Rapport Speċjali
Nru05 2018

Enerġija rinnovabbli għal żvilupp rurali sostenibbli: sinerġiji sinifikanti huma possibbli iżda fil-biċċa l-kbira mhumiex qed jiġu realizzati

Dwar ir-rapport Iż-żieda fl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli hija kruċjali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass serra fl-UE u tad-dipendenza ta’ din fuq il-fjuwils fossili u fuq l-enerġija importata, u għaldaqstant tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista tagħha ta’ enerġija. Barra minn hekk, l-enerġija rinnovabbli jista’ jkollha rwol importanti bħala motivatur tal-iżvilupp sostenibbli f'żoni rurali. Fl-awditu tagħna, aħna sibna li teżisti l-possibilità ta’ sinerġiji bejn il-politika dwar l-enerġija rinnovabbli u l-fondi li huma ddestinati biex jiffaċilitaw l-iżvilupp sostenibbli, iżda li dawn is-sinerġiji għadhom fil-biċċa l-kbira mhumiex qed jiġu realizzati. Il-politika tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli ma tistabbilix b’mod espliċitu biżżejjed il-kundizzjonijiet li jiffaċilitaw rabta b’suċċess bejn l-enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp rurali. Il-finanzjament speċifiku disponibbli għall-iżvilupp rurali jista' jkollu rwol fl-ilħuq tal-miri tal-UE u dawk nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli, iżda l-Istati Membri mhux dejjem taw prijorità lil dawk il-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli li setgħu jikkontribwixxu għal żvilupp rurali sostenibbli.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġej:
PDF
PDF General Report

Sommarju eżekuttiv

I

L-enerġija rinnovabbli hija enerġija ġġenerata minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u mhux ibbażati fuq fossili li jiġu rifornuti tul ħajja ta' bniedem. Kemm il-produzzjoni kif ukoll il-konsum tal-enerġija rinnovabbli fl-UE qed jiżdiedu, iżda għadhom jenħtieġu aktar sforzi biex jintlaħqu l-miri tal-UE għall-enerġija rinnovabbli jiġifieri li sal-2020, 20 % tal-konsum finali tal-enerġija jiġi minn sorsi rinnovabbli, u li dan jitla’ għal tal-inqas 27 % sal-2030. L-użu ta' aktar enerġija rinnovabbli huwa kruċjali biex l-UE tnaqqas l-emissjonijiet ta' gass serra tagħha, sabiex tikkonforma mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-Tibdil fil-Klima. Iż-żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli tista' tnaqqas ukoll id-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili u fuq l-enerġija importata, u b’hekk tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-forniment tal-enerġija tagħha. Jeżistu bosta programmi ta' finanzjament tal-UE u programmi nazzjonali biex jinċentivaw il-produzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli, u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) huwa wieħed minn dawn is-sorsi ta’ fondi tal-UE.

II

L-awditu tagħna eżamina r-rabta bejn l-enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp rurali. Aħna eżaminajna l-qafas ta’ politika tal-UE għall-enerġija rinnovabbli fl-intier tiegħu u kif dan integra aspetti speċifiċi tal-iżvilupp rurali. Aħna vvalutajna jekk il-qafas użat biex jintnefqu l-fondi assenjati għall-iżvilupp rurali kienx tfassal u ġiex implimentat b'mod li jiffaċilita kemm l-użu tal-enerġija rinnovabbli kif ukoll żvilupp rurali sostenibbli.

III

Mix-xogħol tal-awditjar li wettaqna, aħna nikkonkludu li hemm il-possibilità ta’ sinerġiji bejn il-politika dwar l-enerġija rinnovabbli u l-FAEŻR li jistgħu jiffaċilitaw żvilupp rurali sostenibbli iżda, sa issa, dawn is-sinerġiji għadhom fil-biċċa l-kbira mhumiex qed jiġu realizzati.

IV

Filwaqt li bosta studji rrakkomandaw li jittieħed approċċ proattiv biex jiġu sfruttati dawn is-sinerġiji potenzjali, aħna sibna li l-politika tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli tista' tkun aktar espliċita fl-istabbiliment tal-kundizzjonijiet biex ikun hemm rabta aħjar bejn l-enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp rurali. Aħna nirrikonoxxu li ċerti strumenti fil-qafas ta' politika dwar l-enerġija rinnovabbli li ġie propost għandhom il-potenzjal li jtejbu din is-sitwazzjoni. La l-qafas ta’ sostenibbiltà attwali u lanqas dak propost għall-bijoenerġija (li jirreferi għall-produzzjoni u l-użu tal-bijomassa) ma jipprovdu bażi adegwata għall-protezzjoni suffiċjenti ta’ żoni rurali kontra r-riskji ambjentali u soċjoekonomiċi identifikati jew għall-massimizzazzjoni tal-potenzjal tagħhom għal żvilupp sostenibbli ulterjuri.

V

Il-finanzjament speċifiku disponibbli għall-iżvilupp rurali jista' jkollu rwol fl-ilħuq tal-miri tal-UE u dawk nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli, iżda jenħtieġ li dan ikun kumplimentari għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali tal-UE. Madankollu, il-Kummissjoni ma pprovdietx biżżejjed kjarifika jew gwida la f'dan ir-rigward, u lanqas dwar kif il-FAEŻR għandu jikkomplementa l-iskemi ta' finanzjament eżistenti, kemm dawk tal-UE kif ukoll dawk nazzjonali. B'riżultat ta' dan, ħafna mill-Istati Membri li żorna ma pprijoritizzawx dawk il-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli li setgħu jikkontribwixxu għal żvilupp rurali sostenibbli.

VI

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni komprensiva dwar l-infiq tal-FAEŻR favur l-enerġija rinnovabbli fil-perjodu ta' programmazzjoni rurali 2007-2013, u kif dan jidħol fl-infiq globali tal-UE fuq l-enerġija rinnovabbli. Hemm ukoll informazzjoni limitata dwar dak li nkiseb bil-fondi minfuqa. Minkejja ċertu titjib fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, xi dgħufijiet fis-sistema ta' monitoraġġ jippersistu, prinċipalment minħabba l-kumplikazzjonijiet fl-eżerċizzju ta’ programmazzjoni u l-ambitu ristrett tal-indikaturi prinċipali.

VII

Il-kampjun tagħna tal-proġetti awditjati kien jinkludi kemm investimenti li kienu fornew lil partijiet terzi b’enerġija minn sorsi rinnovabbli kif ukoll oħrajn li kienu ġġeneraw l-enerġija għall-użu proprju tas-sidien tal-proġetti. Aħna qisna li ħafna mill-proġetti li żorna rnexxew, minħabba li kellhom impatt ekonomiku u ambjentali pożittiv fuq l-iżvilupp rurali. Madankollu, xi dgħufijiet fil-proċeduri tal-għażla tal-Istati Membri rriżultaw ukoll fil-finanzjament ta' proġetti li kellhom benefiċċju ekonomiku għas-sidien tal-proġetti, iżda li ftit li xejn kellhom impatt ulterjuri fuq iż-żoni rurali.

VIII

Fuq il-bażi ta' dawn is-sejbiet, aħna qed nagħmlu r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

  • Meta jfasslu l-politika futura tagħhom dwar l-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jqisu ċ-ċirkustanzi u l-ħtiġijiet taż-żoni rurali, b'mod partikolari meta jkunu qed istabbilixxu l-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima.
  • Jenħtieġ li l-Kummissjoni, flimkien mal-koleġiżlaturi, tfassal il-qafas ta' politika futur għall-bijoenerġija b'mod li jipprevedi salvagwardji aħjar kontra l-akkwist mhux sostenibbli tal-bijomassa għall-enerġija.
  • Jenħtieġ li l-Kummissjoni tispeċifika l-għan u r-rwol tal-appoġġ mill-FAEŻR għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli.
  • Fir-rigward tal-appoġġ mill-FAEŻR għall-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu, fir-rapporti ta' implimentazzjoni annwali msaħħa tagħhom għall-2019, informazzjoni pertinenti dwar il-kisbiet tal-programmi ta’ proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli.
  • Jenħtieġ li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, tirrinforzal-ħtieġa li jiġu applikati proċeduri tal-għażla rilevanti, sabiex jingħata appoġġ biss lil proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli li jkunu vijabbli u li jkunu ta’ benefiċċju ċar għal żvilupp rurali sostenibbli.

Introduzzjoni

L-enerġija rinnovabbli fl-UE

01

L-enerġija rinnovabbli hija enerġija ġġenerata minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u mhux ibbażati fuq fossili li jiġu rifornuti tul ħajja ta' bniedem. Is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jinkludu l-enerġija mix-xemx u mir-riħ, l-enerġija tal-baħar u l-idroenerġija, l-enerġija ġeotermika u l-bijoenerġija1, 2. It-tipi prinċipali ta' enerġija rinnovabbli, it-teknoloġiji rilevanti u l-applikazzjonijiet tipiċi jidhru fil-Figura 1.

Figura 1

Sorsi ta' enerġija rinnovabbli, teknoloġiji u applikazzjonijiet

Sors: Il-QEA.

02

L-użu ta' aktar enerġija rinnovabbli huwa kruċjali biex l-UE tnaqqas l-emissjonijiet ta' gass serra tagħha, sabiex tikkonforma mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-Tibdil fil-Klima. Iż-żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli tista' tnaqqas ukoll id-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili u fuq l-enerġija importata, u b’hekk tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-forniment tal-enerġija tagħha.

03

Fl-2015, 26.7 % tal-enerġija primarja prodotta madwar l-UE kienet ġejja minn sorsi rinnovabbli (ara l-Figura 2). Il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli kibret minn madwar 120 Mtoe fl-2005 għal 205 Mtoe fl-2015 (żieda ta' 71 %), filwaqt li l-produzzjoni tal-enerġija primarja mill-biċċa l-kbira mis-sorsi l-oħra naqset fl-istess perjodu, kemm f'termini assoluti kif ukoll relattivi3.

Figura 2

Il-produzzjoni tal-enerġija primarja, EU-28, 2015 (% tat-total, ibbażat fuq tunnellati tal-ekwivalenti taż-żejt)

Nota: Fid-dokumenti statistiċi, is-sorsi tal-bijomassa jinkludu l-injam u bijofjuwils solidi oħra; il-bijogass, il-bijofjuwils likwidi; u l-iskart rinnovabbli (bijodegradabbli).

Sors: L-Eurostat (nrg_100a) u (nrg_107a) (http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Energy_production_and_imports u http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Renewable_energy_statistics).

04

Il-Figura 2 turi wkoll li l-bijomassa (inkluża l-frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart) hija bil-wisq l-aktar sors sinifikanti ta' enerġija rinnovabbli fl-UE: din tammonta għal 63.3 % tal-produzzjoni kollha tal-enerġija rinnovabbli. Dan jagħmel is-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija partikolarment importanti għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Fl-2010, 48.5 % (80.7 Mtoe) tal-enerġija rinnovabbli prodotta madwar l-UE kienet ġejja mill-bijomassa tal-forestrija, filwaqt li l-bijomassa agrikola kienet tirrappreżenta 10.6 % (17.6 Mtoe) oħra4.

Il-qafas ta’ politika tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli

05

L-element ewlieni tal-qafas attwali ta’ politika tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli huwa d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Id-Direttiva hija parti integrali mill-pakkett tal-UE dwar il-klima u l-enerġija għall-20205, li tistabbilixxi tliet miri għall-UE kollha li għandhom jintlaħqu sal-2020. Waħda minn dawn il-miri hija li 20 % tal-enerġija kkunsmata fl-UE tiġi prodotta bl-użu ta' riżorsi rinnovabbli6. Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll miri nazzjonali għall-proporzjon ta’ enerġija li għandu jiġi kkunsmat minn sorsi rinnovabbli, li jvarjaw minn 10 % f'Malta għal 49 % fl-Iżvezja7. Hija tistipula wkoll li 10 % tal-enerġija li tintuża fis-settur tat-trasport fl-Istati Membri kollha għandha tiġi minn sorsi rinnovabbli.

06

Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli teħtieġ li l-Istati Membri jadottaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli (NREAP) u li kull sentejn jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-progress tagħhom lejn l-ilħuq tal-miri tagħhom għall-enerġija rinnovabbli. Bl-użu ta' dawn ir-rapporti individwali, il-Kummissjoni tħejji rapport ta' progress li jagħti ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi fil-politika dwar l-enerġija rinnovabbli fl-UE8.

07

Fl-2014, il-Kunsill Ewropew adotta qafas ġdid dwar il-klima u l-enerġija, li jistabbilixxi miri ġodda li għandhom jintlaħqu sal-2030. Dawn jistipulaw li sa dik is-sena, tal-inqas 27 % tal-enerġija tal-UE tkun trid tiġi minn sorsi rinnovabbli9. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għamlet bosta proposti leġiżlattivi, b'mod partikolari fil-pakkett tagħha dwar l-"Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha" (magħruf ukoll bħala l-"Pakkett tax-Xitwa") tat-30 ta’ Novembru 2016. Dan il-pakkett kien jinkludi proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (li f'dan ir-rapport tissemma’ bħala l-proposta għal RED II)10, u din bħalissa tinsab għaddejja mill-proċedura leġiżlattiva.

08

Fil-proposta tagħha għal RED II, il-Kummissjoni pproponiet it-tneħħija ta’ miri nazzjonali vinkolanti għall-Istati Membri. Madankollu, hija kienet teħtieġ li ma jaqgħux lura fil-miri tagħhom għall-2020. Fil-proposta tagħha dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija11, hija kienet teħtieġ li dawn iħejju Pjanijiet Nazzjonali integrati dwar l-Enerġija u l-Klima biex jiżguraw li l-isforzi nazzjonali tagħhom ikunu ambizzjużi u koerenti biżżejjed biex jilħqu l-objettivi tal-UE.

09

Filwaqt li l-enerġija rinnovabbli tirrappreżenta 26.7 % tal-enerġija prodotta fl-UE (ara l-Figura 2), skont ir-Rapport ta' Progress tal-Kummissjoni dwar l-Enerġija Rinnovabbli mill-2017, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-UE f'termini tal-konsum kien laħaq biss is-16 % fl-2014. Dan minħabba li aktar minn nofs il-konsum tal-enerġija tal-UE kien fornut minn importazzjonijiet netti (l-aktar ta’ gass u ta’ żejt mhux raffinat)12. L-istess rapport jiddikjara li l-UE fl-intier tagħha u l-maġġoranza tal-Istati Membri se jilħqu jew se jaqbżu l-miri tagħhom għall-2020. Madankollu, il-projezzjonijiet jantiċipaw ukoll li l-Irlanda, il-Lussemburgu, in-Netherlands u r-Renju Unit mhumiex se jilħqu l-miri nazzjonali tagħhom13.

Skemi ta' appoġġ għall-enerġija rinnovabbli

10

Biex tiġi stimulata l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u biex jintlaħqu l-miri nazzjonali tagħhom għall-enerġija rinnovabbli, l-Istati Membri implimentaw varjetà ta' miżuri ta' politika. Dawn jinkludu inċentivi finanzjarji, bħal tariffi "feed-in" (FITs) jew primjums "feed-in" (FIPs); u miżuri, bħall-obbligi tal-kwota b'ċertifikati ekoloġiċi negozjabbli. Il-kombinamenti ta' dawn l-istrumenti jintużaw spiss, b'mod partikolari fis-settur tal-elettriku. Fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ, l-appoġġ huwa prinċipalment ibbażat fuq għotjiet ta’ investiment u inċentivi fiskali14.

11

L-enerġija rinnovabbli hija prijorità trażversali rilevanti għal ħafna oqsma ta' politika tal-UE. L-UE tipprovdi l-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli taħt bosta programmi ta' finanzjament. Dawn jinkludu l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), kif ukoll il-programmi Orizzont 2020 u LIFE15.

12

Il-Kummissjoni ma setgħetx tipprovdi informazzjoni komprensiva reċenti dwar l-appoġġ finanzjarju globali għall-enerġija rinnovabbli, la mill-programmi tal-UE u lanqas mill-iskemi nazzjonali stabbiliti mill-Istati Membri. Huwa biss l-istudju tal-Ecofys "Subsidies and costs of EU energy” (Sussidji u spejjeż tal-enerġija tal-UE)16 li jipprovdi stimi tas-sussidji annwali għall-enerġija rinnovabbli mill-2008 sal-2012. Skont din id-data, fl-2012 tħallsu EUR 99.4 biljun ta' fondi pubbliċi bħala appoġġ għas-settur tal-enerġija fl-UE, prinċipalment minn baġits nazzjonali, li minnhom EUR 40.32 biljun kienu għall-enerġija rinnovabbli. Il-FITs (EUR 23.8 biljun), il-FIPs (EUR 6.4 biljun) u l-għotjiet ta’ investiment (EUR 4 biljun) kienu t-tipi prinċipali ta' għajnuna allokati għas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

L-enerġija rinnovabbli fi ħdan il-qafas ta’ politika tal-UE għall-iżvilupp rurali

13

Id-dokumenti leġiżlattivi u ta' politika tal-UE jidentifikaw l-impatt pożittiv potenzjali tal-enerġija rinnovabbli fuq l-iżvilupp rurali. Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u l-proposta għal RED II jirreferu għall-opportunitajiet ippreżentati mill-enerġija rinnovabbli għall-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali, “b'mod speċjali f'żoni rurali u iżolati”17.

14

Il-Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji għall-Iżvilupp Rurali għall-2007-201318 u r-Regolament (KE) Nru 1698/200519 jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet fil-kuntest tal-qafas ta’ politika għall-żvilupp rurali. Il-kunsiderazzjonijiet dwar il-potenzjal tal-produzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli f'żoni rurali ġew imfissra aħjar fil-"Kontroll tas-Saħħa", pakkett ta' riformi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) li l-ministri tal-agrikoltura tal-UE qablu dwaru f'Novembru 2008. F'dan il-kuntest, huma rrikonoxxew l-enerġija rinnovabbli bħala waħda minn sitt "sfidi ġodda"20.

15

Fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, l-appoġġ tal-UE għall-iżvilupp rurali, inkluż l-appoġġ għal proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli, jitwassal fi ħdan qafas ġdid. Il-FAEŻR sar wieħed mill-ħames Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE). Dan il-qafas huwa maħsub biex jippermetti li l-fondi differenti jkunu kkoordinati aħjar, bl-għan li titjieb l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv21. L-objettivi strateġiċi tal-istrateġija Ewropa 2020 ġew tradotti fi 11-il objettiv tematiku fil-livell tal-FSIE. Għall-FAEŻR, huma ġew ripartiti ulterjorment f'6 prijoritajiet għall-iżvilupp rurali u fi 18-il qasam ta' prijorità22 (ara l-Figura 3). L-opinjoni tagħna dwar il-proċedura ta' programmazzjoni l-ġdida tingħata fir-Rapport Speċjali Nru 16/2017 "Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati".

Figura 3

Qafas tal-iżvilupp rurali fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, in-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ENRD, Policy overview 2014-2020 (Ħarsa ġenerali lejn il-politika 2014-2020), (adattat) (https://enrd.ec.europa.eu/en/node/1587/policy-overview-2014-2020).

16

L-enerġija rinnovabbli hija koperta mill-qasam ta’ prijorità 5C, li jirreferi għall-“iffaċilitar tal-provvista u l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, prodotti sekondarji, skart u residwi u ta' materja prima oħra mhux tal-ikel, għal skopijiet tal-bijoekonomija”. Dan ifisser li, fil-prinċipju, jenħtieġ li l-miżuri tal-FAEŻR li jappoġġaw l-użu tal-enerġija rinnovabbli jiġu attribwiti għall-qasam ta' prijorità 5C.

17

Fi ħdan il-qafas ta’ politika għall-iżvilupp rurali, l-appoġġ ta’ investiment għall-użu tal-enerġija rinnovabbli huwa suġġett għal ġestjoni kondiviża mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Il-Programmi tal-Iżvilupp Rurali (PŻR) jitfasslu mill-Istati Membri u jiġu approvati mill-Kummissjoni. L-Istati Membri mbagħad jagħżlu l-proġetti li għalihom ikun se jiġi allokat il-finanzjament, abbażi tal-programmi ppreżentati.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

18

Aħna eżaminajna l-qafas għall-enerġija rinnovabbli b'fokus fuq kif huwa integra l-aspetti tal-iżvilupp rurali. Il-mistoqsija prinċipali tal-awditjar tagħna kienet: "L-appoġġ mill-FAEŻR għall-enerġija rinnovabbli qed jiffaċilita l-użu tal-enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp rurali sostenibbli?"

19

Aħna vvalutajna jekk, u kif, l-istrumenti tal-politika dwar l-enerġija rinnovabbli fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri kienu appoġġaw l-iżvilupp rurali b'mod attiv. Il-bijoenerġija hija ta' importanza ewlenija għaż-żoni rurali fejn il-bijomassa, bħall-għelejjel, l-iskart tal-annimali u dak organiku u l-bijomassa tal-injam, huma disponibbli faċilment, iżda ċerti riskji ambjentali u soċjoekonomiċi huma assoċjati magħha (il-paragrafi 23 sa 41).

20

Aħna eżaminajna wkoll il-qafas ta’ politika għall-iżvilupp rurali u l-implimentazzjoni tiegħu fil-livell tal-Istati Membri, sabiex nivvalutaw jekk l-appoġġ mill-FAEŻR għall-enerġija rinnovabbli kienx fil-fatt ikkontribwixxa għall-iżvilupp rurali sostenibbli (il-paragrafi 42 sa 81).

21

Filwaqt li ħadna kont tax-xogħol tal-OECD f'dan il-qasam23, aħna qisna li l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli jikkontribwixxu għall-iżvilupp rurali sostenibbli jekk jipprovdu wieħed jew aktar minn dawn il-benefiċċji li ġejjin:

  • benefiċċji ambjentali,
  • diversifikazzjoni tal-introjtu għall-bdiewa u għas-sidien tal-foresti,
  • impjiegi u opportunitajiet ta' negozju fl-intrapriżi rurali u għalihom,
  • infrastruttura u servizzi ġodda u aħjar tal-enerġija fiż-żoni rurali,
  • sorsi ġodda ta' dħul li jappoġġaw is-servizzi pubbliċi ewlenin u l-infrastruttura fiż-żoni rurali.
22

Aħna wettaqna l-awditu bejn Settembru 2016 u Mejju 2017, u ġbarna evidenza għall-awditjar minn dawn is-sorsi li ġejjin.

  • Analiżijiet dokumentarji u intervisti mal-persunal minn erba' Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea: id-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali (AGRI), id-DĠ Enerġija (ENER), id-DĠ Ambjent (ENV), u d-DĠ Azzjoni Klimatika (CLIMA).
  • Żjarat tal-awditjar lil ħames Stati Membri: il-Bulgarija, Franza (in-Normandija t’Isfel), l-Italja (it-Toskana), il-Litwanja u l-Awstrija. Dawn l-Istati Membri ntgħażlu minħabba li jkopru 53 % tal-infiq ippjanat għall-qasam ta' prijorità 5C u sabiex jipprovdu firxa ġeografika bbilanċjata. Aħna analizzajna l-ħames PŻR rilevanti u dokumenti rilevanti oħra, u intervistajna membri tal-persunal mill-awtoritajiet maniġerjali għall-iżvilupp rurali tal-Istati Membri, mill-aġenziji tal-pagamenti u mill-ministeri tal-enerġija. Aħna wettaqna żjarat fuq il-post fir-rigward ta’ 29 proġett relatat mal-enerġija rinnovabbli mill-perjodi ta' programmazzjoni 2007-2013 u 2014-2020, u intervistajna lill-maniġers tal-proġetti (ara l-Anness II); il-proġetti li żorna kienu prinċipalment investimenti f'installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli, iżda kienu jinkludu wkoll għadd ta' proġetti ta' sostenn: pereżempju, proġetti ta’ ġestjoni tal-foresti, jew investimenti f’faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-laqx jew tal-gerbub tal-injam.
  • Stħarriġ qasir ta' sitt Stati Membri (l-Irlanda, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovenja) li kienu allokaw jew ammont żgħir biss ta' finanzjament mill-FAEŻR, jew inkella l-ebda finanzjament, għall-qasam ta' prijorità 5C. L-għan tagħna hawnhekk kien li nsibu għalfejn dan kien il-każ.
  • Laqgħat ta' konsultazzjoni ma’ partijiet interessati rilevanti, inklużi l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Bijomassa (AEBIOM) u l-BirdLife, biex niddiskutu l-benefiċċji potenzjali u r-riskji għas-sostenibbiltà tal-bijoenerġija.

Osservazzjonijiet

Il-qafas ta’ politika tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli jista' jisfrutta aħjar l-opportunitajiet għall-użu tal-enerġija rinnovabbli f’żoni rurali, filwaqt li jimmitiga r-riskji relatati magħha

23

F'din it-taqsima, aħna eżaminajna jekk il-qafas ta’ politika dwar l-enerġija rinnovabbli jħeġġiġx il-benefiċċji potenzjali offruti mill-enerġija rinnovabbli f’żoni rurali, filwaqt li jimmitiga r-riskji ambjentali u soċjoekonomiċi assoċjati. Aħna ffukajna fuq il-każ partikolari tal-bijoenerġija, billi l-bijoenerġija hija l-enerġija rinnovabbli li hija l-aktar konnessa b'mod evidenti maż-żoni rurali.

L-opportunitajiet li l-enerġija rinnovabbli toffri għall-iżvilupp rurali ma ġewx sfruttati biżżejjed

Studji juru l-effetti pożittivi potenzjali tal-enerġija rinnovabbli fuq l-iżvilupp rurali …
24

Bosta studji jindikaw li l-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli jistgħu jiġu żviluppati għall-vantaġġ tal-interessi lokali u għall-iżvilupp rurali sostenibbli24. Pereżempju, l-enerġija rinnovabbli tista' toħloq impjiegi diretti (pereżempju t-tħaddim u l-manutenzjoni tat-tagħmir), iżda l-biċċa l-kbira mill-impjiegi fuq terminu twil huma indiretti, u jistgħu jinstabu tul il-katina ta’ provvista kollha (kostruzzjoni, manifattura, jew fil-każ tal-bijomassa, fil-forestrija u fl-agrikoltura). F'xi każijiet, l-istudji li eżaminajna wrew li l-kostruzzjoni tal-komponenti għall-pannelli solari jew għat-turbini eoliċi kien irnexxielhom iqajmu mill-ġdid il-faċilitajiet tal-manifattura eżistenti li qabel ma kinux jintużaw għall-produzzjoni tal-enerġija. Xi studji rrappurtaw innovazzjonijiet (eż. l-iżvilupp ta' prodotti, prattiki u politiki ġodda) fiż-żoni rurali b'installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli. L-enerġija rinnovabbli tista' tkun sors ġdid ta' dħul għall-bdiewa jew għas-sidien tal-foresti, iżda wkoll għas-sidien tal-art jew għall-awtoritajiet lokali. Barra minn hekk, billi jipproduċu l-enerġija proprja tagħhom, il-komunitajiet rurali jistgħu jsiru inqas dipendenti fuq il-varjazzjonijiet fil-prezz ta’ fjuwils konvenzjonali.

25

Madankollu, sabiex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji ekonomiċi tal-użu tal-enerġija rinnovabbli għaż-żoni rurali, l-istudji jenfasizzaw il-ħtieġa għal approċċ għall-politika ta' żvilupp rurali li jkun adattat sew għall-kundizzjonijiet u l-opportunitajiet lokali, u li jiffoka fuq il-kompetittività taż-żoni rurali. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jitqiesu ċerti fatturi ewlenin (ara l-Kaxxa 1).

Kaxxa 1

Fatturi ewlenin għall-irbit b'suċċess tal-enerġija rinnovabbli mal-iżvilupp rurali

L-OECD, fl-istudju tagħha "Linking Renewable Energy to Rural Development" (Norbtu l-Enerġija Rinnovabbli mal-Iżvilupp Rurali) identifikat il-fatturi ewlenin li ġejjin25:

  • L-integrazzjoni tal-istrateġiji għall-enerġija fl-istrateġija ta’ żvilupp ekonomiku lokali sabiex jirriflettu l-potenzjal u l-ħtiġijiet lokali.
  • L-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli f'katini ta’ provvista akbar f'ekonomiji rurali, bħall-agrikoltura, il-forestrija, il-manifattura tradizzjonali u l-ekoturiżmu.
  • Il-limitazzjoni tas-sussidji kemm fl-ambitu kif ukoll fid-durata, u l-użu esklussiv tagħhom biex jitħeġġu proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli li jkunu diġà kważi vijabbli fis-suq.
  • L-evitar tal-impożizzjoni ta' tipi ta' enerġija rinnovabbli fuq żoni li mhumiex adattati għalihom.
  • Il-fokus fuq teknoloġiji relattivament maturi bħas-sħana mill-bijomassa, idroenerġija u enerġija mir-riħ fuq skala żgħira.
  • Il-ħolqien ta' sistema tal-enerġija integrata bbażata fuq grilji żgħar li kapaċi jappoġġaw attivitajiet ta’ manifattura.
  • Ir-rikonoxximent li l-enerġija rinnovabbli tikkompeti ma' setturi oħra għall-inputs, partikolarment mal-art.
  • Il-valutazzjoni ta' proġetti potenzjali bl-użu tal-kriterji ta’ investiment, u mhux fuq il-bażi ta’ livelli ta’ sussidju fuq terminu qasir.
  • L-iżgurar tal-aċċettazzjoni soċjali lokali billi jiġu żgurati benefiċċji ċari għall-komunitajiet lokali u dawn jiġu involuti fil-proċess.
26

L-esperjenzi mill-użu tal-enerġija rinnovabbli f’żoni rurali fin-Norveġja, fl-Iżvezja u fil-Finlandja jenfasizzaw l-importanza tal-kooperazzjoni lokali sabiex jitrawmu l-użu tal-enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp rurali. Dawn l-eżempji jinvolvu l-aktar il-bijomassa tal-foresti26. Il-mudell tipiku ta' dawn il-"komunitajiet tal-bijoenerġija" jinvolvi l-produtturi tal-bijomassa, l-industriji tat-trasformazzjoni tal-foresti, l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet lokali tas-soċjetà ċivili. Dawn il-partijiet interessati spiss jaħdmu flimkien ma' konsulenzi jew istituzzjonijiet ta' riċerka.

… iżda l-politika tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli tista’ tfittex li tikseb dawn il-benefiċċji b'mod aktar attiv
27

Aħna sibna li l-qafas ta’ politika attwali tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli jista’ jħeġġeġ b'mod aktar effettiv il-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli li huma ta' benefiċċju għaż-żoni rurali.

  1. Id-dokumenti leġiżlattivi u ta’ politika tal-UE jsemmu l-impatt pożittiv potenzjali tal-enerġija rinnovabbli fuq l-iżvilupp rurali. Madankollu, minkejja li fil-premessi tagħha, id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli tirreferi għad-dimensjoni tal-iżvilupp rurali tal-użu tal-enerġija rinnovabbli, ma hemmx dispożizzjonijiet speċifiċi fil-parti leġiżlattiva tad-Direttiva relatati mal-promozzjoni tal-iżvilupp rurali.
  2. Ftit li xejn issir konnessjoni bejn l-enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp rurali fl-NREAPs u fir-rapporti ta' progress rilevanti. Il-FAEŻR rari jissemma bħala sors ta' finanzjament għall-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli. Jidher li hemm ukoll nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-ministeri differenti li jittrattaw l-enerġija rinnovabbli u l-politika ta' żvilupp rurali fl-Istati Membri li saritilhom żjara.
28

Is-sejbiet tagħna huma appoġġati mill-istudju “Impacts of Renewable Energy on European Farmers” (L-Impatti tal-Enerġija Rinnovabbli fuq il-Bdiewa Ewropej) (Diċembru 2011) u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), li jissuġġerixxu li l-Istati Membri kien imisshom żviluppaw strateġiji biex jorbtu l-iżvilupp rurali mal-użu ta’ enerġiji rinnovabbli, iżda ma kinux għamlu dan27.

29

Minkejja dan, f'xi Stati Membri, aħna sibna wkoll eżempji tajbin ta' strateġiji li jikkonċernaw l-enerġija rinnovabbli li jieħdu inkunsiderazzjoni d-dimensjoni rurali (ara l-Kaxxa 2).

Kaxxa 2

Eżempji tajbin ta' strateġiji għall-enerġija rinnovabbli li jieħdu inkunsiderazzjoni ż-żoni rurali

Fl-Awstrija, il-programm “Klima- und Energie-Modellregionen” (KEM) ilu jiġi ffinanzjat taħt il-fond nazzjonali għall-klima u l-enerġija mill-2009. Dan jistieden lir-reġjuni biex jiżviluppaw u jimplimentaw kunċetti minn isfel għal fuq dwar l-azzjoni dwar il-klima u l-enerġija, biex jissodisfaw id-domanda għall-enerġija b'taħlita intelliġenti ta' ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, titjib fl-effiċjenza fl-enerġija u kontrolli intelliġenti skont il-potenzjal u l-ħtiġijiet proprji tagħhom. Bħalissa, 99 reġjun qed jieħdu sehem fil-programm KEM, li jkopri 65 % tal-Awstrija rurali.

Franza għandha pjan strateġiku għad-diġestjoni anaerobika li huwa ddedikat għaż-żoni rurali, imsejjaħ EMAA (plan Énergie Méthanisation Autonomie Azote). L-objettiv tiegħu huwa li, sal-2020, jinbnew 1 000 diġestur anaerobiku f’azjendi agrikoli fi Franza. L-EMAA għandu l-għan li jiżviluppa mudell Franċiż biex jimmassimizza l-esternalitajiet pożittivi tad-diġestjoni anaerobika (bħat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass serra jew l-irkupru ta’ tipi differenti ta’ skart organiku) u jipprovdi sors addizzjonali ta’ introjtu għall-bdiewa. Fi tmiem l-2015, kien hemm 236 diġestur anaerobiku f’azjendi agrikoli fi Franza.

30

Id-dikjarazzjoni mill-Konferenza Ewropea dwar l-Iżvilupp Rurali f'Cork f'Settembru 201628 tirrakkomanda “mekkaniżmi ta' protezzjoni taż-żoni rurali” biex jiġi żgurat li l-potenzjal rurali għat-twassil ta’ soluzzjonijiet innovattivi, inklużivi u sostenibbli jkun rifless fil-politiki u fl-istrateġiji tal-Unjoni. Il-protezzjoni taż-żoni rurali għandha l-għan li ssib l-aħjar modi kif jitwasslu l-politiki fiż-żoni rurali u li tiżgura li ż-żoni rurali jirċievu eżiti ta’ politika ekwi29. F'Mejju 2017, il-Kummissjoni ddikjarat li hija bdiet tinvestiga studji rilevanti u l-esperjenzi tal-Istati Membri. Ir-riżultati ta' dan ix-xogħol jistgħu jintużaw biex jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' protezzjoni taż-żoni rurali.

31

Fil-pakkett tagħha "Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha" (ara l-paragrafu 7), il-Kummissjoni pproponiet għadd ta' dispożizzjonijiet u għodda li jistgħu jsaħħu l-effetti pożittivi potenzjali tal-użu tal-enerġija rinnovabbli għall-iżvilupp rurali.

  1. Pjanijiet integrati dwar l-klima u l-enerġija biex jissostitwixxu l-NREAPs li, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, se jintegraw aħjar it-tħassib taż-żoni rurali u tal-awtoritajiet differenti inkarigati filwaqt li jissimplifikaw ir-rappurtar billi jevitaw id-duplikazzjoni.
  2. Ir-Regolament dwar il-Governanza30 jeħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-partijiet interessati kollha u jużaw aħjar is-sinerġiji fis-setturi differenti.
  3. Il-proposta għal RED II tal-Kummissjoni introduċiet dispożizzjonijiet li jikkonċernaw prosumaturi rinnovabbli u komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli31. L-iskop tagħhom kien li jagħtu s-setgħa lill-prosumaturi biex jiġġeneraw, jaħżnu, jikkunsmaw u jbigħu l-elettriku rinnovabbli mingħajr ma jiffaċċjaw piżijiet sproporzjonati, u li jippermettu li l-komunitajiet lokali jinvolvu lilhom infushom u jgħinu fl-iżvilupp ta' strateġiji speċifiċi li jtejbu l-aċċettazzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli, biex b'hekk jisfruttaw il-potenzjal li jeżisti fiż-żoni rurali.

Aħna nqisu dawn il-proposti tal-Kummissjoni bħala passi utli lejn titjib fl-integrazzjoni tad-dimensjoni rurali fil-politika tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli.

Il-qafas ta’ politika tal-UE għall-enerġija rinnovabbli ma jindirizzax għalkollox ir-riskji ambjentali u soċjoekonomiċi tal-bijoenerġija għaż-żoni rurali

32

Il-bijoenerġija mhijiex sinonimu għall-enerġija sostenibbli. Is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija tiddependi ħafna fuq kif il-bijomassa tiġi prodotta u użata. Il-produzzjoni u l-użu tal-bijomassa jistgħu jkunu mhux sostenibbli, pereżempju jekk ikollhom impatt negattiv fuq in-nies, fuq l-ambjent jew fuq ir-riżorsi naturali b'mod li jikkomprometti l-kapaċità tal-ġenerazzjonijiet futuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom.

33

Il-bijoenerġija hija l-enerġija rinnovabbli li hija l-aktar konnessa b'mod ċar maż-żoni rurali. Il-materja prima32 li tintuża għall-produzzjoni tal-bijoenerġija hija, kważi fil-każijiet kollha, estratta minn żoni rurali. It-tkabbir u l-estrazzjoni tal-bijomassa agrikola u tal-forestrija jipprovdu opportunitajiet għad-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-azjendi agrikoli, opportunitajiet ta' impjiegi u ta’ negozju, u opportunitajiet biex jiġu pprovduti servizzi rurali ġodda.

34

Meta l-bijomassa solida, il-bijogass jew il-bijometan jissostitwixxu l-użu tal-fjuwils fossili konvenzjonali, huwa jkollhom il-potenzjal li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gass serra, kif jidher fil-Figura A1 u A2 fl-Anness I. Dan il-potenzjal ivarja, skont is-sistema ta’ produzzjoni tal-bijomassa agrikola jew tal-foresti, u skont is-sistema ta’ produzzjoni tal-bijogass u tal-bijometan.

35

Madankollu, il-bijoenerġija tinvolvi wkoll riskji ambjentali u soċjoekonomiċi għaż-żoni rurali. Pereżempju, it-tibdil fl-użu tal-art, l-intensifikazzjoni tal-ġestjoni tal-foresti jew il-kultivazzjoni intensiva tal-għelejjel għall-enerġija jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-bijodiversità, għad-degradazzjoni tal-ħamrija jew għal nuqqas u tniġġis tal-ilma (ara l-Kaxxa 3). Il-kombustjoni tal-bijomassa tal-injam tista' twassal ukoll għal emissjonijiet ogħla ta' ċerti sustanzi niġġiesa li jagħmlu ħsara lill-arja33, u hemm diskussjonijiet li għadhom għaddejjin dwar jekk il-bijomassa tal-injam hijiex verament newtrali fil-karbonju (ara l-Kaxxa A1)34. Aħna identifikajna 16-il riskju ambjentali u soċjoekonomiku assoċjat mal-produzzjoni u l-użu tal-bijoenerġija (ara t-Tabella 1, kif ukoll it-Tabelli A2 u A3 fl-Anness I)35. Il-Kummissjoni analizzat ir-riskji assoċjati mal-produzzjoni u mal-użu tal-bijoenerġija fil-Valutazzjoni tal-Impatt tagħha dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijoenerġija, imħejjija għar-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli36.

Kaxxa 3

L-inċentivi għall-produzzjoni tal-bijogass fil-Ġermanja kkawżaw kultivazzjoni mhux sostenibbli ta’ għelejjel għall-enerġija

Il-Ġermanja hija l-akbar produttur ta' bijogass fl-Ewropa (hija għandha 10 846 faċilità tal-produzzjoni, li jammontaw għal 63 % tat-total tal-UE). L-elettriku mill-bijogass jirrappreżenta 16.8 % tal-elettriku rinnovabbli kollu ġġenerat fil-Ġermanja37.

Il-produzzjoni tal-bijogass kienet inċentivata bil-qawwi wara s-sena 2000 permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Sorsi ta' Enerġija Rinnovabbli (EEG). Skont dak l-att, l-installazzjonijiet tal-bijogass ingħataw konnessjoni ta' prijorità mal-grilja elettrika. Kienu wkoll kapaċi jbigħu l-elettriku/il-bijogass fuq tariffa "feed-in" fissa għal 20 sena. It-tibdil fl-EEG fl-2004 u fl-2009 introduċa bonusijiet addizzjonali, bħal bonus għall-użu ta’ għelejjel għall-enerġija. Ħafna mill-installazzjonijiet tal-bijogass fil-Ġermanja użaw taħlita ta' għelejjel għall-enerġija u demel bħala materja prima.

Fl-2013, erja ta' madwar 1 157 000 ettaru (6.9 % tal-erja agrikola użata) intużat biex tipproduċi għelejjel għall-enerġija, prinċipalment is-silaġġ tal-qamħirrum (73 %). Madankollu, iż-żieda fl-użu tal-għelejjel għall-enerġija, b'mod partikolari l-qamħirrum, kienet iġġenerat kontroversji bħal kwistjonijiet ta' kompetizzjoni (l-użu tal-bijomassa, l-użu tal-ħamrija), żieda fil-kirjiet tal-art, tibdil fl-użu tal-art (newba iqsar tal-għelejjel, aktar ħrit, inqas mergħat permanenti) u eċċessi ta' nutrijenti, u wasslet ukoll għal problemi ta' aċċettazzjoni mill-popolazzjoni38 39.

Bosta modifiki tal-EEG fl-2012, fl-2014 u fl-2017 (pagamenti mnaqqsa, abolizzjoni tal-bonusijiet, eċċ.) kellhom l-għan li jnaqqsu l-pass tat-tkabbir tas-settur u ħeġġew l-użu ta’ skart aktar milli ta’ għelejjel għall-enerġija. Reċentement, sar tibdil simili fil-leġiżlazzjoni fl-Italja, it-tieni l-akbar produttur ta’ bijogass fl-Ewropa40.

36

Il-leġiżlazzjoni tal-UE attwalment fis-seħħ41 tistabbilixxi l-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijofjuwils u l-bijolikwidi42. Billi dawn il-kriterji ġew adottati fl-2009 u emendati fl-2015, id-diskussjonijiet dwar is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija għadhom għaddejjin. B'riżultat ta' dan, fil-pakkett tagħha "Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha", il-Kummissjoni ppreżentat kriterji ta' sostenibbiltà li jkunu japplikaw ukoll għal tipi oħra ta' bijoenerġija, bħall-bijoenerġija minn fjuwils solidi u gassużi tal-bijomassa użati għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u tat-tisħin.

37

Il-proposta tal-Kummissjoni fiha żewġ tipi ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà:

  1. kriterji li jistabbilixxu ċerti limiti rigward il-produzzjoni tal-fjuwils tal-bijomassa mill-agrikoltura u l-forestrija, u
  2. kriterji li jeħtieġu perċentwal minimu ta' tnaqqis ta' emissjonijiet ta’ gass serra għal installazzjonijiet differenti li jużaw il-bijofjuwils, il-bijolikwidi u l-fjuwils tal-bijomassa.
38

Aħna eżaminajna jekk, u sa liema punt, il-kriterji jkoprux ir-riskji li identifikajna, u jekk il-qafas propost43 jipprovdix bażi adegwata għall-użu sostenibbli tal-enerġija rinnovabbli f'żoni rurali.

39

Il-kriterji inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni mhumiex kundizzjoni vinkolanti għall-introduzzjoni tal-bijoenerġija fis-suq; dawn ikunu vinkolanti biss meta:

  1. il-produzzjoni tal-bijoenerġija titqies li tkun qed tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-mira għall-enerġija rinnovabbli kif ukoll biex titkejjel il-konformità mal-obbligi relatati mal-enerġija rinnovabbli, u
  2. ikun qed jiġi ddeterminat liema bijomassa użata għall-produzzjoni tal-enerġija tkun eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju.
40

Il-proposta ma tkoprix l-għelejjel u t-tipi kollha ta’ użu, u lanqas bosta tipi ta' installazzjoni (ara l-paragrafu A3). Mis-16-il riskju li konna identifikajna, 3 biss ġew indirizzati għalkollox fil-proposta għal RED II, u 2 f'atti leġiżlattivi oħra; 11-il riskju ieħor bħal dawn kienu ġew indirizzati parzjalment. Ir-riskji li mhumiex indirizzati huma prinċipalment marbuta mal-intensifikazzjoni tal-prattiki agrikoli u l-ġestjoni tal-foresti, il-ħruq tal-bijomassa u l-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa matul il-bqija taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bijoenerġija (ara t-Tabella 1, kif ukoll it-Tabelli A2 u A3 fl-Anness I). L-analiżi u l-konklużjonijiet dettaljati tagħna li jappoġġaw it-Tabella 1 huma ppreżentati fl-Anness I.

Tabella 1

Kopertura tar-riskji għas-sostenibbiltà relatati mal-bijoenerġija fil-proposta tal-Kummissjoni għal RED II

  Riskji għas-sostenibbiltà Ir-riskju ġie indirizzat?
(1) It-tnaqqis fil-bijodiversità

1(a)minħabba tibdil dirett fl-użu tal-art (eż. deforestazzjoni, telf ta' żoni protetti)

 

1(b)minħabba intensifikazzjoni tal-prattiki agrikoli (eż. it-telf tad-diversità tal-għelejjel)

 

1(c)minħabba intensifikazzjoni tal-ġestjoni tal-foresti

 
(2) Id-degradazzjoni tal-ħamrija

2(a)minħabba tibdil dirett fl-użu tal-art (li jwassal għal eż. telf tal-karbonju fil-ħamrija, erożjoni)

 

2(b)minħabba intensifikazzjoni tal-prattiki agrikoli (li twassal għal eż. kompressjoni, telf tal-fertilità tal-ħamrija, erożjoni)

 

2(c)minħabba intensifikazzjoni tal-ġestjoni tal-foresti (li twassal għal eż. telf tal-fertilità tal-ħamrija fil-foresti minħabba l-estrazzjoni tan-nutrijenti – residwi tal-foresti)

 
(3) In-nuqqas ta' ilma u t-tniġġis

3(a)minħabba tibdil dirett fl-użu tal-art (eż. tibdil fil-bilanċ tal-ilma)

 

3(b)minħabba intensifikazzjoni tal-prattiki agrikoli (eż. tisqija, fertilizzazzjoni)

 

3(c)minħabba intensifikazzjoni tal-ġestjoni tal-foresti (eż. tibdil fil-bilanċ tal-ilma)

 
(4) L-emissjonijiet ta' gass serra (GHG)

4(a)minħabba emissjonijiet ta' gass serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja bl-esklużjoni tal-karbonju bijoġeniku (eż. użu ta’ fertilizzanti, trasport tal-bijomassa, tnixxija tal-metan mill-impjanti tal-bijogass)

 

4(b)minħabba effetti indiretti (eż. tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC) minħabba l-ispostament tal-għelejjel tal-ikel, foresti iżgħar)

 

4(c)minħabba emissjonijiet tas-CO2 mill-ħruq tal-bijomassa (emissjonijiet bijoġeniċi)

 
(5) It-tniġġis tal-arja

5(a)minħabba l-ħruq tal-bijomassa (eż. materja partikolata, SO2…)

 

5(b)minħabba emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa matul il-kumplament taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bijoenerġija (eż. trasport tal-bijomassa)

 
(6) Soċjoekonomiku

6(a)Użu ineffiċjenti tal-bijomassa (inklużi n-nuqqas ta' applikazzjoni tal-prinċipju ta' użu kaskata, metodi ta' konverżjoni subottimali mill-bijomassa għall-enerġija)

 

6(b)Kompetizzjoni mat-tipi ta’ użu eżistenti (eż. produzzjoni tal-ikel, injam għall-industrija tal-karta u tal-polpa)

 

Didaskalija:

     
Riskju indirizzat Riskju indirizzat parzjalment Riskju mhux indirizzat

Sors: Il-QEA.

41

L-istabbiliment tal-miri għall-enerġija rinnovabbli, flimkien mal-iskemi ta' appoġġ pubbliku għall-bijoenerġija, jistimula l-użu tal-bijoenerġija. Dan kien il-każ sa minn kmieni fis-snin 2000, speċjalment għat-trasport u l-produzzjoni tal-elettriku. Parti minn din il-bijoenerġija hija importata: fl-2015, l-UE importat 34 % tal-gerbub u 9.5 % tal-bijofjuwils likwidi li kkunsmat44. Fin-nuqqas ta' biżżejjed salvagwardji (kriterji ta’ sostenibbiltà dgħajfa), aħna nqisuh bħala riskju li l-proposta għal RED II tħeġġeġ il-produzzjoni u l-użu tal-bijoenerġija permezz ta' miri ambizzjużi għall-enerġija rinnovabbli flimkien ma' inċentivi finanzjarji, minħabba li fuq terminu twil dan jista' jwassal għal żieda fl-użu ta’ bijomassa mhux sostenibbli. Għalhekk, il-qafas propost ma jipprovdix bażi adegwata biex jiġi mmassimizzat il-potenzjal taż-żoni rurali għall-iżvilupp sostenibbli.

L-infiq mill-FAEŻR favur l-enerġija rinnovabbli ma jikkontribwix biżżejjed għall-iħuq tal-miri għall-iżvilupp rurali

42

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiffinanzjaw l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli permezz tal-FAEŻR. Il-politika ta' żvilupp rurali tal-UE hija maħsuba biex tgħin liż-żoni rurali tal-UE jilħqu l-isfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjali. Għalhekk, huwa ċar li l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli ffinanzjatji permezz tal-FAEŻR għandhom ikunu ta' benefiċċju għaż-żoni rurali. Fit-taqsimiet li ġejjin, aħna neżaminaw jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri fasslux u implimentawx strateġiji u miżuri adegwati, u jekk humiex kapaċi jiddimostraw il-kisbiet tal-appoġġ mill-FAEŻR kemm għall-użu tal-enerġija rinnovabbli kif ukoll għall-iżvilupp rurali sostenibbli.

L-enerġija rinnovabbli mhijiex meqjusa b'mod adegwat fl-eżerċizzju ta’ programmazzjoni tal-iżvilupp rurali

43

Il-FAEŻR għandu l-potenzjal li jappoġġa proġetti li jikkontribwixxu kemm għall-użu tal-enerġija rinnovabbli kif ukoll għall-iżvilupp rurali sostenibbli. Biex jiġi promoss valur aħjar għall-flus, jenħtieġ li l-finanzjament mill-FAEŻR għall-enerġija rinnovabbli jinbena fuq strateġija soda, u jiġi pprovdut skont il-ħtiġijiet identifikati u kkwantifikati b'mod sod. Dan għandu jiġi kkoordinat ukoll ma' sorsi ta' finanzjament disponibbli oħra u ma’ strumenti oħra ta' politika, bħall-NREAPs.

44

Il-benefiċjarji tal-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli jistgħu jirkupraw xi ftit mill-ispejjeż tal-investimenti permezz tal-bejgħ tal-enerġija prodotta bi prezzijiet preferenzjali jew tas-suq, jew billi jtejbu l-prestazzjoni ekonomika tal-operazzjonijiet tagħhom. Madankollu, meta l-appoġġ ta’ investiment mill-FAEŻR ikun issupplimentat b'FITs attraenti, hemm ir-riskju ta' kumpens żejjed u għajnuna mill-Istat illegali bħala forma ta' vantaġġ finanzjarju għall-benefiċjarji, fatt li ġie kkonfermat minn awditu tal-Kummissjoni fil-Bulgarija. L-approċċi differenti fl-Istati Membri li żorna huma jidhru fil-Kaxxa 4.

Kaxxa 4

Approċċi differenti tal-Istati Membri biex jikkombinaw l-appoġġ mill-FAEŻR u t-tariffi "feed-in"

Fil-Bulgarija u fi Franza, il-kombinament tal-FIT u tal-appoġġ mill-FAEŻR kien permess fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013. Wara awditu li sar fil-Bulgarija, il-Kummissjoni pproponiet korrezzjonijiet finanzjarji minħabba li hija kienet qieset li l-approċċ kien jipprovdi għajnuna illegali mill-Istat bħala forma ta' vantaġġ finanzjarju għall-benefiċjarji. B’konsegwenza ta’ dan, l-awtoritajiet Bulgari kienu baxxew il-FIT b'mod retroattiv sabiex inaqqsu l-korrezzjoni inizjali proposta. Ma għandniex informazzjoni dwar tibdil simili fi Franza.

B'mod ġenerali, il-Litwanja ma kinitx tippermetti dan it-tip ta' appoġġ ikkombinat. Madankollu, wieħed mill-benefiċjarji li żorna tela’ l-qorti u eventwalment kiseb kemm il-FIT kif ukoll l-appoġġ ta’ investiment mill-FAEŻR.

Fl-Awstrija u fl-Italja (it-Toskana), fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, kien possibbli li wieħed jirċievi kemm pagamenti tal-FIT kif ukoll appoġġ mill-FAEŻR, iżda dan tal-aħħar kien aktar baxx għal proġetti li kienu qed jirċievu l-appoġġ mill-FIT. Fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-kombinament tal-appoġġ mill-FAEŻR u mill-FIT mhuwiex permess.

L-infiq totali ppjanat fuq l-enerġija rinnovabbli minn fondi differenti tal-UE mhuwiex magħruf
45

Ma hemmx data komprensiva disponibbli dwar l-infiq ippjanat fuq l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, la taħt il-FSIE b'mod ġenerali u lanqas mill-FAEŻR b'mod partikolari. L-objettiv tematiku 4 tal-FSIE, "Trasferiment lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju", li jammonta għal infiq ippjanat ta' EUR 44 814-il miljun45, jinkludi l-enerġija rinnovabbli, iżda wkoll l-effiċjenza fl-enerġija u l-mobbiltà urbana sostenibbli. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma għandhiex stampa ċara tal-kontribuzzjoni ppjanata tal-investimenti tal-FSIE għall-użu tal-enerġija rinnovabbli.

46

Il-FAEŻR kien jirrappreżenta madwar 11 % tal-allokazzjoni tal-FSIE għall-Objettiv Tematiku 4 (bejn wieħed u ieħor EUR 5 027 miljun46), filwaqt li l-infiq ippjanat tal-FAEŻR għall-qasam ta' prijorità 5C kien ta' EUR 798.9 miljun għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 (ara l-Figura 4). Madankollu, l-investimenti taħt dan il-qasam ta' prijorità ma jikkonċernawx biss l-enerġija rinnovabbli, iżda wkoll aspetti oħra tal-bijoekonomija bħall-forniment u l-użu ta’ prodotti sekondarji, ta’ skart, ta’ residwi u ta' materja prima oħra li mhijiex ikel.

47

Min-naħa l-oħra, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw proġetti b'komponenti tal-enerġija rinnovabbli taħt oqsma ta' prijorità oħra (ara l-paragrafi 55 sa 58), li jkomplu jikkumplikaw analiżi tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għall-finanzjament tal-enerġija rinnovabbli. Mill-istħarriġ tagħna (ara l-paragrafu 22), aħna sibna li r-Rumanija (ara l-Kaxxa 6) u s-Slovenja, pereżempju, iddeċidew li jallokaw biss livell baxx jew l-ebda finanzjament għall-qasam ta' prijorità 5C, minħabba li qiesu li oqsma ta' prijorità oħra, bħal 2A, 3A, 6A jew 6B, kienu aktar xierqa. In-Netherlands u l-Polonja rrispondew li ma kinux ipprogrammaw infiq tal-FAEŻR għall-enerġija rinnovabbli, minħabba li qiesu li FSIE oħra u l-programmi nazzjonali proprji tagħhom kienu biżżejjed biex jappoġġaw l-użu tal-enerġija rinnovabbli fiż-żoni rurali.

Figura 4

Allokazzjoni tal-finanzjament għall-qasam ta' prijorità 5C mill-Istati Membri għall-perjodu 2014-2020, u l-infiq imġarrab fit-12 ta’ Ottubru 2017 (f'miljun EUR)

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea (SFC), it-12 ta’ Ottubru 2017.

48

F’nofs il-perjodu ta' programmazzjoni, l-infiq imġarrab kienet ta' EUR 40.9 miljun biss (5.1 % tal-baġit totali ta' EUR 800 miljun)47. Id-dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programm għall-enerġija rinnovabbli jista' jirrifletti d-diffikultajiet relatati mal-programmazzjoni tal-oqsma ta' prijorità (ara l-paragrafi 55 sa 58), flimkien mad-dewmien fl-adozzjoni tal-PŻR u ż-żmien meħtieġ mill-Istati Membri biex ifasslu u jadattaw għall-qafas il-ġdid.

Lok għal titjib fir-rabta bejn il-ħtiġijiet identifikati u l-approċċ għall-finanzjament tal-enerġija rinnovabbli stipulat fil-PŻR
49

Il-“Guidelines for strategic programming for the period 2014-2020”(Linji gwida għall-programmazzjoni strateġika għall-perjodu 2014-2020) tal-Kummissjoni ddikjaraw li jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-istrateġija (il-loġika ta' intervent) tiġġustifika l-għażla, il-kombinament u l-prijoritizzazzjoni tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fid-dawl tar-riżultati tal-analiżi SWOT u l-ħtiġijiet identifikati. Hija trid tipprijoritizza d-diversi ħtiġijiet identifikati u tiġġustifika l-prijoritizzazzjoni". Għal dan il-fini, il-Kummissjoni tirrevedi l-kunsiderazzjonijiet strateġiċi tal-Istati Membri għall-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-istadju ta’ approvazzjoni tal-PŻR.

50

Il-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri permezz ta' task forces, kumitati ta' monitoraġġ, listi ta' kontroll, linji gwida għall-miżuri ("skedi informattivi dwar il-miżuri") eċċ. sabiex tiffaċilita l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-PŻR. Madankollu, id-dokumenti ta’ gwida ma jiddiskutux b'mod espliċitu l-kunsiderazzjonijiet strateġiċi għall-enerġija rinnovabbli, u lanqas x'għandhom jiksbu l-investimenti tal-FAEŻR fl-enerġija rinnovabbli, kif għandhom iżidu l-valur għaż-żoni rurali u kif il-FAEŻR għandu jikkomplementa l-iskemi ta' finanzjament eżistenti, kemm dawk tal-UE kif ukoll dawk nazzjonali.

51

Aħna sibna li l-ħames PŻR kollha li eżaminajna kien fihom l-elementi obbligatorji rigward l-istabbiliment tal-objettivi, il-ħtiġijiet, u l-kunsiderazzjonijiet strateġiċi rigward l-enerġija rinnovabbli, iżda l-ebda wieħed minnhom ma kien jinkludi analiżi komprensiva jew kwantifikazzjoni tal-ħtiġijiet finanzjarji assoċjati. Bl-eċċezzjoni tal-Awstrija, l-Istati Membri li żorna ma użawx b'mod effettiv il-ħtiġijiet identifikati u l-analiżijiet SWOT tagħhom biex jinfurmaw l-approċċ strateġiku lejn l-enerġija rinnovabbli fil-PŻR tagħhom; l-approċċ tagħhom baqa' ġenerali ħafna. Aktar dgħufijiet kienu jikkonċernaw l-implimentazzjoni u t-tibdil fuq perjodu qasir tal-istrateġiji inizjali (ara l-Kaxxa 5).

Kaxxa 5

Tibdil fl-approċċ inizjali għall-finanzjament tal-enerġija rinnovabbli stipulat fil-PŻR

Il-Bulgarija: l-istrateġija għall-enerġija rinnovabbli mhijiex adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwatur u għall-kundizzjonijiet tas-suq

Fil-Bulgarija, aktar minn 90 % tal-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli li ġew approvati fil-perjodu 2007-2013, kienu relatati mal-enerġija mix-xemx – li bbenefikaw ukoll minn tariffi "feed-in" attraenti mill-bejgħ tal-elettriku. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-PŻR Bulgaru għall-2007-2013 iddikjarat li l-potenzjal tal-Bulgarija għall-produzzjoni tal-bijomassa ma kienx ġie rrealizzat għalkollox, fil-biċċa l-kbira minħabba fatturi esterni tas-suq. Filwaqt li osserva l-għadd kbir ta' proġetti tal-enerġija mix-xemx, l-evalwatur irrakkomanda li jiġi implimentat appoġġ mill-FAEŻR aktar bilanċjat rigward it-tipi differenti ta’ enerġiji rinnovabbli. Madankollu, l-awtoritajiet ma adattawx l-istrateġija tagħhom biex jieħdu inkundsiderazzjoni, pereżempju, il-potenzjal tal-bijomassa għat-tieni parti tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013. Fil-Bulgarija, l-investimenti fil-proġetti tal-bejgħ tal-enerġija ma għadhomx eliġibbli fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

Franza (in-Normandija t’Isfel): il-ħtiġijiet identifikati għall-enerġija rinnovabbli jridu jiġu indirizzati b'nofs il-finanzjament mill-FAEŻR li kien ippjanat inizjalment

F'Awwissu 2015, il-Kummissjoni approvat il-PŻR tar-reġjun Franċiż tan-Normandija t’Isfel, li kien ibbażat fuq il-ħtiġijiet identifikati mir-reġjun innifsu. F’Marzu 2017, in-Normandija t’Isfel ippreżentat verżjoni emendata tal-PŻR tagħha. Din irriżultat fi tnaqqis ta’ 48 % tal-fondi tal-FAEŻR għall-enerġija rinnovabbli taħt il-qasam ta' prijorità 5C, minn EUR 14.6 miljun għal EUR 7.6 miljun. Mhuwiex ċar jekk, fil-verità, il-ħtiġijiet inizjalment identifikati fil-PŻR kinux naqsu jew sparixxew f'perjodu ta' żmien daqshekk qasir, jew jekk humiex koperti minn skemi oħra tal-UE jew nazzjonali.

52

Il-gwida u l-kontrolli tal-Kummissjoni ma pprevenewx dawn id-dgħufijiet. Huma ma żgurawx li l-Istati Membri kienu artikolaw strateġiji sodi għall-enerġija rinnovabbli fiż-żoni rurali. Barra minn hekk, l-għażla tal-miżuri tal-FAEŻR u l-allokazzjoni baġitarja tagħhom mhux dejjem irriżultaw b'mod loġiku mill-potenzjal u l-ħtiġijiet deskritti fil-PŻR.

Koordinazzjoni dgħajfa bejn diversi sorsi ta' finanzjament għall-enerġija rinnovabbli
53

Il-qafas leġiżlattiv attwali48 jippromwovi l-implimentazzjoni effettiva, effiċjenti u kkoordinata tad-diversi fondi tal-UE, b'mod partikolari l-fondi SIE. Ir-responsabbiltà għall-ġustifikazzjoni tal-ħtieġa għall-intervent taħt il-PŻR u għall-iżgurar ta' koordinazzjoni tajba bejn il-fondi hija prinċipalment tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni tipprovdi appoġġ u gwida lill-Istati Membri billi toħroġ linji gwida strateġiċi, tippromwovi prattiki tajba u timmonitorja l-implimentazzjoni tal-programmi.

54

Wara li eżaminajna kampjun ta' Ftehimiet ta' Sħubija u PŻR għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, aħna sibna li l-Istati Membri kienu identifikaw bosta sorsi ta' finanzjament potenzjali u stipulaw prinċipji u miżuri ta' demarkazzjoni ġenerali biex jevitaw il-finanzjament doppju. Madankollu, id-dokumenti strateġiċi li eżaminajna ma kien fihom l-ebda informazzjoni oħra dwar il-benefiċċji li jistgħu jinkisbu permezz tal-koordinazzjoni effettiva bejn is-sorsi ta' finanzjament differenti għall-enerġija rinnovabbli. Lanqas ma kien hemm analiżi tal-effetti potenzjali ta’ sostituzzjoni, jew tad-diskrepanzi fil-finanzjament f'dan il-qasam49.

Assenjazzjoni tal-miżuri tal-enerġija rinnovabbli għal oqsma ta' prijorità differenti
55

Kif spjegat fil-paragrafi 14 u 15, il-qafas ta’ politika għall-iżvilupp rurali għall-2014-2020 huwa strutturat madwar 6 prijoritajiet, li jiġu ripartiti ulterjurment fi 18-il qasam ta' prijorità tematiku (ara l-Figura 3). L-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli huwa kopert mill-qasam ta' prijorità 5C, li jirreferi għall-forniment u l-użu tal-enerġija rinnovabbli.

56

L-oqsma ta' prijorità jiġu implimentati permezz ta' miżuri tal-iżvilupp rurali. Il-Figura 5 tipprovdi eżempji dwar l-allokazzjoni tal-miżuri u l-indikaturi stabbiliti għall-prijorità 5. Madankollu, miżura waħda tista' tikkontribwixxi għal bosta oqsma ta' prijorità, prijoritajiet u objettivi.

Figura 5

Eżempju ta’ raggruppament ta' miżuri u indikaturi għall-prijorità 5 u l-oqsma ta' prijorità tagħha

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ AGRI (adattat mill-QEA).

57

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw effetti sekondarji għal miżuri speċifiċi assenjati taħt il-qasam ta' prijorità 5C li għandhom impatt fuq l-oqsma ta' prijorità addizzjonali. Pereżempju, iż-żieda ta' pannelli fotovoltajċi fuq is-saqaf ta' matmura ġdida li jintużaw biex titjieb il-prestazzjoni ekonomika ta' benefiċjarju tista' tiġi vvalutata jew bħala proġett relatat mal-enerġija rinnovabbli (jiġifieri taħt il-qasam ta' prijorità 5C), jew inkella bħala parti minn proġett ta’ modernizzazzjoni tal-azjenda agrikola, u għalhekk taqa' taħt il-qasam ta' prijorità 2A (ara l-Figura 3), bil-komponent tal-enerġija rinnovabbli jkollu effett sekondarju fuq il-qasam ta' prijorità 5C.

58

L-Istati Membri ma assenjawx b'mod konsistenti l-miżuri tal-enerġija rinnovabbli u t-tipi ta' proġetti għall-oqsma ta' prijorità (ara l-Kaxxa 6). Dan se jkollu impatt fuq l-effettività tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli ffinanzjati permezz tal-FAEŻR (ara l-paragrafi 69 sa 71), b'mod partikolari minħabba li l-Kummissjoni ma ħarġitx gwida addizzjonali b'mod konsistenti fost l-Istati Membri, dwar l-assenjazzjoni ta' proġetti għall-oqsma ta’ prijorità.

Kaxxa 6

Assenjazzjoni tal-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli għal oqsma ta’ prijorità differenti

Franza – allokazzjoni ta' miżuri tal-forestrija

Xi miżuri tal-forestrija jiffaċilitaw il-produzzjoni u l-bejgħ tal-enerġija mill-injam u għalhekk jistgħu jintrabtu mal-enerġija rinnovabbli50. Il-miżuri tal-forestrija ġew allokati b'mod inkonsistenti għall-oqsma ta’ prijorità mir-reġjuni Franċiżi. Inqas minn nofs ir-reġjuni fi Franza allokawhom għall-qasam ta’ prijorità 5C; il-bqija allokawhom għall-oqsma ta’ prijorità l-oħra bħal 2A, 2B, 2C, 5E, jew 6A. L-għażla kienet tiddependi fuq il-ħtiġijiet identifikati u l-qasam ta' prijorità magħżul biex jiġi attivat, anke jekk l-eżitu mistenni tal-miżuri kien simili.

Ir-Rumanija u l-Bulgarija – proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli għall-konsum proprju

Fil-perjodu 2014-2020, ir-Rumanija u l-Bulgarija appoġġaw b'mod sinifikanti jew esklużiv il-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli għall-konsum proprju (fir-azjenda agrikola jew fl-intrapriża, mingħajr il-bejgħ tal-ebda enerġija). Il-Bulgarija tqis li dawn il-proġetti jikkontribwixxu għall-qasam ta' prijorità 5C, u allokat it-tielet l-akbar ammont minn fost l-Istati Membri kollha għal dan il-qasam ta' prijorità. Madankollu, l-awtoritajiet Rumeni allokaw baġit baxx ħafna għall-qasam ta' prijorità 5C, billi huma qiesu li l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli għall-użu proprju jagħmlu biss kontribuzzjoni sekondarja għall-qasam ta' prijorità 5C. Minflok, dawn il-proġetti waqgħu taħt l-oqsma ta' prijorità 2A, 3A, 6A jew 6B.

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ftit li xejn jipprovdu informazzjoni dwar il-finanzjament u r-riżultati tal-investimenti fl-enerġija rinnovabbli

59

L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fir-rigward tal-effettività u l-effiċjenza tal-infiq tal-iżvilupp rurali fuq l-enerġija rinnovabbli hija meħtieġa biex jiġi ddimostrat xi nkiseb bil-baġit tal-UE u biex turi li dan intnefaq tajjeb. Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni hija għodda siewja biex ittejjeb l-effiċjenza u l-effettività tal-infiq tal-iżvilupp rurali, billi tiggwida l-ġestjoni kontinwa tal-programmi, tindika titjib possibbli u tgħin fit-tfassil tal-politika futura.

L-enerġija rinnovabbli fil-Qafas Komuni ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMEF) 2007-2013
L-ebda informazzjoni komprensiva ta’ monitoraġġ taħt is-CMEF għall-enerġija rinnovabbli
60

Ħafna Stati Membri (inkluż il-ħames Stati Membri kollha li żorna) iddeċidew li jużaw il-finanzjament mill-FAEŻR biex jiffinanzjaw proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli mill-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013. F'dak iż-żmien ma kien hemm stabbilit l-ebda indikatur speċifiku biex jitkejlu l-outputs jew ir-riżultati mill-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli.

61

Dan inbidel fil-kuntest tal-"Kontroll tas-Saħħa" tal-PAK, fejn l-enerġija rinnovabbli ġiet rikonoxxuta bħala "sfida ġdida" u għall-bqija tal-perjodu ta' programmazzjoni (2009-2013), l-Istati Membri rċevew finanzjament addizzjonali għal proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli (ara l-paragrafu 14). F'dan il-kuntest, l-Istati Membri kienu meħtieġa jimmonitorjaw l-infiq u l-għadd ta' benefiċjarji għall-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli taħt din l-"isfida l-ġdida". Madankollu, huma ma kellhomx għalfejn jiġbru d-data dwar il-kisbiet tal-proġetti, bħall-enerġija rinnovabbli prodotta jew il-kapaċità installata. B’konsegwenza ta’ dan, fil-livell tal-UE ma teżistix informazzjoni komprensiva dwar il-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli ffinanzjati permezz tal-FAEŻR fil-perjodu 2007-2013; l-indikaturi li jeżistu jirreferu esklussivament għall-fondi addizzjonali minfuqa fuq l-enerġija rinnovabbli taħt il-"Kontroll tas-Saħħa" tal-PAK.

62

Aħna eżaminajna d-data tal-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli (l-għadd ta' proġetti, l-appoġġ imħallas) ipprovduta mill-Istati Membri li żorna, u osservajna għadd ta' diskrepanzi f'erba' mill-Istati Membri51, bejn id-data rrappurtata lill-Kummissjoni u l-kalkoli tagħna bbażati fuq iċ-ċifri mid-databases tal-proġetti tal-Istati Membri. L-awtoritajiet ma setgħux jipprovduna bi kjarifika, u dan iqajjem dubji dwar il-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data dwar il-"Kontroll tas-Saħħa" tal-PAK.

63

Barra minn hekk, lanqas ma hemm informazzjoni komprensiva disponibbli fil-livell tal-UE dwar l-għadd ta' proġetti, il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli jew il-kapaċità installata. Konsegwentement, huwa impossibbli li tiġi kkwantifikata l-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għall-użu tal-enerġija rinnovabbli fiż-żoni rurali. Fin-nuqqas ta' informazzjoni rilevanti u affidabbli dwar l-enerġija rinnovabbli, mhuwiex possibbli li tiġi vvalutata l-effettività ta' dawn il-miżuri f'dan il-perjodu, u jibqa' mhux ċar fuq liema bażi l-Istati Membri fasslu t-taqsimiet tal-enerġija rinnovabbli fil-PŻR tagħhom. Dawn is-sejbiet huma konsistenti mal-osservazzjonijiet preċedenti tagħna rigward id-data dwar il-monitoraġġ tal-appoġġ mill-FEŻR u milll-FK għall-enerġija rinnovabbli fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-201352.

L-evalwazzjonijiet tal-programm CMEF jipprovdu informazzjoni limitata dwar l-impatt tal-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli fuq l-żvilupp rurali
64

Id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi taħt il-QFP hija problema rikorrenti li identifikajna f'ħafna oqsma ta’ politika fil-passat53. Id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-PŻR 2007-2013 reġa' rriżulta fi spariġġ bejn iċ-ċiklu ta’ nfiq u t-twaqqit tar-rekwiżiti ta’ rappurtar. Dan wassal biex, għall-evalwazzjonijiet ta' nofs it-terminu, kien hemm data pertinenti limitata disponibbli dwar l-enerġija rinnovabbli, għalkemm ġiet ipprovduta xi informazzjoni utli (ara l-Kaxxa 7). Ħafna Stati Membri esperjenzaw dewmien fil-finalizzazzjoni tal-evalwazzjonijiet ex post tagħhom54.

65

L-analiżi tagħna tal-evalwazzjonijiet ex post indikat li huma kienu indirizzaw l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli (eż. il-miżuri użati), filwaqt li l-impatt tagħhom fuq żvilupp rurali sostenibbli mhux dejjem kien ġie diskuss. Ma kinux twettqu analiżijiet pertinenti, li jkopru, pereżempju, il-benefiċċji ambjentali tal-enerġija rinnovabbli għaż-żoni rurali, id-diversifikazzjoni tal-introjtu, il-ħolqien ta’ impjiegi, it-titjib fl-infrastruttura tal-enerġija u s-servizzi fiż-żoni rurali, eċċ.

66

Madankollu, aħna osservajna xi eżempji ta’ prattika tajba fir-rigward tal-evalwazzjoni ta’ proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli (ara l-Kaxxa 7).

Kaxxa 7

Eżempji ta' prattiki tajba fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fiż-żoni rurali

L-awtoritajiet reġjonali tat-Toskana (l-Italja) kienu wettqu eżerċizzji ta' evalwazzjoni addizzjonali li kienu jinkludu informazzjoni pertinenti dwar il-kontribuzzjoni tal-proġetti appoġġati għall-użu tal-enerġija rinnovabbli: rapport ta' evalwazzjoni dwar 15-il proġett integrat relatati mal-katina ta’ provvista, rapport ta' evalwazzjoni dwar il-miżuri tal-forestrija, li jiddiskuti l-katina ta’ provvista tal-enerġija mill-injam u l-potenzjal tas-settur, u dokument dwar l-esperjenza tal-ħames sistemi ta’ tisħin distrettwali ffinanzjati permezz ta' LEADER+ matul il-perjodu 2000-2006.

L-awtoritajiet Awstrijaċi kienu kkompletaw ukoll rapporti ta' evalwazzjoni li jindirizzaw l-enerġija rinnovabbli, notevolment għall-miżura 321 (Servizzi bażiċi għall-ekonomika u għall-popolazzjoni rurali). Ir-rapport ġabar informazzjoni dwar l-effetti ekonomiċi, reġjonali, soċjali u ambjentali tal-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli, permezz ta' matriċi ta'evalwazzjoni bi 30 indikatur dettaljat. Minn 20 studju tal-każ, l-evalwaturi kkonkludew li l-impatt tas-sistemi ta’ tisħin bil-bijomassa, kif implimentati fl-Awstrija, kien kellhom effetti pożittivi fuq l-iżvilupp rurali sostenibbli, bħall-forniment tal-injam reġjonali, il-ħolqien ta’ impjiegi tul il-katina ta’ provvista, u l-forniment ta’ sħana għall-popolazzjoni rurali.

L-Awstrija kienet uriet aktar eżempji ta' prattika tajba billi wettqet attivitajiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni barra s-CMEF, bħal studji dwar l-effetti ekonomiċi u reġjonali ta' programm nazzjonali li għandu l-għan li jappoġġa inizjattivi lokali u reġjonali għall-użu ta’ enerġija rinnovabbli (ara l-Kaxxa 2). Dawn l-istudji kkonkludew li s-sensibilizzazzjoni reġjonali u l-koordinazzjoni tal-attività kienu fost l-impatti l-aktar siewja għar-reġjuni parteċipanti. L-awtoritajiet kienu introduċew ukoll sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għas-sistemi ta’ tisħin bil-bijomassa ta' ċertu daqs, billi ġabru data referenzjarja li kienet utli għas-sidien tal-proġetti.

L-enerġija rinnovabbli fis-Sistema Komuni ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMES) 2014-2020
67

Il-qafas ta’ prestazzjoni l-ġdid tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 għandu l-għan li jagħmel l-implimentazzjoni tal-programmi tal-żvilupp rurali aktar orjentata lejn ir-riżultati milli kienet fil-passat. F'dan il-kuntest, is-CMES55, is-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-iżvilupp rurali, tipprovdi sett ta' indikaturi komuni dettaljati biex jintużaw għall-oqsma ta’ prijorità, flimkien ma' mistoqsijiet ta' evalwazzjoni komuni li jridu jitwieġbu fil-futur, bl-intenzjoni li jiġu vvalutati l-progress u l-kisbiet tal-politika ta' żvilupp rurali, kif ukoll l-impatt, l-effettività, l-effiċjenza u r-rilevanza tal-interventi ta’ politika ta' żvilupp rurali.

68

Is-CMES teħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni ta’ monitoraġġ dwar "Investiment totali fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli" (l-indikatur tal-mira T 16) u dwar "Enerġija rinnovabbli prodotta minn proġetti appoġġati" (l-indikatur tar-riżultati R 15 komplementari). L-Istati Membri għandhom l-għażla li jistabbilixxu indikaturi tal-output addizzjonali għal miżuri speċifiċi, u l-Kummissjoni kkonfermat li 10 Stati Membri jew reġjuni56 kienu ddeċidew li jagħmlu dan. Madankollu, il-maġġoranza ta' dawn l-indikaturi addizzjonali speċifiċi għall-miżuri għall-qasam ta' prijorità 5C kienu indikaturi tal-input, bħall-infiq pubbliku, jew indikaturi tal-output, bħall-għadd ta' benefiċjarji, proġetti jew azzjonijiet appoġġati. Għalhekk, dawn l-indikaturi ma jistgħux jipprovdu bażi soda għall-valutazzjoni tar-riżultati tal-komponent tal-enerġija rinnovabbli tal-PŻR, għalhekk il-fokus orjentat lejn ir-riżultati ma setax jissaħħaħ57.

69

Kumplikazzjoni ulterjuri hija li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tinġabar biss fil-livell tal-oqsma ta’ prijorità58. Għalhekk, il-proġetti tal-FAEŻR assenjati għall-qasam ta' prijorità 5C ma jipprovdux data komprensiva dwar l-enerġija rinnovabbli f'żoni rurali, minħabba li xi proġetti jistgħu jkunu marbuta indirettament mal-enerġija rinnovabbli (bħall-ġestjoni tal-foresti) iżda assenjati għall-qasam ta' prijorità 5C, filwaqt li oħrajn jistgħu jiġu vvalutati bħala li għandhom kontribuzzjonijiet sekondarji għall-qasam ta' prijorità 5C u għalhekk jiġu appoġġati taħt oqsma ta’ prijorità oħra bħal 2A, 3A, 6A, 6B eċċ. B'riżultat ta' dan, l-informazzjoni dwar "Investiment totali fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli" (l-indikatur tal-mira T 16) se tirrifletti biss dak li ġie assenjat taħt il-qasam ta' prijorità 5C, u mhijiex se tippreżenta l-istampa globali tal-investimenti kollha fl-enerġija rinnovabbli fiż-żoni rurali.

70

Indikatur ieħor, l-indikatur tar-riżultati R 15 – "Enerġija rinnovabbli prodotta minn proġetti appoġġati", għandu l-għan li jkopri l-proġetti kollha tal-enerġija rinnovabbli. Madankollu, il-gwida tal-Kummissjoni tindika li d-data għal dan l-indikatur tista’ tinġabar mill-evalwaturi b’modi differenti; pereżempju, permezz ta’ stħarriġ tal-istatistika tal-UE jew nazzjonali. Għalhekk, il-kumparabbiltà tad-data fil-livell tal-UE tiddependi fuq l-għażliet magħmula mill-evalwaturi.

71

Minkejja li l-Kummissjoni ħarġet linji gwida dettaljati biex tappoġġa t-tħejjija tar-rappurtar u l-evalwazzjoni, l-interkonnessjonijiet tal-indikaturi tas-CMES u tal-oqsma ta’ prijorità jistgħu jipprovdu piż addizzjonali għall-evalwaturi, ikollhom impatt fuq il-kwalità tal-evalwazzjonijiet tal-programmi u fuq il-kumparabbiltà tagħhom, u jistgħu jirriżultaw f'dewmien, bħal fil-passat. Jekk, fil-ħin ewlieni tar-rappurtar, ma tkunx disponibbli informazzjoni affidabbli dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jitilfu l-opportunità li jtejbu l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-enerġija rinnovabbli.

Il-potenzjal tal-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli li jipprovdu benefiċċji għall-iżvilupp rurali huwa kkonfermat, minkejja li jeżistu xi dgħufijiet fil-proċeduri tal-għażla u fl-implimentazzjoni tagħhom

72

L-Istati Membri huma responsabbli biex jagħżlu l-proġetti tal-iżvilupp rurali, bl-għan li jimmiraw aħjar il-miżuri tal-iżvilupp rurali lejn il-prijoritajiet tal-UE, u l-objettivi u l-istrateġiji tal-Istati Membri. Sabiex jagħmlu dan, l-Istati Membri huma meħtieġa jistabbilixxu u japplikaw kriterji tal-għażla u ta’ eliġibbiltà ċari, rilevanti u oġġettivi, flimkien ma' proċeduri oġġettivi, ġusti u trasparenti59.

73

Il-kriterji ta’ eliġibbiltà huma r-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-proġetti sabiex ikunu eliġibbli għall-appoġġ taħt il-FAEŻR. Din l-eliġibbiltà hija kundizzjoni ta' iva/le. Il-kriterji ta’ għażla huma stabbiliti mill-Istati Membri għall-prijoritizzazzjoni ta' proġetti li jissodisfaw bl-aħjar mod il-ħtiġijiet identifikati u l-objettivi stabbiliti fil-PŻR. Jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw il-kriterji tal-għażla anke f'każijiet fejn ikun hemm biżżejjed fondi disponibbli biex jiġu approvati l-applikazzjonijiet kollha, sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba60. Fil-każ preżenti, b'mod partikolari jenħtieġ li dawn jiżguraw l-għażla ta' proġetti vijabbli li jappoġġaw l-użu tal-enerġija rinnovabbli u jżidu l-valur għaż-żoni rurali.

Il-biċċa l-kbira mill-proġetti kienu pprovdew benefiċċji għall-użu tal-enerġija rinnovabbli u għall-iżvilupp rurali
74

Aħna awditjajna proġetti ta' tipi u daqsijiet differenti relatati mal-enerġija rinnovabbli (ara l-Anness II). Il-kampjun tal-proġetti kien jinkludi kemm investimenti li kienu fornew lil partijiet terzi b’enerġija minn sorsi rinnovabbli, kif ukoll oħrajn li kienu ġġeneraw l-enerġija għall-użu proprju tas-sidien tal-proġetti.

75

L-għan tal-proġetti ta’ "forniment tal-enerġija lil partijiet terzi" kien prinċipalment li jiġi ddiversifikat l-introjtu tal-azjendi agrikoli jew tal-forestrija. Xi proġetti kienu nbdew u ġew implimentati minn SMEs jew minn mikrointrapriżi. Il-proġetti ta' suċċess ta' dan it-tip kienu pprovdew servizzi ta' enerġija ġodda li ntlaqgħu tajjeb mill-unitajiet domestiċi privati u l-binjiet pubbliċi f'żoni rurali. Dawn il-proġetti kellhom benefiċċji ambjentali, b'mod partikolari fil-każ tas-sistemi ta’ tisħin distrettwali, li b'mod ġenerali huma aktar effiċjenti fl-enerġija u għandhom inqas emissjonijiet minn sistemi ta’ tisħin individwali. Dawn il-proġetti kienu ppermettew ukoll lis-sidien tal-proġetti biex igawdu minn opportunitajiet ta’ negozju ġodda. Huma kienu ppermettew li l-fornituri tal-materja prima tul il-katina ta’ provvista lokali tal-bijomassa, prinċipalment bdiewa u forestiera, jiddiversifikaw id-introjtu tagħhom u jżommu l-azjendi tagħhom (ara l-Kaxxa 8).

76

L-użu tal-enerġija rinnovabbli jeħtieġ ukoll ippjanar bir-reqqa, kif ukoll xogħol ta' installazzjoni u ta’ manutenzjoni. L-għarfien espert u l-esperjenza miksuba fir-reġjun huma assi siewja għall-iżvilupp ulterjuri tiegħu lejn il-produzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli, u l-benefiċċji jistgħu jmorru lil hinn mill-investiment inizjali fil-proġett.

Kaxxa 8

Prattiki tajba fil-proġetti ta’ forniment tal-enerġija lil partijiet terzi ffinanzjati taħt il-FAEŻR

Sistemi ta’ tisħin distrettwali fl-Awstrija rurali

L-appoġġ mill-FAEŻR lill-Awstrija għall-enerġija rinnovabbli fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 kien jiffoka fuq l-iżvilupp ulterjuri tas-sistemi ta’ tisħin distrettwali bbażati fuq l-injam.

Wieħed mill-proġetti li żorna kien jikkonċerna l-appoġġ mill-FAEŻR għad-diversifikazzjoni f'attivitajiet mhux agrikoli. Dan kien immexxi minn kooperattiva ta' 26 bidwi part-time li b'mod konġunt kienu jimmaniġġjaw foresta ta' 400 ha li tappartjeni lilhom. Huma kienu stabbilew sistema ta’ tisħin lokali bil-bojler tal-laqx tal-injam b'kapaċità ta' 398 kW. Is-sistema pprovdiet 580 Mwh ta' sħana fis-sena lil tliet binjiet barra mill-villaġġ: dar tax-xjuħ, bini għall-għajxien megħjun, u monasteru. Għall-produzzjoni tal-laqx tal-injam, il-bdiewa ħaddmu s-sistema ta’ tisħin, kif ukoll ipprovdew l-injam mill-foresti proprji tagħhom, billi prinċipalment użaw injam ta' kwalità baxxa mill-qtugħ li jnaqqas l-ammont ta’ siġar (thinnings) li għalih ma kellhomx suq qabel.

Il-bdiewa kienu bbenefikaw mill-proġett b'mod ekonomiku: huma kienu kisbu sorsi ta’ introjtu mis-sħana nnifisha u mil-laqx tal-injam. Barra minn hekk, il-bdiewa kienu kisbu ħiliet ġodda billi pparteċipaw f'korsijiet għal entitajiet li jimmaniġġjaw is-sistemi ta’ tisħin distrettwali.

Is-sistemi l-oħra ta’ tisħin distrettwali li żorna, bil-bojlers tal-laqx tal-injam, kienu operati minn SMEs jew mikrointrapriżi u kellhom kapaċitajiet akbar tal-enerġija, biex b'hekk setgħu jipprovdu s-sħana lil għadd akbar ta' konsumaturi, inkluż djar privati, awtoritajiet lokali u ristoranti. Fil-każijiet kollha, l-injam jew il-laqx kienu qed jiġu fornuti minn bdiewa lokali jew minn sidien tal-foresti fi ħdan distanza ta' 50 km.

77

Il-"proġetti għall-użu proprju" kienu pprovdew benefiċċji lill-azjendi agrikoli jew tal-forestrija u lill-intrapriżi tal-ipproċessar tal-ikel, pereżempju permezz ta’ sigurtà tal-enerġija u awtosuffiċjenza, tnaqqis fl-ispejjeż tal-enerġija, titjib fil-prestazzjoni finanzjarja jew tnaqqis fil-marka tal-karbonju. Huma kienu kkontribwew ukoll b'mod indirett għall-iżvilupp rurali sostenibbli, billi pprovdew opportunitajiet ta' impjiegi u ta’ introjtu lir-residenti lokali jew billi kkontribwew għat-titjib tas-sitwazzjoni ambjentali fir-reġjun (ara l-Kaxxa 9).

Kaxxa 9

Il-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli għall-"użu proprju" jikkontribwixxu b'mod indirett għall-iżvilupp rurali

Tnaqqis tal-marka tal-karbonju ta' fabbrika tal-inbid fit-Toskana

Proġett multidimensjonali li żorna kien irċieva appoġġ mill-FAEŻR għall-ipproċessar tal-ikel; dan kien jikkonċerna l-bini ta' fabbrika tal-inbid ġdida. Is-sostenibbiltà ambjentali kienet prijorità għall-fabbrika tal-inbid, li kkalkulat il-marka tal-karbonju tal-prodotti tagħha. Il-proġett kien jinkludi diversi elementi għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli: impjant ġeotermiku għat-tkessiħ, installazzjoni fotovoltajka, impjant għat-tisħin bil-bijomassa tal-injam, u bosta investimenti għall-iffrankar ta' enerġija (sistema għall-qbid tad-dawl tax-xemx, ventilazzjoni, torri għat-tkessiħ evaporattiv). Fl-2015, il-kumpanija pproduċiet 68 % tal-enerġija li użat. Il-proġett irriżulta wkoll fi tnaqqis tal-marka tal-karbonju għal kull flixkun inbid.

Minbarra t-titjib fil-prestazzjoni ambjentali tagħha, il-kumpanija kienet tejbet ir-riżultati ekonomiċi tagħha, li kienu ppermettewlha wkoll iżżid l-għadd ta' impjegati (minn 8 f'Jannar 2011 għal 20 f'Diċembru 2016).

Proġetti żgħar relatati mal-enerġija rinnovabbli fil-Bulgarija adattati għall-ħtiġijiet tal-bdiewa

Żewġ proġetti ta' investiment fuq azjendi agrikoli żgħar li żorna fil-Bulgarija (12.5 ha u 4 ha) jenfasizzaw il-potenzjal tal-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli ffinanzjati mill-FAEŻR, għalkemm fuq skala aktar modesta. Iż-żewġ proġetti użaw l-elettriku minn ċelloli fotovoltajċi biex iħaddmu pompa għat-tisqija għall-produzzjoni tal-ġellewż u tat-tartufi organiċi, kif ukoll għad-dawl elettriku f'maħżen għall-frott organiku. Iż-żewġ proġetti ġew implimentati barra mill-villaġġ mingħajr konnessjoni għall-grilja, għalhekk l-installazzjonijiet fotovoltajċi tqiesu bħala soluzzjonijiet ekonomiċi u ekoloġiċi, adattati għall-ħtiġijiet tal-bdiewa. Il-produzzjoni tal-ġellewż u tat-tartufi organiċi tipprovdi opportunitajiet mhux biss għall-bdiewa iżda wkoll għar-reġjun biex jiżviluppa opportunitajiet ta’ negozju ġodda.

Madankollu, il-proċeduri tal-għażla tal-Istati Membri ma żgurawx li jintgħażlu l-aktar proġetti pertinenti …
78

L-Istati Membri huma meħtieġa jistabbilixxu l-kriterji tal-għażla għall-għażla tal-proġetti, sabiex jiżguraw li r-riżorsi finanzjarji għall-iżvilupp rurali jintużaw bl-aħjar mod. Sibna li l-Istati Membri li żorna mhux dejjem kienu jikkonformaw ma' dan il-prinċipju.

79

Aħna eżaminajna l-kriterji u l-proċessi tal-għażla fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 u sibna li erbgħa mill-ħames Stati Membri61 li żorna kienu użaw kriterji tal-għażla li kienu rilevanti, sa ċertu punt, biex jiżguraw li ġew ipprijoritizzati l-proġetti li kienu jiffaċilitaw l-użu tal-enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp rurali sostenibbli: pereżempju, proġetti li kienu mistennija jkollhom effetti pożittivi fuq id-diversifikazzjoni tad-introjtu u fuq l-ambjent, l-użu ta' materja prima prodotta u pproċessata lokalment (fjuwils tal-bijomassa), jew il-kunsiderazzjoni tal-istrateġiji lokali u l-involviment tal-popolazzjoni lokali. Madankollu, dawn l-isforzi kienu parzjalment kompromessi minħabba proċeduri tal-għażla dgħajfa. Aħna qisna li l-Awstrija, il-Bulgarija, l-Italja (it-Toskana) u Franza (in-Normandija t’Isfel; f’dak li jirrigwarda l-miżuri tal-forestrija tagħhom) kienu użaw sistemi ta’ punteġġ li ma kinux eżiġenti biżżejjed, b’sollijiet minimi li setgħu jintlaħqu bl-issodisfar ta’ xi wħud mill-kriterji jew anke kriterju wieħed biss.

… u rriżultaw f'xi proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli li pprovdew benefiċċju marġinali għaż-żoni rurali
80

Id-dgħufijiet fil-proċess tal-għażla jistgħu jirriżultaw fil-finanzjament ta' proġetti li jipprovdu benefiċċju ekonomiku għas-sidien tal-proġetti, iżda għandhom impatt żgħir fuq iż-żoni rurali. Dan huwa l-każ għal xi wħud mill-proġetti li żorna waqt l-awditu. L-appoġġ finanzjarju mhux dejjem kien intuża biex joħloq l-impjiegi jew jagħti bidu għal aktar opportunitajiet kummerċjali, biex itejjeb is-sitwazzjoni tal-azjendi agrikoli jew tal-forestrija eżistenti, jew biex jipprovdi servizzi ta' enerġija lin-nies f’żoni rurali (ara l-Kaxxa 10).

Kaxxa 10

Proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli b'benefiċċji marġinali għall-iżvilupp rurali

Benefiċċju marġinali għaż-żoni rurali minn proġetti fotovoltajċi fil-Bulgarija

Kif ippreżentat fil-Kaxxa 2, il-Bulgarija kienet użat aktar minn 90 % tal-appoġġ mill-FAEŻR li rċeviet għall-enerġija rinnovabbli fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 fuq proġetti fotovoltajċi, minkejja r-rakkomandazzjonijiet għall-kuntrarju u minkejja l-limitazzjonijiet fil-kapaċità tal-grilja62.

Tliet proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli li żorna fil-Bulgarija kienu rċevew appoġġ mill-FAEŻR għall-ħolqien u l-iżvilupp ta' mikrointrapriżi u għad-diversifikazzjoni f'attivitajiet mhux agrikoli. Kull wieħed mill-proġetti ħoloq impjieg wieħed għall-manutenzjoni u l-protezzjoni tal-installazzjonijiet. It-tliet proġetti kienu jiddependu fuq pagamenti tal-FIT preferenzjali, u ma pprovdewx opportunitajiet ta’ negozju jew servizzi oħra, b'hekk ma ħolqu l-ebda benefiċċju konsiderevoli għall-iżvilupp rurali.

81

Iż-żjarat tagħna tal-proġetti kkonfermaw l-impatt pożittiv ta' ċertu tipi ta' proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli fuq l-iżvilupp rurali, li jiġġustifika l-appoġġ finanzjarju taħt il-FAEŻR. Madankollu, meta titqies l-eżistenza ta' bosta skemi oħra ta' appoġġ għall-enerġija rinnovabbli, il-proġetti li la jikkontribwixxu għall-mira għall-enerġija rinnovabbli u lanqas għall-objettiv globali tal-iżvilupp rurali, ma għandhomx jirċievu appoġġ mill-FAEŻR.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

82

Id-dokumenti leġiżlattivi u ta' politika tal-UE jenfasizzaw l-intenzjoni li jiġi sfruttat l-impatt pożittiv potenzjali tal-investiment fl-enerġija rinnovabbli fuq l-iżvilupp rurali. L-istudji jikkonfermaw li l-enerġija rinnovabbli jista' jkollha effetti pożittivi fuq l-iżvilupp rurali sostenibbli, iżda hemm ukoll riskji ambjentali u soċjoekonomiċi marbuta mal-użu ta' ċerti tipi ta' enerġija rinnovabbli.

83

Fl-awditu tagħna, aħna eżaminajna l-qafas għall-enerġija rinnovabbli b'fokus fuq kif huwa integra l-aspetti tal-iżvilupp rurali. Aħna eżaminajna wkoll il-qafas ta’ politika għall-iżvilupp rurali u l-implimentazzjoni tiegħu fl-Istati Membri, sabiex nivvalutaw jekk l-appoġġ mill-FAEŻR għall-enerġija rinnovabbli kienx fil-fatt ikkontribwixxa għall-iżvilupp rurali sostenibbli.

84

Mix-xogħol tal-awditjar li wettaqna, aħna nikkonkludu li l-finanzjament ta’ proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli għandu potenzjal sinifikanti biex jiffaċilità l-iżvilupp rurali sostenibbli iżda, sa issa, dak il-potenzjal għadu fil-biċċa l-kbira mhux irrealizzat.

85

Sibna li d-dimensjoni tal-iżvilupp rurali tal-enerġija rinnovabbli ma kinitx tqieset b'mod adegwat fil-qafas ta' politika attwali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. B’konsegwenza ta’ dan, l-opportunitajiet għall-użu tal-enerġija rinnovabbli f’żoni rurali ma kinux ġew sfruttati biżżejjed. Il-Kummissjoni reċentement ipproponiet xi tibdil għall-qafas ta' politika dwar l-enerġija rinnovabbli li għandu l-potenzjal li jtejjeb din is-sitwazzjoni (il-paragrafi 24 sa 31).

Rakkomandazzjoni 1 – Protezzjoni taż-żoni rurali tittieħed inkunsiderazzjoni fil-politika futura dwar l-enerġija rinnovabbli

Meta jfasslu l-politika futura tagħhom dwar l-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jqisu ċ-ċirkustanzi u l-ħtiġijiet tal-komunità rurali u l-ekonomija, iqisu impatti potenzjali pożittivi u negattivi, u jiżguraw li ż-żoni rurali jirċievu eżiti ta’ politika ekwi.

Sabiex tagħmel dan, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa mekkaniżmu rilevanti li jista' jkun ispirat mill-mekkaniżmu ta' protezzjoni taż-żoni rurali kif inhu previst taħt l-"Orjentazzjoni Politika 1" tad-Dikjarazzjoni ta' Cork 2.0 tal-2016.

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tintroduċi din l-għodda fil-proċess ta' konsultazzjoni mal-Istati Membri dwar il-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, li jridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2019, kif ukoll tiggwida lill-Istati Membri dwar kif japplikawha.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2019.

86

Barra minn hekk, għall-bijoenerġija, li hija l-enerġija rinnovabbli l-aktar konnessa b'mod evidenti maż-żoni rurali, ir-riskji ambjentali u soċjoekonomiċi marbuta mal-użu tagħha ma ġewx indirizzati biżżejjed kemm fil-qafas ta' politika attwali tal-Kummissjoni, kif ukoll f’dak propost. Il-kombinament ta’ miri għall-enerġija rinnovabbli, skemi ta' appoġġ pubbliku u kriterji ta’ sostenibbiltà dgħajfa għall-bijoenerġija jirriskja li jistimula l-użu tal-bijomassa għall-finijiet tal-enerġija, mingħajr ma jipprovdi biżżejjed garanziji biex jiġi żgurat li l-bijomassa tkun ġejja minn sorsi sostenibbli (il-paragrafi 32 sa 41).

Rakkomandazzjoni 2 – Titjib fil-qafas ta' sostenibbiltà għall-bijoenerġija

Jenħtieġ li l-Kummissjoni, flimkien mal-koleġiżlaturi, tfassal il-qafas ta' politika futur għall-bijoenerġija b'mod li jipprevedi salvagwardji suffiċjenti kontra l-akkwist mhux sostenibbli tal-bijomassa għall-enerġija. Jenħtieġ li l-qafas jirrikonoxxi u jindirizza r-riskji għas-sostenibbiltà meta jiġi stimulat l-użu tal-bijoenerġija permezz ta' miri u skemi ta' appoġġ finanzjarju, u jiżgura li jiġu mmitigati r-riskji ambjentali u soċjoekonomiċi.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2020.

87

Il-Kummissjoni ma pprovdietx gwida ċara dwar kif l-appoġġ mill-FAEŻR għall-enerġija rinnovabbli jista' jżid il-valur fil-livell Ewropew, u kif għandu jikkomplementa l-iskemi ta' finanzjament eżistenti, kemm dawk tal-UE kif ukoll dawk nazzjonali. Għalhekk, il-FAEŻR jirriskja li jsir sempliċiment sors ieħor ta' finanzjament għall-enerġija rinnovabbli, mingħajr ma tingħata prijorità lill-iżvilupp rurali.

88

Il-Kummissjoni ħarġet gwida komprensiva lill-Istati Membri dwar l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-PŻR tagħhom. Madankollu, parzjalment minħabba n-nuqqas ta' viżjoni ċara rigward l-appoġġ mill-FAEŻR għall-enerġija rinnovabbli, l-Istati Membri li żorna kienu adottaw biss approċċ strateġiku ġenerali ħafna fir-rigward tal-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli, u ma kinux ikkoordinaw biżżejjed l-appoġġ mill-FAEŻR mad-diversi sorsi ta' finanzjament oħra għall-enerġija rinnovabbli, kemm dawk tal-UE kif ukoll dawk nazzjonali, sabiex jimmassimizzaw l-impatt tiegħu fiż-żoni rurali. Barra minn hekk, aħna sibna li l-miżuri tal-enerġija rinnovabbli ma kinux ġew assenjati b'mod konsistenti f'oqsma ta’ prijorità fl-UE, li jidher subottimali, iżda aħna nqisu li din hija prinċipalment kwistjoni li tikkonċerna l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni (il-paragrafi 49 sa 58).

Rakkomandazzjoni 3 – Gwida ċara dwar ir-rwol tal-FAEŻR fl-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli

Fit-tfassil tal-politika futura tal-iżvilupp rurali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi x’għandhom jiksbu l-investimenti tal-FAEŻR fl-enerġija rinnovabbli; kif għandhom jipprovdu valur miżjud għaż-żoni rurali; u kif il-FAEŻR għandu jikkomplementa l-iskemi ta' finanzjament eżistenti, kemm dawk tal-UE kif ukoll dawk nazzjonali, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.

F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-esperjenza ta' prattika tajba rilevanti li osservajna matul l-awditu tagħna (ara l-Kaxxa 7, il-Kaxxa 8 u l-Kaxxa 9), kif ukoll esperjenza simili deskritta fl-istudju tal-OECD "Linking Renewable Energy to Rural Development” (Norbtu l-Enerġija Rinnovabbli mal-Iżvilupp Rurali) (ara l-Kaxxa 1).

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2018.

89

Id-disponibbiltà ta' informazzjoni rilevanti u affidabbli dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni hija kruċjali għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri meta jkunu qed isiru r-rapporti, biex itejbu l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-FAEŻR għall-enerġija rinnovabbli. Madankollu, minkejja xi eżempji ta' prattika tajba, ma hemmx informazzjoni komprensiva dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-appoġġ għall-proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli, li ngħatat mill-FAEŻR u minn fondi oħra tal-UE li kienu disponibbli għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 (il-paragrafi 60 sa 65).

90

Għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-Kummissjoni ħarġet linji gwida li jappoġġaw ir-rappurtar u l-evalwazzjoni tal-Istati Membri. Madankollu, id-diversi approċċi tal-Istati Membri kemm għad-definizzjoni tal-kontribuzzjonijiet primarji u sekondarji tal-proġetti kif ukoll għall-assenjazzjoni tal-miżuri u tat-tipi ta' proġetti, se jkollhom impatt negattiv fuq l-effettività tal-eżerċizzji ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. L-indikaturi prinċipali b'rilevanza għall-enerġija rinnovabbli fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-202063 għandhom informazzjoni ta’ valur limitat, minħabba l-ambitu ristrett tagħhom u minħabba xi kwistjonijiet relatati mal-metodoloġija. L-Istati Membri setgħu jużaw indikaturi addizzjonali rilevanti, iżda kienu ftit li għamlu dan. Dawn il-limitazzjonijiet jeħtieġu sforzi addizzjonali mill-evalwaturi tal-Istati Membri u jistgħu jirriżultaw kemm f'rappurtar inkonsistenti madwar l-UE kif ukoll f’dewmien (il-paragrafi 67 sa 71).

91

Fir-Rapport Speċjali Nru 16/201764, aħna diġà enfasizzajna l-ħtieġa li l-Kummissjoni tiżgura li r-rappurtar annwali msaħħaħ tal-2019 dwar l-implimentazzjoni jipprovdi informazzjoni ċara u komprensiva dwar il-kisbiet tal-programmi, u li għall-perjodu ta' programmazzjoni ta' wara l-2020, hija tiddefinixxi d-diversi tipi ta' indikaturi b'aktar preċiżjoni.

Rakkomandazzjoni 4 – Qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni aktar sempliċi u aktar sinifikattiv

Fir-rigward tal-appoġġ mill-FAEŻR għall-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu, fir-rapporti msaħħa ta' implimentazzjoni annwali tagħhom għall-2019, informazzjoni pertinenti dwar il-kisbiet tal-programmi ta’ proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli. Din l-informazzjoni għandha tippermetti li l-Kummissjoni tkun taf kemm, mill-infiq tal-FAEŻR, ikun tħallas favur proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll il-kapaċità tal-enerġija installata jew l-enerġija prodotta minn dawn il-proġetti.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2018.

92

L-Istati Membri huma responsabbli biex l-għażla ta’ proġetti tagħhom tkun immirata lejn il-prijoritajiet tal-UE u lejn l-objettivi proprji tagħhom, f'konformità mal-istrateġija tagħhom. Sabiex jagħmlu dan, jenħtieġ li huma jistabbilixxu u japplikaw kriterji tal-għażla u tal-eliġibbiltà ċari, rilevanti u oġġettivi, flimkien ma' proċeduri oġġettivi, ġusti u trasparenti. Il-Kummissjoni ħarġet gwida f'dan ir-rigward, pereżempju fil-forma ta' seminars u linji gwida65.

93

Il-proġetti li żorna pproduċew enerġija għall-użu proprju tal-operaturi tal-proġetti jew għall-forniment lil partijiet terzi, jew appoġġaw l-użu tal-enerġija rinnovabbli b'mod indirett (il-paragrafi 74 sa 77). Madankollu, il-baġits għoljin għall-qasam ta' prijorità 5C, flimkien mar-rati baxxi ta' implimentazzjoni (ara l-paragrafu 48) u l-proċeduri tal-għażla dgħajfin (il-paragrafi 78 u 79), jimplikaw ir-riskju li l-appoġġ mill-FAEŻR jingħata lil proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli li ma jipprovdux benefiċċji ċari għaż-żoni rurali fejn kienu jinsabu, sabiex jiġi evitat id-diżimpenn tal-flus assenjati.

Rakkomandazzjoni 5 – Għażla aħjar ta' proġetti billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-valur miżjud għaż-żoni rurali u l-vijabbiltà tal-proġetti

Sabiex jiġu mmitigati r-riskji marbuta ma’ baġits għoljin għall-qasam ta' prijorità 5C, flimkien mar-rati ta' implimentazzjoni baxxi u l-proċeduri tal-għażla dgħajfa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrinforza mal-Istati Membri l-ħtieġa li japplikaw proċeduri tal-għażla rilevanti, sabiex jagħtu appoġġ biss lil proġetti relatati mal-enerġija rinnovabbli li jkunu vijabbli u li jkollhom benefiċċju ċar għall-iżvilupp rurali sostenibbli.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2018.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Phil WYNN OWEN, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-10 ta' Jannar 2018.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President

Annessi

Anness I

Analiżi: Il-qafas ta' sostenibbiltà tal-UE għall-bijoenerġija jimmitiga b'mod suffiċjenti r-riskji ambjentali u soċjoekonomiċi relatati?

A1

Aħna eżaminajna jekk il-qafas ta' sostenibbiltà tal-UE għall-bijoenerġija jindirizzax is-16-il riskju ambjentali u soċjoekonomiku relatati mal-użu tal-bijoenerġija (u sa liema punt jagħmel dan).

Il-Kummissjoni pproponiet tibdil fil-qafas ta' sostenibbiltà attwali għall-bijoenerġija …
A2

Il-leġiżlazzjoni tal-UE attwalment fis-seħħ66 tistabbilixxi l-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijofjuwils u għall-bijolikwidi. Billi dawn il-kriterji ġew adottati fl-2009 u emendati fl-2015, id-diskussjonijiet dwar is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija għadhom għaddejjin. B'riżultat ta' dan, fil-pakkett tagħha ta' "Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha", il-Kummissjoni ressqet kriterji ta’ sostenibbiltà li japplikaw ukoll għal tipi oħra ta' bijoenerġija, bħall-bijoenerġija minn fjuwils tal-bijomassa solidi u gassużi (ara t-Tabella A1).

Tabella A1

Ħarsa lejn il-qafas ta' sostenibbiltà propost għall-bijoenerġija

Kriterji ta’ sostenibbiltà proposti
Kriterji ta’ sostenibbiltà1 li jikkonċernaw il-produzzjoni tal-fjuwils tal-bijomassa Kriterji ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet ta' gass serra
mill-agrikoltura mill-forestrija

-perċentwal minimu ta' tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gass serra għal tipi differenti ta' installazzjonijiet, skont id-data li fiha jibdew joperaw (ara wkoll il-paragrafu A4 dwar kwistjonijiet ta' kontabbiltà)

-huwa pprojbit li tinkiseb bijomassa għall-enerġija minn ċerti tipi ta' art (jiġifieri art b'valur għoli ta' bijodiversità, art b’ħażna għolja tal-karbonju, u torbiera)

-Jenħtieġ jkunu stabbiliti liġijiet, sistemi ta' monitoraġġ u ta’ infurzar biex jiġi żgurat li ċerti prattiki tal-ġestjoni tal-foresti jiġu rrispettati

-il-pajjiżi jew ir-reġjuni li huma s-sors tal-bijomassa tal-foresti għall-UE jridu jilħqu għadd ta' rekwiżiti tal-LULUCF, inkluża r-ratifikazzjoni tal-ftehim ta' Pariġi; irid ikollhom impenji u azzjonijiet stabbiliti biex jikkonservaw u jsaħħu l-ħażniet u l-bjar tal-karbonju; u jrid ikollhom stabbilita skema ta' rappurtar għall-emissjonijiet ta’ gass serra

L-Artikolu 26(2)–26(4) L-Artikolu 26(5)–26(6) L-Artikolu 26(7)
Dispożizzjonijiet oħra li jistgħu jkollhom impatt fuq is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija
Ir-rekwiżit tal-effiċjenza fl-enerġija

-il-ħtieġa li tintuża t-teknoloġija tal-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja għall-installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku b'kapaċità tal-fjuwil >= 20 MW

L-Artikolu 26(8)
Limitu massimu fuq l-użu tal-għelejjel għall-ikel jew l-għalf

-jenħtieġ li l-użu tal-għelejjel għall-ikel jew l-għalf għall-produzzjoni tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi jkollu limitu massimu ta' 7 % u jitnaqqas għal 3.8 % fl-2030

L-Artikolu 7
Il-mira għat-tisħin u t-tkessiħ bl-enerġija rinnovabbli

-jenħtieġ li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fornut għat-tisħin u t-tkessiħ jiżdied b'1 % kull sena

L-Artikolu 23
Il-mira għall-enerġija minn "bijofjuwils avvanzati"

-Jenħtieġ li s-sehem minimu tal-enerġija minn "bijofjuwils avvanzati" (elenkati fl-Anness IX), minn fjuwils likwidi u gassużi rinnovabbli għat-trasport ta' oriġini mhux bijoloġika, minn fjuwils fossili bbażati fuq l-iskart, u minn elettriku rinnovabbli fl-ammont totali ta' fjuwils għat-trasport, ikun ta’ 1.5 % fl-2021, u jiżdied għal 6.8 % fl-2030.

L-Artikolu 25(1)

1Il-kriterji ta’ sostenibbiltà huma applikabbli għall-installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ, jew fjuwils b'kapaċità tal-fjuwil ta’ 20 MW jew aktar (bijomassa solida) u b'kapaċità elettrika ta’ 0.5 MW jew aktar (bijomassa gassuża). L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kriterji għall-installazzjonijiet b'kapaċità tal-fjuwil aktar baxxa.

Sors: Il-QEA.

… iżda l-kopertura tal-proposta hija limitata …
A3

Il-qafas ta' sostenibbiltà ma jkoprix il-bijomassa kollha prodotta u użata fl-UE. Huwa japplika biss għall-bijomassa użata għall-finijiet tal-enerġija, xi għelejjel jew tipi ta’ użu huma esklużi, u l-għadd ta' installazzjonijiet koperti huwa limitat.

  1. L-għelejjel destinati biex jintużaw għall-ħolqien tal-bijogass għall-elettriku mhumiex koperti mill-Artikolu 7(1).
  2. Il-bijogass għall-użu fis-settur tat-trasport mhuwiex kopert mill-kriterji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass serra (l-Artikolu 26(7)).
  3. Dawn il-kriterji huma applikabbli biss għall-installazzjonijiet b'kapaċità akbar minn ċertu livell. Is-settur industrijali mhuwiex l-aktar konsumatur prolifiku tal-bijomassa solida, billi l-biċċa l-kbira minnha tintuża għat-tisħin residenzjali67. Barra minn hekk, is-soll ta' 20 MW għall-fjuwils tal-bijomassa solida kien stabbilit biss abbażi ta' data li tikkonċerna l-impjanti li jużaw il-laqx tal-injam68; iżda 32 % biss tal-bijomassa solida tiġi kkunsmata fil-forma ta' laqx tal-injam mill-installazzjonijiet b'kapaċità ta' aktar minn 1 MW69. Is-soll ta' 0.5 MW għall-impjanti tal-bijogass ifisser li hemm ir-riskju li l-kriterji jiġu applikati biss għal għadd limitat ħafna ta' impjanti tal-bijogass, minħabba li l-impjanti bbażati fuq il-materja prima agrikola għandhom kapaċitajiet elettriċi medji ta' 450 kW70.
… tinkludi kwistjonijiet ta' kontabbiltà mhux solvuti, relatati mal-emissjonijiet ta’ gass serra …
A4

Il-kalkolu tal-livelli ta’ emissjonijiet ta’ gass serra mill-produzzjoni tal-bijoenerġija huwa kompitu problematiku. L-aktar kwistjonijiet sinifikanti huma deskritti hawn taħt. Madankollu, huma mhumiex koperti mill-proposta għal RED II, iżda jenħtieġ li jiġu indirizzati mill-proposta tal-Kummissjoni dwar il-LULUCF.

  1. Fil-livell tal-installazzjonijiet individwali: l-emissjonijiet diretti tad-diossidu tal-karbonju assoċjati mal-kombustjoni tal-bijomassa ma jitqisux fl-analiżijiet taċ-ċiklu tal-ħajja (LCAs)71 għall-kalkoli tal-emissjonijiet ta' gass serra, fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Dan jassumi b'mod impliċitu li jseħħ assorbiment kważi immedjat tal-karbonju permezz tat-tkabbir mill-ġdid tal-pjanti. Madankollu, din is-suppożizzjoni hija skorretta fil-każ tal-bijomassa tal-injam, minħabba ż-żmien li s-siġar jeħtieġu biex jimmaturaw u minħabba n-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-assorbiment u r-rilaxx tal-karbonju li l-art tiġġenera jekk ma tintużax għall-produzzjoni tal-bijomassa. Dan jiġi elaborat aktar fil-Kaxxa A1.
  2. Fil-livell tal-kontabbiltà nazzjonali tal-emissjonijiet ta’ gass serra: skont ir-regoli attwali tal-kontabbiltà nazzjonali ta' Kyoto għall-emissjonijiet ta’ gass serra, il-kombustjoni tal-bijomassa tgħodd bħala żero fis-settur tal-enerġija, bis-suppożizzjoni li kwalunkwe tibdil li jirriżulta fil-ħażna tal-karbonju jiġi kkontabilizzat bħala emissjonijiet fis-settur tal-LULUCF72. Dan isir sabiex jiġi evitat li dawn l-emissjonijiet jingħaddu darbtejn. Min-naħa l-oħra, il-LULUCF għadu mhux inkluż kompletament fil-mira tal-UE għat-tnaqqis domestiku għall-2020, għalhekk attwalment l-emissjonijiet ta’ gass serra mill-kombustjoni tal-bijomassa mhumiex ikkontabilizzati fl-ebda settur. F'Lulju 2016, il-Kummissjoni pproponiet regolament li jkun jeħtieġ li, mill-2021, l-emissjonijiet u l-assorbiment ta’ gass serra mil-LULUCF jiġu inklużi fil-qafas tal-2030 dwar il-klima u l-enerġija73.

Kaxxa A1

L-użu tal-bijomassa tal-injam huwa newtrali fil-karbonju?

Il-ħruq tal-injam għall-produzzjoni tal-enerġija normalment jemetti aktar karbonju għal kull unità ta' enerġija prodotta mill-ħruq ta’ fjuwils fossili.

Dan ifisser li l-benefiċċji ambjentali tal-bijoenerġija fil-forma ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gass serra ma jistax jimmaterjalizza fil-fażi tal-użu tal-bijomassa (jiġifieri l-ħruq tal-bijomassa għall-enerġija). Minflok, il-benefiċċji jridu jinkisbu matul il-produzzjoni tal-bijomassa, jew billi jitnaqqsu l-emissjonijiet (speċjalment meta jintużaw l-iskart u r-residwi, li inkella jirrilaxxaw il-karbonju tagħhom fl-atmosfera jekk ma jinġabarx għall-enerġija), jew inkella billi jiżdiedu l-bjar tal-karbonju (eż. jekk il-produzzjoni tal-bijomassa għall-enerġija żżid it-tkabbir tal-pjanti, magħrufa bħala bijomassa "addizzjonali").

Ix-xjenzati ma jaqblux dwar iż-żmien xieraq li fih ikun mistenni li jimmaterjalizzaw il-benefiċċji ambjentali mill-bijoenerġija (il-perjodu ta’ ħlas lura tal-karbonju). Fuq it-terminu qasir, il-ħruq tal-bijomassa mill-iskart jew ir-residwu tal-injam jista' jwassal għal tnaqqis konsiderevoli fl-emissjonijiet ta’ gass serra. Madankollu, il-ħsad tal-foresti primarjament għall-finijiet tal-enerġija se jżid il-kontenut tas-CO2 fl-atmosfera anke jekk jinżergħu siġar ġodda, minħabba li siġar miżrugħa ġodda ma jistgħux jassorbu l-istess ammont ta' karbonju bħal siġar aktar maturi, u jieħu ż-żmien biex l-ammont ta' CO2 rilaxxat matul il-ħruq jerġa' jinqabad. Dan jista' anke jiskatta tibdil irriversibbli fil-klima globali, minn stat stabbli għal stat ieħor b'temperatura ogħla ("punti kritiċi klimatiċi"). Xi xjenzati jargumentaw li t-tul tal-perjodu ta’ ħlas lura tal-karbonju fil-fatt ma jagħmilx differenza, dment li l-emissjonijiet kollha tas-CO2 jiġu assorbiti eventwalment.

Aktar diskussjonijiet jirreferu għax-xenarji ta' referenza xierqa. Skont il-Kumitat Xjentifiku tal-EEA, l-iżball bażiku fis-suppożizzjoni tan-newtralità ġenerali fil-karbonju tal-bijomassa huwa n-nuqqas li jingħaddu l-produzzjoni u l-użu tal-bijomassa li l-art tiġġenera jekk ma tintużax għall-bijoenerġija (ix-xenarju kontrofattwali). Għalhekk, il-Kumitat jirrakkomanda li, għall-konsum tal-bijomassa, tintuża biss il-bijomassa li titkabbar addizzjonalment u l-iskart, jiġifieri dik li inkella tiddiżintegra fil-foresta. Xjenzati oħra ma jaqblux, u jsostnu li huwa aċċettabbli li jinħasdu foresti għall-bijoenerġija, billi l-foresta xorta waħda tkun se tinħasad.

… u ma tindirizzax għalkollox ir-riskji għas-sostenibbiltà tal-bijoenerġija
A5

Id-data statistika tikkonferma li l-produzzjoni tal-bijomassa mill-forestrija u l-agrikoltura qed tiżdied f'termini assoluti74. Il-foresti tal-UE, bir tal-karbonju nett, qed jespandu. Kull sena, din iż-żieda tikkanċella l-ekwivalenti ta' madwar 10 % tal-emissjonijiet ta’ gass serra tal-UE li mhumiex mil-LULUCF. Madankollu, din il-kapaċità ta' assorbiment tista' tiġi kompromessa, u riskji oħra għas-sostenibbiltà jistgħu jiġu aggravati, jekk id-domanda għall-bijoenerġija tiżdied b'mod sinifikanti.

A6

Matul l-analiżi tagħna, aħna sibna li l-qafas ta' sostenibbiltà kif stipulat fil-proposta għal RED II ma jindirizzax għalkollox is-16-il riskju ambjentali u soċjoekonomiku li konna identifikajna. Mis-16-il riskju li konna identifikajna, 3 biss ġew indirizzati fil-proposta għal RED II u 2 ġew indirizzati f'atti leġiżlattivi oħra; 6 riskji oħra ġew parzjalment indirizzati u 5 ma ġewx indirizzati (ara t-Tabelli A2 u A3). Ir-riskji prinċipali li mhumiex indirizzati jew li huma indirizzati parzjalment biss kienu dawn li ġejjin:

  1. L-intensifikazzjoni tal-prattiki tal-forestrija (ara t-Tabella A2, ir-riskji 1(c), 2(c) u 3(c)). Il-Kummissjoni ma pproponietx li tagħmel obbligatorji r-rekwiżiti volontarji eżistenti għas-sostenibbiltà. Fin-nuqqas ta' standards vinkolanti li jiżguraw livell ugwali u għoli ta' prattiki sostenibbli ta’ ġestjoni tal-foresti75, il-proposta għalhekk tiddependi fuq inizjattivi volontarji fl-Istati Membri tal-UE (bħal Forest Europe) u fil-pajjiżi mhux tal-UE li jfornu l-bijomassa lill-UE.
  2. L-intensifikazzjoni tal-prattiki agrikoli (ara t-Tabella A2, ir-riskji 1(b), 2(b) u 3(b)). Fid-Direttiva attwali dwar l-Enerġija Rinnovabbli, il-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijofjuwils jimponu, b'mod espliċitu, l-istandards għaż-żamma tal-art f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba76. Dan ir-rekwiżit tħassar mill-proposta għal RED II. B’konsegwenza ta’ dan, l-istandards ambjentali rilevanti mhumiex obbligatorji għal żoni li mhumiex iċċekkjati taħt il-Politika Agrikola Komuni. Lanqas ma hemm standards bħal dawn għall-bijomassa li s-sors tagħha jkun barra mill-UE.
  3. L-użu kaskata (ara t-Tabella A3, ir-riskju 6(a)). Skont il-loġika tal-ekonomija ċirkolari, jenħtieġ li l-injam jintuża sew qabel jerġa' jintuża, jiġi riċiklat u finalment jinħaraq għall-enerġija. Dan il-prinċipju, magħruf bħala l-prinċipju ta' użu kaskata, jagħti prijorità lill-użu ta' valur ogħla u jippromwovi l-użu tal-enerġija biss meta jibdew jispiċċaw l-alternattivi l-oħra. Madankollu, il-kaskati jiġu stabbiliti biss jekk ikunu jagħmlu sens ekonomiku. Inċentivi ta' politika b'saħħithom għall-użu tal-bijomassa bħala sors ta' enerġija rinnovabbli, bħall-appoġġ finanzjarju u miri ambizzjużi, jistgħu joħolqu distorsjoni f’din il-loġika. Dan ir-riskju mhuwiex indirizzat fil-proposta tal-Kummissjoni.
A7

L-istabbiliment tal-miri għall-enerġija rinnovabbli, flimkien mal-iskemi ta' appoġġ pubbliku għall-bijoenerġija, jistimula l-użu tal-bijoenerġija. Dan kien il-każ sa minn kmieni fis-snin 2000, speċjalment għat-trasport u l-produzzjoni tal-elettriku. Parti minn din il-bijomassa hija importata: fl-2015, l-UE importat 34 % tal-gerbub u 9.5 % tal-bijofjuwils likwidi li kkunsmat77. Fin-nuqqas ta' biżżejjed salvagwardji (kriterji ta’ sostenibbiltà dgħajfa), aħna nqisuh bħala riskju li l-proposta għal RED II tħeġġeġ il-produzzjoni u l-użu tal-bijoenerġija permezz ta' miri ambizzjużi għall-enerġija rinnovabbli flimkien ma' inċentivi finanzjarji, minħabba li fuq terminu twil dan jista' jwassal għal żieda fl-użu ta’ bijomassa mhux sostenibbli. Għalhekk, il-qafas propost ma jipprovdix bażi adegwata għall-protezzjoni suffiċjenti taż-żoni rurali kontra riskji ambjentali u soċjoekonomiċi identifikati, u lanqas għall-massimizzazzjoni tal-potenzjal tagħhom għal żvilupp sostenibbli ulterjuri.

Figura A1

Illustrazzjoni tal-emissjonijiet ta' gass serra tul il-katina ta’ provvista meta mqabbel mal-emissjonijiet ta' referenza tal-fjuwils fossili għall-perkorsi l-aktar rappreżentattivi tal-bijomassa solida

Nota: Il-valuri jeskludu l-kombustjoni, kif ukoll l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha tal-karbonju bijoġeniku fil-katina ta’ provvista, minbarra l-metan. Il-valuri huma bbażati fuq il-valuri prestabbiliti tal-emissjonijiet ta’ gass serra. SRC = Masġar b’Newba Qasira.

(a)Il-kalkoli huma bbażati fuq id-data dwar il-gass serra mill-kultivazzjoni tal-ewkaliptu f'żoni tropikali.

(b)Id-data hija bbażata fuq il-luq ikkultivat fl-UE mingħajr l-ebda fertilizzazzjoni sintetika.

(c)Zkuk tas-siġar (NG) = gerbub prodott bl-użu ta' gass naturali bħala l-fjuwil tal-proċess, il-perkorsi l-oħra kollha huma bbażati fuq l-injam bħala l-fjuwil tal-proċess.

Sors: Giuntoli J, Agostini A, Edwards R, Marelli L, Solid and gaseous bioenergy pathways: input values and GHG emissions. Calculated according to the methodology set in COM(2016) 767 (Perkorsi għall-bijoenerġija solida u gassuża: valuri tal-input u emissjonijiet ta’ gass serra. Ikkalkulati skont il-metodoloġija stabbilita f’COM(2016) 767), EUR 27215 EN, doi:10.2790/27486, p. 131 (http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC104759/ld1a27215enn.pdf).

Figura A2

Illustrazzjoni tat-tnaqqis ta’ gass serra għall-perkorsi l-aktar rappreżentattivi tal-bijogass u l-bijometan

Nota: Il-valuri jeskludu l-kombustjoni, kif ukoll l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha tal-karbonju bijoġeniku fil-katina ta’ provvista, minbarra l-metan. Il-valuri huma bbażati fuq valuri prestabbiliti tal-emissjonijiet ta’ gass serra. Valuri ogħla minn 100 % jirrappreżentaw sistemi li fihom il-krediti mill-ġestjoni agrikola mtejba jaqbżu l-emissjonijiet ta’ katina tal-provvista. Għal finijiet illustrattivi, il-valuri miksuba għall-kodiġestjoni ta' taħlita ta' 70 % (massa umda) demel u 30 % (massa umda) qamħirrum huma inklużi wkoll.

Sors: Giuntoli J, Agostini A, Edwards R, Marelli L, Solid and gaseous bioenergy pathways: input values and GHG emissions. Calculated according to the methodology set in COM(2016) 767 (Perkorsi għall-bijoenerġija solida u gassuża: valuri tal-input u emissjonijiet ta’ gass serra. Ikkalkulati skont il-metodoloġija stabbilita f’COM(2016) 767), EUR 27215 EN, doi:10.2790/27486, p. 141 (adattat) (http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC104759/ld1a27215enn.pdf).

Tabella A2

Il-punt sa fejn ir-riskji assoċjati mal-produzzjoni tal-bijomassa huma indirizzati

Riskji għas-sostenibbiltà Ir-riskju ġie indirizzat fil-kriterji ta’ sostenibbiltà jew ta’ tnaqqis ta’ gass serra fil-proposta għal RED II? Qafas ta' politika tal-UE relatat
Ambjentali (1) It-tnaqqis fil-bijodiversità 1(a) minħabba tibdil dirett fl-użu tal-art (eż. deforestazzjoni, telf ta' żoni protetti) Iva:
L-Artikolu 26(2)(a), (b) u (c); l-Artikolu 26(3)(b) u (c); l-Artikolu 26(5)(a)(ii), (iii) u (iv); l-Artikolu 26(5)(b)(ii), (iii) u (iv)

L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità:

Id-Direttiva 2009/147/KE dwar l-Għasafar,
Id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-Ħabitats,
Ir-Regolament Nru 1143/2014 dwar l-Ispeċijiet Aljeni Invażivi

1(b) minħabba intensifikazzjoni tal-prattiki agrikoli (eż. it-telf tad-diversità tal-għelejjel)
Parzjalment indirizzat mill-Artikolu 7(1) li jistabbilixxi limitu fuq l-użu tal-għelejjel għall-ikel u l-għalf għall-bijofjuwils u l-bijolikwidi, u għall-fjuwils tal-bijomassa għat-trasport. Madankollu, dan il-limitu ma japplikax għall-użu tal-għelejjel għall-bijogass għall-elettriku. Barra minn hekk, ir-referenza għar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità (l-Artikolu 17(6) tad-Direttiva RED) tneħħiet.

Il-Politika Agrikola Komuni:

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1306/2013,
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 809/2014,
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni Nru 640/2014

1(c) minħabba intensifikazzjoni tal-ġestjoni tal-foresti Parzjalment indirizzat mill-Artikolu 26(5)(a)(iv) u l-Artikolu 26(5)(b)(iv), iżda mhi imposta l-ebda miżura addizzjonali ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti (SFM). L-Artikolu 26(5) joqgħod għalkollox fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti u fuq il-pjanijiet ta' ġestjoni. Fin-nuqqas ta' standards vinkolanti li jiżguraw livell ugwali u għoli ta' prattiki sostenibbli ta’ ġestjoni tal-foresti, il-proposta toqgħod fuq inizjattivi volontarji. L-Istrateġija tal-UE għall-Foresti COM(2013) 659 final
(2) Id-degradazzjoni tal-ħamrija 2(a) minħabba tibdil dirett fl-użu tal-art (li jwassal għal eż. telf tal-karbonju fil-ħamrija, erożjoni) Iva:
L-Artikolu 26(3)(a); l-Artikolu 26(4); l-Artikolu 26(5)(a)(ii) u l-Artikolu 26(5)(b)(ii)

Il-Politika Agrikola Komuni:

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1306/2013,
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 809/2014,
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni Nru 640/2014

2(b) minħabba intensifikazzjoni tal-prattiki agrikoli (li twassal għal eż. kompressjoni, telf tal-fertilità tal-ħamrija, erożjoni) Parzjalment indirizzat.
Indirettament u parzjalment indirizzat permezz tal-Anness VI, il-punt 6: ċerti prattiki tal-ġestjoni agrikola jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass serra (eż. tnaqqis fil-ħdim tar-raba' jew l-ebda ħidma tar-raba’, titjib fin-newba tal-għelejjel, użu ta' għelejjel ta' kopertura), jekk ikun hemm evidenza solida u verifikabbli ta' żieda fil-karbonju tal-ħamrija. Barra minn hekk, ir-referenza għar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità (l-Artikolu 17(6) tad-Direttiva RED) tneħħiet. Ma hemm definita l-ebda salvagwardja fir-rigward taż-żieda fl-estrazzjoni tar-residwu agrikolu li twassal għad-degradazzjoni tal-ħamrija.
2(c) minħabba intensifikazzjoni tal-ġestjoni tal-foresti (li twassal għal eż. telf tal-fertilità tal-ħamrija fil-foresti minħabba l-estrazzjoni tan-nutrijenti – residwi tal-foresti) Parzjalment indirizzat. Għalkemm l-Artikolu 26(5) jinkludi rekwiżiti relatati mar-riskju tal-użu mhux sostenibbli tal-produzzjoni tal-bijomassa tal-foresti, ma hemm definita l-ebda salvagwardja fir-rigward taż-żieda fl-estrazzjoni tar-residwu tal-foresti li twassal għad-degradazzjoni tal-ħamrija. Ma hemm imposta l-ebda miżura addizzjonali għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti (SFM). L-Artikolu 26(5) joqgħod għalkollox fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti u fuq il-pjanijiet ta' ġestjoni, jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-istess Artikolu. Fin-nuqqas ta' standards vinkolanti li jiżguraw livell ugwali u għoli ta' prattiki sostenibbli ta’ ġestjoni tal-foresti, il-proposta toqgħod fuq inizjattivi volontarji. L-Istrateġija tal-UE għall-Foresti COM(2013) 659 final
(3) In-nuqqas ta' ilma u t-tniġġis 3(a) minħabba tibdil fl-użu tal-art (eż. tibdil fil-bilanċ tal-ilma) Iva:
L-Artikolu 26(3)(a); l-Artikolu 26(4); l-Artikolu 26(5)(a)(ii) u l-Artikolu 26(5)(b)(ii)
Id-Direttiva Qafas 2000/60/KE dwar l-Ilma
3(b) minħabba l-intensifikazzjoni tal-prattiki agrikoli (eż. tisqija, fertilizzazzjoni) Parzjalment indirizzat. Indirizzat b'mod indirett u parzjali permezz tal-Anness VI: luq SRC mingħajr fertilizzazzjoni jirriżulta f'valuri kemmxejn ogħla ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass serra, meta mqabbel mal-luq SRC fertilizzat. Barra minn hekk, ir-referenza għar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità (l-Artikolu 17(6) tad-Direttiva RED) tneħħiet.

Il-Politika Agrikola Komuni:

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1306/2013,
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 809/2014,
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni Nru 640/2014

3(c) minħabba intensifikazzjoni tal-ġestjoni tal-foresti (eż. tibdil fil-bilanċ tal-ilma) Parzjalment indirizzat. Għalkemm l-Artikolu 26(5) jinkludi rekwiżiti relatati mar-riskju tal-użu mhux sostenibbli tal-produzzjoni tal-bijomassa tal-foresti, ma hemm imposta l-ebda miżura addizzjonali għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti (SFM). L-Artikolu 26(5) joqgħod għalkollox fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti u fuq il-pjanijiet ta' ġestjoni. Fin-nuqqas ta' standards vinkolanti li jiżguraw livell ugwali u għoli ta' prattiki sostenibbli ta’ ġestjoni tal-foresti, il-proposta toqgħod fuq inizjattivi volontarji. L-Istrateġija tal-UE għall-Foresti COM(2013) 659 final
(4) L-emissjonijiet ta' gass serra (GHG) 4(a) minħabba emissjonijiet ta' gass serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja bl-esklużjoni tal-karbonju bijoġeniku (eż. użu ta’ fertilizzanti, trasport tal-bijomassa, tnixxija tal-metan mill-impjanti tal-bijogass) Parzjalment:
L-Artikolu 26(7)(a), (b), (c); l-Artikolu 26(7)(d)
Madankollu, il-bijogass għat-trasport mhuwiex kopert mir-rekwiżiti ta’ hawn fuq dwar it-tnaqqis tal-gass serra.

Il-Politika dwar il-Klima:

Proposta għal Regolament LULUCF, id-Direttivi 2003/87/KE u 2009/29/KE dwar l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS),
Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi,
Id-Direttiva 2009/30/KE dwar il-Kwalità tal-Karburanti,
Id-Direttiva 2012/27/UE dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija

4(b) minħabba effetti indiretti (eż. tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC) minħabba l-ispostament tal-għelejjel tal-ikel, foresti iżgħar) Parzjalment indirizzat mill-Artikolu 7(1) li jistabbilixxi limitu fuq l-użu tal-għelejjel għall-ikel u l-għalf għall-bijofjuwils u l-bijolikwidi, u għall-fjuwils tal-bijomassa għat-trasport. Madankollu, dan il-limitu ma japplikax għall-użu tal-għelejjel għall-bijogass għall-elettriku. Proposta għal Regolament LULUCF, id-Direttiva 2015/1513 dwar l-ILUC

Sors: Il-QEA.

Tabella A3

Il-punt sa fejn ir-riskji assoċjati mal-użu tal-bijomassa huma indirizzati

Riskji għas-sostenibbiltà Ir-riskju ġie indirizzat fil-kriterji ta’ sostenibbiltà jew ta’ tnaqqis ta’ gass serra fil-proposta għal RED II? Qafas ta' politika tal-UE relatat
Ambjentali (4) L-emissjonijiet ta' gass serra (GHG) 4(c) minħabba emissjonijiet tas-CO2 mill-ħruq tal-bijomassa (emissjonijiet bijoġeniċi) Parzjalment:
L-Artikolu 26(7)(a), (b), (c), l-Artikolu 26(7)(d)
Madankollu, il-bijogass għat-trasport mhuwiex kopert mir-rekwiżiti ta’ hawn fuq dwar it-tnaqqis tal-gass serra.
Il-kwistjonijiet mhux solvuti rigward il-kontabbiltà, relatati mal-emissjonijiet ta’ gass serra bijoġeniku, mhumiex indirizzati (ara l-paragrafi A1 u A4).

Il-Politika dwar il-Klima:

Id-Direttivi 2003/87/KE u 2009/29/KE dwar l-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS),
Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi,
Id-Direttiva 2009/30/KE dwar il-Kwalità tal-Karburanti,
Id-Direttiva 2012/27/UE dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija

(5) It-tniġġis tal-arja 5(a) minħabba l-ħruq tal-bijomassa (eż. materja partikolata, SO2…) Mhux indirizzat f'din il-proposta iżda ttrattat permezz ta' strumenti oħra.
Il-leġiżlazzjoni ma tkoprix l-istokk kbir ta' apparat (residenzjali) antik li juża l-bijomassa għat-tisħin.

Il-Politika tal-UE dwar it-Tniġġis tal-Arja:

Id-Direttiva 2009/125/KE dwar l-Ekodisinn,
Id-Direttiva 2015/2193 dwar l-Impjanti tal-Kombustjoni Medji,
Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-Emissjonijiet Industrijali

5(b) minħabba l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa matul il-kumplament taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bijoenerġija (eż. trasport tal-bijomassa) Mhux indirizzat f'din il-proposta iżda ttrattat permezz ta' strumenti oħra. Standards dwar l-effiċjenza tal-vetturi
(6) Soċjoekonomiku 6(a) Użu ineffiċjenti tal-bijomassa (inklużi n-nuqqas ta' applikazzjoni tal-prinċipju ta' użu kaskata, metodi ta' konverżjoni subottimali mill-bijomassa għall-enerġija) Parzjalment: L-Artikolu 26(8) jindirizza l-effiċjenza tal-produzzjoni tal-elettriku mill-bijomassa iżda ma jikkonċernax il-produzzjoni tas-sħana. Dan l-Artikolu japplika biss għal installazzjonijiet b'kapaċità tal-fjuwil > 20MW. Minħabba d-daqs medju ferm iżgħar tal-impjanti tal-bijogass, dan japplika biss għal minoranza żgħira ta' impjanti tal-bijogass.
Ir-riskju għan-nuqqas ta' applikazzjoni tal-prinċipju ta' użu kaskata mhuwiex indirizzat fil-proposta. Il-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart huma msemmija fl-Artikolu 7.5, iżda biss rigward l-inklużjoni ta' materja prima ġdida fl-Anness IX (materja prima għall-produzzjoni ta' bijofjuwils avvanzati).
Id-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija
Id-Direttiva Qafas 2008/98/KE dwar l-Iskart
6(b) Kompetizzjoni mat-tipi ta’ użu eżistenti (eż. produzzjoni tal-ikel, injam għall-industrija tal-karta u tal-polpa) Parzjalment indirizzat mill-Artikolu 7(1) li jistabbilixxi limitu fuq l-użu tal-għelejjel għall-ikel u l-għalf għall-bijofjuwils u l-bijolikwidi, u għall-fjuwils tal-bijomassa għat-trasport. Madankollu, dan il-limitu ma japplikax għall-użu tal-għelejjel għall-bijogass għall-elettriku.
L-Artikolu 7(5) jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu evitati effetti distorsivi sinifikanti fuq is-swieq għal prodotti (sekondarji), skart jew residwi meta tiġi inkluża materja prima ġdida fl-Anness IX (materja prima għall-produzzjoni ta' bijofjuwils avvanzati).
Mhijiex imsemmija d-distorsjoni potenzjali tas-swieq għall-prodotti, l-iskart jew ir-residwi li attwalment hija inkluża fl-Anness IX propost. Il-materja prima inkluża fl-Anness IX ma tistax titneħħa wara.
 

Sors: Il-QEA.

Anness II

Karatteristiki tal-proġetti awditjati

Nru tal-Proġett Perjodu ta’ programmazzjoni
Miżura tal-FAEŻR
Titolu tal-proġett u deskrizzjoni fil-qosor Spejjeż effettivi tal-proġett (il-proġett kollu, inkluż f'xi każijiet il-partijiet mhux relatati mal-enerġija) Tip ta’ enerġija rinnovabbli;
Tip ta’ użu tal-enerġija
Karatteristiki tal-proġett fir-rigward tal-iżvilupp rurali sostenibbli
01 AT-01 2007-2013
M 121
Tisħin bil-bijomassa tal-injam f’azjenda agrikola (razzett) EUR 36 424.57 Bijoenerġija
Użu proprju tal-enerġija

Aspetti ambjentali: sistema ta' tisħin effiċjenti fl-enerġija; emissjonijiet ta’ PM mill-ħruq tal-injam

Forniment lokali tal-fjuwil: injam mill-foresta proprja tal-bidwi

L-ebda diversifikazzjoni tal-introjtu tal-azjenda agrikola, l-ebda attività jew servizz addizzjonali tal-biedja

02 AT-02 2007-2013
M 413 (321)
Tisħin distrettwali – bijomassa tal-injam (proġett ta' estensjoni tan-netwerk tat-tisħin) EUR 269 512.69 Bijoenerġija
Forniment tal-enerġija lil partijiet terzi

Aspetti ambjentali: sistema ta' tisħin effiċjenti fl-enerġija; sistema ta' tisħin distrettwali; emissjonijiet ta’ PM mill-ħruq tal-injam

Forniment lokali tal-fjuwil: injam minn fornituri fi ħdan distanza ta' 50 km mill-lok tal-bojler

Diversifikazzjoni tal-introjtu tal-azjenda agrikola / żamma tal-impjiegi fuq l-azjendi agrikoli u tul il-katina ta’ provvista tal-injam

Forniment ta’ servizzi ta’ enerġija lokali

Involviment lokali (il-proġett LEADER)

03 AT-03 2007-2013
M 321
Tisħin distrettwali – bijomassa tal-injam, bijogass + netwerk ta’ distribuzzjoni EUR 928 443.47 Bijoenerġija
Forniment tal-enerġija lil partijiet terzi

Aspetti ambjentali: sistema ta’ tisħin effiċjenti fl-enerġija; sistema ta’ tisħin distrettwali; emissjonijiet ta' PM mill-ħruq tal-injam; "produzzjoni" ta' demel tal-bijogass

Forniment lokali tal-fjuwil: injam minn fornituri fi ħdan distanza ta' 50 km mill-lok tal-bojler u mill-impjant tal-bijogass lokali

Diversifikazzjoni tal-introjtu tal-azjenda agrikola / żamma tal-impjiegi fuq l-azjendi agrikoli u tul il-katina ta’ provvista tal-injam

Forniment ta’ servizzi ta’ enerġija lokali

04 AT-04 2007-2013
M 413 (311)
Tisħin distrettwali – bijomassa tal-injam; kooperattiva tal-bdiewa EUR 311 865.86 Bijoenerġija
Forniment tal-enerġija lil partijiet terzi

Aspetti ambjentali: sistema ta' tisħin effiċjenti fl-enerġija; sistema ta' tisħin distrettwali; emissjonijiet ta’ PM mill-ħruq tal-injam

Forniment lokali tal-fjuwil: injam mill-fornituri fi ħdan distanza ta' 50 km mill-lok tal-bojler

Diversifikazzjoni tal-introjtu tal-azjenda agrikola / żamma tal-impjiegi fuq l-azjendi agrikoli u tul il-katina ta’ provvista tal-injam (kooperattiva tal-azjendi agrikoli) u mill-bejgħ tat-tisħin

Forniment ta’ servizzi ta’ enerġija lokali

Involviment lokali (il-proġett LEADER)

05 AT-05 2007-2013
M 311
Impjant tal-bijogass EUR 1 550 000.00 Bijoenerġija
Forniment tal-enerġija lil partijiet terzi u użu proprju tal-enerġija

Aspetti ambjentali: CHP; prinċipalment l-użu tal-ħmieġ u l-iskart tal-annimali minn azjendi agrikoli lokali proprji u oħrajn fl-impjant tal-bijogass; "produzzjoni" ta’ demel tal-bijogass

Diversifikazzjoni tal-introjtu tal-azjenda agrikola / żamma tal-impjieg fuq l-azjenda agrikola

Ħolqien ta' impjieg wieħed: manutenzjoni teknika u kontabbiltà/ġestjoni finanzjarja

Użu sinifikattiv tas-sħana: il-forniment ta' servizzi ta’ tnixxif (żrieragħ); demel niexef għall-azjendi ortikulturali

06 AT-06 2014-2020
M 6.4.3
Installazzjoni fotovoltajka EUR 18 065.00 Enerġija mix-xemx
Użu proprju tal-enerġija

Tnaqqis fl-ispejjeż tal-enerġija tal-azjenda agrikola

L-ebda diversifikazzjoni tal-introjtu tal-azjenda agrikola, l-ebda attività jew servizz addizzjonali tal-biedja

07 AT-07 2014-2020
M 4.1.1
Tisħin bil-bijomassa tal-injam fl-azjenda agrikola EUR 25 902.53 Bijoenerġija
Użu proprju tal-enerġija

Aspetti ambjentali: sistema ta' tisħin effiċjenti fl-enerġija; emissjonijiet ta’ PM mill-ħruq tal-injam

Forniment lokali tal-fjuwil: injam mill-foresti lokali

Żamma tal-impjiegi u estensjoni tal-attivitajiet tal-azjenda agrikola (estensjoni tat-trobbija tal-annimali) minħabba l-iffrankar tal-ħin u tal-ispazju (li preċedentement kien jintuża biex jinħażen it-tiben għat-tisħin)

08 BG-01 2007-2013
M 121
Installazzjoni fotovoltajka għal pompa għat-tisqija u għal apparat elettriku ieħor; produzzjoni organika tat-tartufi u l-ġellewż EUR 42 791.12 Enerġija mix-xemx
Użu proprju tal-enerġija

Aspetti ambjentali: użu tal-enerġija mix-xemx (meta mqabbla mal-ġeneratur tad-Diżil, li kien ikun l-alternattiva, billi l-pakkett ma għandu l-ebda konnessjoni mal-grilja elettrika tal-villaġġ)

Stabbiliment ta' azjenda agrikola ġdid bi produzzjoni innovattiva: negozju ġdid u ħolqien ta’ impjiegi

09 BG-02 2007-2013
M 312
Installazzjoni fotovoltajka (mikrointrapriża) EUR 278 112.28 Enerġija mix-xemx
Forniment tal-enerġija lil partijiet terzi

Ħolqien ta' mikrointrapriża: introjtu mill-bejgħ tal-elettriku (pagamenti tal-FIT)

Ħolqien ta' impjieg wieħed (prinċipalment ta' sorveljanza)

Ma nħolqu l-ebda negozju jew opportunitajiet ta’ negozju ġodda, u lanqas ma ġew ipprovduti servizzi ġodda

10 BG-03 2007-2013
M 312
Installazzjoni fotovoltajka (mikrointrapriża) EUR 277 908.78 Enerġija mix-xemx
Forniment tal-enerġija lil partijiet terzi

Ħolqien ta' mikrointrapriża: introjtu mill-bejgħ tal-elettriku (pagamenti tal-FIT)

Ħolqien ta' impjieg wieħed (prinċipalment ta' sorveljanza)

Ma nħolqu l-ebda negozju jew opportunitajiet ta’ negozju ġodda, u lanqas ma ġew ipprovduti servizzi ġodda

11 BG-04 2007-2013
M 123
Installazzjoni fotovoltajka u impjant tal-bijogass (produzzjoni tas-sħana); użu proprju permezz ta' proċessur tal-ikel EUR 3 615 358.49 Enerġija mix-xemx u bijoenerġija
Użu proprju tal-enerġija

Aspetti ambjentali: elettriku mix-xemx, trattament tal-ilma mormi u użu sinifikattiv tal-ħama tad-drenaġġ fl-impjant tal-bijogass

Tnaqqis fl-ispejjeż tal-enerġija tal-kumpanija

Forniment ta’ impjiegi f'żona rurali

Forniment ta' opportunitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni għall-bdiewa lokali (żamma tal-azjenda agrikola u tal-impjiegi)

12 BG-05 2014-2020
M 04.1
Installazzjoni fotovoltajka għad-dawl; azjenda agrikola żgħira ġdida il-proġett ma kienx ikkompletat fi żmien iż-żjara tal-awditjar Enerġija mix-xemx
Użu proprju tal-enerġija

Aspetti ambjentali: użu tal-enerġija mix-xemx (meta mqabbla mal-ġeneratur tad-Diżil, li kien ikun l-alternattiva, billi l-pakkett ma għandu l-ebda konnessjoni mal-grilja elettrika tal-villaġġ)

Stabbiliment ta' azjenda agrikola ġdid bi produzzjoni innovattiva: negozju ġdid u ħolqien ta’ impjiegi

13 BG-06 2007-2013
M 311
Installazzjoni fotovoltajka; diversifikazzjoni tal-azjenda agrikola EUR 255 764.12 Enerġija mix-xemx
Forniment tal-enerġija lil partijiet terzi

Diversifikazzjoni tal-introjtu tal-azjenda agrikola (pagament tal-FIT)

Ħolqien ta' impjieg wieħed (prinċipalment ta' sorveljanza)

Ma nħolqu l-ebda negozju jew opportunitajiet ta’ negozju ġodda, u lanqas ma ġew ipprovduti servizzi ġodda

14 FR-01 2007-2013
M 121
Installazzjoni ta' pompa tas-sħana EUR 49 945.00 Proġett ta’ effiċjenza fl-enerġija

Titjib fil-prestazzjoni ekonomika u ambjentali għall-attività agrikola, permezz ta' tnaqqis fil-konsum tal-fjuwil fuq l-azjenda agrikola u titjib fil-produzzjoni tal-ħalib

15 FR-02 2007-2013
M 413 (311)
Kostruzzjoni ta' diġestur anaerobiku bbażat f’azjenda agrikola EUR 1 409 920.00 Bijoenerġija
Forniment tal-enerġija lil partijiet terzi u użu proprju tal-enerġija

Aspetti ambjentali: CHP; prinċipalment l-użu tal-ħmieġ u l-iskart tal-annimali minn azjendi agrikoli lokali proprji u oħrajn fl-impjant tal-bijogass; "produzzjoni" ta’ demel tal-bijogass

Diversifikazzjoni tal-introjtu tal-azjenda agrikola / żamma tal-impjieg fuq l-azjenda agrikola

Ħolqien ta' impjieg wieħed: manutenzjoni teknika

Użu sinifikattiv tas-sħana għat-tnixxif taċ-ċereali

Involviment lokali (il-proġett LEADER)

16 FR-03 2007-2013
M 411 (121)
Installazzjoni fotovoltajka EUR 47 500.00 Enerġija mix-xemx
Forniment tal-enerġija lil partijiet terzi

Tnaqqis fl-ispejjeż tal-enerġija tal-azjenda agrikola

L-ebda diversifikazzjoni tal-introjtu tal-azjenda agrikola, l-ebda attività jew servizz addizzjonali tal-biedja

Involviment lokali (il-proġett LEADER)

17 FR-04 2014-2020
M 04.3
Appoġġ għas-servizzi tal-foresta - Volet 2 EUR 13 506.00 Proġetti li jappoġġaw il-produzzjoni tal-bijomassa
Il-proġetti ntgħażlu, għaliex l-ebda proġett ta' investiment relatat mal-enerġija rinnovabbli għall-2014-2020 ma kien inbeda fi żmien iż-żjara tal-awditjar

Opportunità ta’ negozju għal kumpaniji ta’ foresta

18 FR-05 2014-2020
M 08.6
Konverżjoni tal-foresti - Volet 2 il-proġett ma kienx ikkompletat fi żmien iż-żjara tal-awditjar
19 IT-01 2007-2013
M 311
Impjant ġeotermiku EUR 71 042.00 Enerġija ġeotermika
Użu proprju tal-enerġija

Titjib fil-prestazzjoni ekonomika u ambjentali għall-attività agrikola u għall-agrituriżmu permezz ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 u ta’ żieda fil-bejgħ tal-inbid

20 IT-02 2007-2013
M 311
Installazzjoni fotovoltajka EUR 16 570.12 Enerġija mix-xemx
Użu proprju tal-enerġija

Titjib fil-prestazzjoni ekonomika u ambjentali għall-attività agrikola permezz tal-użu tal-fotovoltajku u ta’ żieda fl-attivitajiet tal-agrituriżmu

21 IT-03 2007-2013
M 123
Impjant ġeotermiku, tisħin bil-bijomassa, pannelli fotovoltajċi u sistema għall-qbid tad-dawl EUR 807 500.00 Enerġija ġeotermika, enerġija mix-xemx, bijoenerġija, flimkien ma' tekniki ta’ ffrankar ta’ enerġija
Użu proprju tal-enerġija

Aspetti ambjentali: valorizzazzjoni tal-iskart miż-żbir, mit-tindif tal-ħniedaq, mill-arbuxelli u miż-żoni msaġġra tal-azjenda; iffrankar ta' enerġija; tnaqqis tal-marka tal-karbonju (għal kull flixkun inbid)

Żieda fil-bejgħ tal-inbid

Ħolqien ta’ 12-il impjieg ġdid

22 IT-04 2007-2013
M 121
Iżolament tal-bini għall-iffrankar ta' enerġija EUR 241 064.50 Proġett ta’ effiċjenza fl-enerġija (il-proġett huwa parti mill-proġett IT-03)

Benefiċċji ambjentali mill-iffrankar ta' enerġija

23 IT-05 2007-2013
M 121
Impjant ġeotermiku EUR 315 022.94 Enerġija ġeotermika
Użu proprju tal-enerġija

Titjib fil-prestazzjoni ekonomika u ambjentali għall-attività agrikola permezz ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 u ta’ żieda fil-fatturat

Żewġ kumpaniji lokali installaw l-impjant ġeotermiku

24 IT-06 2007-2013
M 311
Pannelli fotovoltajċi, pannelli solari termali u tisħin bil-bijomassa EUR 32 740.20 Enerġija ġeotermika, enerġija mix-xemx, bijoenerġija
Użu proprju tal-enerġija

Aspetti ambjentali: sistemi effiċjenti għall-produzzjoni tal-enerġija jissostitwixxu l-bojlers tal-fjuwils fossili (gass);

Forniment ta’ materja prima (injam) mill-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-foresti tal-benefiċjarju stess, u miż-żbir tas-siġar taż-żebbuġ u tal-frott

Bidu ta' attivitajiet tal-agrituriżmu

Ħolqien ta' impjiegi (2-3 FTE)

Kumpaniji lokali biss installaw il-komponenti tal-enerġija rinnovabbli

25 LT-01 2007-2013
M 312
Impjant idroelettriku EUR 552 712.80 Idroenerġija
Forniment tal-enerġija lil partijiet terzi

Diversifikazzjoni tal-introjtu tal-azjenda agrikola permezz tal-bejgħ tal-elettriku (l-ebda pagament tal-FIT)

26 LT-02 2007-2013
M 123
Produzzjoni ta’ gerbub tat-tiben EUR 831 500.00 Produzzjoni tal-fjuwil tal-bijomassa

Ħolqien ta' mikrointrapriża rurali

Ħolqien ta' 20 impjieg

Użu ta' materja prima lokali

Nuqqas ta’ qligħ mill-forniment ta’ gerbub tat-tiben għall-installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli, għalhekk bidla għal prodotti ta’ mfierex tal-annimali

27 LT-03 2007-2013
M 312
Produzzjoni ta' gerbub tat-tiben u attivitajiet ta’ tisħin EUR 202 784.00 Bijoenerġija
Forniment tal-enerġija lil partijiet terzi

Aspetti ambjentali: tisħin effiċjenti fl-enerġija ta' żewġ binjiet pubbliċi

Ħolqien ta' mikrointrapriża rurali

Ħolqien ta' sitt impjiegi

Użu ta' materja prima lokali

Nuqqas ta’ qligħ mill-forniment ta’ gerbub tat-tiben għall-installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli, għalhekk tqieset bidla għal prodotti ta’ mfierex tal-annimali

28 LT-04 2007-2013
M 311
Produzzjoni tal-laqx tal-injam - akkwiżizzjoni tat-tagħmir meħtieġ (trattur, trejler, semitrejler, u magna li taqta' l-injam) EUR 85 200.00 Produzzjoni tal-fjuwil tal-bijomassa

Diversifikazzjoni tal-introjtu tal-azjenda agrikola

Salvagwardja ta' tliet impjiegi eżistenti

Trattur u tagħmir ieħor qed jużaw id-Diżil

29 LT-05 2007-2013
M 311
Turbina eolika f’azjenda agrikola EUR 404 024.00 Enerġija mir-riħ
Forniment tal-enerġija lil partijiet terzi

Diversifikazzjoni tal-introjtu tal-azjenda agrikola permezz tal-bejgħ tal-elettriku (pagament tal-FIT)

Risposti tal-Kummissjoni

Sommarju eżekuttiv

IV

Id-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli tippromwovi l-użu tal-enerġija rinnovabbli billi tistabbilixxi mira tal-UE ta’ 20 % sal-2020 u miri nazzjonali vinkolanti għall-enerġija rinnovabbli. L-Istati Membri għandhom diskrezzjoni wiesgħa dwar kif jilħqu l-miri nazzjonali tagħhom għall-enerġija rinnovabbli u dwar l-għażla ta’ enerġiji rinnovabbli li jappoġġaw.

Kif jista’ jsir kontribut aħjar għall-benefiċċji rurali tal-enerġija rinnovabbli jista’ jiġi indirizzat aħjar fil-politika għall-iżvilupp rurali u implimentat aħjar permezz tal-programmi nazzjonali jew reġjonali tal-iżvilupp rurali.

L-evidenza turi li l-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-UE eżistenti għall-bijokarburanti u għall-bijolikwidi stabbilita fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (Renewable Energy Directive - RED) attwali kienu effettivi biex jiġu evitati impatti ambjentali diretti mhux intenzjonati. Fl-2015, ir-RED ġiet emendata biex tindirizza wkoll riskji ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art. Il-proposta tal-Kummissjoni għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-perjodu ta’ wara l-2020 isaħħaħ il-kriterji ta’ sostenibilità tal-UE, billi tkopri wkoll il-bijomassa u l-bijogass għas-sħana u l-enerġija, u b’hekk tkompli tipproteġi ż-żoni rurali b’mod adegwat kontra r-riskji ambjentali u soċjoekonomiċi identifikati u timmassimizza l-potenzjal tal-bijoenerġija għal aktar żvilupp sostenibbli.

Barra minn hekk, il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-art fil-pakkett ta’ implimentazzjoni tal-enerġija u l-klima UE 2030 (il-proposta LULUCF) – li attwalment tinsab għaddejja mill-kodeċiżjoni (bi qbil proviżorju milħuq mill-koleġiżlaturi fl-14 ta’ Diċembru 2017) – tipprovdi qafas globali ta’ salvagwardja tas-sostenibbiltà dwar il-bijomassa għall-użi kollha billi tipprovdi li l-bir tal-karbonju terrestri tal-UE għandu tal-anqas jinżamm, jekk mhux jiġi miżjud (“ir-regola tal-ebda debitu”).

Barra minn hekk, il-Politika Agrikola Komuni (PAK), attwalment tipprovdi għal protezzjoni tal-karbonju organiku fil-ħamrija fir-raba’ u l-bur. Għalhekk, il-Politika Agrikola Komuni hija intiża li tipproteġi l-karbonju organiku tal-ħamrija u b’hekk tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tal-bijomassa taż-żona soġġetta għall-pagamenti tal-PAK. Għall-futur, il-Kummissjoni tfittex li ssaħħaħ l-ambizzjoni tal-PAK dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, il-ħarsien tal-ambjent u l-azzjoni klimatika.

V

Matul in-negozjati għall-perjodu ta’ programmar 2014-2020, il-Kummissjoni ppromwoviet b’mod attiv it-twaqqif ta’ sinerġiji u komplementaritajiet fl-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej filwaqt li ħadet ukoll kont ta’ skemi ta’ finanzjament eżistenti nazzjonali jew oħrajn tal-UE. Madankollu, l-għażliet ta’ implimentazzjoni huma fir-responsabbiltà tal-Istati Membri.

VI

Filwaqt li huwa minnu li l-ebda indikaturi speċifiċi tal-output għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli ma kienu jeżistu fil-bidu tal-perjodu 2007-2013, dejta dwar l-infiq kienet disponibbli wara l-introduzzjoni tal-Verifika tas-Saħħa. Barra minn hekk, is-CMEF 2007-2013 kienet tinkludi indikatur tal-impatt li jkopri l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli.

Għall-perjodu ta’ programmar 2014-2020, is-CMES itttejbet filwaqt li tqiesu kwistjonijiet ta’ disponibbiltà tad-dejta fl-Istati Membri kollha, il-kosteffettività tas-sistema u li l-piż amministrattiv jinżamm aċċettabbli għall-Istati Membri.

VII

Il-qafas legali jeħtieġ li l-Istati Membri jinkludu l-prinċipji fir-rigward tal-istabbiliment ta’ kriterji ta’ għażla fil-PŻR tagħhom. madankollu, il-proċeduri u l-kriterji tal-għażla nfushom jibqgħu fil-kompetenza tal-Istati Membri b’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni kondiviża.

VIII

L-ewwel inċiż: Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni sa fejn tirrigwarda l-azzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tqis li hija indirizzat it-tfassil futur tal-politika dwar l-enerġija rinnovabbli permezz tal-proposti tal-Kummissjoni dwar ir-Regolament dwar il-Governanza u dwar ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli.

Meta jabbozzaw il-pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u tal-klima tagħhom meħtieġa skont ir-Regolament dwar il-Governanza – li attwalment jinsab fil-proċedura ta’ kodeċiżjoni – l-Istati Membri jistgħu jieħdu kont, fost l-oħrajn, taċ-ċirkustanzi u l-ħtiġijiet taż-żoni rurali tagħhom.

It-tieni inċiż: Din ir-rakkomandazzjoni hija aċċettata. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-proposta tagħha tal-2016 għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED II) issaħħaħ sostanzjalment il-qafas tas-sostenibbiltà tal-bijoenerġija tal-UE, inklużi salvagwardji addizzjonali sabiex jiġi evitat li l-bijomassa forestali tinkiseb minn sorsi mhux sostenibbli.

Barra minn hekk, il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-art fil-pakkett ta’ implimentazzjoni tal-enerġija u l-klima UE 2030 (il-proposta LULUCF) – li attwalment tinsab għaddejja mill-kodeċiżjoni (bi qbil proviżorju milħuq mill-koleġiżlaturi fl-14 ta’ Diċembru 2017) – tipprovdi qafas globali ta’ salvagwardja tas-sostenibbiltà dwar il-bijomassa għall-użi kollha billi tipprovdi li l-bir tal-karbonju terrestri tal-UE għandu tal-anqas jinżamm, jekk mhux jiġi miżjud (“ir-regola tal-ebda debitu”).

Barra minn hekk, kif deskritt fil-Komunikazzjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja, il-Kummissjoni qed tfittex li ssaħħaħ l-ambizzjoni tal-PAK dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, il-ħarsien tal-ambjent u l-azzjoni klimatika.

It-tielet inċiż: Il-Kummissjoni tista’ taċċetta din ir-rakkomandazzjoni biss parzjalment, peress li mhix f’pożizzjoni f’dan l-istadju li tieħu impenji speċifiċi b’rabta ma’ proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020.

Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tanalizza modi possibbli biex issaħħaħ l-orjentazzjoni tal-PAK futura lejn ir-riżultati, billi jinkiseb valur miżjud tal-UE filwaqt li jiġu riflessi aħjar il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tat-territorji kkonċernati, kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2017) 713 final.

Ir-raba’ inċiż: Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni parzjalment. Ir-rakkomandazzjoni diġà ġiet implimentata u r-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali mtejba fl-2019 se jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa.

Il-ħames inċiż: Il-Kummissjoni tqis li din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Filwaqt li l-proċeduri ta’ għażla nfushom u d-definizzjoni ta’ kriterji ta’ għażla jibqgħu fil-kompetenza tal-Istati Membri b’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni se tkompli l-isforzi attwali tagħha biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex japplikaw proċeduri ta’ għażla rilevanti.

Introduzzjoni

12

Il-Kummissjoni diġà bdiet tħejji studju ġdid dwar appoġġ fis-settur tal-enerġija u f’setturi oħra (pereżempju: it-trasport), inklużi s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Skont il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija – li attwalment tinsab fil-proċedura tal-kodeċiżjoni – il-Kummissjoni qed timmonitorja s-sussidji fis-settur tal-enerġija. Analiżi dettaljata u r-riżultati se jkunu disponibbli fl-edizzjoni li jmiss tar-rapport dwar il-Prezzijiet u l-Ispejjeż tal-Enerġija, li se jiġi ppubblikat fl-2018.

15

Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni hija spjegata fit-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-Rapport Speċjali Nru 16/2017.

Osservazzjonijiet

25

Il-politika tal-iżvilupp rurali toffri qafas/għodda flessibbli li tippermetti lill-Istati Membri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, u fil-kuntest ta’ ġestjoni kondiviża, li jiddeċiedu kif l-aħjar jappoġġaw l-introduzzjoni tal-enerġija rinnovabbli f’konformità mal-għanijiet ta’ politika tal-UE u mal-kuntest, il-potenzjal u l-bżonnijiet speċifiċi tal-Istati Membri/ir-Reġjuni.

27

(i) Ir-rabta bejn l-enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp rurali sseħħ b’żewġ modi. Fuq naħa waħda, il-politika tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli, billi toħloq domanda għall-enerġija rinnovabbli, tista’ b’mod indirett tappoġġa l-iżvilupp f’żoni rurali li jsiru l-fornituri tal-enerġija rinnovabbli (pereżempju dik solari u tar-riħ) jew permezz ta’ materja prima tal-bijomassa (mill-forestrija u l-agrikoltura). Min-naħa l-oħra, il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli f’żoni rurali tista’ tiġi appoġġata fil-qafas tal-politika għall-iżvilupp rurali, li hija, fil-livell tal-UE, prinċipalment appoġġata permezz tal-FAEŻR.

30

Referenza għall-verifika tal-impatt fuq iż-żoni rurali hija inkluża fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja (ara l-paġna 22 ta’ COM(2017) 713 final).

F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni timpenja ruħha biex tippromwovi mekkaniżmu ta’ “verifika rurali”, li jħares sistematikament lejn il-politiki rilevanti minn “lenti rurali”, u jqis l-impatti possibbli fuq il-komunitajiet rurali.

Eżempju konkret ta’ “verifika rurali” huwa l-kunċett ta’ “rħula intelliġenti”, li huwa appoġġat minn politiki u Fondi SIE differenti biex jiffavorixxi l-ħolqien tal-irħula tal-futur, mgħammra sew biex jibnu fuq l-assi speċifiċi tagħhom (ara l-paġna 21 ta’ COM(2017) 713 final).

35

Ir-riskji assoċjati mal-produzzjoni u l-użu tal-bijoenerġija huma analizzati fil-Valutazzjoni tal-Impatt tal-2016 dwar is-sostenibilità tal-bijoenerġija1 (SWD(2016) 418 final), ippreparati għar-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli. L-impatti tal-karbonju tal-produzzjoni tal-bijomassa huma analizzati wkoll fil-Valutazzjoni tal-Impatt tal-2016 għall-proposta għal Regolament dwar il-LULUCF (SWD (2016) 249 final)2.

39

Il-kriterji ta’ sostenibbiltà eżistenti u proposti tal-UE għall-bijoenerġija huma vinkolanti fuq l-Istati Membri u fuq l-operaturi ekonomiċi. Il-kriterji tas-sostenibbiltà tal-UE mhumiex kundizzjoni vinkolanti biex il-bijoenerġija titqiegħed fis-suq tal-UE. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv, il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-UE proposti fid-Direttiva RED II ma japplikawx għal istallazzjonijiet żgħar għat-tisħin/tkessiħ u l-elettriku msejsa fuq il-bijomassa, b’kapaċità ta’ karburant ta’ anqas minn 20 MW fil-każ ta’ bijomassa u 0,5 MWel fil-każ ta’ bijogass.

40

Ir-riskji assoċjati mal-produzzjoni u l-użu u tal-bijoenerġija u l-qafas ta’ politika tal-UE relatat huma analizzati fil-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni dwar is-Sostenibilità tal-Bijoenerġija, ippreparat għar-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. L-impatti tal-karbonju tal-produzzjoni tal-bijomassa huma wkoll analizzati fil-Valutazzjoni tal-Impatt tal-2016 għar-Regolament LULUCF (SWD(2016) 249 final)3.

Meta tiġi adottata, ir-RED II se ssaħħaħ il-kriterji ta’ sostenibilità tal-UE, biex jiġu minimizzati r-riskji ta’ impatti ambjentali negattivi sinifikanti marbuta mal-bijomassa għall-enerġija. B’mod partikolari, il-proposta għandha l-għan li tnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ impatti ambjentali negattivi assoċjati maż-żieda fil-ħsad tal-bijomassa tal-foresti. Barra minn hekk, hija teħtieġ li l-impatt tal-ħsad tal-bijomassa fuq il-kwalità tal-ħamrija u l-bijodiversità jiġi minimizzat. L-evidenza tal-konformità tista’ tinkludi leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-pajjiż ta’ oriġini tal-bijomassa, jew fil-każ li din ma tkunx disponibbli, evidenza fil-livell tal-azjenda forestali. Dawn il-kriterji għandhom jiġu kkunsidrati b’rabta ma’ politiki rilevanti oħra tal-UE.

Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jintegra l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030 (ir-Regolament LULUCF), tinkludi emissjonijiet jew assorbimenti relatati mal-produzzjoni tal-bijomassa għall-enerġija, u tipprovdi għaż-żamma tal-istokk tal-karbonju tal-LULUCF tal-UE (ir-regola tal-“ebda debitu”).

41

Il-Kummissjoni temmen li kemm id-Direttiva RED attwali kif ukoll il-proposta RED II jiskoraġġixxu l-bijoenerġija mhux sostenibbli.

Il-Kummissjoni temmen li l-proposta RED II ssaħħaħ b’mod konsiderevoli l-qafas tas-sostenibbiltà tal-UE għall-bijoenerġija u tiżgura li l-użu tal-bijoenerġija fl-UE wara l-2020 iwassal għall-aħjar iffrankar tal-gassijiet b’effett ta’ serra filwaqt li jimminimizza r-riskji ta’ impatti ambjentali avversi assoċjati maż-żieda fil-ħsad tal-bijomassa tal-foresti. Il-proposta tal-Kummissjoni dwar LULUCF – li attwalment tinsab fil-proċedura ta’ kodeċiżjoni – tipprovdi salvagwardja addizzjonali ta’ sostenibbiltà. Il-proposta tipprevedi l-kontinwazzjoni tar-“regola tal-ebda debitu” tal-Protokoll ta’ Kjoto għas-settur tal-LULUCF tal-UE, li jfisser li l-bir tal-karbonju LULUCF tal-UE għandu jiġi protett, jew tal-anqas miżmum.

43

Il-politika tal-iżvilupp rurali hija bbażata fuq il-prinċipji tal-ġestjoni kondiviża u s-sussidjarjetà. Għalhekk, hija l-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeterminaw kif l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli appoġġati skont il-FAEŻR jistgħu jissodisfaw l-aħjar l-objettivi tal-iżvilupp rurali skont il-kuntest speċifiku, il-potenzjal u l-bżonnijiet tagħhom.

44

Sabiex jiġi żgurat li ma jingħata l-ebda kumpens żejjed, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna u kundizzjonijiet oħra huma stabbiliti fir-regoli tal-għajnuna mill-Istat orizzontali, b’mod partikolari r-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (UE) Nru 651/2014 (ara t-Taqsima 7) u l-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020.

It-tweġiba komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafi 45 u 46:

L-objettivi tematiċi skont il-FSIE huma intenzjonalment stabbiliti fuq livell usa’ u ma jkoprux partijiet singoli ta’ aspetti marbutin ma’ xulxin bħall-iskjerament tal-enerġija rinnovabbli biss. Madankollu, l-indikatur ta’ mira T 16 qiegħed jirrifletti tajjeb l-investimenti fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli skont il-FAEŻR (il-Qasam ta’ Prijorità 5C, ara wkoll il-paragrafu 68).

48

Il-Kummissjoni ma tikkondividix il-fehma li l-allegati diffikultajiet relatati mal-ipprogrammar ta’ oqsma ta’ prijorità rriżultaw f’dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programmi għall-enerġija rinnovabbli. Dan id-dewmien huwa fost l-oħrajn ikkawżat miż-żmien meħtieġ mill-Istati Membri biex iniedu s-sejħiet u jagħżlu l-proġetti, kif ukoll għat-twettiq ta’ dawk il-proġetti ta’ investiment fuq il-post.

50

Il-Kummissjoni pprovdiet sett komprensiv ta’ dokumenti ta’ gwida dwar l-ipprogrammar strateġiku, li jiggwidaw lill-Istati Membri dwar kif jiżviluppaw loġika b’saħħitha ta’ intervent għall-kontribuzzjonijiet għall-prijoritajiet u l-miri tal-UE (bħall-mira tal-enerġija rinnovabbli), u l-objettivi tal-iżvilupp rurali f’konformità mal-kuntest speċifiku, il-potenzjalitajiet u l-ħtiġijiet tal-Istati Membri/ir-Reġjuni. Din il-loġika tal-intervent (l-għażla ta’ objettivi rilevanti, l-issettjar tal-miri, l-ikkombinar ta’ miżuri rilevanti, l-allokazzjoni ta’ finanzjament rispettiv eċċ.) hija ppreżentata fil-PŻR u vvalutata bir-reqqa mill-Kummissjoni matul in-negozjar tal-programmi.

L-iffaċilitar tal-provvista u l-użu tal-enerġija rinnovabbli huwa biss wieħed minn firxa wiesgħa ta’ objettivi tal-FAEŻR. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jappoġġaw l-enerġija rinnovabbli permezz ta’ strumenti oħra minbarra l-PŻR. Il-koordinazzjoni bejn il-FSIE differenti u strumenti oħra ta’ finanzjament hija stipulata fil-Ftehimiet ta’ Sħubija li huma vvalutati mill-Kummissjoni.

51

Il-kwantifikazzjoni tal-ħtiġijiet finanzjarji hija riflessa fil-baġit allokat għal miżuri rilevanti u l-valuri fil-mira stabbiliti għall-indikaturi rilevanti. Madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li hemm spazju għal aktar titjib tar-rabta bejn il-ħtiġijiet identifikati u l-approċċ strateġiku.

Kaxxa 5 – Bidliet fl-approċċ inizjali lejn il-finanzjament tal-enerġija rinnovabbli ppreżentati fil-PŻR

L-ewwel inċiż:

Fil-każ tal-Bulgarija, it-tagħlimiet miksuba mill-implimentazzjoni fil-perjodu ta’ programmar 2007-2013, inkluża rata ogħla ta’ żbalji u korrezzjonijiet finanzjarji kienu ġew ikkunsidrati għall-perjodu ta’ programmar attwali. Għall-programm tal-iżvilupp rurali 2014-2020, il-Bulgarija ddeċidiet li tappoġġa biss proġetti marbuta ma’ konsum fl-azjendi agrikoli sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ żbalji futuri.

It-tieni inċiż:

Adattamenti tal-allokazzjonijiet tal-baġit jistgħu jseħħu għal raġunijiet differenti matul il-perjodu ta’ programmar. Fil-każ ta’ Franza (in-Normandija t’Isfel), l-allokazzjoni finanzjarja tal-FAEŻR għall-objettivi tal-enerġija rinnovabbli tnaqqset peress li r-Reġjun iddeċieda li jibdel is-sors tal-finanzjament għal uħud mit-tipi ta’ proġetti li għalihom il-finanzjament tal-FAEŻR kien ippjanat oriġinarjament. Ġustifikazzjonijiet għat-tibdil propost ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni qabel l-emenda. Il-bidliet kienu jikkonsistu f’ċaqliq ta’ finanzjament ta’ produzzjoni tal-enerġija b’bażi ta’ njam u skemi relatati ma’ bojlers lejn finanzjament nazzjonali mill-Aġenzija għall-Ambjent u l-Ġestjoni tal-Enerġija (ADEME) u l-appoġġ ta’ proġetti tal-bijogass (id-diġestjoni anerobika) permezz ta’ kontribuzzjonijiet ta’ kapital jew garanziji bankarji bl-għajnuna tal-Aġenzija tal-Iżvilupp tan-Normandija (ADN).

52

L-ipprogrammar strateġiku skont il-FAEŻR għandu l-għan li jsib bilanċ bejn ħtiġijiet u objettivi differenti pjuttost milli jimplimenta strateġija kompluta għall-enerġija rinnovabbli f’żoni rurali.

Modifiki ta’ allokazzjoni ta’ baġit bħal fil-każ tal-PŻR ta’ Basse-Normandie jridu jiġu ġġustifikati fit-talba għal emendi għall-programm. Barra minn hekk, bidla ta’ aktar minn 50 % ta’ mira kwantifikata konnessa ma’ qasam ta’ prijorità, jiġifieri permezz ta’ bidliet sinifikanti fil-baġit, titlob bidla fl-istrateġija tal-programm, li tirriżulta f’deċiżjoni tal-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 11(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

54

Matul in-negozjar tal-Ftehimiet ta’ Sħubija u tal-programmi relevanti, il-Kummissjoni ppromwoviet b’mod attiv it-twaqqif ta’ sinerġiji u komplementaritajiet fl-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej filwaqt li ħadet kont ukoll tal-iskemi ta’ finanzjament eżistenti nazzjonali jew oħrajn tal-UE. Madankollu, l-għażliet ta’ implimentazzjoni huma fir-responsabbiltà tal-Istati Membri.

It-tweġiba komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafi 56 u 57:

Fl-approċċ tal-ipprogrammar strateġiku l-Istati Membri jistgħu jagħżlu liema qasam ta’ prijorità jqisu l-aktar xieraq għall-ipprogrammar ta’ miżura speċifika f’konformità mal-għan speċifiku tal-miżura. Hija konsegwenza loġika li miżura unika b’hekk tista’ tidher f’oqsma ta’ prijorità differenti. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ effetti sekondarji jirrifletti tajjeb il-karattri multipli ta’ bosta miżuri tal-Iżvilupp Rurali, li ħafna drabi ma jservux objettiv wieħed biss.

Kaxxa 6 – Assenjar ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli għal oqsma ta’ prijorità differenti

L-ewwel inċiż:

L-attribuzzjoni ta’ miżuri lil oqsma ta’ prijorità differenti fil-programmi tal-iżvilupp rurali tirrifletti wkoll l-ikkwantifikar tal-eżiti mistennija tal-miżura, li jistgħu jvarjaw bejn il-programmi. Il-miżuri huma attribwiti għall-oqsma ta’ prijorità skont l-effett primarju tagħhom, filwaqt li l-effetti sekondarji mhumiex deċiżivi għal din id-deċiżjoni.

It-tieni inċiż:

Barra minn hekk, it-tqabbil tal-PŻR tar-Rumanija u l-Bulgarija juri l-gradazzjoni differenti tal-objettivi: Il-Bulgarija għandha l-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli għall-konsum proprju bħala l-objettiv primarju tal-miżura u għalhekk tattribwiha għall-qasam ta’ prijorità 5C. Fil-PŻR Rumen, is-sitwazzjoni hija differenti fis-sens li huma biss il-proġetti li fihom l-investimenti rinnovabbli għall-konsum proprju li kienu pprogrammati għal kontribuzzjoni diretta għall-qasam ta’ prijorità 5C billi miżuri oħra, programmati taħt l-Oqsma ta’ Prijorità 2A, 3A, 6A u 6B kienu kkunsidrati bħala li għandhom effetti sekondarji fuq il-qasam ta’ prijorità 5C. Eżempju wieħed huwa l-infrastruttura fuq skala żgħira, inklużi investimenti fl-enerġija rinnovabbli u l-iffrankar tal-enerġija, meqjusa primarjament li jrawmu l-iżvilupp lokali f’żoni rurali u għalhekk attribwiti lill-qasam ta’ prijorità 6B.

61

Filwaqt li huwa minnu li l-ebda indikaturi speċifiċi tal-output għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli ma kienu jeżistu fil-bidu tal-perjodu 2007-2013, is-CMEF 2007-2013 kien jinkludi indikatur wieħed li jirreferi espliċitament għall-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli għall-evalwazzjoni tal-programmi. L-indikatur tal-impatt nru 7 Kontribuzzjoni għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima ġie indirizzat permezz ta’ kejl ta’ żieda fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli (bidla kwantitattiva u kwalitattiva fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli attribwita għal interventi ffinanzjati permezz tal-FAEŻR).

62

Fil-kuntest tar-rappurtar tal-monitoraġġ u tal-indikaturi, il-Kummissjoni tipprovdi gwida sabiex tgħin lill-Istati Membri jibnu kapaċitajiet fl-indirizzar tal-obbligi ta’ monitoraġġ tagħhom. Fir-rigward tad-dejta ppreżentata mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tivvaluta l-kwalità tagħha. Madankollu, l-affidabbiltà ta’ din id-dejta hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

63

Billi l-proġetti li jservu l-implimentazzjoni tal-enerġija rinnovabbli huma mferrxa f’miżuri differenti u l-ebda indikatur tal-output ma kien jeżisti qabel il-Verifika tas-Saħħa, huwa diffiċli li tinkiseb informazzjoni komprensiva. Madankollu, l-indikatur tal-impatt kif imsemmi fit-tweġiba għall-paragrafu 61 jipprovdi għal xi informazzjoni dwar l-effettività possibbli tal-appoġġ għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli.

Meta wieħed iqis li l-enerġija rinnovabbli ġiet introdotta bħala sfida ġdida biss fil-Verifika tas-Saħħa meta l-programmi kienu diġà bdew, l-informazzjoni relatata mal-enerġija rinnovabbli fl-evalwazzjonijiet ex ante użati għat-tfassil tal-PŻR kienet limitata.

65

Fl-evalwazzjonijiet ex-post, l-Istati Membri/ir-Reġjuni kollha kellhom iwieġbu għal mistoqsija partikolari tal-evalwazzjoni marbuta direttament mal-enerġija rinnovabbli. Il-Kummissjoni pprovdiet gwida (mhux vinkolanti). Madankollu, il-kontenut tal-evalwazzjonijiet ex-post jiddependi fuq il-kontenut tal-PŻR partikolari li jirrifletti l-għażliet ta’ politika magħmula mill-Istati Membri. Jekk l-attenzjoni mogħtija għall-enerġija rinnovabbli f’PŻR tkun marġinali, il-kopertura fl-evalwazzjoni se tkun tikkorrispondi ma’ dan.

It-tweġiba komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafi 68 u 69:

Fil-qafas tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali, ir-riżultati mistennija u l-miri korrispondenti huma stabbiliti fil-livell tal-objettivi (jiġifieri l-oqsma ta’ prijorità) u mhux fil-livell tal-miżuri individwali.

L-effettività u l-effiċjenza tal-Programmi għall-Iżvilupp Rurali, se jiġu vvalutati permezz ta’ evalwazzjonijiet estiżi li l-indikaturi tas-CMES tagħhom jirrappreżentaw biss għodda u se jkunu kkumplimentati b’informazzjoni oħra. Id-definizzjoni ta’ indikaturi komuni kellha ssir billi jittieħdu inkunsiderazzjoni kwistjonijiet ta’ disponibbiltà tad-dejta fl-Istati Membri kollha, il-kosteffettività tas-sistema u l-piż amministrattiv aċċettabbli għall-Istati Membri. Għalkemm mhux dejjem ikunu jikkorrispondu mad-definizzjoni tal-indikaturi tar-“riżultati”, il-Kummissjoni tqis li l-indikaturi speċifiċi għall-programm addizzjonali jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex jiġu vvalutati l-programmi.

70

Il-linji gwida tal-Kummissjoni "Valutazzjoni tar-riżultati tal-PŻR: kif għandu jitħejja r-rappurtar dwar l-evalwazzjoni fl-2017” jissuġġerixxu fl-Anness 11 (p. 76) diversi sorsi ta’ dejta bħal: formoli ta’ applikazzjoni u talbiet ta’ pagament tal-benefiċjarji, l-istatistika nazzjonali/reġjonali, id-dejta tal-provvista tal-enerġija u tal-entitajiet ta’ kontroll, l-istatistika tal-enerġija tal-Eurostat. “Stħarriġ/gruppi fokus” huma msemmija wkoll bħala sors wieħed possibbli ta’ dejta – fl-aħħar post f’lista twila ta’ sorsi oħra possibbli ta’ dejta msemmija hawn fuq (https://enrd.ec.europa.eu/evaluation/publications/guidelines-assessment-rdp-results-how-prepare-reporting-evaluation-2017_en).

Jekk jogħġbok innota wkoll li l-linji gwida tal-Kummissjoni huma dokumenti mhux vinkolanti. L-għan tagħhom huwa li tittejjeb il-kwalità u l-komparabbiltà tal-evalwazzjonijiet li huma fir-responsabbiltà tal-Istati Membri.

71

Fil-qafas tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali, diversi miżuri jistgħu jaħdmu biex jinkisbu r-riżultati ta’ objettiv partikolari. Dawn ir-riżultati jistgħu jiġu vvalutati biss permezz ta’ evalwazzjonijiet. Il-Kummissjoni tagħraf ir-riskju ta’ piż amministrattiv maħluq minn dan iżda għandha l-għan li ssib bilanċ xieraq bejn il-kostijiet u l-benefiċċji. Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ kumparabilità minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-programm, pereżempju indikaturi speċifiċi għall-programmi, evalwazzjoni individwali ta’ PŻR xorta waħda tivvaluta l-impatti u r-riżultati ta’ dan l-istess programm u sservi bħala eżempji għal PŻR oħra, li saħansitra jistgħu ma jkollhomx il-miżuri rispettivi.

75

Taħt l-iżvilupp rurali, attivitajiet differenti jikkontribwixxu biex jittejjeb l-iskjerament tal-enerġija rinnovabbli, u l-investimenti fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli jew il-mobilizzazzjoni tal-bijomassa forestali għal skopijiet tal-enerġija jirrappreżentaw biss tnejn minn dawn l-attivitajiet.

Il-FAEŻR jappoġġa wkoll proġetti tal-enerġija rinnovabbli permezz ta’ strateġiji lokali ta’ żvilupp appoġġati minn LEADER. Dawn l-inizjattivi ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità tipikament jipprovdu benefiċċji f’termini ta’ żieda fl-aċċettazzjoni lokali u jiżguraw li l-proġetti tal-enerġija rinnovabbli jiġu integrati fi strateġija usa’ għall-iżvilupp sostenibbli taż-żona lokali kkonċernata.

78

Ir-rwol tal-kriterji ta’ għażla huwa li jipprijoritizzaw il-proġetti skont l-ikklassifikar tal-għanijiet tal-programm b’mod ġenerali, abbażi tal-ħtiġijiet u l-potenzjal identifikati.

Skont il-politika tal-ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri jistabbilixxu l-kriterji tal-għażla għal kull miżura u jikkonsultaw il-Kumitat għall-Monitoraġġ tal-PŻR (meta l-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti jkunu rappreżentati f’konformità mal-prinċipju tas-sħubija).

79

Il-Kummissjoni tieħu sehem f’dawn il-Kumitati ta’ Monitoraġġ, u tipprovdi gwida u rispons. Dan ir-rispons jista’ jinkludi wkoll indikazzjoni ċara li l-limiti huma kkunsidrati li huma baxxi wisq. Dan kien il-każ pereżempju rigward il-PŻR Franċiż li żaritu l-QEA.

Kaxxa 10 – Proġetti tal-enerġija rinnovabbli b’benefiċċji marġinali għall-iżvilupp rurali

Abbażi tat-tagħlimiet meħuda fil-perjodu ta’ programmar 2007-2013, fil-perjodu ta’ programmar attwali l-PŻR Bulgaru jappoġġa l-investimenti fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għall-konsum proprju biss (fl-azjenda agrikola jew fl-impriża).

81

L-Istati Membri ġeneralment huma mħeġġa jagħżlu proġetti għall-appoġġ taħt il-FAEŻR li jipprovdu kontribut sinifikanti għall-iżvilupp rurali. Madankollu, meta jiġu vvalutati l-benefiċċji għall-iżvilupp rurali meta mqabbla ma’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli ffinanzjati minn skemi oħra ta’ appoġġ, għandu jitqies l-ambitu ta’ tali proġetti taħt il-FAEŻR. In-numru ta’ impjiegi maħluqa kif ukoll opportunitajiet ta’ negozju u servizzi pprovduti oħrajn għandhom jiġu kkunsidrati f’dak il-kuntest.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

84

Il-Kummissjoni taqbel li l-proġetti tal-enerġija rinnovabbli għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għal żvilupp rurali sostenibbli, b’mod partikolari permezz tal-inklużjoni tal-partijiet ikkonċernati lokali. Madankollu, jekk il-potenzjal ta’ finanzjament mill-FAEŻR f’dan ir-rigward jiġix realizzat tibqa’ l-għażla tal-Istati Membri/tar-Reġjuni meta jfasslu l-programmi tagħhom tal-iżvilupp rurali u jistabbilixxu l-bilanċ bejn l-objettivi varji tal-istrateġiji tal-iżvilupp rurali tagħhom.

85

Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli hija qafas legali ġenerali li jippromwovi l-użu tal-enerġija rinnovabbli madwar l-UE u l-kisba tal-miri tal-enerġija rinnovabbli tal-2020. Għalkemm l-iżvilupp rurali huwa mutur importanti għall-iskjerament tal-enerġija rinnovabbli, id-Direttiva stess tħalli libertà sinifikanti lill-Istati Membri dwar kif għandhom jilħqu l-miri nazzjonali tagħhom għall-enerġija rinnovabbli, inkluż kif jippromwovu l-użu tal-enerġija rinnovabbli f’żoni rurali. Il-proposta tal-Kummissjoni għar-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli tindirizza l-mudelli emerġenti ta’ konsum tal-enerġija rinnovabbli u tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, li jistgħu jappoġġaw ulterjorment il-benefiċċji tal-iżvilupp rurali tal-enerġiji rinnovabbli.

Rakkomandazzjoni 1 – Protezzjoni taż-żoni rurali fir-rigward tal-politika futura dwar l-enerġija rinnovabbli

L-ewwel inċiż: Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni sa fejn tirrigwarda l-azzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tqis li hija indirizzat id-disinn futur tal-politika dwar l-enerġija rinnovabbli permezz tal-proposti tal-Kummissjoni dwar ir-Regolament dwar il-Governanza u dwar ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli.

Meta jabbozzaw il-pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u tal-klima tagħhom meħtieġa skont ir-Regolament dwar il-Governanza – li attwalment jinsab fil-proċedura ta’ kodeċiżjoni – l-Istati Membri jistgħu jieħdu kont, fost l-oħrajn, taċ-ċirkustanzi u l-ħtiġijiet taż-żoni rurali tagħhom.

It-tieni inċiż: Referenza għall-verifika tal-impatt fuq iż-żoni rurali hija inkluża fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja (ara l-paġna 22 ta’ COM(2017) 713 final).

F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni timpenja ruħha biex tippromwovi mekkaniżmu ta’ “verifika rurali”, li jħares sistematikament lejn il-politiki rilevanti minn “lenti rurali”, u jqis l-impatti possibbli fuq il-komunitajiet rurali.

It-tielet inċiż: Din ir-rakkomandazzjoni hija aċċettata sal-punt li l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija – li attwalment jinsab fi proċedura ta’ kodeċiżjoni – diġà tipprovdi għal djalogu interattiv mal-Istati Membri bil-għan li tivvaluta jekk il-miri, l-għanijiet u l-kontributi inklużi fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima humiex biżżejjed biex b’mod kollettiv jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.

86

Immudellar imwettaq għall-valutazzjoni tal-impatt dwar is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li filwaqt li l-importazzjonijiet tal-bijomassa huma mistennija jiżdiedu, il-provvista tal-bijomassa għall-enerġija fil-biċċa l-kbira se tkompli tiġi miksuba lokalment. Skont l-immudellar tal-Kummissjoni stess għall-perspettiva 2020-2030, id-domanda tal-bijomassa għas-sħana u l-enerġija hija mistennija li tilħaq il-quċċata tagħha fl-2025 u tonqos kemxejn wara, sal-2030, bħala riżultat tal-kompetizzjoni minn sorsi oħra ta’ enerġija rinnovabbli u tal-effetti tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-bini. F’perspettiva aktar fit-tul (2050), id-domanda għall-bijokarburanti hija mistennija li tiżdied b’mod sinifikanti minħabba l-ħtieġa tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport, inkluża l-avjazzjoni.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni temmen li proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli ssaħħaħ il-qafas tas-sostenibbiltà tal-bijoenerġija tal-UE, u b’hekk tipprovdi biżżejjed salvagwardji biex jiġi żgurat li l-bijomassa għall-enerġija tiġi prodotta u użata b’mod sostenibbli.

Rakkomandazzjoni 2 – Titjib tal-qafas ta' sostenibbiltà għall-bijoenerġija

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, issa fil-proċedura tal-kodeċiżjoni, ladarba tiġi adottata, se ssaħħaħ il-qafas tas-sostenibbiltà tal-bijoenerġija tal-UE, u b’hekk tipprovdi biżżejjed salvagwardji biex jiġi żgurat li l-bijomassa għall-enerġija tiġi prodotta b’mod sostenibbli u użata b’mod effiċjenti.

Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jintegra l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 (LULUCF) –li bħalissa jinsab fil-proċedura tal-kodeċiżjoni (bi qbil proviżorju milħuq mill-koleġiżlaturi fl-14 ta’ Diċembru 2017) –għandha l-għan li tiżgura li emissjonijiet jew assorbimenti tal-bijomassa għall-enerġija jiġu kkunsidrati fil-livell nazzjonali mill-Istati Membri u li r-regola ta’ “l-ebda debitu” tapplika għas-settur tal-LULUCF. Għalhekk il-Kummissjoni tikkunsidra din ir-rakkomandazzjoni bħala ssodisfata fir-rigward tal-proposti tal-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda RED II u l-LULUCF.

Barra minn hekk, il-Politika Agrikola Komuni bħalissa tinkludi dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-karbonju organiku fil-ħamrija fir-raba’ u l-bur. Għalhekk, il-Politika Agrikola Komuni hija intiża li tipproteġi l-karbonju organiku tal-ħamrija u b’hekk tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tal-bijomassa taż-żona soġġetta għall-pagamenti tal-PAK.

Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Futur tal-Ikel u l-Biedja Organika, il-Kummissjoni tfittex li ssaħħaħ l-ambizzjoni tal-PAK dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, il-ħarsien tal-ambjent u l-azzjoni klimatika.

87

Matul in-negozjar tal-Ftehimiet ta’ Sħubija u tal-programmi relevanti, il-Kummissjoni ppromwoviet b’mod attiv it-twaqqif ta’ sinerġiji u komplementaritajiet fl-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej filwaqt li ħadet kont ukoll tal-iskemi ta’ finanzjament eżistenti nazzjonali jew oħrajn tal-UE. Madankollu; għażliet ta’ implimentazzjoni jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri.

Fil-każ ta’ proġetti għall-enerġija rinnovabbli, il-FAEŻR jista’ jkun mekkaniżmu ta’ appoġġ adegwat għal proġetti lokali, u b’hekk jikkumplimenta finanzjament eżistenti ieħor. Barra minn hekk, huma se jindirizzaw benefiċjarji potenzjali f’żoni rurali li mhumiex eliġibbli skont fondi oħra.

88

Fl-approċċ tal-ipprogrammar strateġiku, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu liema qasam ta’ prijorità jqisu l-aktar xieraq għall-ipprogrammar ta’ miżura speċifika f’konformità mal-objettiv tal-miżura. Hija konsegwenza loġika li l-proġetti tal-enerġija rinnovabbli b’hekk jidhru taħt diversi oqsma ta’ prijorità.

Rakkomandazzjoni 3 – Gwida ċara dwar ir-rwol tal-FAEŻR fl-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli

L-ewwel inċiż: Il-Kummissjoni tista’ taċċetta din ir-rakkomandazzjoni biss parzjalment, peress li mhix f’pożizzjoni f’dan l-istadju biex tieħu impenji speċifiċi b’rabta mal-proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020.

Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tanalizza modi possibbli biex issaħħaħ l-orjentazzjoni tal-PAK futura lejn ir-riżultati, billi din tikseb il-valur miżjud tal-UE filwaqt li tirrifletti aħjar il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tat-territorji kkonċernati, kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2017) 713 final.

Barra minn hekk, l-Istati Membri/ir-Reġjuni huma fl-aħjar pożizzjoni biex jiddeċiedu liema strumenti ta’ finanzjament huma l-iktar xierqa fil-kuntest speċifiku tagħhom u kif dawn l-aħjar jiġu kkombinati biex jinkisbu l-miri tal-enerġija rinnovabbli u l-objettivi tal-iżvilupp rurali bl-aktar mod kosteffettiv.

It-tieni inċiż: Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u tqis li diġà implimentatha.

Is-sit web tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jinkludi bażi ta’ dejta li fiha prattiki tajbin, inkluż, fost l-oħrajn, eżempji ta’ proġetti ta’ enerġija rinnovabbli appoġġati mill-FAEŻR u approċċi bbażati fuq il-komunità f’dan il-qasam. Barra minn hekk, fil-EIP-AGRI, għadu kif tnieda Grupp Fokus dwar “it-tisħiħ tal-produzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-azjendi agrikoli”; l-ewwel laqgħa saret fil-21-22 ta’ Novembru 2017.

89

Filwaqt li huwa minnu li l-ebda indikaturi speċifiċi tal-output għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli ma kienu jeżistu fil-bidu tal-perjodu 2007-2013, is-CMEF 2007-2013 kien jinkludi indikatur tal-impatt li jkopri ż-żieda fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għall-evalwazzjoni tal-programmi. Dan ipprovda xi informazzjoni skont il-punt sa fejn il-programmi kienu indirizzaw din il-kwistjoni.

90

Fil-qafas tal-ġestjoni kondiviża, l-evalwazzjonijiet tal-PŻR huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri.

L-effettività u l-effiċjenza tal-Programmi għall-Iżvilupp Rurali, se jiġu vvalutati permezz ta’ evalwazzjonijiet estiżi li l-indikaturi tas-CMES tagħhom jirrappreżentaw biss għodda u se jkunu kkumplimentati b’informazzjoni oħra. Id-definizzjoni ta’ indikaturi komuni kellha ssir billi jittieħdu inkunsiderazzjoni kwistjonijiet ta’ disponibbiltà tad-dejta fl-Istati Membri kollha, il-kosteffettività tas-sistema u l-piż amministrattiv aċċettabbli għall-Istati Membri.

Għalkemm indikaturi speċifiċi addizzjonali jistgħu jirriżultaw f’rappurtar anqas komparabbli, il-Kummissjoni tqis li dan huwa aċċettabbli u tqis ukoll li jista’ jkun ta’ għajnuna biex jiġu vvalutati l-programmi.

91

Il-linji gwida tal-Kummissjoni għar-rappurtar annwali mtejjeb dwar l-implimentazzjoni tal-2019 qed jiġu ppreparati bħalissa.

Kif spjegat fir-riflessjonijiet dwar il-perjodu ta’ wara l-2020, il-Kummissjoni ħadet impenn li tanalizza modi possibbli biex ittejjeb il-kejl tal-prestazzjoni tal-PAK b’mod globali. Mudell imtejjeb tat-twassil tal-PAK iffukat fuq ir-riżultati huwa previst. Għal dan il-għan, il-proċess ta’ assigurazzjoni jkun irid jiġi adattat għar-rekwiżiti ta’ tfassil ta’ politika ggwidat mir-riżultati, inkluż l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ indikaturi solidi u li jistgħu jitkejlu u monitoraġġ kredibbli tal-prestazzjoni u r-rappurtar.

Rakkomandazzjoni 4 – Qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni aktar sempliċi u aktar sinifikanti

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni parzjalment. Ir-rakkomandazzjoni diġà ġiet implimentata fir-rigward ta’ dejta dwar in-nefqa fuq l-enerġija rinnovabbli u l-enerġija rinnovabbli prodotta minn proġetti appoġġati. Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali mtejbin tal-2019 se jinkludu din l-informazzjoni.

Madankollu, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda mandat biex tirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni f’dawn ir-rapporti li ma ntalbux jiġbru mill-bidu tal-perjodu ta’ programmar, bħal dejta dwar il-kapaċità tal-enerġija installata.

93

Il-perjodu ta’ programmar attwali japplika l-hekk imsejħa regola N+3 fil-livell tal-programm sabiex jippermetti l-użu sħiħ tal-finanzjament tal-FAEŻR skont l-objettivi stabbiliti fil-programmi ta’ żvilupp rurali rispettivi. Dan għandu l-għan li jnaqqas ir-riskju li l-appoġġ tal-FAEŻR jingħata mingħajr benefiċċju, filwaqt li l-proċeduri ta’ għażla jistgħu jiġu adattati matul il-perjodu ta’ programmar skont il-ġestjoni kondiviża u l-prinċipju ta’ sħubija.

Rakkomandazzjoni 5 – Għażla aħjar ta' proġetti billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-valur miżjud għaż-żoni rurali u l-vijabbiltà tal-proġetti

Il-Kummissjoni tqis li din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Filwaqt li l-proċeduri ta’ għażla nfushom u d-definizzjoni ta’ kriterji ta’ għażla jibqgħu fil-kompetenza tal-Istati Membri b’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni se tkompli l-isforzi attwali tagħha biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex japplikaw proċeduri ta’ għażla rilevanti.

Glossarju u abbrevjazzjonijiet

AEBIOM: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Bijomassa

Analiżi SWOT: Metodu li bih jiġu identifikati l-punti tajbin, il-punti dgħajfin, l-opportunitajiet, u t-theddid ta' organizzazzjoni jew reġjun, u li jintuża fil-PŻR.

Analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA): Il-proċecura f'diversi stadji għall-kalkolu tal-impatt ambjentali tul il-ħajja ta' prodott jew servizz.

Bijoekonomija: Dawk il-partijiet tal-ekonomija li jużaw ir-riżorsi bijoloġiċi rinnovabbli mill-art u mill-baħar – bħall-għelejjel, il-foresti, il-ħut, l-annimali u l-mikroorganiżmi – biex jipproduċu l-ikel, il-materjali u l-enerġija.

Bijoenerġija: L-enerġija prodotta mill-bijomassa.

Bijomassa: Il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ prodotti, skart u residwi ta’ oriġini bijoloġika mill-agrikoltura, inklużi sustanzi veġetali u mill-annimali, industriji tal-forestrija u dawk relatati fosthom is-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart, inkluż skart industrijali u muniċipali ta' oriġini bijoloġika.

Ċertifikat ekoloġiku: Komodità negozjabbli li tagħti prova li ċertu enerġija hija ġġenerata bl-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

CO2: Diossidu tal-karbonju

DĠ: Dipartimenti u servizzi tal-Kummissjoni Ewropea magħrufa bħala Direttorati Ġenerali (DĠ).

DĠ AGRI: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

DĠ CLIMA: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Azzjoni Klimatika

DĠ ENER: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Enerġija

DĠ ENV: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ambjent

Diġestjoni anaerobika: Il-proċess li bih il-materja organika bħall-iskart tal-annimali jew tal-ikel titkisser biex tipproduċi l-bijogass u l-bijofertilizzant.

Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED): Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

EEG: DE: Erneuerbare-Energien-Gesetz (Att dwar is-Sorsi ta' Enerġija Rinnovabbli)

Enerġija rinnovabbli (RE): L-enerġija miġbura minn sorsi rinnovabbli, li jiġu rifornuti b’mod naturali tul ħajja ta' bniedem, bħad-dawl tax-xemx, ir-riħ, il-bijomassa u s-sħana ġeotermika.

Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR): Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għandu l-għan li jgħin liż-żoni rurali tal-UE biex jiffaċċaw firxa wiesgħa ta' sfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjali.

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR): Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għandu l-għan li jirrinforza l-koeżjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea billi jirrimedja l-iżbilanċi reġjonali prinċipali. Dan jintlaħaq permezz ta' appoġġ finanzjarju għall-ħolqien ta' infrastruttura u investiment produttiv li joħloq l-impjiegi, prinċipalment għan-negozji.

Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE): Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej huma grupp ta' ħames fondi separati li għandhom l-għan li jnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali madwar l-UE, b'oqfsa ta' politika stabbiliti għall-perjodu baġitarju tal-qafas finanzjarju pluriennali ta' seba' snin. Il-ħames fondi huma: il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR); il-Fond Soċjali Ewropew (FSE); il-Fond ta' Koeżjoni (FK); il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR); u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).

Ftehim ta' Sħubija: Dokument imħejji minn Stat Membru bl-involviment ta' sħab, li jistipula l-istrateġija, il-prijoritajiet u l-arranġamenti tiegħu għall-użu effettiv u effiċjenti tal-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej. Dan jiġi approvat mill-Kummissjoni wara valutazzjoni u djalogu mal-Istat Membru.

Gassijiet serra (GHG): Gassijiet li jaġixxu bħala kutra fl-atmosfera tad-dinja, ma jħallux lis-sħana taħrab u b'hekk isaħħnu s-superfiċje tad-dinja f'dak li huwa magħruf bħala l-"effett serra". Il-gassijiet serra prinċipali huma d-diossidu tal-karbonju (CO2), il-metan (CH4), l-ossidu nitruż (N2O) u l-gassijiet fluworurati (HFCs, PFCs, SF6 u NF3).

Għajnuna mill-Istat: Għajnuna pprovduta mill-Istati Membri li permezz tagħha l-benefiċjarji jirċievu vantaġġ ekonomiku. Din tista' tikkonsisti f'għajnuna finanzjarja diretta jew appoġġ indirett bħal vantaġġi fiskali, kundizzjonijiet aħjar għax-xiri jew għall-kiri tal-art, l-għoti b’self, jew garanzija għat-teħid b’self minn bank b'kundizzjonijiet aħjar mir-rati normali tas-suq, eċċ.

Komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli: SME jew organizzazzjoni mhux għall-profitti, li l-azzjonisti jew il-membri tagħha jikkooperaw fil-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin jew il-forniment ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli.

"Kontroll tas-Saħħa" tal-PAK: Fl-2009, id-diversi komponenti tal-PAK ġew eżaminati u aġġustati sabiex jidderieġu l-PAK lejn żvilupp bilanċjat u ekoloġiku. Dan l-aġġustament huwa magħruf bħala l-"Kontroll tas-Saħħa".

Kriterji ta’ sostenibbiltà: Sett ta' kriterji għall-bijofjuwils, il-bijolikwidi u l-fjuwils tal-bijomassa ddefiniti mir-RED u mill-proposta għal RED II, relatati mal-prattiki tal-użu tal-art u tal-ġestjoni tal-foresti, it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass serra u l-effiċjenza tal-konverżjoni tal-enerġija, bl-għan li tiġi żgurata s-sostenibbiltà ambjentali tal-bijoenerġija.

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE): Korp konsultattiv li jagħti pjattaforma formali lir-rappreżentanti tal-gruppi ta' interess soċjookkupazzjonali tal-Ewropa u oħrajn biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar kwistjonijiet tal-UE.

LEADER: Metodu ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità biex il-komunitajiet rurali jiġu mmobilizzati u żviluppati permezz ta' sħubijiet pubbliċi-privati lokali (gruppi ta’ azzjoni lokali). Dan it-terminu huwa akronomu Franċiż li jfisser Liaison Entre Actions de Développement de lʼEconomie Rurale (MT: Rabtiet Bejn Azzjonijiet ta’ Żvilupp tal-Ekonomija Rurali).

LIFE: FR: L’Instrument Financier pour l’Environnement L-istrument finanzjarju tal-UE li jappoġġa proġetti ambjentali, ta’ konservazzjoni tan-natura u ta’ azzjoni klimatika madwar l-UE.

Marka tal-karbonju: Il-kwantità ta' gassijiet serra emessi fl-atmosfera matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' kwalunkwe prodott jew attività, u din hija espressa f'termini ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (CO2e).

NREAP: Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali dwar l-Enerġija Rinnovabbli, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva RED.

Obbligi tal-kwota: Ishma minimi ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika ta’ kumpaniji tal-enerġija, fornituri tal-elettriku jew xi kultant anke konsumaturi kbar tal-elettriku, iddefiniti mill-gvernijiet nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Oqsma ta’ prijorità: L-Unjoni Ewropea identifikat sitt prijoritajiet għall-Iżvilupp Rurali. Dawn huma ripartiti fi 18-il "qasam ta' prijorità" sabiex l-għanijiet ta' kull prijorità jiġu dettaljati aħjar u biex il-programmazzjoni tiġi ffaċilitata.

Orizzont 2020: Programm tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni għall-2014-2020.

Perjodu ta’ programmazzjoni: Perjodu għall-implimentazzjoni tal-politika ta' żvilupp rurali li jikkoinċidi mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-UE. Il-perjodu ta' programmazzjoni attwali huwa l-2014-2020 u jsegwi l-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013.

Politika Agrikola Komuni (PAK): Is-sett ta’ leġiżlazzjoni u prattiki li ġew adottati mill-Unjoni Ewropea biex jipprovdu politika komuni u unifikata dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali.

Primjums "feed-in" (FIP): Skema ta' appoġġ li taħtha l-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli tipikament jinbiegħ fis-suq tal-elettriku, u l-produtturi jirċievu primjum li jiżdied mal-prezz tas-suq tal-produzzjoni tal-elettriku tagħhom. Il-FIP jistgħu jkunu kemm fissi (jiġifieri f'livell kostanti indipendenti mill-prezzijiet tas-suq) kif ukoll varjabbli (jiġifieri b'livelli varjabbli skont l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tas-suq).

Programm tal-iżvilupp rurali (PŻR): Dokument imħejji minn Stat Membru jew reġjun, u approvat mill-Kummissjoni, għall-ippjanar u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-politika ta' żvilupp rurali fil-livell reġjonali jew f'dak nazzjonali.

Proposta għal RED II: Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tat-30.11.2016 għal Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli fil-perjodu 2021-2030.

Prosumatur (Prosumatur rinnovabbli): Klijent attiv li jikkonsma u jista' jaħżen u jbigħ l-elettriku rinnovabbli li jiġi ġġenerat fil-bini tiegħu, inklużi blokka b'ħafna appartamenti, sit kummerċjali jew b'servizzi kondiviżi jew sistema ta’ distribuzzjoni magħluqa, dment li, għall-prosumaturi rinnovabbli li mhumiex unitajiet domestiċi, dawk l-attivitajiet ma jikkostitwux l-attività kummerċjali jew professjonali primarja tagħhom.

Protezzjoni taż-żoni rurali: Il-protezzjoni taż-żoni rurali għandha l-għan li jiġu mifhuma l-impatti tal-interventi ta’ politika tal-gvern u jiġu żgurati eżiti ta’ politika ġusti u ekwi għaż-żoni rurali. L-għan huwa li jinstabu l-aħjar modi kif jitwettqu l-interventi ta’ politika fiż-żoni rurali.

PV: Fotovoltajku

Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP): Il-pjan pluriennali ta’ nfiq tal-UE li jikkonkretizza l-prijoritajiet ta' politika tagħha f'termini finanzjarji. Dan japplika għal perjodu ta' seba' snin.

Qafas Komuni ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMEF): Qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni madwar l-UE kollha għall-iżvilupp rurali fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013. Għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 huwa jkopri ż-żewġ pilastri tal-PAK (FAEŻR u FAEG).

Qasam ta’ prijorità 5C: Il-qasam ta' prijorità "Enerġija rinnovabbli" – ikopri firxa wiesgħa ta' objettivi li jinkludu l-iffaċilitar tal-forniment u l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, ta’ prodotti sekondarji, ta’ skart u residwi, u ta’ materja prima oħra li mhijiex ikel, għall-finijiet tal-bijoekonomija.

Sistema Komuni ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMES): Parti mis-CMEF – ir-regoli u l-proċeduri li huma relatati mal-iżvilupp rurali (il-Pilastru II tal-PAK).

SME: Intrapriżi żgħar u medji

Tariffi "feed-in" (FIT): Skema ta' appoġġ li taħtha l-prezzijiet tal-elettriku jitħallsu lill-produtturi tal-enerġija rinnovabbli għal kull unità ta' enerġija prodotta u injettata fil-grilja elettrika. Il-pagament tal-FIT huwa garantit għal ċertu perjodu ta' żmien li spiss ikun relatat mal-ħajja ekonomika tal-proġett rispettiv relatat mal-enerġija rinnovabbli (normalment bejn 10-25 sena).

Tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC): Konverżjoni tal-art ikkawżata mill-ispostament tal-produzzjoni agrikola, jiġifieri meta l-art agrikola eżistenti tibda tintuża għall-produzzjoni ta' għelejjel għall-enerġija, bħal qamħirrum, ħxejjex twal Afrikani (elephant grass) jew żafżafa, u l-produzzjoni tal-ikel u l-għalf tespandi fuq art li qabel ma kinitx agrikola, eż. foresti, bwar, torbiera, artijiet mistagħdra, u ekosistemi oħra mogħnija bil-karbonju. Bil-konverżjoni ta' dawn it-tipi ta' art f'raba', l-emissjonijiet tas-CO2 jistgħu jiżdiedu.

Tisħin distrettwali jew Tkessiħ distrettwali: Id-distribuzzjoni tal-enerġija termali fil-forma ta' fwar, misħun jew likwidi mkessħa, minn sors ċentrali ta' produzzjoni lil diversi binjiet jew siti permezz ta' netwerk, għall-iskop ta’ tisħin jew tkessiħ ta’ spazji jew proċessi.

Trilogu: Laqgħat tripartitiċi dwar proposti leġiżlattivi bejn ir-rappreżentanti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. L-għan ta' dawn il-kuntatti huwa li jintlaħaq ftehim dwar pakkett ta' emendi aċċettabbli kemm għall-Kunsill kif ukoll għall-Parlament. Il-Kummissjoni taġixxi bħala medjatur bl-għan li tiffaċilita ftehim bejn il-koleġiżlaturi.

Unitajiet ta’ kejl tal-enerġija

  • toe – tunnellata tal-ekwivalenti taż-żejt hija l-ammont ta' enerġija rilaxxata bil-ħruq ta' tunnellata ta' żejt mhux raffinat, bejn wieħed u ieħor 42 GJ.
    ktoe – kilo (elf) tunnellata tal-ekwivalenti taż-żejt
    Mtoe – miljun tunnellata tal-ekwivalenti taż-żejt
  • kW – kilowatt
  • MWh/kWh – Megawatt/Kilowatt siegħa

Użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF): Is-settur tal-inventarju tal-gass serra li jkopri l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw minn attivitajiet diretti ta’ użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, ikkawżati mill-bniedem. B'mod simili għal setturi ekonomiċi oħra, l-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija għandhom impatti fuq iċ-ċiklu tal-karbonju globali. L-attivitajiet inklużi fl-użu tal-art, fit-tibdil fl-użu tal-art u fil-forestrija jistgħu jżidu jew jeliminaw il-gassijiet serra mill-atmosfera, u b’hekk jaffettwaw it-tibdil fil-klima jew b'mod negattiv (eż. Attivitajiet ta’ deforestazzjoni) jew inkella pożittiv (eż. afforestazzjoni u riforestazzjoni).

Noti finali

1 L-enerġija tal-bijoenerġija prodotta mill-bijomassa. Il-bijomassa hija l-frazzjoni bijodegradabbli ta’ prodotti, skart u residwi ta’ oriġini bijoloġika mill-agrikoltura, inklużi sustanzi veġetali u mill-annimali, industriji tal-forestrija u dawk relatati fosthom is-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart, inkluż skart industrijali u muniċipali ta' oriġini bijoloġika.

2 Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED) tiddefinixxi l-enerġija rinnovabbli fl-Artikolu 2(a) kif ġej: “‘enerġija minn sorsi rinnovabbli’ tfisser l-enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, b’mod partikolari enerġija mir-riħ, mix-xemx, dik aerotermika, ġeotermika, idrotermika u oċeanika, idroenerġija, bijomassa, gass mill-miżbla, gass minn impjanti għat-trattament tad-dranaġġ u bijogassijiet;”.

3 L-Eurostat, “Simplified energy balances – annual data [nrg_100a]” (Bilanċi tal-enerġija ssimplifikati – data annwali [nrg_100a]), l-aħħar aġġornament fit-8.6.2017 (http://ec.europa.eu/eurostat/web/energy/data/database).

4 L-Eurostat, “Agri-environmental indicator – renewable energy production” (Indikatur agroambjentali – produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli). Data minn Marzu 2013 (Aġġornament tal-artiklu huwa ppjanat għal Diċembru 2018) (http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Archive:Agri-environmental_indicator_-_renewable_energy_production).

5 Proposta mill-Kummissjoni f'Jannar 2008 u adottata mill-Parlament f'Diċembru 2008 u mill-Kunsill f'April 2009; għad-dettalji, ara EURLex – Proċedura 2008/0016/COD http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/HIS/?qid=1464183881140&uri=CELEX%3A32009L0028

6 L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED).

7 L-Anness I tad-Direttiva RED.

8 L-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva RED.

9 Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u tal-24 ta’ Ottubru 2014, EUCO 169/14 tal-24 ta’ Ottubru 2014.

10 COM(2016) 767 final/2 tat-23.2.2017 “Proposta għal Direttiva dwar il-Promozzjoni tal-Użu tal-Enerġija minn Sorsi Rinnovabbli”.

11 COM(2016) 759 final tat-30.11.2016 “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija” (https://ec.europa.eu/energy/en/news/commission-proposes-new-rules-consumer-centred-clean-energy-transition).

12 L-Eurostat “Energy production and imports” (Produzzjoni u importazzjonijiet tal-enerġija) (http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Energy_production_and_imports).

13 COM(2017) 57 final tal-1.2.2017 “Rapport ta’ Progress dwar l-Enerġija Rinnovabbli”, pp. 4 u 9.

14 Herczeg, M., 2012 “Renewable energy support schemes in Europe, Copenhagen Resource Institute” (Skemi ta’ appoġġ għall-enerġija rinnovabbli fl-Ewropa, l-Istitut tar-Riżorsi ta’ Copenhagen), u Climate Policy Info Hub, “Renewable Energy Support Policies in Europe” (Politiki ta’ Appoġġ għall-Enerġija Rinnovabbli fl-Ewropa) (http://climatepolicyinfohub.eu/renewable-energy-support-policies-europe).

15 FREE – Future of Rural Energy in Europe – Funding tool (FREE – Il-Futur tal-Enerġija Rurali fl-Ewropa – Għodda ta’ finanzjament) (http://www.rural-energy.eu/en_GB/funding#.V0gVvU1f2Hv), u Il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija, “Quick Reference Guide – Financing Opportunities for Local Climate & Energy Actions (2014-2020)” (Gwida ta’ Referenza fil-Qosor – Opportunitajiet ta’ Finanzjament għall-Azzjonijiet Lokali relatati mal-Klima u l-Enerġija), Brussell, 2016 (http://www.patttassindki.eu/support/funding-instruments_mt.html).

16 Ecofys, “Subsidies and costs of EU energy” (Sussidji u spejjeż tal-enerġija tal-UE), 2014 (http://ec.europa.eu/energy/en/content/final-report-ecofys).

17 Ara l-premessa 1 tad-Direttiva RED u l-premessa 2 tal-proposta għal RED II.

18 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/144/KE tal-20 ta’ Frar 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji għall-iżvilupp rurali (perjodu ta’ programmazzjoni 2007 sa 2013) (ĠU L 55, 25.2.2006, p. 20) emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/61/KE tad-19 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 112). Ara t-taqsima 3.1; 3.2; 3.3 u 3.4a.

19 Ara l-premessi 22 u 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

20 L-“isfidi l-ġodda” l-oħra kienu: it-tibdil fil-klima, il-ġestjoni tal-ilma, il-bijodiversità, ir-ristrutturar tal-prodotti tal-ħalib, u l-broadband.

21 COM(2010) 2020 finali tat-3.3.2010 “Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”.

22 Ara l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

23 L-OECD, “Linking Renewable Energy to Rural Development” (Norbtu l-Enerġija Rinnovabbli mal-Iżvilupp Rurali), OECD Publishing, 2012 (http://dx.doi.org/10.1787/9789264180444-en).

24 L-OECD, “Linking Renewable Energy to Rural Development” (Norbtu l-Enerġija Rinnovabbli mal-Iżvilupp Rurali), OECD Publishing, 2012 (http://dx.doi.org/10.1787/9789264180444-en).

Revitalisation of local economy by development of renewable energy: good practices and case studies (Rivitalizzazzjoni tal-ekonomija lokali permezz tal-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli: prattika tajba u studji tal-każijiet) (REvLOCAL) għall-IEA-RETD (Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija – il-pjattaforma għall-Użu tat-Teknoloġija tal-Enerġija Rinnovabbli) (http://iea-retd.org/archives/publications/revlocal).

AGRI-2010-EVAL-03 – Pedroli, B., Langeveld, H. et al., “Impacts of Renewable Energy on European Farmers – Creating Benefits for Farmers and Society” (Impatti tal-Enerġija Rinnovabbli fuq il-Bdiewa Ewropej – Il-Ħolqien ta’ Benefiċċji għall-Bdiewa u għas-Soċjetà). Rapport Finali għad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, 5.12.2011 (https://ec.europa.eu/agriculture/external-studies/renewable-energy-impacts_mt).

SWD(2016) 416 final tat-30.11.2016 “REFIT evaluation of the Directive 2009/28/EC of the European Parliament and of the Council” (Evalwazzjoni REFIT tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), p. 54 (http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:52016SC0416).

25 L-OECD, “Linking Renewable Energy to Rural Development” (Norbtu l-Enerġija Rinnovabbli mal-Iżvilupp Rurali), OECD Publishing, 2012, pp. 18-19 (http://dx.doi.org/10.1787/9789264180444-en).

26 Dokument informattiv 2017:3 ta’ Nordregio dwar il-Politika “Bioenergy and rural development in Europe: Policy recommendations from the TRIBORN research and stakeholder consultations, 2014-17” (Il-bijoenerġija u l-iżvilupp rurali fl-Ewropa: Rakkomandazzjonijiet ta’ politika mill-konsultazzjonijiet ta’ riċerka TRIBORN u mal-partijiet interessati, 2014-17) (http://www.nordregio.se/en/Publications/Publications-2017/Bioenergy-and-rural-development-in-Europe-Policy-recommendations-from-the-TRIBORN-research-and-stakeholder-consultations-2014-17/).

27 AGRI-2010-EVAL-03 – Pedroli, B., Langeveld, H. et al., “Impacts of Renewable Energy on European Farmers – Creating Benefits for Farmers and Society” (Impatti tal-Enerġija Rinnovabbli fuq il-Bdiewa Ewropej – Il-Ħolqien ta’ Benefiċċji għall-Bdiewa u għas-Soċjetà). Rapport Finali għad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, 5.12.2011 (https://ec.europa.eu/agriculture/external-studies/renewable-energy-impacts_mt).

L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (verżjoni riformulata) [COM(2016) 767 final - 2016-382-COD], il-paragrafu 2.9 (https://webapi.eesc.europa.eu/documentsanonymous/eesc-2016-06926-00-00-ac-tra-mt.docx).

28 Il-Kummissjoni Ewropea, “Cork 2.0 dikjarazzjoni: Ħajja Aħjar fiż-Żoni Rurali” (https://enrd.ec.europa.eu/sites/enrd/files/cork-declaration_mt.pdf).

29 DEFRA, “Rural proofing – Practical guidance to assess impacts of policies on rural areas” (Protezzjoni taż-żoni rurali – Gwida prattika biex jiġu vvalutati l-impatti tal-politiki fuq żoni rurali), Marzu 2017 (https://www.gov.uk/government/publications/rural-proofing).

30 COM(2016) 759 final tat-30.11.2016 “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija” (https://ec.europa.eu/energy/en/news/commission-proposes-new-rules-consumer-centred-clean-energy-transition).

31 L-Artikoli 21 u 22 tal-proposta għal RED II.

32 Bħal għelejjel agrikoli (eż. żerriegħa tal-kolza, qamħirrum, miscanthus), skart mill-produzzjoni agrikola, demel u injam (eż. injam tond, injam miż-żbir jew mill-qtugħ li jnaqqas l-ammont ta’ siġar (thinning), skart mill-industriji tal-ipproċessar tal-injam).

33 Inklużi l-materja partikolata (PM) u l-Benżo[a]pirene (BaP).

34 IPCC, “Special Report on Renewable Energy Sources and Climate Change Mitigation” (Rapport Speċjali dwar is-Sorsi tal-Enerġija Rinnovabbli u l-Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima), 2011.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, “Opinion of the EEA Scientific Committee on Greenhouse Gas Accounting in Relation to Bioenergy” (Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku tal-EEA dwar il-Kontabbiltà tal-Gass Serra b’Relazzjoni mal-Bijoenerġija), 15.9.2011, p. 4.

“Bioenergy and rural development in Europe: Policy recommendations from the TRIBORN research and stakeholder consultations, 2014-17” (Il-bijoenerġija u l-iżvilupp rurali fl-Ewropa: Rakkomandazzjonijiet ta’ politika mill-konsultazzjonijiet ta’ riċerka TRIBORN u mal-partijiet interessati, 2014-17), Dokument informattiv 2017:3 ta’ Nordregio dwar il-Politika, ippubblikat f'Mejju 2017, p. 5.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, “Air quality in Europe — 2016 report” (Il-kwalità tal-arja fl-Ewropa — rapport tal-2016), 2016.

Il-Kunsill Konsultattiv Xjentifiku tal-Akkademji Ewropej, “Multi-functionality and sustainability in the European Union’s forests” (Il-multifunzjonalità u s-sostenibbiltà fil-foresti tal-Unjoni Ewropea), 2017.

Searchinger, T.D.; Beringer, T. and Strong, A., “Does the world have low-carbon bioenergy potential from the dedicated use of land?” (Id-dinja għandha potenzjal għal bijoenergija b’livell baxx ta’ karbonju mill-użu ddedikat tal-art?), 2017.

Brack, D., “Woody Biomass for Power and Heat Impacts on the Global Climate” (Bijomassa tal-Injam għall-Elettriku t-Tisħin: Impatti fuq il-Klima Globali), Chatham House, 23.2.2017.

Rispons għar-rapport ta' Chatham House “Woody Biomass for Power and Heat: Impacts on the Global Climate” (Bijomassa tal-Injam għall-Elettriku t-Tisħin: Impatti fuq il-Klima Globali), 13.3.2017.

35 Ir-riskji ġew identifikati prinċipalment fuq il-bażi tad-dokumenti tal-Kummissjoni li ġejjin:

  • SWD(2014) 259 final tat-28.7.2014 “State of play on the sustainability of solid and gaseous biomass used for electricity, heating and cooling in the EU” (L-istat tas-sostenibbiltà tal-bijomassa solida u gassuża użata għall-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ fl-UE).
  • SWD(2016) 418 final tat-30.11.2016 “Impact assessment: Sustainability of Bioenergy. Accompanying the document Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the promotion of the use of energy from renewable sources (recast)” (Valutazzjoni tal-Impatt: Is-Sostenibbiltà tal-Bijoenerġija. Takkumpanja d-dokument Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni)).

Dan il-proċess kien ikkomplementat permezz ta' eżaminar ta' studji xjentifiċi u ta’ dokumenti ta' politika oħra.

36 SWD(2016) 418 final tat-30.11.2016 “Impact assessment: Sustainability of Bioenergy. Accompanying the document Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the promotion of the use of energy from renewable sources (recast)” (Valutazzjoni tal-Impatt: Is-Sostenibbiltà tal-Bijoenerġija. Takkumpanja d-dokument Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni)).

37 Schaubach, K., Lauer, M., “Bioenergy Development in Germany and implications of the 2017 Renewable Energy Act” (L-Iżvilupp tal-Bijoenerġija fil-Ġermanja u l-implikazzjonijiet tal-Att dwar l-Enerġija Rinnovabbli), Bundesministerium für Wirtschaft und Energie, 4.4.2017.

38 ADEME, « Benchmark des stratégies européennes des filières de production et de valorisation de biogaz », 10.2014.

39 Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku dwar il-Politika Agrikola fil-Ministeru Federali tal-Ikel, l-Agrikoltura u l-Protezzjoni tal-Konsumatur (http://www.bmel.de/SharedDocs/Downloads/EN/Ministry/Biogas-EEG.pdf).

40 Decreto ministeriale 6 luglio 2012 – Incentivi per energia da fonti rinnovabili elettriche non fotovoltaiche (Digriet Ministerjali tas-6 ta’ Lulju 2012 – Inċentivi għall-ġenerazzjoni rinnovabbli mhux fotovoltajka tal-elettriku; ara l-Barometru tal-Bijogass tal-Eurobserv’ER għall-2014 (https://www.eurobserv-er.org/biogas-barometer-2014).

41 Id-Direttiva RED u d-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 98/70/KE (id-“Direttiva dwar il-Kwalità tal-Karburanti”) (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88). Fl-2015, ġiet inkluża emenda għal dawn id-Direttivi sabiex tindirizza l-kwistjoni tat-tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC) ikkawżat mill-produzzjoni ta' bijofjuwils ibbażati fuq l-ikel.

42 Ir-Rapport Speċjali Nru 18/2016 tal-QEA “Is-sistema tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni ta’ bijofjuwils sostenibbli”, il-paragrafi 10 u 11 (http://eca.europa.eu).

43 Il-proposta għal RED II, kif ippubblikata fit-30 ta’ Novembru 2016, b’rettifika fit-23 ta’ Frar 2017.

44 AEBIOM, “Statistical report 2016” (Rapport statistiku 2016), pp. 121, 147 (kif ikkalkulat).

45 Il-Kummissjoni Ewropea (SFC), it-12 ta’ Ottubru 2017.

46 Ibid.

47 Ibid.

48 L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

49 Ir-Rapport Speċjali Nru 16/2017 tal-QEA “Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati”, il-paragrafi 25 sa 29 (http://eca.europa.eu).

50 Il-miżuri tal-forestrija taħt il-FAEŻR huma relatati ma’ diversi aspetti tal-ġestjoni tal-foresti (ġeneralment immirati lejn il-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u r-rwol multifunzjonali tal-foresti) kif ukoll ma’ attivitajiet agrikoli u relatati mal-forestrija. Il-foresti huma sors prinċipali ta' bijomassa, waħda mill-aktar tipi importanti ta' enerġija rinnovabbli fiż-żoni rurali. Il-miżuri tal-forestrija jiffaċilitaw, fost affarijiet oħra, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-enerġija mill-injam. Għalhekk, l-effett tagħhom f'termini ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli huwa parzjali biss.

51 L-Istati Membri kollha li żorna, minbarra l-Litwanja.

52 Ir-Rapport Speċjali Nru 6/2014 tal-QEA “L-appoġġ mill-fondi taħt il-politika ta' Koeżjoni għall-ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli — inkisbu riżultati tajbin?”, il-paragrafi 28 u 29 (http:/eca.europa.eu).

53 Ir-Rapport Speċjali Nru 16/2017 tal-QEA, il-paragrafi 89 sa 92.

54 F'Mejju 2017, il-Kummissjoni kkonfermat li tliet evalwazzjonijiet ex post kienu għadhom pendenti: tal-Bulgarija, tar-Rumanija u ta’ Spanja (il-Galicia).

55 Is-CMES ġiet stabbilita fl-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u fl-Artikolu 14 u l-Annessi IV, V u VI tar-Regolament (UE) Nru 808/2014, u tissostitwixxi s-CMEF għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013.

56 Id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja (Nordrhein-Westfalen), l-Italja (Sqallija, il-Valle d’Aosta), il-Litwanja, Spanja (nazzjonali, il-Katalonja u r-Reġjun ta’ Murcia), u r-Renju Unit (l-Iskozja).

57 Ir-Rapport Speċjali Nru 16/2017 tal-QEA, il-paragrafi 50 u 51.

58 Ir-Rapport Speċjali Nru 16/2017 tal-QEA, il-paragrafi 23 u 24.

59 Ara l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

60 DĠ AGRI, “Draft Guidelines on eligibility conditions and selection criteria for the programming period 2014-2020” (Abbozz ta' Linji Gwida dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020), Marzu 2014.

61 L-Istati Membri kollha li żorna, minbarra l-Bulgarija, kienu użaw il-kriterji rilevanti.

62 Id-DĠ ENER, “Mid-term evaluation of the Renewable Energy Directive for the European Commission” (Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli), April 2015, p. 38.

63 T16 – Investiment totali fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, R15 – Enerġija rinnovabbli prodotta minn proġetti appoġġati.

64 Ir-Rapport Speċjali Nru 16/2017, ir-rakkomandazzjonijiet 3 u 4.

65 Il-Kummissjoni Ewropea, “Draft Guidelines on eligibility conditions and selection criteria for the programming period 2014 – 2020 and FAQs” (Abbozz ta' Linji Gwida dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014 – 2020 u FAQs). Kriterji tal-għażla (https://enrd.ec.europa.eu/news-events/events/enrd-workshop-selection-criteria-towards-more-performant-rd-policy_en).

66 Id-Direttiva RED u d-Direttiva 2009/30/KE. Fl-2015, ġiet inkluża emenda għal dawn id-Direttivi sabiex tindirizza l-kwistjoni tat-tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC) ikkawżat mill-produzzjoni ta' bijofjuwils ibbażati fuq l-ikel.

67 L-istatistika għall-konsum tal-bijomassa solida turi li l-konsum residenzjali (bl-esklużjoni tal-gerbub) waħdu diġà jammonta għal 39 % tal-konsum totali tal-bijomassa solida. Ma' din iċ-ċifra jenħtieġ li jiżdied proporzjon tal-konsum tal-“gerbub” (billi jitqies li 65 % tal-konsum tal-gerbub tal-injam fl-UE huwa għal tisħin residenzjali) u ta' “bijofjuwils solidi oħra (l-użu fuq skala żgħira tal-laqx tal-injam, tal-likur iswed eċċ.)” li ma jsirx f'binjiet industrijali.

68 Fil-livell tal-UE, l-għadd ta' impjanti elettriċi li jużaw il-bijomassa solida (b'mod partikolari għall-impjanti li jużaw il-gerbub, u bijofjuwils solidi oħra (l-użu fuq skala żgħira tal-laqx tal-injam, tal-likur iswed eċċ.)) mhuwiex magħruf, u lanqas mhuwa magħruf id-daqs tagħhom, iżda teżisti xi data għall-impjanti li jużaw il-laqx tal-injam. Skont ir-rapport sħiħ tal-AEBIOM għall-2016, l-impjanti ta' aktar minn 20 MW li jużaw il-laqx tal-injam jirrappreżentaw 16 % tal-għadd totali ta' impjanti li jużaw dan il-materjal bħala sors ta' materja prima; dawn waħidhom jikkunsmaw 75 % tal-bijomassa tal-laqx tal-injam.

69 AEBIOM, “Statistical report 2016” (Rapport statistiku 2016), p. 68 (kif ikkalkulat).

70 L-informazzjoni disponibbli dwar l-għadd u l-kapaċità tal-impjanti tal-bijogass fl-UE hija limitata ħafna. Ir-rapport statistiku tal-2016 tal-EBA (p. 8) jagħti kapaċità elettrika medja ta' 450 kW għall-impjanti bbażati fuq il-materja prima agrikola.

71 L-LCA hija għodda għall-evalwazzjoni sistematika tal-aspetti ambjentali ta' sistema ta' prodotti jew servizzi tul l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tagħha. Sfortunatament, il-metodi tal-LCA ma jistgħux jikkaratterizzaw b’mod xieraq l-effetti tal-użu tal-art.

72 LULUCF tfisser Użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija; għal spjegazzjoni ulterjuri, ara l-glossarju.

73 COM(2016) 479 final u SWD(2016) 249 final.

74 http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Agri-environmental_indicator_-_renewable_energy_production

75 “Impact assessment” (Valutazzjoni tal-impatt), SWD(2016) 418 finali.

76 L-Artikolu 17(6) tad-Direttiva RED jgħid li r-rekwiżiti ta' kundizzjonalità japplikaw għall-art agrikola li tintuża għall-produzzjoni ta’ bijofjuwils u bijolikwidi. Xi wħud minn dawn ir-rekwiżiti huma relatati mal-protezzjoni tal-ħamrija, maż-żamma tal-materja u tal-istruttura organika tal-ħamrija, mal-evitar tad-deterjorament tal-ħabitats, u mal-ġestjoni tal-ilma.

77 AEBIOM, “Statistical report 2016” (Rapport statistiku 2016), pp. 121, 147 (kif ikkalkulat).

 

1 http://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:1bdc63bd-b7e9-11e6-9e3c-01aa75ed71a1.0001.02/DOC_1&format=PDF

2 http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:52016SC0249&from=EN

3 http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:52016SC0249&from=EN

Avveniment Data
Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu 10.11.2016
L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) 13.11.2017
Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja 10.1.2018
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha 7.2.2018

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit tal-UE. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta' introjtu jew ta' nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla I tal-Awditjar, Użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, li hija mmexxija minn Phil Wynn Owen, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Samo Jereb, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Jerneja Vrabic, Attaché tal-Kabinett; Michael Bain, Maniġer Prinċipali; Ramona Bortnowschi u Els Brems, Tim Ċentrali tal-Awditjar; Roussalia Nikolova, Anžela Poliulianaitė, Maria Eulàlia Reverté i Casas, Frédéric Soblet, Pekka Ulander u Jolanta Žemailaitė, Awdituri. Miroslava Chakalova-Siddy u Richard Moore pprovdew appoġġ lingwistiku u Terje Teppan-Niesen li kienet inkarigata mill-kompiti segretarjali.

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2018

PDFISBN 978-92-872-9228-5ISSN 1977-5741doi:10.2865/47010QJ-AB-18-002-MT-N
HTMLISBN 978-92-872-9218-6ISSN 1977-5741doi:10.2865/00302QJ-AB-18-002-MT-Q

© L-Unjoni Ewropea, 2018

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas:
    • 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
    • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: http://europa.eu

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: https://publications.europa.eu/mt/web/general-publications/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara http://europa.eu/contact).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu

Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.