ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

7.3.3. Ir-regoli dwar kif għandhom jinkitbu l-unitajiet monetarji

Meta tuża l-isem (euro)

Meta unità monetarja tissemma b’mod ġenerali iżda l-ammont mhux inkluż, għandha tinkiteb f’ittri, bl-eċċezzjoni tat-tabelli (ara “Meta tuża l-kodiċi ISO (EUR)”):

ammont ta’ euro (fit-testi bil-Malti, m’hemmx plural)
somma ta’ liri sterlini

Meta tuża l-kodiċi ISO (EUR)

Test

Meta unità monetarja tkun ma’ ammont, uża l-kodiċi ISO “EUR” segwit bi spazju fiss (control, shift, space bar) u l-ammont f’ċifri (obbligatorju f’testi legali):

L-ammont meħtieġ huwa EUR 12 500.
Kienet innotata differenza ta’ EUR 1 550.
Tabelli

Meta tindika l-unitajiet ewlenin għat-tabella kollha l-kodiċi ISO u kwalunkwe multiplikatur jidhru fil-parentesi fuq it-tabella, mġennbin fuq il-lemin. F’dan il-każ tintuża t-tipa korsiva:

(EUR)
(EUR miljun)
(EUR biljun)
Atti Legali — Il-Ġurnal Uffiċjali
Euro

F’testi bil-Malti ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, għandu jintuża l-kodiċi ISO “EUR” u l-ammonti għandhom jinkitbu f’ċifri:

EUR 10 000
EUR 1 000 000 (mhux EUR 1 miljun)
Muniti oħrajn

F’testi bil-Malti, għal muniti oħrajn, meta l-unità monetarja tkun ma’ ammont, uża l-kodiċi ISO rilevanti għall-munita segwita bi spazju fiss u l-ammont f’ċifri:

Intlaqgħet somma ta’ GBP 300 u ntefqet is-somma ta’ GBP 250.
Il-Qorti tal-Awdituri

F’testi bil-Malti għall-Qorti tal-Awdituri, għandu jintuża l-kodiċi ISO “EUR” u l-ammonti għandhom jinkitbu f’ċifri:

nefqa ta’ EUR 15 000

Meta jintuża s-sinjal tal-euro (€)

Is-sinjal tal-euro jintuża fil-grafika. Madankollu, l-użu tiegħu huwa permess ukoll f’xogħlijiet popolari u pubblikazzjonijiet promozzjonali (eż. katalogi tal-bejgħ) kif ukoll fi stqarrijiet għall-istampa.

F’sistemi ta’ word processing, is-sinjal tal-euro jinġieb billi wieħed jagħfas simultanjament jew il-buttuna Shift u n-numru 3 jew il-buttuna Alt fuq ix-xellug u 0128. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sinjal tal-euro jistgħu jitniżżlu mis-sit web tal-euro tal-Kummissjoni (https://ec.europa.eu/info/about-european-commission/euro/history-euro/design-euro_en#constructing-the-euro-symbol-for-professionals).

NB:
Fl-HTML, għandhom jitqiesu l-preżentazzjoni finali u l-konfigurazzjoni ta’ dokument. Bħalissa t-testi maħluqa bl-użu tal-Unicode ma jippreżentaw l-ebda problema iżda f’testi antiki maħluqa bl-użu tal-ISO 8859, il-kodiċi HTML “€” juri s-sinjal tal-euro fuq l-iskrin iżda ma jidhirx fuq il-karta stampata. (Din il-problema ġiet superata bl-użu tal-illustrazzjoni gif jew jpg għas-sinjal tal-euro.) Għal testi li se jintużaw fi proċess ta’ produzzjoni u intiżi għat-trasferiment awtomatiku għal sit tal-intranet jew l-Internet, aħjar li tevita l-użu tas-sinjal tal-euro (uża l-kodiċi ISO “EUR” minflok).

Il-pożizzjoni tal-kodiċi ISO (EUR) fl-ammonti

Il-kodiċi ISO “EUR” huwa segwit bi spazju fiss u l-ammont:

somma ta’ EUR 30
NB:
L-istess regola tapplika fl-Ingliż u l-Irlandiż. Fil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-UE l-ordni hu bil-maqlub; l-ammont hu segwit bi spazju fiss u l-kodiċi ISO “EUR”:
une somme de 30 EUR

Il-pożizzjoni tas-sinjal tal-euro (€) fl-ammonti

Is-sinjal tal-euro huwa segwit bl-ammont mingħajr spazju:

somma ta’ €30
NB:
L-istess regola tapplika fl-Ingliż, l-Irlandiż u l-Olandiż. Fil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-UE l-ordni hu bil-maqlub; l-ammont hu segwit bi spazju fiss u s-sinjal tal-euro:
une somme de 30 €

Mal-miljun jew il-biljun

Il-forom li ġejjin jistgħu jintużaw meta qiegħed tirreferi għall-miljun/i jew il-biljun/i:

iċ-ċifri kollha:
EUR 10 000 000
mal-kelmiet miljun jew biljun:
EUR 10 miljun
EUR 15-il biljun
fit-titoli tat-tabelli (ġeneralment bejn il-parentesi):
miljun EUR, biljun GBP
m EUR, bn GBP
10 miljun EUR, 10 biljun GBP
10 m EUR, 10 bn GBP
NB:
“m EUR” jew “bn EUR” jistgħu jintużaw biss meta m’hemmx biżżejjed spazju għall-kitba.
Miljun/biljun mad-deċimali

Meta qed taħdem bid-data baġitarja, hija rrakkomandata l-forma li ġejja.

Sa tliet postijiet deċimali, żomm sal-unità xierqa:
1.326 biljun (mhux 1 326 miljun)
Aktar minn tliet postijiet deċimali, uża unità iżgħar:
1 326.1 miljun (mhux 1.3261 biljun)

B’hekk iċ-ċifri jistgħu jkunu eħfef biex jinqraw u jitqabblu.

Data tal-aħħar aġġornament: 24.7.2019
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss