ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

2.1. It-titolu

It-titolu sħiħ ta’ att ikun fih:

it-tip ta’ att (regolament, direttiva, eċċ.),
in-numru (jiġifieri, l-abbrevjazzjoni(jiet) li japplikaw (“UE”, “Euratom”, “UE, Euratom”, “PESK”), is-sena u n-numru sekwenzjali tal-att),
l-isem l-awtur tal-att,
id-data tal-adozzjoni (id-data tal-firma tal-atti adottati b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill),
is-suġġett,
fl-atti b’numerazzjoni doppja, in-numru assenjat mill-awtur (ara t-Taqsima 1.2.2, “Numerazzjoni doppja”).

Ir-regoli li għandhom jiġu segwiti biex issir referenza għal titolu huma elenkati fit-Taqsima 3.2.

Jekk it-titolu ta’ xi att jiġi emendat b’att ieħor jew huwa s-suġġett ta’ rettifika, it-titolu emendat jew ikkoreġut, minn hemm ’il quddiem, għandu jiġi dejjem iċċitat.

NB:
Fl-ewwel paġna ta’ att, it-terminu “kodifikazzjoni” jew “riformulazzjoni” jista’ jidher taħt it-titolu. Dan it-terminu, dejjem b’ittri żgħar u b’tipa grassa, jitqiegħed taħt it-titolu, fil-parentesi. Ma jissemmiex fir-referenzi għall-att inkwistjoni.
Data tal-aħħar aġġornament: 1.10.2023
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss