ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

3.2.2. Ir-referenza għal atti oħrajn

(a)

Fit-titolu

It-titolu ta’ att qatt ma jkun fih it-titolu sħiħ ta’ att ieħor. Fin-noti ta’ qiegħ il-paġna qatt ma ssir referenza għat-titolu ta’ att ieħor.

Data

Normalment ma tissemmiex id-data tal-att imsemmi:

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2010 tal-5 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 (ma tissemmiex id-data) dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru [navigabbiltà] ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol

Id-data tissemma biss meta ma jkunx hemm numru attribwit għall-att:

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/182/UE tal-25 ta’ Frar 2008 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980 li tistabbilixxi l-Kumitat Konsultattiv għall-Programm tal-Fużjoni
Regolament tal-Kummissjoni 2005/769/KE tas-27 ta’ Ottubru 2005 li tistabbilixxi regoli dwar il-ksib ta’ għajnuna f’ikel mill-NGOs awtorizzati mill-Kummissjoni biex jixtru u jimmobilizzaw prodotti li għandhom jiġu forniti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/96 u li tabbroga d-Deċiżjoni tagħha tat-3 ta’ Settembru 1998
L-awtur

L-awtur tal-att imsemmi għandu jissemma biss jekk l-awtur ikun differenti:

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/281 tas-26 ta’ Novembru 2014 li jissostitwixxi l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
NB:
Madankollu biex jiġu evitati ċerti forom ibridi mhux ċari, meta jissemmew bosta atti ta’ awturi differenti, ir-referenza ssir dejjem għall-awturi rispettivi tagħhom (anki jekk dan ikun ifisser li jrid jittenna isem l-awtur tal-att imsemmi), pereżempju:
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 86/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni dwar spezzjonijiet ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi u arranġamenti tekniċi dwar iċ-ċertifikati tal-qabdiet
Id-dikjarazzjoni tas-suġġett

Id-dikjarazzjoni tas-suġġett tista’ titqassar jew titħalla barra:

Regolament (UE) 2015/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (id-dikjarazzjoni tas-suġġett jissemma sħiħ)
Direttiva tal-Kummissjoni 2010/3/UE tal-1 ta’ Frar 2010 li temenda għall-għan ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Annessi III u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE li għandha x’taqsam mal-prodotti kożmetiċi (id-dikjarazzjoni tas-suġġett tqassret)
Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (id-dikjarazzjoni tas-suġġett tħalliet barra)

Il-partijiet “[u] li jemenda …” jew “[u] li jħassar …” fl-att li qiegħda ssir referenza għalih, jitħallew barra:

Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq

Fi ftit kliem, id-data tal-att li jissemma fit-titolu ta’ att ieħor għandha titħalla barra (ħlief f’xi eċċezzjonijiet), u l-awtur jissemma biss jekk ikun differenti, filwaqt li s-suġġett tiegħu għandu jissemma kollu jew parti minnu, jew m’għandha tissemma l-ebda parti minnu skont il-ħtiġijiet tal-awtur.

(b)

Fil-konsiderazzjonijiet

L-atti primarji jissemmew mingħajr referenza f’nota ta’ qiegħ il-paġna. Madankollu, ftehimiet internazzjonali jistgħu jissemmew bit-titolu mqassar tagħhom u/jew b’referenza f’nota ta’ qiegħ il-paġna, ara t-Taqsima 2.2(a).

Madankollu, l-att sekondarju għandu jissemma dejjem bit-titolu sħiħ u warajh tingħata referenza għan-nota ta’ qiegħ il-paġna li tindika l-Ġurnal Uffiċjali fejn ġie ppubblikat:

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

[…]

(1)
ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/30/oj.
NB:
Jekk issir referenza għar-Regolamenti tal-Persunal, tissemma l-parti ewlenija tas-suġġett u wara jitniżżlu biss l-istituzzjoni u n-numru tar-Regolament:
Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1),

[…]

(1)
ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1968/259(1)/oj.
(c)

Fil-premessi, fl-Artikoli u fl-Annessi

Normalment, fil-premessi, fl-Artikoli u fl-Annessi jissemma biss it-titolu mqassar tal-att:

Jekk att jissemma għall-ewwel darba, it-titolu mqassar isemmi isem l-awtur tal-att. Warajh issir referenza għal nota ta’ qiegħ il-paġna li ssemmi t-titolu sħiħ tal-att u l-Ġurnal Uffiċjali fejn ikun ġie ppubblikat:
(5)
Fejn miżuri ta’ ħarsien tan-negozju jsiru meħtieġa, għandhom jiġu adottati skont id-dispożizzjonijiet ġenerali stipulati fir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) […]
(6)
Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/478/oj).

Fil-prinċipju, it-termini normattivi (jiġifieri l-artikoli) m’għandhomx jirreferu għal atti li jkun għadhom ma ssemmewx fil-konsiderazzjonijiet jew fil-premessi.

Meta l-att ikun diġà ssemma fil-konsiderazzjonijiet jew f’xi parti oħra tat-test (ħlief fit-titolu), it-titolu mqassar ma jsemmix l-awtur u warajh ma ssirx nota ta’ qiegħ il-paġna:
2.  Għall-fini tal-Artikoli 5 sa 8 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is- Salvagwardji stabbilit permezz tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/478.

Din ir-regola jaf għandha xi eċċezzjonijiet, l-aktar fejn jidħlu l-annessi li jkun fihom xi formoli jew dokumenti oħrajn li jistgħu jintużaw b’mod separat, u għalhekk ikun meħtieġ li jittenna t-titolu sħiħ u r-referenza tal-Ġurnal Uffiċjali tal-att li jkun diġà ssemma.

F’ġieħ il-leġġibbiltà, il-listi t-twal tal-atti jistgħu jsemmu t-titoli sħaħ fil-kontenut tat-test iżda r-referenzi tal-Ġurnal Uffiċjali jsemmuhom biss fin-noti ta’ qiegħ il-paġna.

Data tal-aħħar aġġornament: 1.10.2023
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss