membri biex jiżguraw l-allokazzjoni t-tajba ta’ intitolamenti u l-kalkolu korrett tal-valur ta’ intitolamenti (ara t-taqsima 5.2 tal-Linja Gwida 2). L-aspetti proċedurali prinċipali li għandhom jiġu vverifikati huma ddettaljati fit-taqsima 7.2.2 tal-Linja Gwida 3 peress li l-allokazzjoni tal-intitolamenti jenħtieġ li tkun indirizzata minn perspettiva proċedurali (sistemi). Dan għandu jkun segwit minn ittestjar tal-konformità ta’ tranżazzjonijiet partikolari. Il-Linja gwida 3 tissuġġerixxi 10 tranżazzjonijiet. Għall-finijiet tal-ittestjar tal-konformità, il-Linja Gwida 2 tissuġġerixxi b’mod ċar l-użu tal-lista tal-kontrolli ewlenin u anċillari bħala punt ta’ riferiment (ara p.21 tal-Linja gwida 2 għal FY2016);
  • it-tieni, waqt l-ittestjar sostantiv tal-fajls għal pagamenti diretti, verifika tal-akkuratezza aritmetika kif ukoll verifika dwar jekk l-għadd finali ta’ intitolamenti ttieħdedx għall-pagament jenħtieġ li jittwettqu mill-Korp taċ-Ċertifikazzjoni.
40

Il-linji gwida tal-Kummissjoni ma jistgħux ikunu wisq preskrittivi, il-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni huma awdituri kwalifikati u b’konformità mal-standards ta’ awditu aċċettati internazzjonalment, huma jenħtieġ li jużaw il-ġudizzju professjonali tagħhom fit-twettiq tax-xogħol ta’ ċertifikazzjoni. F’xi Stati Membri, il-Korp taċ-Ċertifikazzjoni jikkalkola mill-ġdid l-intitolamenti għal kull tranżazzjoni suġġetta għall-ittestjar sostantiv (jiġifieri għall-kampjun statistikament magħżul).

41

Il-linji gwida tal-Kummissjoni huma ġenerali u ma jistgħux ikopru is-sitwazzjonijiet kollha fl-Istati Membri. Madankollu, il-linji gwida huma ċari dwar ix-xogħol li għandu jsir mill-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni fuq l-intitolamenti kif imsemmi fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 39. Barra minn hekk, it-taqsima 7.2.2 tal-Linji Gwida 3 tispeċifika li FY2016 (CY2015) hija l-ewwel sena tal-istabbiliment tal-intitolamenti għal pagament, b’hekk, intalbet il-konklużjonijiet tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjonidwar il-proċess tal-allokazzjoni tal-intitolamenti.

Barra minn hekk, diversi Stati Membri ttardjaw biex jistabbilixxi l-intitolamenti finali. Minħabba li l-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni għandhom skadenzi stretti ta’ rapportar (jiġifieri l-15 ta’ Frar ta’ wara s-sena finanzjarja inkwistjoni), dawn mhux dejjem setgħu jikkonkludu dwar l-akkuratezza tal-kalkolu tal-intitolamenti.

L-ewwel punt: Fil-maġġoranza tal-Istati Membri li għandhom Aġenziji tal-Pagamenti reġjonali u intitolamenti kkalkolati fuq livell nazzjonali, huwa possibbli li l-kalkoli tal-intitolamenti ikunu soġġetti għall-awditu ta’ ċertifikazzjoni. Fil-każ tal-Ġermanja, il-korp ċentrali li kkalkola l-intitolamenti għal pagament ma kienx soġġett għal awditu ta’ ċertifikazzjoni. B’hekk, il-każ tal-Ġermanja (Niedersachsen) ma kienx indikattiv tax-xogħol tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni mwettaq fi Stati Membri oħra.

It-tieni punt: Il-kwistjoni dwar l-intitolamenti għall-Italja hija segwita permezz ta’ awditjar ta’ konformità li għadu għaddej.

It-tielet punt: Il-kwistjoni dwar l-intitolamenti għal Franza hija segwita permezz ta’ awditjar ta’ konformità li għadu għaddej.

42

Il-proposta inizjali tal-Kummissjoni kienet immirata għas-simplifikazzjoni tal-iskema ta’ pagamenti diretti. Fil-fatt, il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni kellha inqas għażliet u għaldaqstant kien iktar sempliċi. Madankollu matul il-proċess ta’ koleġiżlazzjoni ġew miżjuda għażliet oħra, li għamlu r-regoli aktar kumplessi. Barra minn hekk, is-simplifikazzjoni hija waħda mill-objettivi ewlenin fid-diskussjonijiet dwar il-politika agrikola komuni l-ġdida għal wara l-2020.

43

Filwaqt li huwa minnu li l-mudell ta’ konverġenza interna biex ikunu stabbiliti l-valuri tal-intitolament għal pagament huwa aktar kumpless, għandu jiġi nnutat li l-applikazzjoni ta’ dan il-mudell bħala alternattiva għall-mudell sempliċi ta’ rata fissa mill-ewwel sena tal-implimentazzjoni kienet għażla għall-Istati Membri. L-għażla mill-Istati Membri ta’ mudell speċifiku ta’ implimentazzjoni hija konformi mal-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża tal-PAK skont liema l-implimentazzjoni hija ġestita direttament minn kull Stat Membru u l-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli għall-amministrazzjoni u l-kontroll tal-pagamenti diretti lill-bdiewa f’pajjiżhom.

45

L-awtoritajiet Spanjoli ddeċidew dwar il-mudell tar-reġjonalizzazzjoni tal-BPS ibbażat fuq għadd ta’ kriterji f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet reġjonali. L-implimentazzjoni attwali tar-reġjonalizzazzjoni tal-BPS se tkun ivvalutata u kkunsidrata għal riflessjoni dwar il-futur tal-PAK.

46

L-estensjoni tad-definizzjoni ta’ erja eliġibbli ma kinitx obbligatorja għall-Istati Membri. Meta jużaw din il-possibbiltà, hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jivvalutaw il-kumplessità tas-sistema li huma jiddeċiedu li jimplimentaw flimkien mal-ħtieġa reali li jagħtu rendikont għal metodi agrikoli speċifiċi għat-territorju tagħhom.

48

Il-leġiżlazzjoni pprovdiet għall-possibbiltà li tkun illimitata żieda fil-valur tal-intitolamenti għal pagament f’każ li din iż-żieda twassal għal gwadann mhux previst. Jekk japplikawx jew le din id-dispożizzjoni fakultattiva jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri.

Barra minn hekk, meta jkun hemm gwadann mhux previst minħabba kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment u kuntrarju għall-objettivi tal-PAK, il-klawsola ta’ ċirkomvenzjoni (obbligatorja) stabbilita fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tapplika. Bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 60, m’għandu jingħata l-ebda vantaġġ favur tali persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

Fl-aħħar nett, dawn l-azjendi agrikoli li jiksbu intitolamenti għal pagament b’valur għoli billi jikkonċentraw l-appoġ fuq erja iżgħar għamlu dawn l-intitolamenti għal pagament soġġetti għal tnaqqis ogħla minħabba l-konverġenza interna.

Kontrorisposta tal-QEA

Il-klawsola ta' ċirkomvenzjoni stipulata fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-konverġenza interna għandhom biss impatt limitat bħala mekkaniżmi biex inaqqsu profitti kbar mhux mistennija.

Kif stqarret kemm-il darba l-Qorti tal-Ġustizzja, l-applikazzjoni tal-klawsola ta' ċirkomvenzjoni mill-Istati Membri tirrikjedi, l-ewwel nett, kombinament ta’ ċirkustanzi oġġettivi li fihom, minkejja l-osservanza formali tal-kundizzjonijiet stabbiliti bir-regoli tal-Unjoni Ewropea, l-iskop ta’ dawn ir-regoli ma jkunx intlaħaq, u, it-tieni nett, element suġġettiv li jikkonsisti fl-intenzjoni li jinkiseb vantaġġ bil-ħolqien artifiċjali tal-kundizzjonijiet stabbiliti biex dan jinkiseb. Fil-każ ta’ profitti kbar mhux mistennija li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ art lil bdiewa oħra (ara l-Kaxxa 2), huwa estremament diffiċli biex l-Istati Membri jiksbu prova li l-applikant, meta kien qed jittrasferixxi l-art, kellu l-intenzjoni esklussiva li jikseb vantaġġ li jmur kontra l-objettivi tal-BPS.

Sal-2019, il-konverġenza interna se tnaqqas il-valur tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS li jissemmew fil-Kaxxa 2 b’madwar 25 %, li jfisser li l-bdiewa xorta waħda se jibbenefikaw minn 75 % tal-profitti kbar mhux mistennija f’dik is-sena.

53

Nuqqasijiet simili dwar il-verifika tal-istatus ta’ bidwi attiv tal-applikanti kienu identifikati matul l-awditi ta’ konformità tal-Kummissjoni. Bħalissa għaddejjin proċeduri ta’ konformità. Kwalunkwe riskju finanzjarju għall-baġit tal-UE se jkun kopert permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji sakemm l-Istat membru jieħu l-miżuri korrettivi xierqa biex tkun żgurata l-legalità u r-regolarità tan-nefqa tal-pagamenti diretti.

54

Il-koleġiżlaturi ngħataw għadd ta’ għażliet ta’ politika għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni tal-bidwi attiv biex b’hekk jippermettu lill-Istati Membri jqisu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali tagħhom.

Il-Kummissjoni pprovdiet valutazzjoni favorevoli tal-użu ta’ livell limitu espress f’ettari eliġibbli bħala kriterju alternattiv għall-iskop tal-Artikolu 9(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 li jagħti prova tal-attività agrikola mhuwiex negliġibbli jekk din il-kundizzjoni ma tinvolvi l-ebda inċentiv lill-bdiewa biex jipproduċu.

55

Il-lista negattiva ma kinitx parti mill-proposta tal-Kummissjoni iżda ġiet introdotta bħala riżultat tal-kompromess politiku. Filwaqt li l-proposta inizjali tal-Kummissjoni kienet li jkun hemm test uniku fuq il-pretendenti kollha (pagamenti diretti ta’ mill-inqas 5 % tat-total tad-dħul mhux agrikolu), il-koleġiżlaturi taw għadd ta’ għażliet ta’ politika dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni tal-bidwi attiv, biex b’hekk ippermettew li l-Istati Membri jqisu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali tagħhom. Minħabba l-eżistenza ta’ lista negattiva, huwa probabbli ħafna li xi entitajiet iddeċidew li ma japplikawx affattu u din id-dejta mhux disponibbli għall-Kummissjoni.

Kaxxa 3 – Eżempji ta’ trattament differenti ta’ sitwazzjonijiet komparabbli

Il-Kummissjoni ppubblikat dokument ta’ gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 (DSCG/2014/29). Huwa f’idejn l-Istati Membri biex ikomplu jimplimentaw din id-dispożizzjoni f’konformità mal-iskop ta’ bidwi attiv u l-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ postijiet permanenti fejn isiru sports u attivitajiet rikreattivi, il-lista negattiva għandha l-għan li timmira operaturi ta’ żoni ta’ art eżistenti b’mod permanenti b’tagħmir permanenti u/jew strutturi artifiċjali permanenti għal spettaturi li jkunu qed jintużaw għal skopijiet ta’ sport u attivitajiet rikreattivi. Il-Ġermanja segwiet din il-gwida. Hemm proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità li għadha għaddejja għal Franza.

Il-koleġiżlatur ipprovda għal flessibbiltà li tippermetti lill-Istati Membri jikkalibraw il-lista negattiva għaċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. Fil-fatt, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jippermetti lill-Istati Membri li jżidu mal-lista negattiva kwalunkwe impriża jew attività mhux agrikola simili oħra, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji. Madankollu, kwalunkwe żieda fil-lista teħtieġ li tkun ġustifikata oġġettivament fuq il-bażi tat-test ta’ “similarità” fl-Artikolu 9(2), jiġifieri n-negozji/l-attivitajiet ta’ entitajiet bħal dawn għandhom ikunu simili fin-natura għal dawk ta’ entitajiet diġà inklużi fil-lista negattiva.

Bl-istess mod, il-koleġiżlatur iddeċieda li jippermetti l-implimentazzjoni fakultattiva tal-Artikolu 9(3) tal-istess Regolament.

57

Bħala riżultat tal-proċess ta’ negozjati dwar l-hekk imsejjaħ Regolament Omnibus3, l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 (il-lista negattiva) tista’ tittwaqqaf sa mill-2018 jew kull sena sussegwenti. B’kuntrast, l-Artikolu 9(1) xorta jibqa’ japplika għall-Istati Membri kollha li għandhom żoni miżmuma b’mod naturali.

60

Id-definizzjoni tal-eliġibbiltà fuq il-bażi tal-karatteristiċi ta’ art agrikola ma teżonerax lill-bdiewa milli jeżerċitaw attività agrikola. Il-karatteristiċi għandhom jirriżultaw minn din l-attività. Meta l-Istati Membri jiddefinixxu dawn il-karatteristiċi b’mod korrett, żoni abbandunati jidhru bħala tali u għalhekk jitqiesu ineliġibbli.

62

Il-Kummissjoni tqis li għal żoni miżmuma b’mod naturali, l-attività minima ma għandhiex tkun kompletament separata minn kwalunkwe ġestjoni tal-art, sakemm dan ma jkunx ir-riżultat tal-implimentazzjoni ta’ Natura 2000 (li jimplika wkoll li ż-żoni kellhom dritt li jirċievu pagamenti fl-2008)4.

Kaxxa 5 – Attivatajiet minimi fuq art miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni

L-awtoritajiet Skoċċiżi ma nnotifikawx lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu valutazzjoni ambjentali tal-art f’kull sena kalendarja minflok ta’ attività agrikola.

Huwa dubjuż jekk evalwazzjoni ambjentali tistax tkun ikkunsidrata bħala attività minima fuq iż-żona agrikola.

Huwa mistenni li l-attività jkollha impatt fuq l-art innifisha (pereżempju biex iżżomm jew saħansitra żżid il-valur naturali ta’ dik il-medda art) u ma tkunx limitata għal osservazzjoni tal-istat ambjentali taż-żona, li l-evoluzzjoni mhuwiex il-konsegwenza ta’ xi azzjoni mwettqa mill-bidwi.

Kaxxa 6 – Effetti ta’ ridistribuzzjoni skont il-mudell applikat tal-BPS

L-awtoritajiet Spanjoli ddeċidew dwar il-mudell tar-reġjonalizzazzjoni tal-BPS ibbażat fuq għadd ta’ kriterji f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet reġjonali. L-implimentazzjoni attwali tar-reġjonalizzazzjoni tal-BPS se tkun ivvalutata u kkunsidrata għal riflessjoni dwar il-futur tal-PAK.

Għalkemm l-ammont trasferit minn intitolamenti għal pagament ta’ valur għoli għal intitolamenti għal pagament ta’ valur baxx espressi bħala perċentwal tal-limitu massimu tal-BPS juri konverġenza aħjar fl-Italja meta mqabbel ma’ Spanja, it-tqabbil tal-perċentwali msemmija qabel ma jippermettix li jinsiltu konklużjonijiet dwar l-effetti differenti ta’ konverġenza bejn l-Istati Membri kollha. Fil-fatt, Stat Membru li għalih dan il-persentaġġ huwa ogħla milli għal ieħor mhux bilfors jispiċċa b’sitwazzjoni aħjar fi tmiem il-perjodu. Huwa importanti li tkun ikkunsidrata wkoll is-sitwazzjoni tal-bidu, b’mod partikolari l-possibbiltà ta’ aktar konverġenza. Minkejja li t-trasferimenti ta’ fondi bħala perċentwal tal-limitu massimu tal-BPS se jkunu aktar baxxi fi Stat Membru b’valuri tal-intitolamenti għal pagament qrib il-medja diġà fil-bidu tal-perjodu ta’ konverġenza, dan l-Istat Membru jista’ jispiċċa b’valuri aktar konverġenti minn Stat Membru b’perċentwal ferm ogħla ta’ fondi trasferiti.

69

Id-differenza fil-livell medju tal-appoġġ tal-BPS hija parzjalment spjegata mill-fatt li l-Istati Membri għamlu għażliet differenti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-fondi għall-iskemi differenti ta’ pagamenti diretti. Il-pakkett BPS huwa ugwali għall-ammont ta’ fondi li jkun baqa’ wara l-allokazzjoni għal dawn l-iskemi l-oħra.

Il-BPS huwa pagament diżakkoppjat fid-definizzjoni tagħha li għandha effett minimu fuq id-deċiżjonijiet tal-produzzjoni tal-bdiewa u konsegwentement fuq il-kundizzjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni. L-evalwazzjoni magħmula mill-QEA tistrieħ fuq ipoteżi teorika li l-bdiewa fi Stati Membri differenti jinsabu f’sitwazzjoni identika. Tali sitwazzjoni kumparabbli tfisser mhux biss ugwaljanza fil-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni iżda wkoll li l-prezzijiet tal-art, il-kirjiet, u fatturi oħra ta’ produzzjoni jkunu identiċi bejn żewġ Stati Membri.

70

L-Iskema ta’ Pagament Bażiku tiżgura li l-bdiewa kollha jirċievu appoġġ minimu għal kull ettaru. Skemi oħra, bħall-pagament ridistributtiv, il-pagament għal bdiewa żgħażagħ, l-iskema tal-bdiewa żgħar u l-appoġġ akkoppjat volontarju jippermettu li jkunu trattati l-pagamenti diretti. BPS hija sistema bbażata fuq iż-żona u b’riżultat ta’ dan, l-appoġġ totali għandu t-tendenza li jżied id-daqs tal-azjenda agrikola. Madankollu, l-analiżi tal-Kummissjoni turi li l-pagamenti diretti għal kull ettaru tonqos meta jiżdied id-daqs tal-azjendi agrikoli u li l-appoġġ unitarju huwa ogħla għal azjendi agrikoli żgħar, li bħala medja jkollhom introjtu aktar baxx għal kull ħaddiem, prinċipalment minħabba l-użu ta’ skemi oħra ta’ pagament dirett.

Kaxxa 7 – Eżempji ta’ distribuzzjoni mill-ġdid bħala riżultat tar-riforma tal-2013 mingħajr bidliet fix-xejra tal-biedja

Il-QEA tagħti eżempji ta’ azjendi agrikoli fejn l-appoġġ li l-bidwi jkun irċieva jiżdied b’mod esponenzjali minkejja li ma jkunx hemm bidla fil-mod kif jaħdem.

Il-Kummissjoni tqis li l-ammont assolut ta’ appoġġ ma jistax ikun ikkunsidrat bħala ċifra weħeda iżda għandu jiġi evalwat flimkien mad-daqs taż-żona u l-appoġġ riċevut minn bdiewa oħra f’sitwazzjonijiet komparabbli qabel u wara l-eżerċizzju ta’ konverġenza. Fil-fatt, billi ninsabu f’kuntest ta’ konverġenza, żieda sinifikanti ta’ appoġġ għal bidwi speċifiku tista’ probabbilment tiġi spjegata mill-fatt li l-appoġġ li l-bidwi jkun irċieva qabel l-introduzzjoni tal-BPS kien konsiderevolment taħt il-medja u/jew b’kopertura tal-erja tal-BPS meta mqabbla mal-SPS. Kemm iż-żieda ta’ intitolamenti għal pagament ta’ valur baxx u l-kopertura ta’ żona akbar kienu objettivi ċari tal-iskema.

Meta tajna ħarsa mill-qrib lejn l-eżempji enfasizzati mill-QEA, is-sitwazzjonijiet mhumiex stremi daqs kemm jistgħu jidhru mal-ewwel daqqa t’għajn.

Pereżempju fir-Renju Unit - l-Iskozja fejn l-appoġġ jikkonverġi lejn rata fissa reġjonali fl-2019, l-appoġġ massimu għal kull erja fis-sena tat-talba 2019 huwa stabbilit għal EUR 161/ha għar reġjun 1 (art li tinħadem u mergħat permanenti), EUR 26.9/ha għar reġjun 2 (bwar mhux ikkultivati f’Żoni Żvantaġġati (LFA - Less Favoured Area) u le bil-kategoriji tar-ragħa B, C u D) u EUR 8.7/ha għar reġjun 3 (bwar mhux ikkultivati f’Żoni Żvantaġġati (LFA) bil-kategorija tar-ragħa A). Il-Kummissjoni tqis li dawn il-livelli ta’ pagament għal kull erja mhumiex stabbiliti f’livell xieraq.

Fl-eżempju mogħti għall-IT, il-pagament medju għal kull ettaru tal-bidwi kkonċernat jammonta għal madwar EUR 225, li huwa kemxejn taħt il-valur medju tal-Intitolament għal Pagament medju tal-BPS fl-IT għas-CY2015 (EUR 228/ha).

Fir-rigward tad-DE, jeħtieġ li jiġi ċċarat li dan l-Istat Membru se jevolvi lejn sitwazzjoni ta’ rata fissa nazzjonali sal-2019.

71

Il-pagamenti diretti jistgħu jkunu ftit jew wisq kkapitalizzati fi prezzijiet tal-art skont fatturi differenti. Il-fatturi determinanti tal-valur tal-artijiet huma numerużi u l-appoġġ tal-PAK huwa biss wieħed minnhom: il-prezzijiet tal-komoditajiet agrikoli u l-produttività agrikola, il-pressjoni urbana, ir-regolamenti tas-suq tal-artijiet nazzjonali differenti, id-durata tal-kuntratti ta’ kiri, livelli differenti ta’ taxxi fuq l-art… Skont Swinnen et al., Is-sussidji tal-PAK għandhom impatt fuq il-valur tal-artijiet, iżda l-impatt ivarja ħafna fil-pajjiżi kollha u jidher relattivament modest meta mqabbel ma' fatturi oħra, partikolarment meta l-prezzijiet tal-artijiet huma għolja”5. Barra minn hekk, fl-Istati Membri BPS fejn l-intitolamenti jistgħu faċilment jiġu nnegozjati mingħajr art, l-appoġġ għall-introjtu huwa inqas kapitalizzata fi prezzijiet tal-art.

72

Il-BPS tippermetti lill-Istati Membri li jimmiraw l-appoġġ tagħhom billi teskludi bdiewa li ma jkunux fi ħtieġa partikolari għal appoġġ għall-introjtu jew billi tiddifferenzja l-pagament bażiku. Immirar ulterjuri tal-appoġġ jinkiseb prinċipalment permezz ta’ skemi oħrajn: Il-pagament ridistributtiv, il-pagament għal bdiewa żgħażagħ, skema għall-bdiewa żgħar jew appoġġ akkoppjat volontarju. Waqt li xi Stati Membri juru grad sinifikanti ta’ mmirar, fi Stati Membri oħra l-immirar sar xi ftit inqas.

Barra minn hekk, it-Trattat, jorbot iż-żieda fil-produttività agrikola bħala mezz sabiex jiġi żgurat livell ġust ta' għajxien għall-komunità agrikola, partikolarment billi jiżdied il-qligħ individwali tal-ħaddiema fl-agrikoltura. Għalhekk huwa xieraq li wieħed jiffoka fuq id-dħul li jirriżulta mill-attivitajiet agrikoli, minħabba li dan id-dħul huwa ta’ importanza ewlenija għall-PAK6. Fl-aħħar nett, il-kostijiet tal-ġbir tad-dejta dwar id-dħul ta' familji agrikoli jistgħu jkunu akbar mill-benefiċċji7.

73

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Ġejjieni tal-Ikel u l-Biedja”8 tipproponi mudell ġdid għall-implimentazzjoni tal-PAK.

Il-Komunikazzjoni timmira għal aktar sussidjarjetà filwaqt li tippermetti li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet lokali u l-ħtiġijiet meta mqabbla mal-objettivi u mal-miri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tagħraf l-importanza tal-objettiv tal-PAK ta’ produzzjoni vijabbli tal-ikel u qabdet li ssir evalwazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri tal-PAK dwar il-“produzzjoni vijabbli tal-ikel”.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt, li se tirfed il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK ta’ wara l-2020 se tqis l-evidenza kollha disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-politika s’issa u se tuża din l-informazzjoni meta jiġu analizzati soluzzjonijiet speċifiċi għall-futur.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

74

Il-proposta inizjali tal-Kummissjoni kienet immirata għas-simplifikazzjoni tal-iskema ta’ pagamenti diretti. Fil-fatt, il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni kellha inqas għażliet u għaldaqstant kien iktar sempliċi. Madankollu matul il-proċess ta’ koleġiżlazzjoni ġew miżjuda għażliet oħra, li għamlu r-regoli aktar kumplessi.

Fir-rigward tal-immirar, il-BPS tippermetti lill-Istati Membri li jimmiraw l-appoġġ tagħhom billi teskludi bdiewa li ma jkunux fi ħtieġa partikolari għal appoġġ għall-introjtu jew billi tiddifferenzja l-pagament bażiku. Immirar ulterjuri tal-appoġġ jinkiseb prinċipalment permezz ta’ skemi oħrajn: Il-pagament ridistributtiv, il-pagament għal bdiewa żgħażagħ, skema għall-bdiewa żgħar jew appoġġ akkoppjat volontarju. Waqt li xi Stati Membri juru grad sinifikanti ta’ mmirar, fi Stati Membri oħra l-immirar sar xi ftit inqas.

Fir-rigward tal-konverġenza, skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri kellhom tliet għażliet fl-applikazzjoni ta’ konverġenza interna (rata fissa mill-2015, konverġenza totali sal-2019 u konverġenza parzjali “modalità mina”). Konsegwentement, l-impatt u l-effetti tal-implimentazzjoni jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta’ reġjonaliżmu kellha rwol sinifikanti fil-livell reali ta’ konverġenza miksuba.

75

Għajr għan-Netherlands u għar-Renju Unit-l-Iskozja, l-awditi tal-konformità mwettqa mill-Kummissjoni jwasslu għal osservazzjoni simili. Bħalissa għaddejjin proċeduri ta’ konformità. Kwalunkwe riskju finanzjarju għall-baġit tal-UE minħabba erruri u dgħufijiet fil-funzjonament tal-BPS relatati mas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll se jkun kopert permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom ikunu applikati sakemm jittieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji biex tkun żgurata l-legalità u r-regolarità tan-nefqa tal-BPS.

Rakkomandazzjoni 1

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u tqis li diġà qiegħda timplimenta dan permezz tal-linji gwida maħruġa, tal-monitoraġġ li sar u tal-proċeduri ta’ awditjar ta’ konformità. Meta jinstabu żbalji u dgħufijiet fil-funzjonament tal-kontrolli ewlenin, il-Kummissjoni qiegħda titlob lill-Istati Membri biex jieħdu azzjonijiet korrettivi u timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom mill-Istati Membri.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipprovdi gwida u pariri lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni korretta ta’ dawn il-kontrolli ewlenin.

76

Pagamenti diretti, bħall-bqija tan-nefqa tal-FAEG, huma implimentati skont il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-BPS, hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jinnotifikaw l-informazzjoni u d-dokumenti lill-Kummissjoni biex jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Il-Kummissjoni pprovdiet gwida u interpretazzjoni ċara u konsistenti, li huma disponibbli meta jkunu ta’ interess ġenerali fuq CIRCABC għall-Istati Membri kollha.

77

Il-Kummissjoni tikkunsidra li hija stabbilixxiet dak li kien meħtieġ mill-Korpi ta’ Ċertifikazzjoni. Il-ħidma tal-awditjar mistennija mill-Korpi ta’ Ċertifikazzjoni għal FY2016 (CY2015) hija stabbilit b’mod ċar fil-Linji gwida 2 u 3.

Rakkomandazzjoni 2
  1. Il-Kummissjoni tiċħad din ir-rakkomandazzjoni għax, skont il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża, hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li japplikaw l-interpretazzjoni konsistenti tal-qafas legali tal-BPS. Kull interpretazzjoni u informazzjoni rilevanti hija kondiviża mal-Istati Membri fil-Kumitat dwar il-Pagamenti Diretti u d-dokumenti rilevanti jittellgħu fuq CIRCABC li hija wkoll disponibbli għall-Istati Membri. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li hija ħadet il-passi xierqa biex ixxered l-informazzjoni u tiżgura l-effikaċja ta’ interpretazzjonijiet konsistenti fost l-Istati Membri u għalhekk tqis li massimizzazzjoni ulterjuri mhix fis-setgħa tagħha.
  2. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tagħraf l-importanza ta’ trażmissjoni ta’ informazzjoni ewlenija dwar l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ appoġġ dirett. Madankollu, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni f’dan l-istadju li tieħu impenji speċifiċi b’rabta mal-proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020. Barra minn hekk, skont il-leġiżlazzjoni attwali, il-Kummissjoni tista’ tieħu diversi azzjonijiet legali formali. Xi dispożizzjonijiet eżistenti jippermettu lill-Kummissjoni li tissospendi l-pagamenti, biex tikkunsidra dikjarazzjonijiet sussegwenti tan-nefqa inammissibbli u biex tibda proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità. F’każ ta’ nuqqas ta’ kwistjonijiet sistemiċi u maġġuri ta’ konformità, il-Kummissjoni tista’ wkoll tagħti bidu għal proċedura ta’ ksur, ippreparata, jekk ikun utli, billi tniedi fajl pilota UE, bil-possibbiltà ta’ sanzjoni (somma f’daqqa jew pagament ta’ penali) li għandha tkun imposta mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE f’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ewwel deċiżjoni. Id-deċiżjoni dwar azzjoni xierqa tiddependi minn valutazzjoni skont il-każ u mill-qafas legali applikabbli.
  3. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni. F’dak li għandu x’jaqsam mar-rwoli rispettivi tal-Kummissjoni u l-Korpi ta’ Ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni tqishom implementi minħabba li rekwiżiti għax-xogħol ta’ awditjar fuq intitolamenti tal-Korpi ta’ Ċertifikazzjoni (rieżami tal-proċess tal-ewwel intitolamenti u r-rieżami tal-kalkoli tal-valur tal-intitolament fl-ewwel sena ta’ allokazzjonijiet; u analiżi ta’ kwalunkwe allokazzjonijiet ġodda tal-intitolamenti, kanċellazzjonijiet ta;-intitolamenti, konverġenza, eċċ. fis-snin sussegwenti) huma stabbiliti b’mod ċar fil-Linji gwida 2 u 3 għal FY2016 u ‘l quddiem. F’konformità ma’ standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment, għandu jkun hemm lok għal ġudizzju professjonali mill-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni. Il-qafas prinċipali huwa pprovdut fil-linji gwida (jiġifieri li jeħtieġ li l-proċeduri jiġu ttestjati flimkien mal-kontrolli inklużi fil-proċess filwaqt li tintuża l-lista ta’ kontrolli ewlenin u anċillari, eċċ.) u l-Korp ta’ Ċertifikazzjoni imbagħad ifassal u jwettaq it-testijiet ta’ l-awditu tiegħu fuq l-intitolamenti.

Il-Kummissjoni tieħu din l-opportunità biex tikkjarifika li fejn Stat Membru istituzzjonali ma jagħmilhiex possibbli li l-Korpi ta’ Ċertifikazzjoni jawditjaw il-proċeduri tal-allokazzjoni u tal-kalkolu ta’ intitolamenti, ix-xogħol tal-korpi tal-Istati Membri (l-Aġenziji tal-Pagamenti, il-Korpi ta’ Ċertifikazzjoni jew korp ieħor responsabbli għall- kalkoli tal-intitolamenti) huwa soġġett għal awditi tal-konformità biex jiġi vvalutat jekk il-qafas legali applikabbli u l-linji gwida rilevanti humiex applikati.

78

Il-proposta inizjali tal-Kummissjoni kienet immirata għas-simplifikazzjoni tal-iskema ta’ pagamenti diretti. Fil-fatt, il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni kellha inqas għażliet u għaldaqstant kien iktar sempliċi. Madankollu matul il-proċess ta’ koleġiżlazzjoni ġew miżjuda għażliet oħra, li għamlu r-regoli aktar kumplessi.

79

Fejn ikun hemm gwadann mhux previst minħabba li l-bdiewa ħolqu kundizzjonijiet artifiċjalment biex jiksbu intitolament għal pagament għoli ħafna, l-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw il-klawsola ta’ ċirkomvenzjoni li jfisser li ma għandu jingħata l-ebda vantaġġ lil bdiewa kkonċernati.

Barra minn hekk, dawk il-bdiewa li jiksbu intitolamenti għal pagament b’valur għoli billi jikkonċentraw l-ammont ta’ referenza fuq erja iżgħar se jkunu suġġetti għal tnaqqis ogħla tal-valur tal-intitolament għal pagament tagħhom bħala riżultat tal-eżerċizzju intern ta’ konverġenza.

Kontrorisposta tal-QEA

Il-klawsola ta' ċirkomvenzjoni stipulata fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-konverġenza interna għandhom biss impatt limitat bħala mekkaniżmi biex inaqqsu profitti kbar mhux mistennija.

Kif stqarret kemm-il darba l-Qorti tal-Ġustizzja, l-applikazzjoni tal-klawsola ta' ċirkomvenzjoni mill-Istati Membri tirrikjedi, l-ewwel nett, kombinament ta’ ċirkustanzi oġġettivi li fihom, minkejja l-osservanza formali tal-kundizzjonijiet stabbiliti bir-regoli tal-Unjoni Ewropea, l-iskop ta’ dawn ir-regoli ma jkunx intlaħaq, u, it-tieni nett, element suġġettiv li jikkonsisti fl-intenzjoni li jinkiseb vantaġġ bil-ħolqien artifiċjali tal-kundizzjonijiet stabbiliti biex dan jinkiseb. Fil-każ ta’ profitti kbar mhux mistennija li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ art lil bdiewa oħra (ara l-Kaxxa 2), huwa estremament diffiċli biex l-Istati Membri jiksbu prova li l-applikant, meta kien qed jittrasferixxi l-art, kellu l-intenzjoni esklussiva li jikseb vantaġġ li jmur kontra l-objettivi tal-BPS.

Sal-2019, il-konverġenza interna se tnaqqas il-valur tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS li jissemmew fil-Kaxxa 2 b’madwar 25 %, li jfisser li l-bdiewa xorta waħda se jibbenefikaw minn 75 % tal-profitti kbar mhux mistennija f’dik is-sena.

80

Il-grad ta’ flessibbiltà mogħti lill-Istati Membri, pereżempju l-estensjoni tal-lista ta’ attivitajiet negattivi u/jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ bidwi attiv lill-applikanti kollha, jippermettilhom li jaġġustaw id-dispożizzjonijiet għall-ispeċifiċitajiet tagħhom iżda inevitabbilment jirriżulta f’implimentazzjoni differenzjata.

Barra minn hekk, l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-klawżola tal-bidwi attiv kienet tirrikjedi t-twaqqif ta’ proċeduri li jivverifikaw il-konformità ma’ din il-klawżola. Għalkemm kontrolli annwali xorta se jkunu meħtieġa għall-Istati Membri li jkomplu jimplimentaw il-lista negattiva, wieħed jista’ raġonevolment jistenna li fis-snin sussegwenti l-piż amministrattiv jistabbilizza.

82

Jekk xi livelli għoljin ħafna ta’ appoġġ għall-introjtu jibqgħu fl-2019, huma madankollu kienu soġġetti għal tnaqqis meta mqabbla mal-livell tal-2015.

83

L-Iskema ta’ Pagament Bażiku tiżgura li l-bdiewa jirċievu appoġġ minimu għal kull ettaru. Skemi oħra, bħall-pagament ridistributtiv, il-pagament għal bdiewa żgħażagħ, l-iskema tal-bdiewa żgħar u l-appoġġ akkoppjat volontarju jippermettu li jkunu trattati l-pagamenti diretti. BPS hija sistema bbażata fuq iż-żona u b’riżultat ta’ dan, l-appoġġ totali għandu t-tendenza li jżied id-daqs tal-azjenda agrikola. Madankollu, l-analiżi tal-Kummissjoni turi li l-pagamenti diretti għal kull ettaru tonqos meta jiżdied id-daqs tal-azjendi agrikoli u li l-appoġġ unitarju huwa ogħla għal azjendi agrikoli żgħar, li bħala medja jkollhom introjtu aktar baxx għal kull ħaddiem, prinċipalment minħabba l-użu ta’ skemi oħra ta’ pagament dirett.

Żieda sinifikanti ta’ appoġġ għal bidwi speċifiku tista’ probabbilment tiġi spjegata mill-fatt li l-appoġġ li l-bidwi jkun irċieva qabel l-introduzzjoni tal-BPS kien konsiderevolment taħt il-medja u/jew b’kopertura tal-erja tal-BPS meta mqabbla mal-SPS. Kemm iż-żieda ta’ intitolamenti għal pagament ta’ valur baxx u l-kopertura ta’ żona akbar kienu objettivi ċari tal-iskema.

84

L-għan tal-BPS huwa li ttejjeb b’mod kumplessiv is-sitwazzjoni tal-introjtu tal-bdiewa. L-appoġġ tal-BPS huwa bbażat fuq iż-żona, diżakkoppjat mill-produzzjoni u fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri marbut ma’ referenzi storiċi. Huwa ma jiffokax fuq iċ-ċirkostanzi individwali f’kull azjenda sabiex jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv.

In-natura diżakkoppjata tal-BPS tiżgura orjentazzjoni tas-suq u tevita li toħloq inċentiv għall-bdiewa biex jipproduċu.

Rakkomandazzjoni 3

Il-Kummissjoni parzjalment taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” tad-29 ta’ Novembru 2017 tipproponi mudell ta-implimentazzjoni ġdid għall-PAK fejn l-Unjoni tenħtieġ li tistabbilixxi l-parametri bażiċi ta’ politika (objettivi tal-PAK, tipi wiesa’ ta’ intervent, rekwiżiti bażiċi) filwaqt li l-Istati Membri jenħteiġ li jġorru responsabbiltà akbar u jkunu aktar responsabbli dwar kif dawn jilħqu l-objettivi u biex jilħqu l-miri li jenħtieġ li jkunu ppreżentata u ġġustifikata fi pjan strateġiku tal-PAK.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt, li se tirfed il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK ta’ wara l-2020 se tqis l-evidenza kollha disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-politika s’issa u se tuża din l-informazzjoni meta jiġu analizzati soluzzjonijiet speċifiċi għall-futur.

Partikolarment il-Kummissjoni se tanalizza d-distribuzzjoni attwali u l-immirar ta’ appoġġ għall-introjtu skont id-daqs tal-azjenda agrikola u t-tip ta’ biedja waqt li jitqies l-introjtu ġġenerat mill-attivitajiet agrikoli.

Il-Kummissjoni tfakkar9 li l-PAK tappoġġja d-dħul tal-bdiewa billi tappoġġja l-attività agrikola (appoġġ fuq bażi taż-żona, ċertu appoġġ speċifiku għas-settur, investimenti, miżuri tas-suq, attivitajiet ambjentali fuq żoni agrikoli). Għalhekk, fir-rigward tal-BPS, huwa konsistenti li wieħed jiffoka fuq l-introjtu iġġenerat minn dawn l-attivitajiet agrikoli.

Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tipprevedi li jkun immirati “bdiewa ġenwini”, mifhum bħala dawk li huma attivi fil-biedja sabiex jaqilgħu l-għajxien tagħhom.

Id-duwalità tal-objettivi tal-pagamenti diretti tirrifletti r-rikonoxximent ta’ “konġuntività” fit-twassil ta’ prodotti tas-suq u prodotti pubbliċi, u b’hekk id-diffikultajiet biex titwettaq valutazzjoni ekonomika xierqa tal-beni pubbliċi kollha pprovduti mill-bdiewa. Madankollu, dħul ieħor iġġenerat minn attivitajiet mhux agrikoli, abbażi tal-fatturi agrikoli (bħal agrituriżmu) se jitqies meta tiġi vvalutata r-rilevanza tal-appoġġ għall-introjtu b’mod ġenerali.

Billi l-valutazzjoni tal-impatt għadha fi stadju tal-bidu, għadu mhuwiex possibbli li jiġi determinat jekk hux se tikkunsidra l-elementi kollha msemmija f’din ir-rakkomandazzjoni.

Finalment, biex ma tippreġudikax l-eżitu tal-valutazzjoni tal-impatt imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta r-rakkomandazzjoni biex, mill-bidu nett, torbot il-miżuri proposti mal-objettivi operazzjonali u mal-linji bażi xierqa li magħhom jista’ jitqabbel it-twettiq ta’ appoġġ f’dan l-istadju. Madankollu, f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u l-Biedja”, il-mod kif jiġi evalwat il-prestazzjoni ta’ tipi ta’ interventi, inkluż fejn xieraq, appoġġ għad-dħul, ser jiġu kkunsidrati.

Abbrevjazzjonijiet

BPS: Skema ta' Pagament Bażiku

DĠ: Direttorat Ġenerali

ha: ettaru

LPIS: Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art

PAK: Politika Agrikola Komuni

PE: Dritt għall-pagament

RA: Rapport Annwali

RS: Rapport Speċjali

SIAK: Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll

SPU: Skema ta’ Pagament Uniku

SPUE: Skema ta' Pagament Uniku Skont l-Erja

TFUE: Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

UE: Unjoni Ewropea

WTO: Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

Glossarju

Aġenzija tal-pagamenti: Korp, ta' Stat Membru, li jkun responsabbli għall-immaniġġjar tal-pagamenti tal-appoġġ għall-agrikoltura.

Appoġġ diżakkoppjat: Appoġġ li mhuwiex marbut mal-produzzjoni ta' prodott agrikolu speċifiku.

Attività agrikola: (i) Il-produzzjoni, it-trobbija jew it-tkabbir ta' prodotti agrikoli u ż-żamma tal-annimali għall-finijiet ta' biedja, (ii) iż-żamma ta' erja agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-rigħi jew għall-kultivazzjoni; jew (iii) it-twettiq ta' attività minima, kif iddefinita mill-Istati Membri, fuq erjas agrikoli li jinżammu b'mod naturali fi stat adatt għar-rigħi jew għall-kultivazzjoni.

Azjenda: L-unitajiet kollha użati għall-attivitajiet agrikoli mmexxija minn bidwi li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru wieħed.

Bidwi attiv: Bdiewa li jwettqu attivitajiet minimi fuq art miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-rigħi jew għall-kultivazzjoni, jew li l-attivitajiet agrikoli tagħhom mhumiex marġinali. L-Istati Membri għandhom libertà konsiderevoli biex jiddefinixxu l-kriterji dettaljati. L-applikanti jridu jkunu jistgħu juru li jgawdu s-setgħa tat-teħid ta' deċiżjonijiet, il-benefiċċji u li għandhom riskji finanzjarji relatati mal-attività agrikola fuq kull roqgħa art li għaliha huma jkunu applikaw għal drittijiet għall-pagament.

Bidwi: Persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, irrispettivament mill-istatus legali li jingħata lil dan il-grupp u lil-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li l-azjenda tagħha tinsab fl-UE, u li twettaq attività agrikola.

Dritt għall-pagament ("dritt għall-pagament taħt il-BPS"): Dritt trasferibbli li permezz tiegħu bidwi attiv ikun intitolat għal ammont iddikjarat ta' appoġġ jekk jiġi ddikjarat flimkien ma' ettaru wieħed ta' art agrikola eliġibbli.

Ekonomiji tal-qies: il-kapaċità li bidwi jbaxxi l-ispejjeż medji tal-produzzjoni billi jżid l-erjas maħduma.

Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura: Ir-riżultat tan-negozjati taċ-Ċiklu tal-Urugwaj għall-1986–94, fejn il-pajjiżi membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) qablu li jtejbu l-aċċess għas-suq u jnaqqsu s-sussidji ta’ distorsjoni tal-kummerċ fl-agrikoltura.

Konverġenza: Il-proċess tal-aġġustament tad-drittijiet għall-pagament għal valuri aktar ekwi għal kull ettaru. Sal-2019, id-drittijiet għall-pagament se jiġu aġġustati għal valur medju nazzjonali jew reġjonali (konverġenza interna). B'mod parallel, il-valuri tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS se jiġu aġġustati, b'riżultat tad-deċiżjoni tal-UE li tfittex distribuzzjoni aktar ekwa tal-appoġġ dirett fost l-Istati Membri (konverġenza esterna).

Lista negattiva: Lista ta' negozji jew attivitajiet bħal ajruporti, sistemi tal-infrastruttura tal-ilma, servizzi ta’ proprjetà immobbli jew postijiet sportivi u rikreattivi permanenti li ma jitqisux bħala "bdiewa attivi" dment li ma jkunux jistgħu jagħtu prova li l-attivitajiet agrikoli tagħhom mhumiex marġinali.

Pagament ta’ ekoloġizzazzjoni: Pagamenti bbażati fuq l-erja għal prattiki li huma ta' benefiċċju għall-ambjent u l-klima.

Pagamenti diretti (PD): Skemi ta' appoġġ għall-bdiewa li jiġu pprovduti mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija, li komunement jissejjaħ il-“Pilastru 1” tal-PAK. Dawn primarjament għandhom l-għan li jipprovdu appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa, iżda huwa mistenni li jikkontribwixxu wkoll għall-ilħuq ta’ objettivi oħra relatati mal-użu tal-art, bħall-protezzjoni tal-ħamrija, it-tisħiħ tal-bijodiversità u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Hemm limitu massimu baġitarju nazzjonali għal kull Stat Membru.

Politika Agrikola Komuni (PAK): Politika Ewropea mmirata lejn il-produzzjoni vijabbli tal-ikel, l-istabbilizzazzjoni tas-swieq agrikoli, l-introjtu tal-bdiewa, id-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni klimatika, u l-iżvilupp territorjali bbilanċjat fiż-żoni rurali.

Profitti Kbar Mhux Mistennija: Profitt li jseħħ b'mod mhux mistenni, pereżempju minn tibdil fil-leġiżlazzjoni.

Riforma tal-PAK tal-1992: L-ewwel riforma importanti tal-PAK ("ir-riforma MacSharry") li kienet tinvolvi tnaqqis fil-prezzijiet ta' intervent fis-setturi tar-raba' u taċ-ċanga. Bħala kumpens għat-telf mistenni ta' introjtu, ir-riforma introduċiet pagamenti diretti għall-produtturi tar-raba’ li tinħadem u għall-art li trid titneħħa mill-produzzjoni (serħan tal-art).

Riforma tal-PAK tal-2003: Hija introduċiet id-diżakkoppjament tal-pagamenti diretti mill-produzzjoni agrikola biex issaħħaħ l-orjentazzjoni tal-bdiewa lejn is-suq u l-pagamenti huma kkunizzjonati mill-konformità ma' standards bażiċi li jikkonċernaw il-manutenzjoni tal-art, l-ambjent, is-sikurezza alimentari, is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll it-trattament xieraq tal-annimali (magħrufa bħala kundizzjonalità).

Riforma tal-PAK tal-2013: Enfasizzat tliet objettivi ta' politika (il-produzzjoni vijabbli tal-ikel, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni klimatika, u l-iżvilupp territorjali bbilanċjat),li l-ewwel wieħed minnhom isemmi speċifikament l-introjtu agrikolu. Hija kompliet is-sistema ta’ pagamenti diretti diżakkoppjati mill-produzzjoni, li ġiet introdotta mir-riforma tal-PAK tal-2003.

Riżerva nazzjonali: Għall-fini tal-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti primarjament lil bdiewa ġodda jew lil bdiewa li jinsabu f'sitwazzjonijiet speċjali, kull Stat Membru jħaddem riżerva nazzjonali. Ir-riżerva nazzjonali tinkorpora d-differenza bejn il-limitu massimu nazzjonali rispettiv tal-BPS u l-valur totali tad-drittijiet għall-pagament kollha allokati.

Skema ta' Pagament Bażiku (BPS): Skema ta' appoġġ għall-introjtu bażiku għall-bdiewa, ibbażata fuq drittijiet għall-pagament. Sabiex jirċievu pagamenti diretti, il-bdiewa jridu "jattivaw" id-drittijiet għall-pagamenti tagħhom flimkien mal-art agrikola eliġibbli. L-appoġġ huwa indipendenti ("diżakkoppjat") mill-produzzjoni agrikola u mill-introjtu.

Skema ta’ Pagament Uniku: Skema ta' appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa li jkun diżakkoppjat mill-produzzjoni, li ġiet introdotta mir-riforma tal-PAK tal-2003. Sabiex jirċievu pagamenti diretti, il-bdiewa kellu jkollhom drittijiet għall-pagament u "jattivawhom" flimkien mal-art agrikola eliġibbli.

Noti finali

1 Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. L-Istati Membri l-oħra, li ssieħbu fl-UE fl-2004 jew fl-2007, japplikaw skema simili iżda tranżitorja, l-Iskema ta' Pagament Uniku Skont l-Erja (SPUE).

2 Ara l-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 47).

3 Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2011 “Skema ta' Pagament Uniku (L-SPS): kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati biex titjieb il-ġestjoni finanzjarja soda tagħha”.

4 Ir-Rapport Speċjali Nru 8/2014 “Il-Kummissjoni mmaniġġjat b’mod effettiv l-integrazzjoni ta’ appoġġ akkoppjat fl-Iskema ta' Pagament Uniku?”.

5 L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

6 It-Titolu III, il-Kapitolu 1, it-Taqsima 1, tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

7 Dak hekk imsejjaħ "pagament ta’ ekoloġizzazzjoni"; l-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

8 L-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

9 Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. L-Istati Membri l-oħra komplew japplikaw l-SPUE.

10 Ara l-Anness I.

11 L-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

12 Ara l-Premessa 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).

13 Il-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22).

14 L-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

15 L-Artikolu 9(2) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

16 Bħala regola, dawn kienu l-pagamenti medji akkoppjati li l-bdiewa rċevew fis-snin mill-2000 sal-2002.

17 Il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri kkalkulaw id-drittijiet għall-pagament taħt l-SPU unikament fuq il-bażi ta' pagamenti storiċi. Għad-dettalji, ara l-Anness I tar-Rapport Speċjali Nru 5/2011 “Skema ta' Pagament Uniku (L-SPS): kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati biex titjieb il-ġestjoni finanzjarja soda tagħha”.

18 Aġġustamenti oħra jistgħu jseħħu jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jimmodifikaw l-allokazzjoni tal-pagamenti diretti għal skemi speċifiċi, eż., jekk ikunu jeħtieġu aktar (jew inqas) appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ. F'dan il-każ, l-Istati Membri jridu jnaqqsu (jew iżidu) b'mod lineari l-valur tad-drittijiet kollha għall-pagament taħt il-BPS.

19 Ara l-Anness II għall-alternattivi magħżula mill-Istati Membri.

20 Eż. biex jiġi pprevenut li l-art tiġi abbandunata jew f'każijiet ta' force majeure jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali.

21 L-Artikoli 24 sa 26 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

22 Fil-prinċipju, dawn kienu l-pagamenti diretti li bidwi kien irċieva fl-2014 jew il-valur tad-drittijiet taħt l-SPU li kienu proprjetà tiegħu.

23 Id-Danimarka, l-Iżvezja, il-Finlandja u r-Renju Unit (l-Ingilterra) għażlu din l-alternattiva. F'dan il-każ, il-valuri u l-għadd ta’ drittijiet taħt l-SPU għall-2014 kellhom jiġu aġġustati għall-baġit disponibbli taħt il-BPS għall-2015 u għall-erjas eliġibbli. Fl-Ingilterra d-drittijiet kollha taħt l-SPU diġà kellhom valur uniformi reġjonali għal kull ettaru fl-2014.

24 L-Artikolu 317 TFUE.

25 L-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 907/2014 (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18). Il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tnaqqas jew li teskludi mill-finanzjament tal-UE l-pagamenti li l-Istati Membri jagħmlu lill-bdiewa wara li jgħaddu d-dati ta' skadenza legali. F’dan il-każ, l-Istati Membri jridu jiffinanzjaw il-parti tal-pagamenti li l-Kummissjoni ma tirrimborżax mill-baġit proprju tagħhom.

26 Ara l-paragrafu 1.15 u l-Kapitolu 7 tar-Rapport Annwali tagħna għall-2016 dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (ĠU C 322, 28.9.2017, p. 1).

27 Skont id-data li pprovdew l-awtoritajiet Franċiżi, il-valuri proviżorji kienu ta’ bejn 0.5 % u 2.9 % aktar baxxi mill-valuri reali probabbli fl-2015, filwaqt li għas-snin ta' wara l-awtoritajiet kienu għadhom ma għamlu l-ebda kalkolu.

28 Skont il-mudell speċifiku tal-BPS li ġie applikat fl-Ingilterra, id-drittijiet għall-pagament li qabżu l-erjas eliġibbli li l-bdiewa ddikjaraw fl-applikazzjonijiet tagħhom għall-għajnuna kellhom jiġu kkanċellati. Dawk li ma ġewx ikkanċellati kif xieraq setgħu jirriżultaw f'pagamenti irregolari tal-appoġġ fis-snin tat-talba ta’ wara.

29 Skont ir-reġjun, aħna nistmaw li l-impatt kumplessiv għall-Iskozja fuq il-valuri reali b'rata fissa tal-2019 se jkun 2.9 % aktar baxx u 4.6 % ogħla mill-valuri li l-awtoritajiet kienu kkalkulaw.

30 Ara wkoll ir-Rapport Speċjali Nru 25/2016 “Is-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art: għodda utli għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà ta' art agrikola – iżda l-ġestjoni tagħha tista' tittejjeb aktar”.

31 Sabiex ikopru r-riskju finanzjarju, l-awtoritajiet Taljani ddeċidew li jżommu 7 % tal-pagamenti għas-sena ta’ applikazzjoni 2016.

32 F'Lulju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm 3 % tal-pagamenti li kienu jsiru ta’ kull xahar għall-għajnuna relatata mal-erja ddikjarata minn Franza fir-rigward tas-sena 2015, minħabba dewmien sinifikanti fl-aġġornar tal-LPIS.

33 Sas-sena 2017, ortoimmaġnijiet aktar reċenti kienu disponibbli iżda 33 % tal-erja agrikola ma kinitx ġiet aġġornata.

34 L-Artikolu 39(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).

35 Dan kien mirfud mir-rati ta' żball li l-awtoritajiet nazzjonali kienu sabu fil-kontrolli tagħhom relatati mal-annimali, għalkemm mhux l-iżbalji kollha jistgħu jkunu relatati ma’ dgħufijiet fir-reġistru tal-annimali.

36 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta’ dak ir-Regolament, u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 641/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 1 u p. 74).

37 Ara wkoll ir-Rapport Speċjali Nru 7/2017 “Ir-rwol il-ġdid tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni f'dak li jirrigwarda l-infiq taħt il-PAK: pass pożittiv lejn mudell ta' awditu uniku iżda hemm dgħufijiet sinifikanti li jridu jiġu indirizzati”.

38 Il-Premessa 2 tal-Preambolu għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

39 Eż., l-awtoritajiet fi Franza rċevew madwar 360 000 talba għall-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament taħt il-BPS, li 46 000 minnhom kienu jinvolvu modifika tal-ammont ta' referenza u kontrolli tad-dokumenti ta' sostenn. B'mod parallel, huma kellhom jittrattaw madwar 12-il miljun anomalija li identifikaw fil-kontroverifiki mal-LPIS. Huma kellhom jirreklutaw madwar 700 membru tal-persunal temporanju addizzjonali biex ikunu jistgħu jipproċessaw dan l-ammont ta’ xogħol mhux mistenni.

40 Erjas miżmuma b’mod naturali fi stat li huwa adatt għar-rigħi jew għall-kultivazzjoni, erjas li jagħmlu parti minn prattiki lokali stabbiliti għar-rigħi tal-bhejjem u mergħat skarsi.

41 Ara l-Figura 2.

42 L-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

43 Ara l-Anness II. Din l-alternattiva ma kinitx applikabbli f’ħames Stati Membri (id-Danimarka, l-Iżvezja u l-Finlandja ddeċidew li jżommu d-drittijiet taħt l-SPU, filwaqt li l-Ġermanja u Malta kellhom rata fissa tal-BPS fl-2015).

44 Kemm fi Franza kif ukoll fl-Italja, l-awtoritajiet ma setgħux jipprovdu data dwar l-impatt finanzjarju totali tan-nuqqas ta' applikazzjoni tal-klawsola dwar profitti kbar mhux mistennija.

45 Ara l-Anness II.

46 Il-Premessa 10 tal-Preambolu għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Ara wkoll il-paragrafi 29-31 tar-Rapport Speċjali Nru 5/2011.

47 Ara l-paragrafu 61.

48 Għal aktar dettalji ara l-Anness III.

49 L-awtoritajiet Spanjoli qiesu li l-approċċ tagħhom kien pjuttost effettiv, minħabba li fl-2015 huma rċevew madwar 35 000 applikazzjoni għall-għajnuna inqas mill-2014. Huma spjegaw dan it-tnaqqis b'kampanja ta' informazzjoni dwar ir-regoli l-ġodda għall-"bdiewa attivi" u l-"attività agrikola". Madankollu, għal Stati Membri oħra din l-informazzjoni mhijiex disponibbli.

50 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-Proposta Omnibus).

51 Ir-Regolament (UE) Nru 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15. Il-bidla ma taffettwax ir-regoli għall-attivitajiet minimi fuq art miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-rigħi jew għall-kultivazzjoni.

52 F'Ottubru 2017, il-Kunsill u l-Parlament qablu dwar bidliet addizzjonali għar-regoli ta’ eliġibbiltà għall-art, u dan ippermetta lill-Istati Membri jestendu aktar id-definizzjoni ta' bur permanenti għal art li ma fihiex ħaxix jew foraġġ erbaċew.

53 Ara l-paragrafu 36 tar-Rapport Speċjali Nru 5/2011.

54 Ara l-paragrafi 66 sa 68 tar-Rapport Speċjali Nru 5/2011.

55 L-Artikolu 32(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

56 L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 639/2014.

57 L-Artikolu 4(1)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

58 Dawn l-erjas huma sinifikanti fir-Renju Unit (l-Iskozja), fi Spanja, fl-Italja u fil-Greċja iżda wkoll fi Stati Membri oħra li mhumiex koperti mill-awditu tagħna.

59 Il-paragrafi 46, 55 u 58 tar-Rapport Speċjali Nru 5/2011.

60 Il-Premessa 23 tal-Preambolu għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

61 Il-Ġermanja, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, l-Iżvezja (2020), il-Finlandja u r-Renju Unit (bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta' Fuq).

62 Qabel ir-riforma tal-PAK tal-2013, Spanja u l-Italja kienu fil-biċċa l-kbira kumparabbli fid-distribuzzjoni tal-appoġġ dirett.

63 Fil-livell tal-pagamenti, l-Istati Membri jistgħu jtaffu dawn l-effetti billi japplikaw tnaqqis għall-ammonti li jkunu jaqbżu ammont ta’ EUR 150 000 għal kull bidwi jew billi jagħtu pagament ridistributtiv għal kull ettaru lill-bdiewa kollha għal għadd ta' ettari li ma jkunx jaqbeż it-30 ha jew id-daqs medju tal-azjenda agrikola. Il-maġġoranza tal-Istati Membri japplikaw tnaqqis ta' 5 %.

64 Il-livell reali ta’ appoġġ imħallas lil dawn il-bdiewa jrid jiżdied permezz tal-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni li fl-2015 kien jikkorrispondi għal 50.2 % tal-valur tad-drittijiet għall-pagament taħt il-BPS fl-Italja. Fir-Renju Unit (l-Iskozja), skont ir-reġjun fejn kienu jinsabu l-irqajja’ art, f'dik is-sena l-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni kien jammonta għal bejn EUR 83 u EUR 4 għal kull ettaru u fil-Ġermanja (is-Sassonja t’Isfel) għal EUR 87. Fl-Italja u fl-Iskozja, il-bdiewa nissiela tal-ifrat jew tan-nagħaġ setgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jibbenefikaw minn appoġġ akkoppjat li jitħallas għal kull annimal, u l-bdiewa fil-Ġermanja setgħu jibbenefikaw minn pagament ridistributtiv ta' EUR 50 għall-ewwel 30 ha u EUR 30 oħra għall-erja li tilħaq l-46 ha.

65 Ara l-paragrafi 27-31 u 53 tar-Rapport Speċjali Nru 5/2011.

66 Ara https://ec.europa.eu/jrc/en/publication/impact-2013-cap-reform-decoupled-payments-capitalization-land-values.

67 F'awditu ieħor aħna sibna li l-kwantità u l-kwalità tad-data statistika użata biex jiġi analizzat l-introjtu tal-bdiewa kellhom limitazzjonijiet sinifikanti. Ara l-paragrafi 27, 47, 50 u 77 tar-Rapport Speċjali Nru 1/2016 “Is-sistema tal-Kummissjoni għall-kejl tal-prestazzjoni fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa hija mfassla tajjeb u bbażata fuq data soda?”.

68 Il-Greċja, Spanja, Franza (Korsika) u r-Renju Unit (bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta' Fuq). L-Awstrija użat alternattiva speċifika li ppermettiet li ssir l-allokazzjoni ta' għadd aktar baxx ta' drittijiet għall-pagament taħt il-BPS għal żoni muntanjużi.

69 Eż. Franza għall-irqajja' art miżrugħa bil-vinji.

70 Ara l-paragrafu 81 tar-Rapport Speċjali Nru 1/2016.

71 Franza ddeċidiet li tintroduċi sistema ta’ rata fissa għar-reġjun ta’ Korsika biss, li tirrappreżenta 0,6% biss tal-limitu massimu baġitarju ta’ Franza għall-BPS.

 

1 CIRCABC huwa servizz ibbażat fuq l-internet ipprovdut mill-Kummissjoni Ewropea biex ikunu kondiviżi dokumenti mal-Istati Membri.

2 COM(2017) 713 final.

3 Ir-Regolament (UE) 2017/2393 (ĠU L350, 29.12.2017).

4 L-Artikolu 32(2)(b)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

5 Swinnen J. Ciaian P, Kancs d'A. (2008). Study on the functioning of land markets in the EU Member States under the influence of measures applied under the Common Agricultural Policy. Rapport finali. Iċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej (CEPS).

6 Ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni (sommarju eżekuttiv, il-paragrafu V) dwar ir-Rapport Speċjali Nru 1/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: “Is-sistema tal-Kummissjoni għall-kejl tal-prestazzjoni fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa, hija mfassla tajjeb u bbażata fuq data soda?”.

7 Ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni (sommarju eżekuttiv, il-paragrafu VI.b) dwar ir-Rapport Speċjali Nru 1/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: “Is-sistema tal-Kummissjoni għall-kejl tal-prestazzjoni fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa, hija mfassla tajjeb u bbażata fuq data soda?”.

8 COM(2017) 713 final.

9 Ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni (sommarju eżekuttiv, il-paragrafi I u V) dwar ir-Rapport Speċjali Nru 1/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: “Is-sistema tal-Kummissjoni għall-kejl tal-prestazzjoni fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa, hija mfassla tajjeb u bbażata fuq data soda?”.

Avveniment Data
Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu 29.6.2016
L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) 7.12.2017
Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja 7.2.2018
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha 6.3.2018

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi tal-prestazzjoni u tal-konformità tagħha f'dak li jirrigwarda oqsma baġitarji jew suġġetti ta' ġestjoni speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta' introjtu jew ta' nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla I tal-Awditjar, Użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, li hija mmexxija minn Phil Wynn Owen, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn João Figueiredo, Membru tal-QEA. Il-Kap tal-Kompitu kien Sven Kölling. It-tim tal-awditjar kien magħmul minn Blanka Happach u Jan Huth, Viċi Kapijiet tal-Kompitu, Felipe Andres Miguelez, Ingrid Ciabatti, Michail Konstantopoulos u Anžela Poliulianaitė.

Mix-xellug għal-lemin: Ingrid Ciabatti, Michail Konstantopoulos, Blanka Happach, Jan Huth, Sven Kölling, João Figueiredo, Anžela Poliulianaitė

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2018

PDF ISBN 978-92-872-9157-8 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/837120 QJ-AB-18-001-MT-N
HTML ISBN 978-92-872-9180-6 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/96526 QJ-AB-18-001-MT-Q

© L-Unjoni Ewropea, 2018

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: http://europa.eu

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: https://publications.europa.eu/mt/web/general-publications/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara http://europa.eu/contact).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu

Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.