Rapport Speċjali
Nru33 2018

Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE: theddida dejjem akbar li tirrikjedi azzjoni addizzjonali

Dwar ir-rapport Id-deżertifikazzjoni hija forma ta’ degradazzjoni tal-art f’żoni nexfin. Hija theddida li qed tikber ġewwa l-UE. Il-perjodu twil ta’ temperaturi għoljin bi ftit xita li seħħ fis-sajf tal-2018 fakkarna fl-urġenza u fl-importanza ta’ din il-problema. Ix-xenarji dovuti għat-tibdil fil-klima jindikaw żieda fil-vulnerabbiltà għad-deżertifikazzjoni fl-UE matul dan is-seklu, b’żidiet fit-temperaturi u fin-nixfiet u inqas preċipitazzjoni fin-Nofsinhar tal-Ewropa. L-effetti tagħha se jkunu partikolarment serji fil-Portugall, Spanja, l-Italja, il-Greċja, Ċipru, il-Bulgarija u r-Rumanija.

Aħna sibna li r-riskju ta' deżertifikazzjoni fl-UE ma kienx qed jiġi indirizzat b'mod effettiv u effiċjenti. Filwaqt li d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art huma theddida li qed tikber, il-passi li qed jittieħdu għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni mhumiex koerenti biżżejjed. Ma teżistix viżjoni komuni fl-UE dwar kif se tinkiseb in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni timmira li tifhem aħjar il-fenomenu tad-degradazzjoni tal-art u d-deżertifikazzjoni fl-UE; tivvaluta l-ħtieġa li jissaħħaħ il-qafas legali tal-UE fir-rigward tal-ħamrija; u tintensifika l-azzjonijiet biex jiġi onorat l-impenn li sar mill-UE u mill-Istati Membri sabiex, sal-2030, tinkiseb in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art ġewwa l-UE.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġej:
PDF
PDF General Report

Sommarju eżekuttiv

I

Id-deżertifikazzjoni, forma ta’ degradazzjoni tal-art f’żoni nexfin, hija theddida dejjem akbar fl-UE u għandha effetti sinifikanti fuq l-użu tal-art. It-terminu normalment jintuża biex jiddeskrivi proċessi relatati mal-bniedem u mal-klima li jwasslu għal problemi li jaffettwaw żoni nexfin, bħat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-ikel, l-infertilità tal-ħamrija, it-tnaqqis fir-reżiljenza naturali tal-art, u t-tnaqqis fil-kwalità tal-ilma. Il-projezzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima ġewwa l-Ewropa juru li r-riskju ta’ deżertifikazzjoni qed jiżdied. Diġà jeżistu semideżerti sħan fin-Nofsinhar tal-Ewropa, fejn il-klima qed tinbidel minn moderata għal niexfa. Dan il-fenomenu qiegħed jestendi lejn it-Tramuntana. Il-perjodu twil ta’ temperaturi għoljin bi ftit xita li seħħ fl-Ewropa fis-sajf tal-2018 fakkarna fl-urġenza u fl-importanza ta’ din il-problema.

II

Aħna eżaminajna jekk ir-riskju ta' deżertifikazzjoni fl-UE kienx qed jiġi indirizzat b'mod effettiv u effiċjenti. Eżaminajna wkoll jekk il-Kummissjoni kinitx għamelt użu adegwat mid-data disponibbli u jekk l-UE kinitx ħadet passi biex tiġġieled kontra d-deżertifikazzjoni b’mod koerenti. Aħna awditjajna proġetti li jindirizzaw id-deżertifikazzjoni fl-UE, u eżaminajna jekk huwiex probabbli li jintlaħaq l-impenn tal-UE li sal-2030 tikseb in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art, jiġifieri li l-ammont u l-kwalità tar-riżorsi tal-art jibqgħu stabbli jew jiżdiedu.

III

Aħna nikkonkludu li, filwaqt li d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art huma theddid attwali li dejjem qed jikber ġewwa l-UE, il-Kummissjoni ma għandhiex stampa ċara ta’ dawn l-isfidi, u l-passi li ttieħdu għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni mhumiex koerenti biżżejjed. Il-Kummissjoni ma vvalutatx il-progress li sar lejn l-ilħuq tal-impenn għan-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030.

IV

Għalkemm il-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru data dwar diversi fatturi li għandhom impatt fuq id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art, il-Kummissjoni ma analizzathiex biex toħroġ b’valutazzjoni konklużiva dwar id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art ġewwa l-UE.

V

Ma teżisti l-ebda strateġija fil-livell tal-UE dwar id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art. Pjuttost hemm firxa ta’ strateġiji, pjanijiet ta' azzjoni u programmi ta’ nfiq, bħall-Politika Agrikola Komuni, l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti, jew l-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, li huma rilevanti għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, iżda li ma jiffokawx fuqha.

VI

Proġetti tal-UE relatati mad-deżertifikazzjoni jinsabu mifruxa fost oqsma differenti ta' politika tal-UE – prinċipalment fl-iżvilupp rurali, iżda wkoll fl-ambjent u l-azzjoni klimatika, ir-riċerka, u l-politika reġjonali. Dawn il-proġetti jista’ jkollhom impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, iżda hemm xi tħassib dwar is-sostenibbiltà tagħhom fuq terminu twil.

VII

Fl-2015, l-UE u l-Istati Membri impenjaw lilhom infushom li, sal-2030, jiksbu n-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art ġewwa l-UE. Madankollu, ma saritx valutazzjoni kompleta tad-degradazzjoni tal-art fil-livell tal-UE, u ma sarx qbil dwar il-metodoloġija ta’ kif din għandha ssir. Ma kienx hemm koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, u l-Kummissjoni ma pprovdietx gwida prattika dwar dan is-suġġett. Għadha ma teżistix viżjoni ċara u komuni fl-UE dwar kif se tinkiseb in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030.

VIII

Ibbażat fuq dan ta’ hawn fuq, aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni bil-għan li jkun hemm fehim aħjar tad-degradazzjoni tal-art u tad-deżertifikazzjoni fl-UE; li tiġi vvalutata l-ħtieġa li jissaħħaħ il-qafas legali tal-UE fir-rigward tal-ħamrija; u li jiżdiedu l-isforzi biex jitwassal l-impenn li sar mill-UE u mill-Istati Membri sabiex, sal-2030, tinkiseb in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art ġewwa l-UE.

Introduzzjoni

Id-deżertifikazzjoni fl-UE – theddida dejjem akbar xprunata mit-tibdil fil-klima u l-attività umana

01

L-Ewropa qed tkun dejjem aktar affettwata mid-deżertifikazzjoni. Ir-riskju ta’ deżertifikazzjoni huwa l-aktar serju fin-Nofsinhar tal-Portugall, partijiet minn Spanja u fin-Nofsinhar tal-Italja, ix-Xlokk tal-Greċja, Malta, Ċipru, u ż-żoni li jmissu mal-Baħar l-Iswed fil-Bulgarija u r-Rumanija. Skont studji li saru, dawn iż-żoni huma spiss suġġetti għall-erożjoni tal-ħamrija, is-salinizzazzjoni, it-telf tal-karbonju organiku mill-ħamrija, it-telf tal-bijodiversità u l-uqigħ tal-art1. Il-perjodu twil ta’ temperaturi għoljin bi ftit xita li seħħ fl-Ewropa fis-sajf tal-2018 fakkarna fl-urġenza u fl-importanza ta’ din il-problema.

02

Id-deżertifikazzjoni hija forma ta’ degradazzjoni tal-art f’żoni nexfin. It-terminu jintuża biex jiddeskrivi proċessi relatati mal-bniedem u mal-klima li jwasslu għal problemi li jaffettwaw żoni nexfin: pereżempju t-tnaqqis fil-produzzjoni tal-ikel, l-infertilità tal-ħamrija, it-tnaqqis fir-reżiljenza naturali tal-art, u t-tnaqqis fil-kwalità tal-ilma (ara l-Kaxxa 1).

Kaxxa 1

Termini ewlenin

Deżertifikazzjoni tfisser id-degradazzjoni tal-art f'żoni aridi, semiaridi u aridi b’umdità baxxa, li tirriżulta minn diversi fatturi inklużi varjazzjonijiet klimatiċi u attivitajiet umani2. Id-deżertifikazzjoni tista’ tikkawża faqar, problemi tas-saħħa minħabba trab li jtir bir-riħ, u tnaqqis fil-bijodiversità. Hija jista’ jkollha wkoll konsegwenzi demografiċi u ekonomiċi, li jisfurzaw lill-popolazzjoni biex temigra lil hinn miż-żoni affettwati. Id-deżertifikazzjoni ma tiddeskrivix il-kundizzjonijiet f’żoni li tradizzjonalment jitqiesu bħala “deżerti”. Pjuttost, hija tirreferi għal żoni nexfin.

Id-degradazzjoni tal-art tfisser tnaqqis jew telf fil-produzzjoni bijoloġika jew ekonomika3. Dan huwa fenomenu li permezz tiegħu l-art fertili ssir inqas produttiva. Ġeneralment tiġi kkawżata minn attività umana. Minbarra l-produttività, fatturi oħra bħall-kopertura tal-art, l-erożjoni tal-ħamrija jew il-karbonju organiku fil-ħamrija jistgħu jintużaw għall-valutazzjoni tad-degradazzjoni tal-art. Definizzjonijiet oħra tad-degradazzjoni tal-art jenfasizzaw id-deterjorament tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistemi4. Il-kunċett relatat tan-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art huwa ddefinit mill-UNCCD bħala stat fejn l-ammont u l-kwalità ta’ riżorsi tal-art meħtieġa għall-appoġġ ta’ funzjonijiet u servizzi tal-ekosistemi u għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-ikel, jibqgħu stabbli jew jiżdiedu fi ħdan ekosistemi u skali temporali u spazjali speċifikati.

Żoni nexfin jew dawk aridi, semiaridi u nexfin b’umdità baxxa, huma żoni fejn il-proporzjon tal-preċipitazzjoni annwali mqabbel mal-evaporazzjoni u t-traspirazzjoni potenzjali tal-pjanti, l-indiċi tal-aridità, huwa bejn 0.05:1 u 0.65:15. Żoni nexfin huma suxxettibbli għal nixfiet frekwenti.

In-nixfa hija fenomenu li jseħħ meta l-preċipitazzjoni tkun ilha sinifikattivament taħt il-livelli normali rreġistrati, u jikkawża żbilanċi idroloġiċi serji li jaffettwaw b’mod avvers is-sistemi tal-produzzjoni tar-riżorsi tal-art6. In-nixfa u d-deżertifikazzjoni huma fenomeni relatati mill-qrib, iżda n-nixfa hija avveniment perjodiku fuq terminu qasir jew medju u b’hekk hija differenti mid-deżertifikazzjoni, li hija fenomenu fuq terminu twil. Meta jippersistu għal xhur jew snin, in-nixfiet jistgħu jaffettwaw żoni kbar u jista’ jkollhom impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi serji. Filwaq li n-nixfiet ilhom jeżistu minn dejjem, il-frekwenza u l-impatt tagħhom ġew aggravati mit-tibdil fil-klima u minn attivitajiet umani li mhumiex adattati għall-klima lokali.

L-aridità hija fenomenu klimatiku li huwa karatterizzat minn nuqqas ta’ ilma7. Hija fenomenu fuq terminu twil, li jitkejjel bit-tqabbil tal-provvista medja tal-ilma fuq terminu twil (il-preċipitazzjoni) mad-domanda medja tal-ilma fuq terminu twil (l-evaporazzjoni u t-traspirazzjoni tal-pjanti).

Deżerti huma żoni iperaridi u għerjin bi preċipitazzjoni baxxa, fejn b’konsegwenza, il-kundizzjonijiet tal-għajxien huma ostili għall-ħajja tal-pjanti u tal-annimali.

03

Id-deżertifikazzjoni hija kkawżata kemm mill-attività umana kif ukoll mit-tibdil fil-klima.

  • Attivitajiet umani. L-użu żejjed jew ineffiċjenti tal-ilma, eż. permezz ta’ tekniki ta’ irrigazzjoni ineffettivi, inaqqas il-provvista kumplessiva tal-ilma f’żona, u potenzjalment iwassal għal telf ta’ veġetazzjoni u eventwalment deżertifikazzjoni. Ir-rigħi eċċessiv u d-deforestazzjoni8 jistgħu jwasslu għad-deżertifikazzjoni peress li t-tnejn ineħħu jew jagħmlu ħsara lill-veġetazzjoni li tipproteġi l-art u żżommha niedja u fertili. L-istudji sabu li l-abbandun tal-art jista’ jkun fattur li jagħmel l-art aktar vulnerabbli għad-degradazzjoni u d-deżertifikazzjoni9. Madankollu, in-nuqqas ta’ attività umana jista’ jkollha wkoll xi benefiċċji, bħar-rivitalizzazzjoni tal-ħamrija, aktar bijodiversità jew riforestazzjoni attiva10.
  • It-tibdil fil-klima. Hekk kif it-temperaturi medji jogħlew u n-nixfiet u fenomeni estremi oħra tat-temp isiru aktar frekwenti u intensi minħabba t-tibdil fil-klima (ara l-paragrafu 9), id-degradazzjoni taż-żoni nexfin (u b’hekk, id-deżertifikazzjoni) x’aktarx li tiżdied. Meta l-art tkun estremament niexfa, tkun suxxettibbli għall-erożjoni inkluż matul għargħar għal għarrieda, meta l-ħamrija tal-wiċċ tinġarr f’daqqa, li jikkawża aktar degradazzjoni tal-wiċċ tal-art11.
04

Id-deżertifikazzjoni, min-naħa tagħha, tista’ wkoll taffettwa t-tibdil fil-klima minħabba li għandha effett negattiv fuqha.

  • Id-degradazzjoni tal-ħamrija tirriżulta fl-emissjoni ta’ gassijiet serra fl-atmosfera, li jżid ir-riskju ta’ aktar tibdil fil-klima u telf tal-bijodiversità (ara l-Figura 1). Il-ħażniet tal-bijomassa u tal-karbonju fil-ħamrija huma suxxettibbli li jintilfu fl-atmosfera b’riżultat taż-żieda prevista fl-intensità tal-maltempati, in-nirien tal-foresti, id-degradazzjoni tal-art u t-tifqigħat ta’ pesti12.
  • Ir-rivitalizzazzjoni tal-ħamrija tirriżulta fl-assorbiment gradwali ta’ gassijiet serra mill-atmosfera, li jippermetti li s-siġar u l-veġetazzjoni jikbru. Dawn il-pjanti jkunu jistgħu mbagħad jassorbu aktar karbonju. F’żoni fejn il-ħamrija hija ddegradata, dan il-proċess ma jkunx jista’ jaħdem sew – u l-karbonju ma jiġix assorbit mill-atmosfera.

Figura 1

Relazzjoni bejn id-deżertifikazzjoni, it-telf tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq l-Istitut Dinji tar-Riżorsi, Ecosystems and Human Well-being:Desertification Synthesis (Il-Benessri tal-Ekosistemi u tal-Bniedem: Sinteżi tad-Deżertifikazzjoni), 2005, p. 17.

05

Fl-2008, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) wettqet studju13, li kien ikopri 1.68 miljun km2, dwar id-deżertifikazzjoni fin-Nofsinhar tal-Ewropa, fl-Ewropa Ċentrali u fil-Lvant tal-Ewropa. Fl-2017 twettaq studju ta’ segwitu14 bbażat fuq l-istess metodoloġija. Din ir-riċerka wriet li, f’inqas minn deċennju, l-ammont ta’ territorju b’sensittività għolja jew għolja ħafna għad-deżertifikazzjoni kien żdied b’177 000 km2 – erja bejn wieħed u ieħor daqs il-Greċja u s-Slovakkja flimkien (ara t-Tabella 1).

Tabella 1

Sensittività għad-deżertifikazzjoni fin-Nofsinhar tal-Ewropa u fix-Xlokk tal-Ewropa Ċentrali, 2008 u 2017

2008 2017 Differenza bejn l-2008 u l-2017
eluf ta’ km2 % eluf ta’ km2 % eluf ta’ km2 %
Għolja ħafna 10 1 28 2 +18 +1.1
Għolja 224 13 383 23 +159 +9.5
Moderata 419 25 381 23 -38 -2.2
Baxxa 560 33 475 28 -85 -5.1
Baxxa ħafna 467 28 413 24 -54 -3.2
TOTAL 1 680 100 1 680 100 - -

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq Prăvălie et al., 2017.

06

Ibbażat fuq l-istudju ta’ segwitu, il-Figura 2 turi s-sitwazzjoni li qed tiddeterjora fin-Nofsinhar tal-Ewropa u fil-Balkani.

Figura 2

Indiċi tas-Sensittività għad-Deżertifikazzjoni fl-UE15 għall-2008 u l-2017

Sors: Prăvălie et al., 2017.

07

Ċipru, li ma kienx inkluż fl-ambitu tal-istudju msemmi hawn fuq, huwa affettwat partikolarment ħażin: l-istudji identifikaw li 99 % tal-pajjiż huwa vulnerabbli għad-deżertifikazzjoni16. L-Anness I jinkludi mapep li juru s-suxxettibbiltà għad-deżertifikazzjoni fil-ħames Stati Membri li żorna (ara l-paragrafu 26).

Ix-xenarji tat-tibdil fil-klima jikkonfermaw il-vulnerabbiltà akbar tal-UE għad-deżertifikazzjoni

08

Il-projezzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima fl-Ewropa jindikaw li r-riskju ta’ deżertifikazzjoni qed jiżdied17. Fin-Nofsinhar tal-Ewropa jeżistu semideżerti sħan, fejn l-istudji identifikaw li l-klima qed tinbidel minn moderata għal niexfa18. Dan il-fenomenu diġà qiegħed jestendi lejn it-Tramuntana. L-evidenza xjentifika tissuġġerixxi li l-emissjonijiet ikkawżati mill-bniedem żiedu sostanzjalment il-probabbiltà ta’ snin ta’ nixfa fir-reġjun tal-Mediterran19.

09

Bit-tibdil fil-klima, l-ilma qed isir aktar skars f’partijiet mill-Ewropa, u l-istudji identifikaw li n-nixfiet qed iseħħu aktar ta’ spiss20. Dan iżid il-vulnerabbiltà għad-deżertifikazzjoni. Skont il-mudelli tat-tibdil fil-klima li jintużaw mill-Kummissjoni, it-temperaturi huma projettati li jiżdiedu b’aktar minn 2°C f’ċerti reġjuni (bħal Spanja) sa tmiem is-seklu. Matul l-istess perjodu, il-preċipitazzjoni fis-sajf hija mistennija li tonqos b’50 % jew aktar fin-Nofsinhar tal-Ewropa21. Fir-rapport tiegħu tal-201822, il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) ikkonferma b’ċertezza għolja li b’tisħin globali ta’ 1.5°C, it-temperaturi fi ġranet sħan ħafna f’latitudnijiet medji se jiżdiedu b’sa madwar 3°C, u b’madwar 4°C jekk it-tisħin globali jkun ta’ 2°C, u li l-għadd ta’ ġranet sħan huwa previst li jiżdied fil-biċċa l-kbira tar-reġjuni tal-art

10

Il-mudelli li jintużaw mill-Kummissjoni jipprovdu wkoll projezzjonijiet dwar ir-riskju ta’ deżertifikazzjoni, li huwa mistenni jkun sinifikanti b’mod partikolari fi Spanja, fin-Nofsinhar tal-Italja, fil-Portugall, u żoni fix-Xlokk tal-Ewropa, inklużi l-Bulgarija, il-Greċja, Ċipru u d-Delta tad-Danubju fir-Rumanija (ara l-Figura 3). Studji oħra jirrappurtaw żidiet partikolarmanet kbar fin-nixfa u tnaqqis fid-disponibbiltà tal-ilma fin-Nofsinhar tal-Ewropa u l-Mediterran jekk it-tisħin globali jkun ta’ 2°C flok 1.5°C23.

Figura 3

Bidla prevista fir-riskju ta’ deżertifikazzjoni u fl-indiċi tal-aridità għall-2071-2100 mqabbel mal-1981-2010

– Bidla prevista fir-riskju ta’ deżertifikazzjoni24 f’xenarju ta’ 2.4°C (RCP 4.5 – xellug) u xenarju ta’ 4.3°C (RCP 8.5 – lemin) fl-2071-2100 mqabbel mal-1981-201025.

Sors: Spinoni, J., Barbosa, P., Dosio, A., McCormick, N., Vogt, J., “L-Ewropa tinsab f’riskju ta’ deżertifikazzjoni minħabba t-tibdil fil-klima?”, Geophysical Research Abstracts Vol. 20, 2018, EGU2018-9557, l-Assemblea Ġenerali tal-EGU tal-2018.

– Bidla prevista fl-indiċi tal-aridità f’xenarju ta’ 2.4°C (RCP 4.5 – xellug) u xenarju ta’ 4.3°C (RCP 8.5 – lemin) fl-2071-2100 mqabbel mal-1981-2010.

Sors: Ipproċessat minn Jian-Sheng Ye, l-Università ta’ Lanzhou, iċ-Ċina, bi tħejjija ta’ Atlas Mondjali tad-Deżertifikazzjoni, 2018, DOI:10.2760/06292. Sors tad-data: Iċ-Ċentru Klimatoloġiku tal-Preċipitazzjoni Globali u l-Unità tar-Riċerka dwar il-Klima tal-Università tal-Anglia tal-Lvant.

Sors: Cherlet, M., Hutchinson, C., Reynolds, J., Hill, J., Sommer, S., von Maltitz, G. (Eds.), Atlas Mondjali tad-Deżertifikazzjoni, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2018, p. 78.

Il-qafas tan-NU għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni

11

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni (UNCCD) hija ftehim internazzjonali li jistabbilixxi qafas globali għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni. Hija ġiet stabbilita fl-1994, wara s-Summit dwar id-Dinja f’Rio de Janeiro fl-199226. Il-Konvenzjoni hija ftehim legalment vinkolanti dwar kwistjonijiet tal-art u tindirizza d-degradazzjoni tal-art u d-deżertifikazzjoni, kif ukoll tipprovdi pjattaforma għall-adattament, il-mitigazzjoni u r-reżiljenza. Fil-UNCCD hemm 197 parti kkonċernata, inklużi l-UE27 u t-28 Stat Membru tagħha. Il-partijiet jimmiraw li jaħdmu flimkien biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien għal persuni f’żoni nexfin, biex iżommu u jerġgħu jirrestawraw il-produttività tal-art, u biex jimmitigaw l-effetti tad-deżertifikazzjoni u tan-nixfa.

12

Il-partijiet ikkonċernati fil-UNCCD jistgħu volontarjament jiddikjaraw lilhom infushom bħala “affettwati mid-deżertifikazzjoni”. Dawn il-pajjiżi jridu jfasslu u jimplimentaw programmi ta’ azzjoni nazzjonali (NAPs) biex jiġġieldu kontra d-deżertifikazzjoni.

13

Fl-2015, in-Nazzjonijiet Uniti adottaw l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli28, li tinkludi impenn biex jinkisbu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) kollha tan-Nazzjonijiet Uniti. Minn dawn, l-SDG 15 jimmira li jipproteġi, jerġa’ jistabbilixxi u jippromwovi l-użu sostenibbli tal-ekosistemi terrestri, jimmaniġġja l-foresti b’mod sostenibbli, jiġġieled kontra d-deżertifikazzjoni, iwaqqaf u jreġġa’ lura d-degradazzjoni tal-art, iwaqqaf it-telf tal-bijodiversità; huwa jinkludi wkoll mira biex jiġġieled id-deżertifikazzjoni, jirrestawra l-art u l-ħamrija li jkunu ġew suġġetti għad-degradazzjoni, inkluża art affettwata mid-deżertifikazzjoni, min-nixfa u mill-għargħar, u jistinka biex tinkiseb dinja newtrali fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030 (il-Mira 15.3).

14

Fl-2017, il-UNCCD adottat il-qafas strateġiku 2018-2030 tagħha, li jiffoka fuq l-ilħuq tal-Mira 15.3 tal-SDG. Bħala parti kkonċernata tal-UNCCD, l-UE kkonfermat l-impenn tagħha li sal-2030 tikseb in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art.

Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE

15

L-UE ma għandhiex strateġija ddedikata jew qafas legali speċifiku fir-rigward tad-deżertifikazzjoni. Madankollu, ċerti fatturi assoċjati mad-deżertifikazzjoni huma indirizzati taħt diversi strateġiji jew programmi ta’ nfiq oħra, kif jidher hawn taħt.

16

F’Settembru 2006, il-Kummissjoni adottat Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija29, fejn ġie enfasizzat li l-proċessi ta’ degradazzjoni tal-ħamrija jistgħu fl-aħħar mill-aħħar iwasslu għad-deżertifikazzjoni. L-objettivi tal-istrateġija kienu li jiġi żgurat l-użu sostenibbli tal-ħamrija billi tiġi pprevenuta aktar degradazzjoni tal-ħamrija u jiġu ppreservati l-funzjonijet tagħha, kif ukoll billi l-ħamrija li tkun ġiet suġġetta għad-degradazzjoni tiġi rrestawrata għal livell ta’ funzjonalità li jkun konsistenti tal-inqas mal-użu attwali u intenzjonat tiegħu. L-Istrateġija Tematika tal-Ħamrija li ġiet adottata fl-2006 kienet strutturata fuq erba’ pilastri: sensibilizzazzjoni; integrazzjoni ma’ politiki oħra; riċerka; u leġiżlazzjoni, u kienet ibbażata fuq proposta għal Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija (SFD)30.

17

Il-proposta għal SFD kienet tirrikjedi li l-Istati Membri jidentifikaw żoni f’riskju ta’ degradazzjoni, jiddefinixxu miri għall-ħarsien tal-ħamrija, u jwettqu programmi biex jinkisbu dawn il-miri. Id-direttiva proposta kellha wkoll l-intenzjoni li tikkontribwixxi għat-tmiem tad-deżertifikazzjoni li tirriżulta mid-degradazzjoni u mit-telf tal-bijodiversità tal-ħamrija. Madankollu, għal kważi tmien snin, ma ntlaħqitx maġġoranza kwalifikata31 favur l-adozzjoni tagħha fi ħdan il-Kunsill. F’April 2014, il-Kummissjoni rtiratha.

18

F’April 2013, il-Kummissjoni adottat l-Istrateġija 2013 tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjoni ta’ adattament. Hija tenfasizza l-ħtieġa li l-UE tieħu miżuri biex tadatta għal impatti inevitabbli tat-tibdil fil-klima, u għall-ispejjeż ekonomiċi, ambjentali u soċjali tagħhom.

19

F’Novembru 2013, l-UE adottat il-Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni, biex tiżgura li sal-2020 l-art fl-Unjoni tkun immaniġġjata b’mod sostenibbli, il-ħamrija tkun imħarsa b’mod adegwat u r-rimedjar tas-siti kkontaminati jkun fi stadju avvanzat.

20

L-Istrateġija 2013 tal-UE għall-Foresti enfasizzat li l-foresti mhumiex biss importanti għall-iżvilupp rurali, iżda wkoll għall-ambjent u għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Il-foresti għandhom rwol importanti fil-ġlieda kontra d-degradazzjoni tal-art u d-deżertifikazzjoni.

21

Diversi fondi tal-UE jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw miżuri għall-indirizzar tad-deżertifikazzjoni:

  • L-implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), bil-komponenti tagħha relatati mal-iżvilupp rurali32, mal-ekoloġizzazzjoni u mal-kundizzjonalità33, jista’ jkollha effetti pożittivi fuq ħamrija agrikola. Madankollu, prattiki agrikoli intensivi jew li mhumiex sostenibbli jistgħu jagħmlu ħsara lill-ħamrija.
  • Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej34 għandhom l-għan li jnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali ġewwa l-UE. Huma jinkludu “L-adattament għat-tbidil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju” bħala objettiv tematiku. Il-proġetti għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni jistgħu jiġu kofinanzjati jekk l-Istati Membri jidentifikaw ħtieġa korrispondenti, pereżempju permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jew il-Fond ta' Koeżjoni.
  • Strumenti oħra ta’ finanzjament mill-UE li jindirizzaw id-deżertifikazzjoni huma l-programmi ta’ riċerka s-Seba’ Programm Kwadru u Orizzont 202035, l-istrument LIFE36 għall-ambjent, jew il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE)37.
22

Għalkemm il-programmi ta’ nfiq tal-UE jagħmlu l-finanzjament disponibbli għal proġetti li jindirizzaw id-deżertifikazzjoni, l-ammont ta’ fondi tal-UE li huma previsti u li jintużaw biex jindirizzaw id-deżertifikazzjoni mhuwiex disponibbli.

23

Fi ħdan l-UE, il-Kunsill stabbilixxa grupp ta’ ħidma dwar id-deżertifikazzjoni38. Dan il-grupp ta’ ħidma jħejji l-pożizzjoni tal-UE għal negozjati internazzjonali relatati mad-deżertifikazzjoni u mad-degradazzjoni tal-art, u huwa l-unika forum regolari għad-diskussjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-UNCCD u mad-deżertifikazzjoni fil-livell tal-UE

24

Flimkien mal-Kunsill u ma’ servizzi oħra tal-Kummissjoni, id-DĠ ENV jikkoordina l-pożizzjoni tal-UE għal avvenimenti tal-UNCCD bħall-Konferenza tal-Partijiet, li sseħħ kull sentejn. Ir-rwol taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (il-JRC) huwa strumentali fil-forniment ta’ informazzjoni xjentifika ġenerali kif ukoll ta’ parteċipanti fir-roster ta’ esperti tal-UNCCD. Servizzi oħra tal-Kummissjoni jista’ jkollhom ukoll rwol fil-kuntest tal-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE, kif jidher fil-Figura 4. Barra minn hekk, id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Istatistika (id-DĠ ESTAT) jippubblika rapport annwali dwar il-progress li jkun sar lejn l-ilħuq tal-SDGs f’kuntest tal-UE, inkluża valutazzjoni tal-indikaturi dwar id-degradazzjoni tal-art taħt l-SDG 15 (ara l-paragrafu 13).

Figura 4

Servizzi tal-Kummissjoni li jittrattaw id-deżertifikazzjoni fl-UE

Sors: Il-QEA.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

25

Peress li l-Ewropa qed tkun dejjem aktar affettwata mid-deżertifikazzjoni, l-awditu tagħna eżamina jekk ir-riskju ta' deżertifikazzjoni fl-UE huwiex qed jiġi indirizzat b'mod effettiv u effiċjenti. B'mod partikolari, aħna eżaminajna:

  • jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri kinux għamlu użu adegwat mid-data disponibbli;
  • jekk l-UE kinitx ħadet passi biex tiġġieled kontra d-deżertifikazzjoni b’mod koerenti;
  • jekk proġetti li jindirizzaw id-deżertifikazzjoni fl-UE kienx kellhom impatt pożittiv;
  • jekk kienx probabbli li jintlaħaq l-impenn tal-UE li sal-2030 tikseb in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art.
26

Aħna wettaqna l-awditu tagħna bejn Settembru 2017 u Mejju 2018, u ġbarna evidenza għall-awditjar minn dawn is-sorsi li ġejjin:

  • analiżijiet dokumentarji u intervisti mal-persunal minn ħames Direttorati Ġenerali39;
  • żjarat tal-awditjar f’ħames Stati Membri li ġew iddikjarati li huma affettwati mid-deżertifikazzjoni: Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Portugall u r-Rumanija, magħżula minħabba l-vulnerabbiltà tagħhom għad-deżertifikazzjoni, u biex ikopru firxa ta’ kundizzjonijiet klimatiċi, veġetazzjoni, attivitajiet umani, u riskji identifikati. Aħna wettaqna intervisti, analizzajna dokumenti strateġiċi (inklużi programmi tal-iżvilupp rurali), proċeduri u data;
  • żjarat lil kampjun ta’ 25 proġett li ġew identifikati minn dawn il-5 Stati Membri bħala rilevanti għad-deżertifikazzjoni u li huma finanzjati jew kofinanzjati mill-UE. Dawn il-proġetti kienu jinkludu l-investimenti għall-irrigazzjoni, il-proġetti tal-forestrija, in-newba tal-għelejjel, jew ir-restawr ta’ ħitan jew digi tal-ġebel niexef (sejjieħ) għall-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija. L-għan għaż-żjarat tal-proġetti kien biex jiġi vvalutat jekk il-proġetti kinux ħallew impatt sostenibbli fuq l-indirizzar tad-deżertifikazzjoni, u mhux biex tinħareġ opinjoni dwar il-legalità jew ir-regolarità tagħhom. Aħna awditjajna wkoll proġetti li jinvolvu riċerka dwar it-tekniki għall-indirizzar tad-deżertifikazzjoni (ara l-Anness III);
  • laqgħat ma’ diversi partijiet ikkonċernati, inklużi l-UNCCD, l-EEA u esperti akkademiċi, biex jiġu diskussi approċċi jew tekniki strateġiċi għall-indirizzar u l-monitoraġġ tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art ġewwa l-UE.
27

L-ambitu tal-awditu ma kienx jinkludi l-art li ttieħdet b’riżultat ta’ żvilupp urban jew żvilupp artifiċjali ieħor. Skont l-EEA40, bejn l-2006 u l-2012, it-teħid annwali ta’ art fil-pajjiżi tal-EU 28 kien ta’ bejn wieħed u ieħor 850 km2 – inqas minn 0.1 % tal-erja totali tal-art fl-UE. Meta indirizzajna l-mistoqsijiet tal-awditjar imsemmija fil-paragrafu 25, aħna ma vvalutajniex il-qafas stabbilit mill-UNCCD għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni.

Osservazzjonijiet

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru data rilevanti għad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art, iżda l-Kummissjoni ma tużahiex b’mod adegwat

28

Aħna eżaminajna l-użu li l-Kummissjoni tagħmel mid-data disponibbli dwar id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art. Jeħtieġ li l-Kummissjoni tiġbor u tanalizza d-data dwar id-deżertifikazzjoni u r-riskji assoċjati magħha, tiddeċiedi x’azzjoni tkun trid tieħu biex tindirizzaha, u mbagħad tieħu din l-azzjoni. Din id-data trid tkun suffiċjenti, koerenti, affidabbli u trid tiġi aġġornata u riveduta regolarment.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru data li hija relatata mad-deżertifikazzjoni

29

Sistema ewlenija li tintuża għall-monitoraġġ tal-indikaturi rilevanti għad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art ġewwa l-UE hija l-Programm ta’ Osservazzjoni tad-Dinja Copernicus, li huwa kkoordinat u mmaniġġjat mill-Kummissjoni41. Din is-sistema tuża varjetà ta’ teknoloġiji, minn satelliti fl-ispazju sa sistemi ta’ kejl fuq l-art, fil-baħar u fl-ajru. Copernicus jipprovdi, liberament u b’mod miftuħ, data dwar firxa kbira ta’ oqsma: l-atmosfera, l-ambjent marin, l-art, il-klima, is-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u s-sigurtà. Wieħed mill-komponenti tiegħu, is-Servizz ta' Monitoraġġ tal-Art ta' Copernicus, jipprovdi informazzjoni ġeografika dwar il-kopertura tal-art u dwar elementi varjabbli relatati; pereżempju, dwar il-kopertura veġetali u ċ-ċiklu tal-ilma. Fl-2015 ġiet varata satellita addizzjonali. Wieħed mill-objettivi ddikjarati tagħha huwa li timmonitorja d-deżertifikazzjoni 42, iżda għad ma hemmx informazzjoni ċara dwar dan (ara wkoll il-paragrafu 39).

30

Il-Kummissjoni tiġbor regolarment informazzjoni utli u rilevanti dwar diversi elementi relatati mal-istat tal-ħamrija fl-UE, inkluża informazzjoni dwar it-tliet subindikaturi ddefiniti mill-UNCCD (ara l-paragrafu 38).

31

Il-produttività tal-art ġiet analizzata mill-JRC f’rapport ibbażat fuq osservazzjonijiet bis-satellita bejn l-1982 u l-2010 bl-użu tad-data ta’ Copernicus43. Il-Figura 5, ibbażata fuq id-data komprensiva l-aktar reċenti li ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni dwar id-dinamika tal-produttività tal-art ġewwa l-UE44, turi li l-pajjiżi tal-Mediterran bi klima sħuna u niexfa huma aktar suxxettibbli għal tnaqqis fil-produttività tal-art.

Figura 5

Dinamika tal-produttività tal-art ġewwa l-Ewropa (1982-2010)

Sors: Il-JRC, 2012.

32

Il-Kummissjoni timmonitorja l-karbonju organiku fil-ħamrija bl-użu tal-pjattaforma bi skopijiet multipli tal-Istħarriġ qafas statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta (LUCAS)45, analiżi standardizzata tal-karatteristiki tal-ħamrija tal-wiċċ fl-UE kollha, li ssir kull tliet snin u li hija operata mill-JRC. Skont l-EEA huwa probabbli li, bħala medja, il-ħamrija fl-Ewropa takkumula l-karbonju. Il-ħamrija taħt il-bwar u l-foresti hija bir ta’ karbonju, filwaqt li ħamrija taħt raba’ li tinħadem hija sors iżgħar ta’ karbonju46. Il-Figura 6 turi li hemm korrelazzjoni bejn iż-żoni li jinsabu f’riskju ta’ deżertifikazzjoni, fil-Greċja, Spanja, l-Italja, il-Portugall u r-Rumanija, u l-livell baxx ta’ karbonju organiku fil-ħamrija.

Figura 6

LUCAS – Karbonju organiku fil-ħamrija ġewwa l-UE – 2015 (g/kg)

Sors: Il-JRC, 2018.

33

Il-kopertura tal-art u l-bidliet fil-kopertura tal-art ġewwa l-UE huma mmonitorjati regolarment permezz tal-Programm għall-koordinazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ambjent (CORINE)47, komponent ta’ Copernicus, li huwa mmaniġġjat mill-EEA. Kull sitt snin, mis-sena 2000 ’il quddiem, ġew prodotti settijiet tad-data rilevanti fil-qafas tal-programm CORINE, u l-aktar sett reċenti nħareġ fl-2012. Flimkien, l-art agrikola u l-foresti jkopru 85 % tal-art ġewwa l-UE48.

34

Kif jidher fl-Anness II, il-Kummissjoni tiġbor u tikkompila regolarment data addizzjonali dwar diversi fatturi relatati mad-deżertifikazzjoni fl-UE, bħall-erożjoni tal-ħamrija, in-nixfiet, l-ilma u n-nirien fil-foresti. Madankollu, il-Kummissjoni ma tużax din id-data biex tivvaluta l-firxa tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art.

35

Atlas Mondjali tad-Deżertifikazzjoni ġie ppubblikat għall-ewwel darba fl-1992 min-Nazzjonijiet Uniti49, u mbagħad ġie aġġornat fl-1997. Wara dan, il-Kummissjoni ġiet inkarigata mill-pubblikazzjoni tal-Atlas u ħarġet it-tielet verżjoni fl-2018. Huwa fih mapep ta’ fatturi li jistgħu jwasslu għad-deżertifikazzjoni, bħall-erożjoni tal-ħamrija, is-salinizzazzjoni, l-urbanizzazzjoni, u l-migrazzjoni. L-Atlas il-ġdid jipprovdi mapep u data dwar għadd ta’ interazzjonijiet bejn il-bniedem u l-ambjent li huma rilevanti għad-degradazzjoni tal-art, iżda ma fihx mapep speċifikament dwar id-deżertifikazzjoni. Il-Kummissjoni tqis li d-deżertifikazzjoni ma tistax tiġi mmappjata faċilment, minħabba li hija proċess kumpless ferm, u li, skont studji li saru, huwa kkaġunat minn bosta fatturi differenti50.

36

L-Istati Membri li saritilhom żjara pproduċew mapep dwar ir-riskju ta’ deżertifikazzjoni (ara l-Anness I). Madankollu, dawn il-mapep ma ġewx aġġornati regolarment, u ma jistgħux jitqabblu billi jużaw indikaturi u kodifikazzjoni bil-kulur differenti. B’hekk, ma jistgħux jipprovdu stampa komprensiva tad-deżertifikazzjoni fil-livell tal-UE.

37

L-Istati Membri li żorna mmonitorjaw ukoll fatturi assoċjati mad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art, bħall-ilma, in-nixfiet jew il-monitoraġġ tal-preċipitazzjoni. Rigward il-mekkaniżmi ta’ ġbir tad-data relatata mal-ħamrija, aħna sibna li:

  • Spanja, l-Italja u r-Rumanija kellhom is-sistemi proprji tagħhom, li pprovdew data aktar speċifika relatata mal-ħamrija iżda li sa ċertu punt jidduplikaw il-mekkaniżmi ta’ ġbir proprji tal-UE. Id-data nazzjonali dwar il-ħamrija ma kinitx kompleta, ma nġabritx u ma ġietx interpretata regolarment, u mhux dejjem kienet affidabbli51.
  • Ċipru u l-Portugall ibbażaw esklussivament fuq il-pjattaforma LUCAS tal-Kummissjoni biex jiġbru data relatata mal-ħamrija.

Ma teżistix metodoloġija maqbula għall-valutazzjoni tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art ġewwa l-UE

38

Id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art huma fenomeni kumplessi li huma affettwati minn bosta fatturi interdipendenti, u ma hemmx kunsens xjentifiku dwar kif dawn il-fatturi għandhom jiġu vvalutati. Madankollu, jistgħu jintużaw indikaturi indiretti biex jaqbdu d-deterjorament fl-istat tal-art. Hemm bosta indikaturi indiretti bħal dawn, iżda l-UNCCD tirrakkomanda l-użu ta’ tliet subindikaturi għall-valutazzjoni tad-degradazzjoni tal-art: il-produttività tal-art, il-karbonju organiku fil-ħamrija, kif ukoll il-kopertura tal-art u l-bidliet fil-kopertura tal-art52.

39

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri ma laħqux qbil dwar metodoloġija għall-kompilazzjoni tal-indikaturi disponibbli biex ikunu jistgħu joħorġu valutazzjoni konsistenti tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art ġewwa l-UE. Dan jagħmilha diffiċli biex isir tqabbil tal-firxa tad-deżertifikazzjoni fl-Istati Membri differenti tal-UE.

40

Fir-rapport ta’ monitoraġġ tal-2018 dwar il-progress lejn l-ilħuq tal-SDGs fil-kuntest tal-UE, il-Kummissjoni tuża żewġ indikaturi għad-degradazzjoni tal-art, li huma parzjalment allinjati mal-indikaturi tal-UNCCD: il-kopertura artifiċjali tal-art per capita, u stima tal-erożjoni tal-ħamrija bl-ilma (ara it-Tabella 2). Hemm bosta karatteristiki oħra tad-degradazzjoni tal-art li mhumiex koperti minn dawn l-indikaturi, bħall-karbonju organiku fil-ħamrija, il-produttività tal-art, is-salinizzazzjoni, jew il-kontaminazzjoni. Fil-livell tal-Kummissjoni hemm disponibbli informazzjoni addizzjonali dwar indikaturi rilevanti oħra bħal dawn (ara l-paragrafi 30 u 34) iżda din ma tintużax għall-iskopijiet ta’ valutazzjoni tad-degradazzjoni tal-art ġewwa l-UE.

Tabella 2

Tqabbil bejn l-indikaturi għad-degradazzjoni tal-art li jintużaw mill-Kummissjoni u dawk li jintużaw mill-UNCCD

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq il-UNCCD u d-DĠ ESTAT.

L-UE qed tieħu passi biex tiġġieled kontra d-deżertifikazzjoni, iżda b’koerenza limitata

41

Aħna eżaminajna jekk l-UE hijiex qed tieħu azzjoni biex tiġġieled kontra d-deżertifikazzjoni b’mod koerenti. Azzjoni bħal din teħtieġ struttura ta’ governanza koerenti u pjan tajjeb fuq terminu twil biex jiġi mmitigat ir-riskju ta’ deċiżjonijiet li jirriżultaw f’nuqqas ta’ valur għall-flus, u biex jiġu evitati azzjonijiet frammentati u mhux koordinati.

42

Il-qafas tal-UNCCD u l-implimentazzjoni tiegħu ġewwa l-UE huma deskritti fil-Kaxxa 2).

Kaxxa 2

Il-qafas tal-UNCCD fl-UE

Taħt il-UNCCD, il-partijiet kollha li ddikjaraw li kienu affettwati mid-deżertifikazzjoni jridu jfasslu programmi ta’ azzjoni nazzjonali (NAPs). L-UE għadha ma ddikjaratx li hija affettwata mid-deżertifikazzjoni, u ma ġie stabbilit l-ebda programm ta’ azzjoni fil-livell tal-UE għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni. Ibbażat fuq l-awtovalutazzjoni tagħhom, 13-il Stat Membru tal-UE ddikjaraw, fil-qafas tal-UNCCD, li huma affettwati mid-deżertifikazzjoni: il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja. Dawn jinkludu sebgħa mit-tmien Stati Membri b’kosta Mediterranja.

In-NAPs tal-Istati Membri jkopru ħafna setturi bħall-agrikoltura, il-forestrija u l-ġestjoni tal-ilma. Eżempji ta’ miżuri li huma inklużi fin-NAPs huma: il-promozzjoni ta’ attivitajiet ta’ riċerka, il-pjanijiet ta’ kontinġenza f’każ ta’ nixfa, l-afforestazzjoni, il-bini ta’ għelieqi mtarrġa għall-prevenzjoni tal-uqigħ tal-art, u titjib tas-sistemi ta’ twissija bikrija.

Rigward it-13-il Stat Membru li ddikjaraw lilhom infushom li huma affettwati mid-deżertifikazzjoni, u bbażat fuq l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku:

  • In-NAPs ta’ ħames Stati Membri ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-UNCCD53. Mit-tmien Stati Membri l-oħra, aħna nafu bi tnejn li għandhom NAP54. In-NAPs ippubblikati issa għandhom aktar minn 10 snin. Għall-Portugall, in-NAP li ġie aġġornat fl-2014 għadu ma ġiex ippubblikat.
  • Ċipru għandu NAP, imfassal fl-2008, li qatt ma ġie adottat uffiċjalment mill-Kunsill nazzjonali tal-Ministri, u li ma ġiex ippreżentat lill-UNCCD.

Ibbażat fuq l-informazzjoni limitata disponibbli, il-Kummissjoni tqis li n-NAPs tal-Istati Membri għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni ma kinux effettivi biżżejjed, peress li ma ġewx integrati għalkollox fil-proċessi nazzjonali tal-ippjanar, u ma kienx hemm biżżejjed kapaċità u riżorsi tekniċi u finanzjarji disponibbli biex jimplimentawhom55. L-analiżi tagħna kkonfermat din il-valutazzjoni.

Ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni speċifika fil-livell tal-UE dwar id-deżertifikazzjoni u l-ħamrija

43

Kif issemma fil-paragrafu 16, l-Istrateġija Tematika tal-UE għall-Ħarsien tal-Ħamrija, li ġiet adottata fl-2006, kienet tinkludi proposta għal Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija (SFD). Wieħed mill-objettivi tad-direttiva proposta kien li tikkontribwixxi biex twaqqaf id-deżertifikazzjoni li tirriżulta mid-degradazzjoni u mit-telf tal-bijodiversità tal-ħamrija. Il-proposta leġiżlattiva ma kisbitx maġġoranza fil-Kunsill u fl-2014 ġiet irtirata mill-Kummissjoni. Għalhekk, filwaqt li riżorsi ambjentali vitali oħra bħall-arja u l-ilma huma rregolati taħt diversi direttivi u regolamenti tal-UE, ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni integrata simili tal-UE dwar il-ħamrija.

44

Studju reċenti kkonkluda li l-irtirar tal-proposta għal SFD kien opportunità mitlufa għall-ħolqien ta’ fehim u ta’ viżjoni komuni dwar il-ħarsien tal-ħamrija ġewwa l-UE56. L-istess studju kkonferma li, filwaqt li fil-livell tal-UE ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni kumplessiva dwar il-ħarsien tal-ħamrija, il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar dan – fejn teżisti – ma rnexxilhiex tipprevieni d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-ħamrija ġewwa l-UE.

L-istrateġiji, il-politiki u l-programmi ta’ nfiq tal-UE jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, iżda ma jiffokawx speċifikament fuq dan

45

Ma teżisti l-ebda strateġija speċifika fil-livell tal-UE relatata mal-indirizzar tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art. Ir-referenzi għad-deżertifikazzjoni jinsabu mifruxa f’diversi strateġiji, politiki u programmi ta’ nfiq tal-UE, u minn dawn, l-aktar rilevanti għad-deżertifikazzjoni huma l-PAK, u l-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima.

46

Filwaqt li l-PAK għandha l-potenzjal li jkollha rwol importanti fl-indirizzar tad-deżertifikazzjoni, aħna osservajna l-limitazzjonijiet li ġejjin:

  • Skont l-EEA, il-pagamenti diretti jistgħu jikkawżaw l-intensifikazzjoni tal-agrikoltura li, min-naħa tagħha, twassal għat-telf ta’ materja organika fil-ħamrija, it-tnaqqis fiż-żamma tal-ilma mill-ħamrija u bidliet fl-użu tal-art57.
  • Id-dispożizzjonijiet tal-kundizzjonalità jinkludu tliet Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajba li l-għan tagħhom huwa l-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ħamrija, jiġifieri, il-kundizzjonijiet dwar il-kopertura minima bil-ħamrija, il-ġestjoni tal-art biex tiġi limitata l-erożjoni, u l-manutenzjoni tal-materja organika fil-ħamrija. Skont l-EEA, il-kundizzjonalità tista’ tikkontribwixxi għall-manutenzjoni tal-livelli tal-materja organika fil-ħamrija u għall-ħarsien tal-ħamrija mill-erożjoni58. Madankollu, għalkemm ma jasalx għal konklużjoni speċifika dwar l-effett tal-kundizzjonalità fuq id-degradazzjoni tal-ħamrija, ir-Rapport Speċjali Nru 26/2016 tal-QEA sab li l-informazzjoni disponibbli ma ppermettietx li l-Kummissjoni tivvaluta l-effettività kumplessiva tal-kundizzjonalità b’mod adegwat59. Rapport ieħor osserva li l-effetti ambjentali tagħha ma jistgħux jiġu kkwantifikati60.
  • L-ekoloġizzazzjoni ma għandhiex loġika ta’ intervent żviluppata għalkollox, b’miri ambizzjużi u ddefiniti b’mod ċar. Il-baġit tagħha mhuwiex direttament marbut mal-ilħuq tal-objettivi ambjentali u klimatiċi, iddefiniti fil-qafas tal-politika. Barra minn hekk, jeżistu bosta eżenzjonijiet għar-regoli ta’ ekoloġizzazzjoni61, skont is-sitwazzjoni individwali tal-bdiewa u l-art agrikola tagħhom. Fir-Rapport 2017 tagħna aħna kkonkludejna li mhuwiex probabbli li l-ekoloġizzazzjoni, bil-mod kif qed tiġi implimentata attwalment, tipprovdi benefiċċji sinifikanti għall-ambjent u għall-klima62. L-istatistika ppubblikata mill-Kummissjoni fl-201863 tindika li l-parti tal-erja agrikola użata li hija suġġetta għal tal-inqas obbligu wieħed ta’ ekoloġizzazzjoni fl-Istati Membri affettwati mir-riskju ta’ deżertifikazzjoni bħall-Greċja, il-Kroazja, l-Italja, Malta, il-Portugall jew ir-Rumanija, kienet biss ta’ madwar 50 % jew inqas64.
  • Skont il-Kummissjoni, il-programmi tal-iżvilupp rurali (RDPs) tal-Istati Membri affettwati mid-deżertifikazzjoni jirrikonoxxu d-deżertifikazzjoni jew id-degradazzjoni tal-art bħala riskju. Aħna eżaminajna ħames RDPs nazzjonali, u żewġ RDPs reġjonali65. Minn dawn:
    • l-RDPs kollha kienu jinkludu miżuri66 li jistgħu jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art, bħal miżuri agroambjentali u klimatiċi, għajnuna għal żoni b’restrizzjonijiet naturali, miżuri tal-forestrija, jew investimenti għall-irrigazzjoni;
    • RDP wieħed biss kien jinkludi pakkett speċifiku kontra d-deżertifikazzjoni, iżda dan ma kienx imfassal tajjeb (ara l-Kaxxa 3).

Kaxxa 3

Eżempju ta’ miżura ineffettiva għall-indirizzar tad-deżertifikazzjoni

Il-Programm tal-Iżvilupp Rurali Rumen għall-2014-2020 jinkludi pakkett agroambjentali li għandu l-għan speċifiku li jindirizza l-problemi ta’ deżertifikazzjoni fir-Rumanija. Il-pakkett jikkonċerna bdiewa f’żoni magħżula b’riskju għoli ta’ deżertifikazzjoni. L-ammont tal-għajnuna huwa ta’ EUR 125 għal kull ettaru. Biex ikunu jistgħu jirċevuha, il-bdiewa jridu jidħlu għall-impenn li jiżirgħu għelejjel reżistenti għan-nixfa, li jipprattikaw in-newba tal-għelejjel, u li jżommu l-ħdim tar-raba’ għall-minimu. Huma eliġibbli biss il-bdiewa b’inqas minn 10 ettari ta’ raba’ li tinħadem.

Il-pakkett jinkludi għadd ta’ karatteristiki li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-art. Madankollu, ma ġiex imfassal tajjeb. L-ammont ta’ għajnuna disponibbli ma jipprovdix ġustifikazzjoni finanzjarja suffiċjenti biex bdiewa bħal dawn b’inqas minn 10 ettari jikkonformaw mar-rekwiżiti impenjattivi tal-miżura. B’riżultat ta’ dan, ma applika l-ebda benefiċjarju eliġibbli għall-pakkett ta’ deżertifikazzjoni, u ma sar l-ebda pagament.

47

Il-ħarsien tal-ħamrija huwa karatteristika tal-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK li jmiss67, li tipproponi diversi standards relatati mal-ħarsien u l-kwalità tal-ħamrija. Il-proposta tistipula wkoll indikaturi tar-riżultati68 u indikaturi tal-impatti possibbli għall-ħarsien tal-ħamrija, f’dak li jirrigwarda r-rappurtar mill-Istati Membri. Dawn il-karatteristiki proposti fil-qafas tal-PAK il-ġdida għandhom il-potenzjal li jipprovdu inċentivi aħjar għall-bdiewa sabiex dawn jieħdu ħsieb b’mod adegwat il-ħamrija ġewwa l-UE. Dawn il-proposti għadhom qed jiġu diskussi. B’hekk għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat kemm l-arranġamenti proposti jistgħu jaħdmu fil-prattika.

48

L-Istrateġija 2013 tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima tirrikonoxxi l-importanza tal-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni bħala waħda mill-azzjonijiet ta’ adattament għat-tibdil fil-klima li għandhom jiġu appoġġati. L-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali proprji tagħhom. Bl-użu ta’ dokumentazzjoni disponibbli fil-Kummissjoni, aħna sibna li f’Novembru 2018 mit-13-il Stat Membru li ddikjaraw li kienu affettwati mid-deżertifikazzjoni (ara l-Kaxxa 2):

  • tmienja kienu inkludew azzjonijiet speċifiċi kontra d-deżertifikazzjoni fl-istrateġiji tagħhom ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, inklużi l-ħames Stati Membri li żorna69;
  • tnejn, l-Ungerija u s-Slovenja, ma semmewx id-deżertifikazzjoni fl-istrateġiji ta’ adattament tagħhom;
  • tlieta, il-Bulgarija, il-Kroazja, u l-Latvja, kienu għadhom ma stabbilewx strateġiji ta’ adattament għat-tibdil fil-klima.
49

Dawn l-istrateġiji jimplimentawhom l-Istati Membri. Bħalissa l-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni komprensiva li tirrigwarda l-UE kollha dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tagħhom. Fl-2016, il-Kummissjoni niedet evalwazzjoni tal-istrateġija tal-UE dwar l-adattament biex teżamina l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tagħha. Hija mistennija li tkun ikkompletata sa tmiem l-2018.

50

Hemm politiki u programmi ta’ nfiq oħra tal-UE li huma rilevanti għad-deżertifikazzjoni, iżda l-impatt tagħhom ma ġiex iddokumentat (kif spjegat hawn taħt).

51

Fondi reġjonali: Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jiffinanzjaw investimenti f'infrastrutturi għall-adattament għat-tibdil fil-klima. L-investimenti għal digi u għal sistemi ta’ irrigazzjoni huma l-aktar rilevanti għad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art. L-impatti tagħhom fuq l-art ivarjaw (ara l-paragrafi 62 sa 63). Skont l-EEA, il-proġetti taħt il-FEŻR jista’ jkollhom firxa kbira ta’ impatti fuq l-art; xi investimenti, bħal dawk għat-trasport bit-triq, jistgħu jaggravaw ix-xejriet għat-tifrix u għat-teħid tal-art70. Barra minn hekk, il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE ntuża għar-riabilitazzjoni tal-art wara emerġenzi li jżidu r-riskju ta’ deżertifikazzjoni, bħan-nixfiet u n-nirien fil-foresti.

52

Riċerka tal-UE: Għadd ta’ proġetti ta’ riċerka li jittrattaw id-deżertifikazzjoni direttament jew indirettament71 ġew iffinanzjati taħt il-programmi qafas ta’ riċerka tal-UE. Dawn iffukaw prinċipalment fuq il-fehim tal-fenomenu tad-deżertifikazzjoni, l-iżvilupp ta’ indikaturi għall-monitoraġġ tad-deżertifikazzjoni, jew l-appoġġ ta’ azzjoni kkoordinata għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku. Madankollu, la l-Istati Membri u lanqas il-Kummissjoni ma sfruttaw b’mod effettiv ir-riżultati tar-riċerka biex jivvalutaw il-firxa tad-deżertifikazzjoni, jibnu sistema effettiva ta’ monitoraġġ, jew jiżviluppaw stateġija relatata.

53

Ilma: Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tqis l-iskarsezza tal-ilma bħala aspett wieħed tal-ġestjoni integrata tal-ilma u għandha l-objettiv kumplessiv li sal-2015 jinkiseb status tajjeb għall-ilmijiet tal-Ewropa. F’Mejju 2018, il-Kummissjoni pproponiet abbozz ta’ Regolament dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma, li jiffoka fuq l-użu mill-ġdid ta’ ilma mormi ttrattat, għall-irrigazzjoni agrikola. Fil-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, il-garanzija li jkun hemm disponibbli biżżejjed ilma ta’ kwalità tajba tippreżenta sfida kbira.

54

Forestrija: L-Istrateġija 2013 tal-UE għall-Foresti mhijiex legalment vinkolanti. Il-ħames Stati Membri kollha li żorna kellhom leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-forestrija. Il-programmi nazzjonali dwar il-forestrija u l-prattiki nazzjonali għal forestrija sostenibbli għandhom effetti pożittivi fuq il-ħamrija. L-UE tappoġġa ċerti azzjonijiet għall-forestrija taħt il-politika ta’ żvilupp rurali li jista’ jkollhom ukoll impatt pożittiv fuq id-deżertifikazzjoni.

55

Diversi servizzi tal-Kummissjoni (ara l-paragrafu 24) jinteraġixxu, fuq bażi ad hoc, dwar kwistjonijiet relatati mad-deżertifikazzjoni. Fl-2015, il-Kummissjoni stabbiliet grupp ta’ esperti għall-ħarsien tal-ħamrija, biex flimkien mal-Istati Membri, jirrifletti dwar kif il-problemi tal-kwalità tal-ħamrija jistgħu jiġu indirizzati bl-użu ta’ approċċ immirat, proporzjonat, u bbażat fuq ir-riskju fi ħdan qafas legali vinkolanti72.

56

Għalhekk, fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali, teżisti firxa ta’ strateġiji, pjanijiet ta' azzjoni u programmi ta’ nfiq li huma rilevanti għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, iżda li ma jiffukawx fuqha.

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE li huma relatati mad-deżertifikazzjoni jista’ jkollhom impatt pożittiv, iżda ma hemmx informazzjoni tal-prestazzjoni rilevanti dwar id-deżertifikazzjoni

57

Aħna eżaminajna jekk il-proġetti li jindirizzaw id-deżertifikazzjoni fl-UE kellhomx impatt pożittiv. Biex dawn ikollhom impatt pożittiv fuq l-indirizzar ta’ dan il-fenomenu, iridu jindirizzaw il-ħtiġijiet rilevanti, u jkunu sostenibbli kemm ambjentalment kif ukoll finanzjarjament. L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni f’dak li jirrigwarda l-effettività u l-effiċjenza tal-infiq tgħin biex jiġi evalwat x’ikun inkiseb bil-baġit tal-UE.

58

L-istudji wrew li, b’mod ġenerali, ir-rivitalizzazzjoni ta’ art iddegradata tiswa aktar mill-prevenzjoni tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art73. Jenħtieġ li l-proġetti rilevanti għad-deżertifikazzjoni jsiru wkoll f’waqthom, billi azzjonijiet li jiddewmu jistgħu potenzjalment ikunu jiswew aktar jew ma jkunux jistgħu jipprevienu konsegwenzi negattivi irriversibbli fuq l-art.

59

Ma hemmx disponibbli data komprensiva dwar infiq ippjanat jew dak reali fuq proġetti li huma rilevanti għad-deżertifikazzjoni fil-livell reġjonali, nazzjonali jew tal-UE. Ma hemm l-ebda data dwar kemm jeżistu proġetti bħal dawn fl-UE. Aħna għażilna kampjun illustrattiv ta’ 25 proġett (ara l-paragrafu 26) mil-listi li bagħtulna l-ħames Stati Membri li żorna, u li huma identifikaw bħala rilevanti għad-deżertifikazzjoni74.

Il-proġetti tal-UE jista’ jkollhom impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni

60

Fil-kampjun tagħna, aħna identifikajna żewġ proġetti li kellhom suċċess partikolari u, li aħna qisna bħala eżempji ta’ prattika tajba. Dawn il-proġetti kienu ppermettew li ħamrija li preċedentement ma kinitx produttiva tiġi arrikkita u mħarsa kontra d-degradazzjoni tal-art. Filwaqt li indirizzaw id-deżertifikazzjoni, it-tnaqqis tal-erożjoni u t-titjib tal-kundizzjoni tal-art, dawn il-proġetti kienu wkoll ta’ vantaġġ ekonomiku għall-benefiċjarji jew ikkontribwew għall-bijodiversità (ara l-Kaxxa 4).

Kaxxa 4

Prattiki tajba – proġetti rilevanti għad-deżertifikazzjoni

Proġett kofinanzjat mill-FEŻR fi Sqallija, l-Italja, kellu l-għan li jiġġieled kontra d-deżertifikazzjoni billi jistabbilizza x-xaqlibiet, jarrikkixxi l-ħamrija, u jiżgura skular aħjar tal-ilma. Huwa kkontribwixxa wkoll għat-tkabbir tal-veġetazzjoni adattata għal kundizzjonijiet klimatiċi lokali. Il-proġett ikkontribwixxa għall-mitigazzjoni tal-erożjoni tal-wiċċ, iż-żieda fil-bijodiversità u t-titjib tal-kundizzjoni tal-art.

Titjib tal-kundizzjoni tal-ħamrija fl-Italja (Sqallija)

Sors: Il-QEA.

Proġett kofinanzjat mill-FAEŻR fil-Portugall ippermetta li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi minn ħamrija li qabel ma kinitx produttiva. Tħawlet foresta tal-arżnu f’żona b’ħamrija ramlija. Il-ħamrija ġiet arrikkita b’materja organika, u ntużaw metodi ta’ irrigazzjoni u ta’ kontroll tal-veġetazzjoni la ma kinux jinvolvu ħrit. Il-proġett tejjeb il-produttività tal-art filwaqt li pproteġa l-ħamrija mill-erożjoni mir-riħ.

Afforestazzjoni fil-Portugall

Sors: Il-QEA.

Iżda hemm tħassib dwar is-sostenibbiltà tagħhom fuq terminu twil

61

L-investiment fl-irrigazzjoni kien l-aktar tip komuni ta’ proġetti fil-kampjun tagħna (10 minn 25, li 9 minnhom kienu kofinanzjati mill-FAEŻR). L-istudji juru li proġetti bħal dawn jista’ jkollhom impatti differenti fuq id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art75.

62

Minn naħa waħda, l-irrigazzjoni tista’ żżid il-profittabilità tal-art: hija tista’ żżid ir-rendiment tal-għelejjel – speċjalment fuq terminu qasir, tagħmel aktar art disponibbli għall-biedja, u tista’ żżid ukoll ir-reżistenza għan-nixfa. Aħna osservajna dawn l-effetti pożittivi kollha fil-proġetti li kienu fil-kampjun tagħna.

63

Min-naħa l-oħra, l-irrigazzjoni tista’ twassal għal problemi ta’ sostenibbiltà: riżorsi tal-ilma mnaqqsa, ilma ta’ taħt l-art ikkontaminat, żieda fl-erożjoni tal-ħamrija jew fir-riskju ta’ salinizzazzjoni76 u tnaqqis fil-fertilità tal-ħamrija. Biex dawn il-problemi jiġu indirizzati, ir-Regolamenti tal-FAEŻR jirrikjedu li l-proġetti ta’ irrigazzjoni jissodisfaw kundizzjonijiet speċifiċi ta’ sostenibbiltà ambjentali biex ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati77. Il-Kaxxa 5 tiddeskrivi xi problemi ta’ sostenibbiltà fuq terminu twil li aħna identifikajna għal żewġ proġetti ta’ irrigazzjoni li żorna.

Kaxxa 5

Tħassib dwar is-sostenibbiltà ta’ proġetti tal-irrigazzjoni li jindirizzaw id-deżertifikazzjoni

Fi Sqallija, l-Italja, aħna żorna proġett tal-irrigazzjoni kofinanzjat mill-FAEŻR matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013. Dan il-proġett ma użax il-kejl bl-arloġġ tal-konsum tal-ilma. L-ilma ġie fatturat fuq il-bażi tal-għadd ta’ ettari ta' raba' saqwi, mhux fuq il-konsum innifsu. Din il-prattika ma tħeġġiġx l-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-ilma. Din il-kwistjoni ġiet indirizzata fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali (2014-2020), meta huwa meħtieġ li sistemi ta’ kejl bl-arloġġ tal-konsum tal-ilma jkunu stabbiliti għall-investimenti l-ġodda kollha fl-irrigazzjoni.

Fil-Portugall, proġett tal-irrigazzjoni taħt il-FAEŻR għall-perjodu 2014-2020 kopra erja li kienet fil-biċċa l-kbira kkultivata bir-ross – għalla li teħtieġ ħafna ilma. Minħabba l-livelli ta’ salinità fil-ħamrija lokali, l-awtoritajiet kompetenti qiesu li r-ross kien l-unika għalla adatta. Madankollu, il-proġett kien f’żona fejn l-ilma kien skars. Ma kien hemm l-ebda assigurazzjoni li l-infrastruttura tal-irrigazzjoni kienet se tipprovdi biżżejjed ilma biex tappoġġa l-produzzjoni tar-ross b’mod sostenibbli. L-awtoritajiet ma kinux wettqu analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji fir-rigward ta’ alternattivi oħra bħad-desalinazzjoni, jew l-użu ta’ sistema ta’ irrigazzjoni eżistenti li kienet aktar imbiegħda.

64

Il-proġetti tal-forestrija (kollha kofinanzjati mill-FAEŻR fil-kampjun tagħna) għandhom impatt pożittiv fuq il-prevenzjoni tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art: il-kopertura tal-foresta tipproteġi lill-ħamrija mill-erożjoni, u l-kapaċità għall-assorbiment tal-karbonju tiżdied. Ir-rivitalizzazzjoni tal-pajsaġġi tal-foresti jista’ jirriżulta fil-konservazzjoni tal-biodiversità u t-tnaqqis tad-degradazzjoni tal-art. L-inizjattivi tal-agroforestrija jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-indirizzar tad-degradazzjoni tal-art permezz ta’ sforzi bbażati fuq il-komunità f’żoni aktar marġinali78. Aħna qisna li wieħed mill-erba’ proġetti tal-forestrija fil-kampjun tagħna kien eżempju ta’ prattika tajba (ara l-Kaxxa 4). Madankollu, il-proġetti tal-forestrija jirnexxu inqas jekk il-kopertura veġetali tkun inqas adattata għall-kundizzjonijiet klimatiċi lokali (ara l-Kaxxa 6).

Kaxxa 6

Tħassib dwar is-sostenibbiltà ta’ proġett tal-forestrija li jindirizza d-deżertifikazzjoni

Għal proġett tal-afforestazzjoni kofinanzjat mill-FAEŻR f’Ċipru, aħna osservajna li tal-inqas ħames snin wara li l-proġett intemm, madwar 20 % tas-siġar li kienu tħawlu ma kinux għadhom ħajjin, billi xi wħud mill-ispeċijiet ma kinux adattati tajjeb għall-kundizzjonijiet klimatiċi.

Sors: Il-QEA.

Użu u ambitu limitati tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji

65

L-analiżijiet tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u l-valutazzjonijiet tas-sostenibbiltà ambjentali huma essenzjali għal proġetti relatati mad-deżertifikazzjoni. L-aktar sors komuni ta’ kofinanzjament mill-UE fil-kampjun tagħna kien il-FAEŻR (17 minn 25 proġett). Ir-Regolament tal-FAEŻR ma jirrikjedix li titwettaq analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji. Xi wħud mill-Istati Membri għamluha obbligatorja li din issir għal proġetti speċifiċi tal-irrigazzjoni, inkluż Ċipru u r-Rumanija. Għal sitta mid-disa’ proġetti tal-irrigazzjoni taħt il-FAEŻR fil-kampjun tagħna, kienet saret analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji. F’dawn il-każijiet, l-analiżi kellha l-għan li turi li l-proġett kellu benefiċċji finanzjarji meta mqabbel ma’ xenarju fejn ma tittieħed l-ebda azzjoni. Madankollu, hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ispiża tal-miżuri li ttieħdu biex l-impatt ambjentali potenzjalment negattiv jiġi kkoreġut (għalkemm kienu meħtieġa diversi permessi mingħand l-awtoritajiet ambjentali) bħala parti mill-ispejjeż ta’ investiment tal-proġett.

Il-prestazzjoni tal-proġetti dwar id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art ma ġietx ivvalutata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri

66

L-Istati Membri mhumiex meħtieġa jiġbru data dwar l-impatt tal-proġetti tal-UE fuq id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art79, jew jevalwaw dan l-impatt. L-ebda waħda mill-awtoritajiet tal-Istati Membri li żorna ma kienet ivvalutat kemm dawn il-proġetti kienu effettivi fl-indirizzar tad-deżertifikazzjoni.

Il-Kummissjoni ma vvalutatx il-progress li sar lejn l-ilħuq tal-impenn għan-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030

67

Aħna eżaminajna jekk huwiex probabbli li jintlaħaq l-impenn tal-UE li sal-2030 tikseb in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art. Biex jinkiseb dan l-għan fil-livell tal-UE, jeħtieġ li titwettaq valutazzjoni regolari tad-degradazzjoni tal-art; li jiġu stabbiliti kooperazzjoni u koordinazzjoni transkonfinali u li jiġu implimentati azzjonijiet rilevanti; kif ukoll li l-Istati Membri jingħataw gwida rilevanti dwar il-miżuri li jridu jittieħdu biex tinkiseb in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art. Jenħtieġ li din il-gwida tkun tinkludi disseminazzjoni ta’ prattiki tajba, u tekniki għall-evalwazzjoni tal-impatt tal-investimenti fl-irrigazzjoni fuq l-art u għall-valutazzjoni tat-telf tal-bijodiversità.

68

L-UE u l-Istati Membri approvaw l-impenn tan-Nazzjonijiet Uniti li, sal-2030, tinkiseb in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art (ara l-paragrafi 13 u 14). Kull sena d-DĠ ESTAT jippubblika rapport dwar il-progress li jkun sar lejn l-ilħuq tal-SDGs f’kuntest tal-UE, inklużi indikaturi li jkopru żewġ aspetti li jikkonċernaw id-degradazzjoni tal-art: il-kopertura artifiċjali u l-erożjoni tal-ħamrija bl-ilma (ara l-paragrafu 40 u t-Tabella 2). Id-DĠ ESTAT – f’isem il-Kummissjoni – janalizza biss il-bidliet f’dawn l-indikaturi, u ma jislitx konklużjoni dwar l-istatus tan-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art ġewwa l-UE80.

69

Id-degradazzjoni tal-art għandha impatt transkonfinali: il-ħamrija mhijiex statika u l-fatturi ewlenin tad-degradazzjoni tagħha ħafna drabi huma globali. Id-degradazzjoni tal-art spiss titqies bħala fenomenu lokali iżda l-partikoli tal-ħamrija jiċċaqalqu minn post għall-ieħor. L-istudji juru li l-proċessi tal-erożjoni bl-ilma u r-riħ, il-maltempati tat-trab81 jew l-attivitajiet umani bħat-tniġġis mill-pestiċidi, huma rilevanti f’termini tal-impatt transkonfinali tad-degradazzjoni tal-ħamrija u għandhom konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali82, bħat-tibdil fil-klima, problemi tas-saħħa u nuqqas ta’ ikel. Minkejja n-natura transkonfinali tal-problema, l-Istati Membri u l-Kummissjoni ma jikkoordinawx l-isforzi tagħhom biex jilħqu l-għan tal-UE li tinkiseb in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art.

70

Il-Kummissjoni ma vvalutatx il-progress li sar lejn l-ilħuq tal-impenn biex tinkiseb in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030. Dan huwa appoġġat minn studji bħal dak li sar f’isem l-Aġenzija Ambjentali tal-Ġermanja, li jiddikjara li d-diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs inġenerali u b’mod partikolari n-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art għadha fi stadju bikri u li l-UE kellha rwol importanti fil-proċess tal-iżvilupp tal-SDGs, madankollu l-implimentazzjoni tagħhom ġewwa l-UE mxiet bil-mod83. Għadha ma teżistix viżjoni ċara u komuni fl-UE dwar kif se tinkiseb in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030.

71

Il-UNCCD stabbiliet programm volontarju biex tappoġġa lill-pajjiżi li daħlu għal impenji dwar in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art, pereżempju billi tiddefinixxi linji bażi nazzjonali, miri jew miżuri assoċjati. F’Novembru 2018, 119-il pajjiż kienu qed jipparteċipaw f’dan il-programm. L-Italja hija l-unika Stat Membru tal-UE li qed jipparteċipa. Il-Kummissjoni ma tipprovdix gwida lill-Istati Membri dwar aspetti prattiċi dwar il-ksib tan-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

72

Id-deżertifikazzjoni hija forma ta’ degradazzjoni tal-art f’żoni nexfin. Hija theddida dejjem akbar fl-UE b’effetti sinifikanti fuq l-art. Ix-xenarji futuri dovuti għat-tibdil fil-klima jindikaw żieda fil-vulnerabbiltà għad-deżertifikazzjoni fl-UE matul dan is-seklu, b’żieda fit-temperatura u fin-nixfiet u inqas preċipitazzjoni fil-partijiet tan-Nofsinhar tal-Ewropa. L-effetti tagħha se jkunu partikolarment serji fin-Nofsinhar tal-Portugall, parti kbira minn Spanja, in-Nofsinhar tal-Italja, ix-Xlokk tal-Greċja, Ċipru, u l-kosti tal-Bulgarija u r-Rumanija (ara l-paragrafi 1 sa 24).

73

Aħna sibna li r-riskju ta' deżertifikazzjoni fl-UE ma kienx qed jiġi indirizzat b'mod effettiv u effiċjenti. Filwaqt li d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art huma theddid attwali li dejjem qed jikber ġewwa l-UE, il-Kummissjoni ma għandhiex stampa ċara ta’ dawn l-isfidi, u l-passi li ttieħdu għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni mhumiex koerenti biżżejjed.

74

Aħna sibna li ma teżistix metodoloġija maqbula għall-valutazzjoni tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art ġewwa l-UE. Għalkemm il-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru data dwar diversi fatturi li għandhom impatt fuq id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art, il-Kummissjoni ma tanalizzahiex biex toħroġ b’valutazzjoni konklużiva dwar id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art ġewwa l-UE (ara l-paragrafi 28 sa 40).

Rakkomandazzjoni 1 – Fehim tad-degradazzjoni tal-art u tad-deżertifikazzjoni fl-UE

Jenħtieġ li l-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri:

  1. tistabbilixxi metodoloġija u indikaturi rilevanti – billi tibda bit-tliet indikaturi tal-UNCCD – biex tivvaluta l-firxa tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art ġewwa l-UE;
  2. Data mmirata għall-implimentazzjoni: il-31 ta’ Diċembru 2020.

  3. ibbażat fuq metodoloġija maqbula, tiġbor u tanalizza d-data rilevanti dwar id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art, li ħafna minnha diġà qed tinġabar, u tippreżentaha regolarment b’mod ċar u faċli għall-użu pubbliku, preferibbilment fl-għamla ta’ mapep interattivi għall-użu ġewwa l-UE.
  4. Data mmirata għall-implimentazzjoni: il-31 ta’ Diċembru 2021.

75

L-azzjonijiet tal-UE biex jittrattaw id-deżertifikazzjoni mhumiex koerenti biżżejjed. L-UE ma għandhiex leġiżlazzjoni stabbilita biex tittratta speċifikament id-deżertifikazzjoni. Filwaqt li riżorsi ambjentali vitali oħra bħall-arja jew l-ilma huma rregolati taħt diversi direttivi u regolamenti tal-UE, ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni integrata simili tal-UE dwar il-ħamrija.

76

Ma teżisti l-ebda strateġija fil-livell tal-UE dwar id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art. Pjuttost hemm firxa ta’ strateġiji, pjanijiet ta' azzjoni u programmi ta’ nfiq fil-livell tal-UE, bħall-Politika Agrikola Komuni jew l-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, li huma rilevanti għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, iżda li ma jiffokawx fuqha. L-indirizzar tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art mhuwiex kkoordinat tajjeb fil-prattika (ara l-paragrafi 41 sa 56).

Rakkomandazzjoni 2 – Valutazzjoni tal-ħtieġa li jissaħħaħ il-qafas legali tal-UE fir-rigward tal-ħamrija

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta x-xerqien tal-qafas legali attwali għall-użu sostenibbli tal-ħamrija ġewwa l-UE, inkluż l-indirizzar tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: it-30 ta’ Ġunju 2021.

77

Aħna sibna li l-proġetti tal-UE jista’ jkollhom impatt pożittiv fuq id-deżertifikazzjoni. Proġetti relatati mad-deżertifikazzjoni jinsabu mifruxa fost oqsma differenti ta' politika tal-UE – prinċipalment fl-iżvilupp rurali, iżda wkoll fl-ambjent u l-azzjoni klimatika, kif ukoll fir-riċerka u l-politika reġjonali. Madankollu, hemm xi tħassib dwar is-sostenibbiltà tagħhom fuq terminu twil. L-Istati Membri għamlu użu limitat mill-analiżijiet tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, u ma vvalutawx l-impatt ta’ proġetti relatati mad-deżertifikazzjoni u ffinanzjati mill-UE, peress li d-deżertifikazzjoni ma kinitx l-objettiv primarju tagħhom (ara l-paragrafi 57 sa 66).

78

Il-Kummissjoni ma vvalutatx il-progress li sar lejn l-ilħuq tal-impenn biex tinkiseb in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030. Ma saret l-ebda valutazzjoni tad-degradazzjoni tal-art fil-livell tal-UE. Il-Kummissjoni ma pprovdietx gwida prattika lill-Istati Membri dwar kif jistgħu jiksbu n-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art. Għadha ma teżistix viżjoni ċara u komuni fl-UE dwar kif se tinkiseb in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030 (ara l-paragrafi 67 sa 71).

Rakkomandazzjoni 3 – Ksib tan-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art ġewwa l-UE sal-2030

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  1. tispjega f’aktar dettall kif l-impenn tal-UE għan-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art se jinkiseb sal-2030, u tirrapporta perjodikament dwar il-progress li jkun sar;
  2. Data mmirata għall-implimentazzjoni: il-31 ta’ Diċembru 2020.

  3. tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar l-aspetti prattiċi tal-preżervazzjoni tal-ħamrija u l-ksib tan-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art ġewwa l-UE, inkluża d-disseminazzjoni ta’ prattiki tajba;
  4. Data mmirata għall-implimentazzjoni: il-31 ta’ Diċembru 2020.

  5. fuq talba tal-Istati Membri, tipprovdilhom appoġġ tekniku biex jistabbilixxu pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali sabiex jiksbu n-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030, u li jkunu jinkludu l-identifikazzjoni ta’ miżuri mmirati, stadji importanti ċari, u pjan għar-rappurtar intermedju fil-livell tal-Istat Membru.
  6. Data mmirata għall-implimentazzjoni: il-31 ta’ Diċembru 2022.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Nikolaos A. Milionis, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-14 ta’ Novembru 2018.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President

Annessi

Anness I

Immappjar ta’ żoni li jinsabu f’riskju ta’ deżertifikazzjoni fi Stati Membri magħżula

L-Istati Membri li żorna pproduċew mapep dwar ir-riskju ta’ deżertifikazzjoni. Madankollu, dawn il-mapep ma ġewx aġġornati regolarment, u ma jistgħux jitqabblu ma’ xulxin billi jużaw indikaturi u kodifikazzjoni bil-kulur differenti. B’riżultat ta’ dan, ma jistgħux jipprovdu stampa komprensiva tad-deżertifikazzjoni fil-livell tal-UE.

Ċipru

Is-sensittività għad-deżertifikazzjoni f’Ċipru ġiet ivvalutata fuq il-bażi tad-definizzjoni ta’ Żoni Ambjentalment Sensittivi proposta fil-qafas tal-proġett MEDALUS84. Din il-valutazzjoni ppermettiet li jiġi konkluż li t-tnaqqis mistenni fix-xita u ż-żieda fit-temperatura tal-arja, flimkien ma’ żieda fl-indiċi tal-aridità, se jirriżultaw f’vulnerabbiltà akbar għad-deżertifikazzjoni fuq il-gżira kollha ta’ Ċipru.

Sors: Il-Ministeru tal-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, “Climate Change Risk Assessment, Land Desertification” (Valutazzjoni tar-Riskju tat-Tibdil fil-Klima, id-Deżertifikazzjoni tal-Art), 2016, p. 24.

Il-Portugall

Aktar minn 5.5 miljun ettaru tal-Portugall kontinentali (aktar minn 50 % tal-erja totali tal-parti kontinentali tal-Portugall) jinsabu f’riskju ta’ deżertifikazzjoni85. Il-mappa tal-vulnerabbiltà għad-deżertifikazzjoni fin-NAP 2014 tal-Portugall tikkonferma li dan il-pajjiż huwa fil-parti l-kbira affettwat mid-deżertifikazzjoni, filwaqt li aktar minn 30 % tat-territorju tiegħu għandu vulnerabbiltà “għolja ħafna” jew “għolja” għad-deżertifikazzjoni.

Sors: L-Istitut tal-Iżvilupp Rurali u tal-Idrawlika, Stazzjon Agronomiku Nazzjonali, il-proġett DISMED, 2003, għal Lúcio do Rosário, “Desertification Indicators for the Continental Portugal” (Indikaturi tad-Deżertifikazzjoni għall-Portugall Kontinentali), 2004; u d-Direttorat Ġenerali Territorjali, Mappa Amministrattiva Uffiċjali tal-Portugall, 2016.

Spanja

Skont in-NAP 2008 ta’ Spanja għall-UNCCD, madwar 74 % ta’ Spanja jinsab f’riskju ta’ deżertifikazzjoni, filwaqt li 18 % jinsab f’riskju “għoli” jew “għoli ħafna”, u 19 % f’riskju “medju”. Is-sitwazzjoni hija partikolarment preokkupanti fir-Reġjun ta’ Murcia, il-Komunità ta’ Valenzja u l-Gżejjer Kanarji, fejn ir-riskju ta’ deżertifikazzjoni huwa jew “għoli” jew “għoli ħafna” f’aktar minn 90 % tat-territorju.

Sors: Il-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel, Programm ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni, 2008, p. 137.

L-Italja

Is-sensittività għad-deżertifikazzjoni fl-Italja ġiet ivvalutata fuq il-bażi tad-definizzjoni ta’ Żoni Ambjentalment Sensittivi proposta fil-qafas tal-proġett MEDALUS. Fl-2008 din il-valutazzjoni kkonkludiet li 10 % tat-territorju tal-Italja kellu sensittività għolja għad-deżertifikazzjoni, u li 49 % kellu sensittività medja. B’mod partikolari, 70 % tas-superfiċje fi Sqallija għandha livell medju jew għoli ta’ vulnerabbiltà. Iżda żoni oħra, speċjalment fix-Xlokk tal-Italja u f’Sardenja, huma wkoll affettwati b’mod sinfikanti.

Sors: Perini, L. et al., “Desertification in Italy” (Deżertifikazzjoni fl-Italja), 2008, ibbażat fuq data tal-2000.

Ir-Rumanija

Fis-Sitt Komunikazzjoni Nazzjonali tagħhom dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Ewwel Rapport Biennali (Diċembru 2013), l-awtoritajiet Rumeni stmaw li t-territorju huwa suġġett għad-deżertifikazzjoni, ikkaratterizzat minn klima arida, semiarida jew niexfa b’umdità baxxa, huwa bejn wieħed u ieħor 30 % tas-superfiċje totali tar-Rumanija, u jkopri prinċipalment Dobrogea, il-Moldova, in-Nofsinhar tal-Pjan Rumen u l-Pjan tal-Punent.

Sors: L-Istitut Nazzjonali tar-Riċerka u l-Iżvilupp għall-Ħamrija, l-Agrokimika u l-Ħarsien tal-Ambjent, Programm Settorjali tal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, 2007.

Anness II

Data addizzjonali relatata mad-deżertifikazzjoni li tiġi mmonitorjata mill-Kummissjoni

  • Erożjoni tal-ħamrija: skont ir-Rapport 2012 tal-Implimentazzjoni tal-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija86 22 % tas-superfiċje tal-art fl-Ewropa hija suġġetta għall-erożjoni. Ir-riskju tal-erożjoni tal-ħamrija jibqa’ għoli fir-reġjuni Mediterranji. Dawn ir-reġjuni, li jirrappreżentaw 11 % tas-superfiċje totali tal-art fl-UE, jesperjenzaw kważi 70 % tat-telf totali tal-ħamrija li jseħħ fl-UE87. Matul l-aħħar deċennju r-rata tat-telf tal-ħamrija fl-Ewropa tnaqqset b’9.5 % bħala medja, u b’20 % fuq raba’ li tinħadem88. Id-data dwar l-erożjoni tal-ħamrija hija bbażata fuq informazzjoni pprovduta minn Copernicus, CORINE, LUCAS u sorsi oħra tal-UE.
  • Nixfiet: l-Osservatorju Ewropew tan-Nixfa jippubblika informazzjoni rilevanti għan-nixfiet bħal mapep ta’ indikaturi meħuda minn sorsi ta’ data differenti (eż. kejl tal-preċipitazzjoni, kejl bis-satellita, u mudelli tal-kontenut tal-indewwa fil-ħamrija). Id-data turi li x-xejra tal-frekwenza tan-nixfiet u tad-durata tan-nixfiet f’żoni nexfin fl-UE żdiedet matul dawn l-aħħar deċennji.
  • Monitoraġġ tal-ilma: il-monitoraġġ tal-ilma tal-wiċċ, li jitwettaq mill-JRC, juri xejriet fl-erja li hija koperta bl-ilma tal-wiċċ (eż. digi ġodda), iżda ma jiżvela l-ebda informazzjoni dwar il-kwantità tal-ilma disponibbli jew il-ħtiġijiet għall-ilma. Ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ jindikaw li, fi snin reċenti, kien hemm żieda fil-erja koperta bl-ilma tal-wiċċ f’żoni nexfin ġewwa l-UE (eż. Spanja, Ċipru, il-Portugall). Il-monitoraġġ tal-ilma ta’ taħt l-art ukoll ilu li sar obbligatorju ġewwa l-UE mill-2006.
  • Nirien fil-foresti: in-nirien fil-foresti huma mmonitorjati mis-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar in-Nirien fil-Foresti, li tkopri 40 pajjiż fl-Ewropa, fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani. Għalkemm ma hemmx korrelazzjoni ċara bejn id-deżertifikazzjoni u n-nirien, il-Kummissjoni tqis li t-tibdil fil-klima żied l-intensità tan-nirien fil-foresti, u t-tul tal-istaġun tan-nirien ġewwa l-UE. B'riżultat ta' dan, ir-riskju ta’ deżertifikazzjoni żdied.

Anness III

Sommarju tal-proġetti rilevanti għad-deżertifikazzjoni li nżaru matul l-awditu

Tip ta’ proġett Sors ta’ kofinanzjament mill-UE Nru ta’ proġetti kkampjunati Nru ta’ proġetti kkompletati Stati Membri Valutazzjoni mill-QEA tal-impatt potenzjali fuq il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni
Investimenti fl-irrigazzjoni FAEŻR 9 6 L-Istati Membri kollha li nżaru Imħallta
FEŻR 1 1
Miżuri ta’ forestrija FAEŻR 4 4 L-Italja, Ċipru, il-Portugall Pożittiva, minħabba li l-kopertura veġetali hija adattata għall-kundizzjonijiet klimatiċi
Restawr ta’ ħitan jew digi tal-ġebel niexef FAEŻR 3 3 Spanja, l-Italja Pożittiva – jipprevieni l-erożjoni tal-ħamrija
Użu ta’ pjanti aktar adattati LIFE / Azzjoni Klimatika LIFE 2 0 Spanja, il-Portugall Proġetti mhux ikkompletati
Riċerka dwar tekniki biex tiġi indirizzata d-deżertifikazzjoni FP7 2 1 Ċipru, il-Portugall Pożittiva, minħabba li r-riżultati tar-riċerka jiġu disseminati
FEŻR 1 1 Spanja
Newba tal-uċuħ tar-raba’ FAEŻR 1 0 Ċipru Proġett mhux ikkompletat
Riabilitazzjoni tal-art wara nirien fil-foresti FSUE 1 0 Ċipru Proġett mhux ikkompletat
Stabbilizzazzjoni tax-xaqlibiet, iżjed kopertura bil-pjanti u l-ħamrija FEŻR 1 1 L-Italja Pożittiva – tipprevieni d-deżertifikazzjoni u l-erożjoni tal-ħamrija
Total 25 17

Riposti tal-Kummissjoni

Sommarju eżekuttiv

I

Id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art tabilħaqq huma theddidiet dejjem jikbru fil-livell globali u Ewropew, kif enfasizzat fil-Global Land Outlook tal-UNCCD (Konvenzjoni tan-NU għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni)89, fir-rapport dwar il-valutazzjoni tad-degradazzjoni u r-restawr tal-art tal-IPBES (il-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi)90 u fit-Tielet Atlas Dinji ta’ Deżertifikazzjoni91. Filwaqt li d-definizzjoni ta’ deżertifikazzjoni hija minquxa fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-UNCCD, għad m’hemmx definizzjoni unika u maqbula b’mod komuni dwar id-degradazzjoni tal-art u n-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art fil-livell Ewropew. Dan kellu jitqies meta jissemma l-kunċett tan-Newtralità fir-rigward tad-Degradazzjoni tal-Art (LDN) u tal-azzjonijiet ta’ implimentazzjoni relatati.

III

Il-Kummissjoni taqbel li d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art huma theddid attwali u dejjem jikber fl-UE. Filwaqt li d-degradazzjoni tal-art qed taffettwa l-pajjiżi kollha tal-UE, ir-riskju ta’ deżertifikazzjoni qed jiżdied, b’mod partikolari fl-Ewropa tan-Nofsinhar u f’żoni madwar il-Baħar l-Iswed fil-Bulgarija u r-Rumanija.

Direttiva li tistabbilixxi qafas għall-ħarsien tal-ħamrija u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE ġiet proposta mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Settembru 2006 (COM(2006) 232 final) u kellha tiġi rtirata fl-2014 fin-nuqqas ta’ maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill. Konsegwentement, ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni oħra fil-livell tal-UE b’approċċ komprensiv dwar din il-kwistjoni.

Madankollu, il-Kummissjoni ilha taħdem f’livelli differenti dwar din il-kwistjoni (ara I-paragrafu 44 u fl-2015 il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta’ Esperti tal-UE biex timplimenta dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien tal-ħamrija tas-seba' Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-UE (id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE). Barra minn hekk, il-programmi ta’ finanzjament differenti tal-UE jindirizzaw ukoll dan l-aspett.

IV

Il-Kummissjoni ġabret data għall-valutazzjoni tad-deżertifikazzjoni fl-UE bi tħejjija għall-proposta tagħha għal Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija (COM(2006)232). Fin-nuqqas ta’ qafas legali speċifiku m’hemm l-ebda obbligu legali biex tkompli tinġabar informazzjoni dwar id-deżertifikazzjoni fil-livell tal-UE.

Madankollu, il-politiki tal-Kummissjoni huma stabbiliti u qed jappoġġaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri f’aspetti differenti (l-aktar fil-Politika Agrikola Komuni) biex jindirizzaw din il-problema b’mod individwali u mhux taħt il-kappa ta’ politika integrata tal-UE.

V

Il-Kummissjoni kellha l-għan li tistabbilixxi strateġija globali biex tindirizza d-deżertifikazzjoni bħala parti mill-Istrateġija Tematika tal-UE u l-proposta għal Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija.

Wara l-irtirar tal-proposta għal Direttiva ta’ Qafas dwar il-Ħamrija, il-Kummissjoni għamlet l-almu tagħha biex tindirizza din il-kwistjoni taħt il-qafas legali fis-seħħ, permezz tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Tematika tal-UE għall-Ħarsien tal-Ħamrija (COM(2006)232) u l-integrazzjoni tal-ħarsien tal-ħamrija f’politiki u programmi oħra tal-UE (eż. il-Politika Agrikola Komuni, il-Politika Reġjonali u ta’ Koeżjoni, l-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika u programmi ta’ Riċerka).

Il-programmi ta’ finanzjament tal-UE previsti fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss 2021–2027 għandhom fil-biċċa l-kbira l-istess għanijiet bħal dawk attwalment fis-seħħ u għalhekk huma se jkomplu jikkontribwixxu biex jindirizzaw id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art u l-ħamrija.

Diversi inizjattivi tal-Istati Membri appoġġjati minn programmi ta’ finanzjament differenti tal-UE għandhom l-għan li jindirizzaw id-deżertifikazzjoni bl-aħjar mod possibbli fil-qafas legali attwali.

VI

Il-fond għall-iżvilupp rurali jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jridu jiġu ssodisfati minn proġetti u investimenti (eż. l-irrigazzjoni, l-afforestazzjoni) u dawn jinkludu kundizzjonijiet li għandhom l-għan li jiżguraw il-karattru sostenibbli tal-proġett.

VII

Il-Kummissjoni pproponiet lill-Istati Membri (fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar Kwistjonijiet Ambjentali Internazzjonali dwar id-deżertifikazzjoni u fil-Grupp ta’ Esperti tal-UE dwar il-Ħamrija) biex jiffaċilitaw l-iskambji u l-koordinazzjoni fil-livell tal-UE dwar l-għan tan-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art. Studju mniedi mill-Kummissjoni se jkompli jappoġġja dawn l-isforzi mill-Kummissjoni.

VIII

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjonijiet.

Rigward ir-rakkomandazzjoni dwar fehim aħjar tad-degradazzjoni u d-deżertifikazzjoni tal-art fl-UE, il-ftehim dwar metodoloġija komuni se jkun soġġett għal deċiżjoni tal-Istati Membri. Il-ġbir u l-preżentazzjoni ta’ data f’għodda interattiva se jkun suġġett ukoll għall-allokazzjoni ta’ riżorsi adegwati lill-Kummissjoni.

Fir-rigward tar-rakkomandazzjoni biex tivvaluta l-ħtieġa biex jissaħħaħ il-qafas legali tal-UE, il-Kummissjoni, appoġġjata minn Grupp ta’ Esperti tal-UE dwar il-Ħamrija, se tkompli tirrifletti dwar kif kwistjonijiet tal-kwalità tal-ħamrija jistgħu jiġu indirizzati fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali. Ir-riflessjoni mhux se tkun limitata biss għat-tisħiħ tal-qafas legali tal-UE dwar il-ħamrija, iżda se timmira wkoll biex issib l-aktar azzjonijiet xierqa biex tiġġieled id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art fl-UE.

Il-Kummissjoni taċċetta wkoll ir-rakkomandazzjoni li tilħaq il-mira tan-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030.

Introduzzjoni

Kaxxa 1 — Termini ewlenin


Għan-nixfa jeżistu diversi definizzjonijiet.

3

L-ewwel inċiż: L-aktar eżempji riċenti mill-peniżola Iberika jikkonfermaw li waħda mill-kawżi ewlenin tan-nirien il-kbar huwa l-abbandun tal-art u n-nuqqas ta’ ġestjoni tajba tal-art. Wara n-nirien, l-erożjoni tad-degradazzjoni tal-art tista’ tibda l-proċess ta’ deżertifikazzjoni.

In-nuqqas ta’ ġestjoni xierqa tal-art u tal-veġetazzjoni jista’ wkoll jikkawża deżertifikazzjoni meta minħabba l-bijomassa akkumulata u mhux ġestita, hija tinħaraq u twitti t-triq għall-erożjoni, id-degradazzjoni tal-art u d-deżertifikazzjoni92. Fuq in-naħa l-oħra, attivitajiet tal-bniedem, bħal afforestazzjoni xierqa u l-ġestjoni tal-art jistgħu jillimitaw u saħansitra jreġġgħu lura d-deżertifikazzjoni.

It-tieni inċiż: Ir-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar problemi ta’ riżorsi tal-ilma fin-Nofsinhar tal-Ewropa93 jiddeskrivi tajjeb iċ-ċirku vizzjuż tad-deżertifikazzjoni: “id-deżertifikazzjoni tista’ tikkawża tnaqqis fl-infiltrazzjoni fil-ħamrija u b’hekk, fluss akbar mal-wiċċ, b’żieda korrispondenti fl-iskariki massimi tal-għargħar. Id-deżertifikazzjoni tikkawża wkoll modifiki lill-kopertura veġetali, li bħalissa għaddejja minn tibdil rapidu bħala riżultat tad-deforestazzjoni, jew biex tagħti l-karburant inkella biex tinkiseb aktar raba' li jinħadem . Il-kopertura veġetali l-ġdida, meta teżisti, tikkonsisti jew f’għelejjel inkella f’veġetazzjoni fqira. Il-ħamrija hija mingħajr protezzjoni u l-erożjoni kkawżata minn fluss tal-wiċċ dejjem jiżdied fuq l-art isir iktar serju, u b’hekk jibda l-proċess ta’ spiraling.

4

It-tieni inċiż: Ir-restawr tal-ħamrija spiss isir billi ssir kopertura vegetali/ta’ siġar (mhux bil-kontra).

9

Barra minn hekk, skont ir-rapport tal-Grupp Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima r-riskji minn nixfa u n-nuqqas ta’ xita huma mbassra li jiżdiedu wkoll, minkejja li b’anqas fiduċja.

21

L-ewwel u t-tieni inċiż: Wieħed mill-għanijiet tal-PAK huwa li tiżgura l-iżvilupp sostenibbli tal-agrikoltura. Xi strumenti taħt il-PAK għandhom il-potenzjal li jindirizzaw (jreġġgħu lura jew jipprevjenu) l-impatt negattiv possibbli ta’ ċerti prattiki u metodi ta’ biedja fuq l-istat ta’ riżorsi naturali inkluża l-ħamrija. Hemm miżuri obbligatorji (il-kundizzjonalità u l-ekoloġizzazzjoni), li jinkludu prattiċi bil-għan li jimpedixxu ħsara lill-ħamrija u li jiżguraw il-ħarsien tagħha. Dawn jistgħu jiġu kkombinati ma’ miżuri ta’ żvilupp rurali volontarji, li jappoġġjaw prattiki agrikoli applikati biex itejbu l-istat tar-riżorsi naturali, inkluża l-ħamrija. Minħabba li hemm flessibbiltà kbira f’idejn l-Istati Membri dwar l-għażla tal-miżuri, il-livell ta’ ambizzjoni ta’ miżuri bħal dawn jista’ jvarja. Dan ġie analizzat fid-dettall fit-taqsima “Inventarju u valutazzjoni tal-istrumenti tal-politika għall-ħarsien tal-ħamrija fl-Istati Membri tal-UE94.

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet għall-iżvilupp rurali (taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) — parti mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-UE) jinkludu salvagwardji għall-investimenti appoġġjati (inklużi dawk dwar l-irrigazzjoni) li jimmiraw li jiġu evitati pressjonijiet possibbli minn investimenti bħal dawn fuq ir-riżorsi naturali.

Fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020, l-Istati Membri allokaw aktar minn 20 % tal-FAEŻR (aktar minn EUR 20 biljun) għal dan l-għan tematiku, li huwa biss wieħed mill-ftit għanijiet li taħtu jistgħu jiġu indirizzati d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art.

22

Filwaqt li d-data preċiża dwar il-livell ta’ appoġġ tal-PAK li jintuża għad-deżertifikazzjoni mhijiex disponibbli, l-istruttura ta’ politika tipprovdi ċerta indikazzjoni f’dan ir-rigward. Dan isir billi jintrabtu l-ħlasijiet diretti mal-osservanza ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin (GAEC) inkluż ir-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ħamrija u permezz ta' allokazzjoni konsiderevoli mill-Istati Membri ta’ fondi għall-iżvilupp rurali għal prijorità 4, u billi tiġi indirizzata l-ġestjoni tal-ilma, tal-ħamrija u tal-bijodiversità (44 % tal-fondi huma allokati għal din il-prijorità kollha kemm hi). Id-data tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni hija rrapportata għar-riskji kollha flimkien. Biex ittejjeb l-informazzjoni miġbura, il-Kummissjoni pproponiet analiżi iktar dettaljata tal-allokazzjonijiet għall-adattament għat-tibdil fil-klima għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss 2021–2027, inkluża data dwar l-allokazzjonijiet tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni għal għargħar, nirien u riskji oħra relatata mal-klima (eż. maltempati u nixfa).

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

27

Fil-livell tal-UE bejn l-2000 u l-2012, l-erja medja tal-art meħuda għall-iżvilupp ġiet stmata għal 926 km2 fis-sena li huwa ogħla mill-mira “li ma jsir l-ebda teħid ta’ art” tal-Pjan direzzjonali dwar l-effiċjenza tar-riżorsi u s-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (EAP) (sors: Ir-Rapport dwar l-Indikaturi Ambjentali tal-2017tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

Osservazzjonijiet

28

Il-Kummissjoni ġabret data għall-valutazzjoni tad-deżertifikazzjoni fl-UE fit-tħejjija tal-proposta tagħha għal Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija (COM(2006)232).

F’dan il-kuntest jista’ jitqies li l-Kummissjoni diġà għamlet użu adegwat mid-data disponibbli dwar id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art.

Madankollu, fin-nuqqas ta’ leġislazzjoni dwar il-ħamrija tal-UE ma hemm ebda obbligu għall-ġbir jew l-aġġornament tad-data u l-kontroll tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art fil-livell tal-UE.

32

Fil-livell tal-UE, id-data tal-LUCAS (l-Istħarriġ qafas statistiku tal-Użu/Erja ta’ Kopertura tal-Art) tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-użu tal-art u l-kopertura tal-art miġbura fuq il-post kull tliet snin f’270,000 punt madwar l-Ewropa, li hija utli biex jiġu kkalibrati jew ivvalidati l-immaġnijiet satellitari.

Il-Kummissjoni bħalissa qed tanalizza d-data tal-Karbonju Organiku tal-Ħamrija tal-LUCAS billi tqabbel id-data tal-LUCAS 2015 ma’ settijiet ta’ data preċedenti (LUCAS 2009+2012). Din l-analiżi se tipprovdi aktar informazzjoni dwar ix-xejriet tal-karbonju organiku fil-ħamrija f’art li tinħadem u fi bwar b’mod partikolari.

33

Konklużjonijiet misluta mid-data tal-CORINE (koordinazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-ambjent) huma kkorroborati mil-LUCAS. LUCAS jipprovdi wkoll informazzjoni importanti dwar il-kopertura tal-art u l-bidliet tal-użu tal-art fl-Ewropa ppubblikata kull tliet snin mill-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Istatistika (DĠ ESTAT). Tabella ta’ referenza fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 53 (rapport tal-indikaturi fil-Kuntest tal-PAK għall-2014–2020, aġġornament tal-2017),li tikkonċerna d-data mill-2012; fl-2015, skont LUCAS, jekk jittieħdu flimkien l-art agrikola u l-imsaġar ikopru 88 % tal-art fl-UE95.

34

Xi data miġbura fil-livell tal-UE (dwar it-tibdil tal-kopertura tal-art u l-ħamrija, b’mod partikolari) għal skopijiet oħra (eż. indikaturi agroambjentali, ir-Rapport tal-Istat tal-ħamrija tal-UE, ir-Rapport dwar l-Istat tal-Ambjent taż-ŻEE) huma utli wkoll għall-valutazzjoni tal-punt sa fejn saret id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art, iżda m’hemm l-ebda obbligu legali li dan isir fil-livell tal-UE.

Il-Kummissjoni tipproċessa d-data tal-ħamrija tal-LUCAS miġbura fuq il-post biex tipprovdi indikaturi ta’ riskju tal-erożjoni tal-ħamrija, it-telf ta’ karbonju organiku fil-ħamrija eċċ. L-indikatur tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-UE stabbilit bħalissa jinkludi indikatur dwar l-erożjoni tal-ħamrija stmata mill-ilma; indikaturi oħra tal-ħamrija se jitqiesu matul ir-reviżjonijiet annwali tal-Kummissjoni tal-ġabra

B’referenza għall-Anness II, ir-rispett għall-ambjent huwa parti intrinsika ta’ agrikoltura organika. Il-biedja organika hija metodu ta’ produzzjoni tal-ikel li jgħaqqad flimkien l-aħjar prattiki ambjentali, livell għoli ta’ bijodiversità u l-preservazzjoni tar-riżorsi naturali, inkluża l-ħamrija96. L-erja organika totali fl-UE-28 (jiġifieri ż-żona kkonvertita kompletament u ż-żona f’konverżjoni) kienet kważi 12-il miljun ettaru fl-2016 u rrappreżentat 6,7 % tat-total taż-żona agrikola użata (UAA). Is-sehem tal-UAA ddedikat għall-produzzjoni organika qed jiżdied b’rata mgħaġġla. Għall-perjodu 2010–2016, l-erja organika żdiedet bi 30% fl-UE-28, b’rata annwali medja ta’ tkabbir ta’ 4,4% u din iż-żieda hija partikolarment sinifikanti fil-Bulgarija, il-Kroazja, Franza u Ċipru97.”

35

Fit-tielet verżjoni tal-Atlas Dinji ta’ Deżertifikazzjoni l-approċċ kien biex jiġu deskritti l-ixpruni tad-degradazzjoni u d-deżertifikazzjoni tal-art u l-impatti tagħhom, minflok ma tingħata mappa statika tad-deżertifikazzjoni, li huwa proċess dinamiku u kumpless.

37

L-ewwel inċiż: Il-ġbir ta’ data armonizzata fil-livell tal-UE (id-data tal-LUCAS, CORINE u ta’ Copernicus) kien attivat minħabba n-nuqqas ta’ data komparabbli fl-Istati Membri. Xi Stati Membri għandhom sistema ta’ monitoraġġ tal-ħamrija tajba u dettaljata ħafna iżda xi oħrajn m’għandhomx data dwar il-ħamrija miġbura regolarment.

38

Minħabba l-irtirar tad-Direttiva, l-aspetti tekniċi tal-implimentazzjoni ulterjuri tagħha ma ġewx indirizzati. Madankollu, il-Kummissjoni appoġġat il-proġetti ta’ riċerka li kkontribwew biex itejjbu l-metodoloġija biex jiġu vvalutati d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art.

Il-Kummissjoni issa tipprevedi li tipproponi azzjoni ta’ koordinazzjoni u appoġġ għall-Programm Qafas li jmiss għar-riċerka Orizzont Ewropa. L-għan se jkun li tiġi vvalutata u kkonsolidata l-bażi eżistenti tal-evidenza (għodod, miżuri, sistemi ta’ monitoraġġ, l-immappjar), li tlaqqa’ l-partijiet interessati kollha fil-qasam flimkien, biex jiddiskutu u jipproponu azzjonijiet ta’ restawr kosteffettivi, strateġiji ta’ prevenzjoni, u s-simplifikazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet u l-miżuri ta’ rakkomandazzjoni waqt il-ħidma fil-Konvenzjoni tal-UNCCD, u b’hekk il-finalizzazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-ġlieda kontra d-Desertifikazzjoni, għat-trawwim tal-azzjonijiet tal-UE lejn newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art u l-promozzjoni ta’ Strateġija fil-livell tal-UE dwar id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art.

39

Biex toħroġ b’evalwazzjoni kompletament konsistenti tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art madwar l-UE, il-Kummissjoni teħtieġ il-qbil tal-Istati Membri dwar metodoloġija komuni għall-ġbir ta’ indikaturi disponibbli.

40

Il-Kummissjoni tiġbor data rilevanti għall-monitoraġġ tad-deżertifikazzjoni fuq il-kopertura tal-art/użu tal-art, l-umdità fil-ħamrija, l-indikaturi tal-veġetazzjoni/bijomassa derivati minn data tas-satellita (Copernicus) u d-data miġbura permezz ta’ programmi tal-LUCAS u programmi nazzjonali. Dik id-data diġà hija inkorporata f’indikaturi fil-livell tal-UE (indikaturi agroambjentali, indikaturi ta’ SDGs eċċ.). Il-Kummissjoni ppubblikat l-Atlas Dinji ta’ Deżertifikazzjoni fl-2018 fuq il-bażi tad-data miġbura fil-livell tal-UE u dak globali.

43

Anki fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-UE integrata dwar il-ħamrija, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-istrumenti disponibbli tal-UE għall-finanzjament (imsemmi mill-QEA f’dan ir-rapport) biex jilħqu l-għanijiet tagħhom stess f’din il-kwistjoni.

44

Fl-irtirar tal-proposta tagħha dwar id-Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija, il-Kummissjoni Ewropea qalet li hija “tibqa’ impenjata għall-għan li tħares il-ħamrija u se teżamina l-alternattivi għal x’inhu l-aħjar biex dan jintlaħaq. Madankollu, kwalunkwe inizjattiva ulterjuri f'dan ir-rigward se jkollha tiġi kkunsidrata mill-kulleġġ li jmiss"98.

45

L-għan tal-Istrateġija Tematika tal-UE għall-Ħarsien tal-Ħamrija huwa li tindirizza l-ħarsien tal-ħamrija inkluża d-deżertifikazzjoni u forom oħra ta’ degradazzjoni. Madankollu, fin-nuqqas ta’ leġislazzjoni dwar il-ħamrija tal-UE, il-ħarsien tal-ħamrija u d-degradazzjoni tal-art huma mifruxa f’diversi strumenti, bħalma huma l-PAK, l-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima iżda wkoll f’politiki oħra ambjentali (l-ilma, l-iskart, il-kwalità tal-arja, il-bijodiversità, l-emissjonijiet industrijali, id-Direttiva ta’ responsabbiltà ambjentali eċċ.).

46

Il-Kummissjoni tqis li l-ħlasijiet diretti bħala tali mhumiex fattur ta’ limitazzjoni biex tiġi indirizzata d-deżertifikazzjoni (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni, paragrafu 46, l-ewwel inċiż). indent).

L-ewwel inċiż: B’referenza għall-konklużjonijiet taż-ŻEE, 90% tal-ħlasijiet diretti huma diżakkoppjati, jiġifieri ma jinvolvu l-ebda inċentiv għall-produzzjoni (u għaldaqstant l-ebda inċentiv għal intensifikazzjoni tal-produzzjoni) u jistgħu jitħallsu biż-żamma tal-art agrikola fi stat tajjeb għar-ragħa u l-kultivazzjoni. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-attivitajiet minimi li għandhom jitwettqu għall-manutenzjoni tal-art. Għal raġunijiet ambjentali, f’ċerti oqsma, attivitajiet bħal dawn jistgħu jseħħu kull sentejn.

Is-suġġeriment li l-ħlasijiet diretti bħala tali jistgħu jikkawżaw l-intensifikazzjoni tal-agrikoltura u jikkontribwixxu għal xi fatturi relatati mad-deżertifikazzjoni ta’ art, ifisser li jiġi injorat kwalunkwe benefiċċju ambjentali ppreżentat minn ħlasijiet diretti diżakkoppjati (inkluż tas-salvagwardji introdotti bir-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità u "l-obbligi tal-ekoloġizzazzjoni. ").

It-tieni inċiż: Il-kundizzjonalità tagħmel rabta bejn il-ħlasijiet tal-PAK riċevuti minn bidwi u r-rispett ta’ ċerti regoli ambjentali, b’mod partikolari dwar il-ħarsien tal-ħamrija. Fir-rigward tal-kejl tal-effettività tagħha l-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) fir-Rapport Speċjali Nru 26/2016 u bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt għall-PAK wara l-2020, eżaminat il-mod kif tivvaluta aħjar il-prestazzjoni tal-kundizzjonalità, b’mod partikolari billi tkompli tiżviluppa l-ġabra ta’ indikaturi tagħha fil-kuntest tal-proposta għall-PAK tal-futur.

It-tielet inċiż: Il-ħlasijiet ekoloġiċi diretti (“ekoloġizzazzjoni”) għandhom l-għan li jħallsu għall-provvediment ta’ beni pubbliċi minn bdiewa, b’mod partikolari fejn jikkonċerna l-ħarsien tal-ħamrija. Il-proporzjon kbir ta’ Erja Agrikola Użata (EAU) koperta mir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni (Erja ta’ Interess Ekoloġiku, ħarsien permanenti tal-bwar u d-diversifikazzjoni tal-għelejjel) tenfasizza l-potenzjal ta’ ekoloġizzazzjoni biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet b’mod wiesa’). Filwaqt li huwa veru li, għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni tal-ġestjoni tal-iskema, ċerti bdiewa huma eżentati, l-erja kkonċernata mir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni tibqa’ sinifikanti anki f’pajjiżi fejn l-eżenzjonijiet huma aktar frekwenti.

Ir-raba’ inċiż: L-Ipprogrammar ta’ żvilupp rurali jista’ jgħin biex jiżgura l-koerenza ta’ azzjonijiet li jikkonċernaw il-ġestjoni tal-ħamrija u tal-art. Billi jistabbilixxu strateġiji ta’ żvilupp rurali tagħhom stess ibbażati fuq il-prijoritajiet u l-għanijiet ġenerali tal-UE u billi jidentifikaw il-ħtiġijiet u l-għanijiet speċifiċi tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu approċċ integrat għat-trattament ta’ problema/bżonn definiti, bħal pereżempju l-kwalità u l-ġestjoni tal-ħamrija.

Kaxxa 3 — Eżempju ta’ miżura ineffettiva biex tiġi indirizzata d-deżertifikazzjoni

It-tieni inċiż: Il-ħlasijiet, kif propost mir-Rumanija, għandhom jiġu kkalkulati abbażi tat-telf tad-dħul u tal-kostijiet addizzjonali minħabba l-impenji meħuda, kif ukoll, possibbilment, il-kostijiet tranżazzjonali. Meta operazzjoni ma tilħaqx il-livell ta’ parteċipazzjoni mistenni, l-awtoritajiet maniġerjali jistgħu jipproponu modifika tal-kontenut tar-rekwiżiti u tal-primjum relatat.

47

Wieħed mill-għanijiet speċifiċi proposti tal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-PAK ta’ wara l-2020 b’mod espliċitu jkopri l-kura tal-ħamrija. Il-proposta tippermetti li l-Istati Membri jużaw firxa ta’ tipi ta’ intervent fl-ewwel u t-tieni pilastru tal-PAK biex jindirizzaw dan l-għan. Barra minn hekk, is-sistema proposta ta’ “kundizzjonalità” tinkludi diversi standards relatati mal-ħarsien u l-kwalità tal-ħamrija. Il-proposta tistabbilixxi mhux biss indikaturi tar-riżultati iżda wkoll indikaturi tal-impatt possibbli99 għall-ħarsien tal-ħamrija.

49

Waħda mill-prijoritajiet taħt l-istrateġija ta’ Adattament tal-UE hija l-promozzjoni ta' azzjoni mill-Istati Membri u b’mod partikolari li jitħeġġeġ u jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ strateġiji u pjanijiet ta’ adattament Nazzjonali.

L-Istati Membri huma l-atturi ewlenin fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji u pjanijiet ta’ adattament tagħhom. Huma jistgħu jużaw l-istrumenti disponibbli tal-UE għall-finanzjament (eż. LIFE, H2020, PAK, FEŻR, eċċ.) biex jilħqu l-għanijiet tagħhom stess f’din il-kwistjoni. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ukoll “[...] informazzjoni dwar l-ippjanar u l-istrateġiji ta’ adattament nazzjonali tagħhom, filwaqt li jiddeskrivu l-azzjonijiet implimentati jew ippjanati tagħhom biex jiġi ffaċilitat l-adattament għat-tibdil fil-klima. […]” f’konformità mal-Artikolu 15 tal-Mekkaniżmu ta’ Monitoraġġ ta’ Gass b’effett ta’ serra100, li għandu jinbidel dalwaqt bir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija 101.

51

Filwaqt li xi proġetti ta’ irrigazzjoni ġew kofinanzjati matul il-perjodu 2007–2013, l-irrigazzjoni (li taqa’ fil-kompetenza tal-FAEŻR) ma kinitx prijorità għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni fil-perjodu 2014–2020. B’kuntrast ma’ dan, il-politika ta’ koeżjoni tiffinanzja firxa wiesgħa ta’ miżuri għall-adattament għat-tibdil fil-klima, inklużi d-digi iżda wkoll proġetti ta’ infrastruttura ekoloġika bħal riforestazzjoni.

52

Matul l-2018 kienu għaddejjin proġetti ta’ riċerka ffinanzjati taħt il-Programmi Qafas tal-UE, u għalhekk jeħtieġu analiżi bir-reqqa tar-riżultati tagħhom qabel kwalunkwe pass ulterjuri (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għal paragrafu 38).

Taħt l-Orizzont 2020, il-Kummissjoni qed taħdem flimkien mal-Istati Membri biex toħloq Programm Konġunt Ewropew dwar il-ġestjoni tal-ħamrija agrikola. Dan l-EJP se jippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex jikkapitalizzaw fuq proġetti tal-passat u jimxu mir-riċerka fil-laboratorju għal ittestjar fuq skala kbira u prattika. L-interess tal-Istati Membri u pajjiżi assoċjati huwa sinifikanti. Dan l-investiment finanzjarju kbir (Eur 40 miljun mill-baġit tal-Unjoni Ewropea u Eur 40 miljun mill-pajjiżi) huwa mistenni li jirrispond għall-ħtiġijiet tal-politika u jipprovdi opportunitajiet issir ħidma fuq suġġetti li jenħtieġ li jiġu indirizzati fil-livell nazzjonali, bħad-deżertifikazzjoni.

54

Ir-Regolament Omnibus (ir-Regolament (UE) 2017/2393 li jemenda l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar il-Programm tal-Iżvilupp Rurali) introduċa bidla għal miżura tal-agroforestrija biex ikun kapaċi jiġġenera mill-ġdid jew iġedded is-sistemi ta’ agroforestrija. Din hija possibilità konkreta favur it-tnaqqis tal-proċessi tad-deżertifikazzjoni f’dawn is-sistemi Mediterranji, Dehesa u Montados u biex titjieb ir-reżiljenza tagħhom.

55

Fil-kuntest tal-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ħarsien tal-Ħamrija, ġie kkummissjonat studju mill-Kummissjoni Ewropea għall-immappjar tal-politiki eżistenti tal-UE u dawk nazzjonali relatati mal-ħamrija u l-analiżi tal-lakuni, li ġie ppubblikat fl-2017 “L-Inventarju Aġġornat u l-Valutazzjoni tal-Istrumenti tal-Politika dwar il-Ħarsien tal-Ħamrija fl-Istati Membri tal-UE102.

59

Jekk jogħġbok ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għal paragrafu 22.

63

Mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020, il-FAEŻR jistabbilixxi kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati minn proġetti ta’ irrigazzjoni biex dawn jirċievu finanzjament. Dawn il-kundizzjonijiet huma biex jiġi żgurat il-karattru sostenibbli tal-proġetti u investimenti relatati. Fuq il-bażi ta’ dawn il-kundizzjonijiet, jistgħu jiġu appoġġjati biss dawk il-proġetti tal-irrigazzjoni li jikkonċernaw l-erja li għaliha huma notifikati l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar, li jwassal għal iffrankar tal-ilma u li għalih analiżi ambjentali turi li mhu ser ikun hemm l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq l-ambjent.

64

Jenħtieġ li jitfakkar li f’każ ta’ proġetti ta’ afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ msaġar, l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw li huma u jagħżlu l-ispeċijiet, il-varjetajiet u l-provenjenza ta’ siġar, għandhom iqisu l-ħtieġa għal reżiljenza għat-tibdil fil-klima kif ukoll għall-kundizzjonijiet idroloġiċi.

65

Strateġiji ta’ żvilupp rurali tal-Istati Membri, ibbażati fuq analiżi SWOT, għandhom jinkludu l-ġustifikazzjoni għall-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji għall-miżuri proposti. Dan l-approċċ għat-tfassil ta’ programm ta’ żvilupp rurali jimplika l-ħtieġa li titwettaq analiżi tal-kost-benefiċċju, fil-livell tal-programm u tal-miżuri, tal-ħtiġijiet, l-għanijiet u l-miri stabbiliti.

Il-proġetti ta’ investiment, appoġġati mill-FAEŻR, li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq l-ambjent, għandhom jiġu preċeduti minn valutazzjoni tal-impatt ambjentali. Barra minn hekk, għal proġetti ta’ irrigazzjoni mmirati lejn iż-żieda tar-raba’ saqwi, hija meħtieġa analiżi tal-impatt ambjentali li ma turi l-ebda effetti negattivi sinifikanti. Din l-analiżi għandha tevita l-ħtieġa għal miżuri ta’ korrezzjoni.

66

Il-Politika tal-Iżvilupp Rurali 2014–2020 tipprovdi għal erja ta’ fokus speċifiku għat-titjib tal-agrikoltura u tal-ġestjoni tal-ħamrija tal-forestrija u/jew il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija (erja ta’ fokus 4C). L-Istati Membri li pprogrammaw il-proġetti fil-Programmi ta’ Żvilupp Rurali għall-2014-2020 (RDPs) biex jindirizzaw din l-erja ta’ focus jivvalutawhom kif previst fil-Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni.

69

Minbarra l-punti li saru mill-Qorti, id-degradazzjoni tal-ħamrija għandha wkoll l-aspetti transfruntiera bħala riżultat ta’ użu indirett tal-art. It-telf ta’ kapaċità lokali tfisser li s-servizz (il-produzzjoni tal-ikel, il-mitigazzjoni tal-klima) li ngħata mill-ħamrija minflok għandu jiġi kkumpensat permezz tal-użu ta’ ħamrija x’imkien ieħor, normalment f’pajjiżi oħra. Eżempju ċar huwa tal-importazzjoni tal-ikel, l-għalf u l-fibra minn pajjiżi oħra li huma bbażati fuq ir-riżorsi tal-ħamrija tal-pajjiż produttur.

70

Il-Kummissjoni tirrapporta kull sena dwar il-progress għall-implimentazzjoni tal-SDGs fil-livell tal-UE, inkluża valutazzjoni tad-degradazzjoni tal-art (it-teħid tal-art u l-erożjoni tal-ħamrija). L-Istati Membri jirrapportaw ukoll individwalment il-progress dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs fil-livell nazzjonali.

Filwaqt li l-Istati Membri ma nkarigawx formalment lill-Kummissjoni l-kompitu li tikkoordina l-proċess tal-iżvilupp ta’ approċċ komuni għan-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art u l-iżvilupp ta’ indikaturi komuni, il-Kummissjoni ħadet l-inizjattiva li tibda mill-inqas xi skambji informali mal-Istati Membri u waslet biex tibda studju biex toffri appoġġ dwar dan.

71

L-elaborazzjoni ta’ gwida u l-ġabra tal-aħjar prattiki biex jindirizzaw in-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art se tkun parti mill-proġett imsemmi hawn fuq li għandu jitnieda fl-2018 mill-Kummissjoni.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

73

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li r-riskju tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art jistà jiġi indirizzat aħjar. Dan kien parti mill-għan tal-proposta tal-SFD li l-Kummissjoni ddeċidiet li tirtira fin-nuqqas ta’ maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill għal tmien snin. Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ħarsien tal-ħamrija u miżuri għall-prevenzjoni u r-restawr tal-ħamrija degradata, l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jimplimentaw miżuri xierqa fil-livell nazzjonali. Il-proġett dwar l-implimentazzjoni ta’ SDGs relatati mal-art u mal-ħamrija fl-UE se jipprovdu ħarsa ġenerali aġġornata tal-miżuri u l-azzjonijiet implimentati fil-livell tal-Istati Membri.

74

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru data rilevanti kemm għall-monitoraġġ tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art li huma diġà inkorporati f’indikaturi fil-livell tal-UE (SDGs, indikaturi agroambjentali) kif ukoll għal sistemi ta’ monitoraġġ tal-UE dwar in-nixfa u l-kundizzjonijiet tal-għelejjel. Barra minn hekk, din id-data ġiet inkorporata fit-tielet verżjoni tal-Atlas Dinji ta’ Deżertifikazzjoni ppubblikat fl-2018, li jipprovdi valutazzjoni inklużiva dwar id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art fil-livell globali.

Rakkomandazzjoni 1 — Il-fehim tad-degradazzjoni u d-deżertifikazzjoni tal-art fl-UE

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni fl-2018 u l-2019 beħsiebha tniedi azzjonijiet li jwieġbu għar-rakkomandazzjoni:

  1. it-titjib tal-indikaturi huwa parti mill-ħidma tal-Kummissjoni dwar indikaturi agroambjentali u indikaturi SDGs. F’dan il-kuntest, id-diskussjonijiet dwar u x-xogħol fuq l-istabbiliment ta’ metodoloġija speċifika biex tivvaluta d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art fl-UE se jibdew fil-kuntest tal-istudju tal-Kummissjoni, biex titnieda l-implimentazzjoni ta’ SDGs relatati mal-ħamrija u mal-art fil-livell tal-UE. Madankollu, l-adozzjoni ta’ din il-metodoloġija se tkun soġġetta għal deċiżjoni mill-Istati Membri.
  2. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim mill-Istati Membri dwar metodoloġija proposta, il-Kummissjoni tista’ tqis, soġġett għad-disponibbiltà ta’ riżorsi adegwati, li taħdem fuq valutazzjoni speċifika tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art fil-livell tal-UE u l-preżentazzjoni tad-data f’kuntest aktar interattiv u faċli għall-utent, filwaqt li tibni fuq data eżistenti u l-approċċ żviluppat għall-Atlas Dinji ta’ Deżertifikazzjoni tal-2018.
76

Il-Kummissjoni tfakkar li l-għan tal-Istrateġija Tematika tal-UE għall-Ħarsien tal-Ħamrija huwa li jindirizza l-ħarsien tal-ħamrija inkluża d-deżertifikazzjoni u forom oħra ta’ degradazzjoni. Madankollu, fin-nuqqas ta’ leġislazzjoni tal-UE dwar il-ħamrija (wara l-irtirar tal-proposta SFD mill-Kummissjoni fin-nuqqas ta’ maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill), il-ħarsien tal-ħamrija (li minnhom d-deżertifikazzjoni) u d-degradazzjoni tal-art huma indirizzati biss parzjalment fil-livell tal-UE permezz ta’ diversi strumenti (il-PAK, l-Istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-politiki reġjonali u politikiu ambjentali oħra u r-riċerka).

Rakkomandazzjoni 2 — Valutazzjoni tal-ħtiġijiet biex jissaħħaħ il-qafas legali tal-UE għall-ħamrija

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

F’konformità mal-impenn kontinwu tagħha dwar il-ħarsien tal-ħamrija u l-eżaminar ta’ alternattivi dwar kif l-aħjar li dan jinkiseb, meta rtirat il-proposta tagħha għal Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija, il-Kummissjoni waqqfet “Grupp ta’ Esperti dwar il-Ħarsien tal-Ħamrija biex jirrifletti dwar kif kwistjonijiet tal-kwalità tal-ħamrija jistgħu jiġu indirizzati bl-użu ta’ approċċ immirat u proporzjonat ibbażat fuq ir-riskju f’qafas legali vinkolanti”. Ir-riflessjoni mhux se tkun limitata biss għall-ħtieġa li jissaħħaħ il-qafas legali tal-UE dwar il-ħamrija, iżda se timmira wkoll biex issib l-aktar azzjonijiet xierqa biex jikkumbattu d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art fl-UE.

Il-ħidma tal-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ħamrija għadha għaddejja u r-riżultat ta’ dan ix-xogħol se jiġi vvalutat mill-Kummissjoni fi żmien xieraq.

77

Il-fond għall-iżvilupp rurali jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li għandhom jiġu ssodisfati minn proġetti u investimenti u dawn jinkludu kundizzjonijiet biex jiġi żgurat il-karattru sostenibbli tal-proġetti. Filwaqt li analiżijiet speċifiċi tal-kostijiet b’paragrun mal-benefiċċji jistgħu ma jkunux meħtieġa f’livell ta’ proġett, billi jiġu proposti allokazzjonijiet finanzjarji għal miżuri, ħtiġijiet u għanijiet konkreti, l-Istati Membri jwettqu l-analiżijiet ekonomiċi u ambjentali. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 63.

78

Valutazzjoni tal-progress lejn l-ilħuq tal-impenn għan-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030 se tkun parti mill-proġett li l-Kummissjoni waslet biex tibda (studju dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta’ SDGs relatati mal-ħamrija u mal-art fil-livell tal-UE b’focus partikolari fuq il-mira tan-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art). Dan il-proġett se janalizza wkoll l-approċċi fil-livell nazzjonali u l-konverġenzi possibbli fil-livell tal-UE.

Rakkomandazzjoni 3 — Il-kisba tan-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art fl-UE sal-2030
  1. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni
  2. Il-Kummissjoni tistenna li l-istudju li se jibda dalwaqt se jikkontribwixxi parzjalment biex jiddefinixxi l-azzjonijiet fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri li se jġib miegħu n-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030.

    Madankollu se jkunu meħtieġa xogħol addizzjonali u aktar diskussjonijiet mal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u l-partijiet interessati. Din id-diskussjoni se tqis ukoll li l-Istati Membri huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-impenji tagħhom stess dwar miri tal-SDG.

    Ta’ min issemmi wkoll li l-indirizzar tad-deżertifikazzjoni fih innifsu mhuwiex l-għan primarju ta’ bosta politiki tal-UE, bħall-politika ta’ koeżjoni, u b’hekk, għal politiki bħal dawn m’hemm l-ebda bażi legali għal tali rekwiżiti ta’ rappurtar dettaljat.

  3. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni
  4. Il-Kummissjoni biħsiebha tipprovdi gwida lill-Istati Membri biex tippermetti t-tixrid ta’ prattiki tajba. Azzjonijiet għal dan l-għan se jkunu appoġġjat mill-istudju msemmi hawn fuq li se jiġi varat daqwaqt, u li huwa mistenni li jintemm sa nofs l-2020.

  5. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni
  6. Madankollu, jenħtieġ li jiġi nnutat li 13-il Stat Membru tal-UE biss iddikjaraw li huma affettwati minn deżertifikazzjoni skont il-UNCCD u għalhekk huma marbuta li jippreparaw pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali dwar id-deżertifikazzjoni.

Barra minn hekk, il-programm tal-UNCCD li stabbilixxa l-mira tan-Newtralità fir-Rigward tad-Degradazzjoni tal-Art (LDN), huwa volontarju u sa issa Stat Membru wieħed biss (l-Italja) huwa involut f’dan il-proċess. Aktar Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali biex jiksbu n-newtralità fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art sal-2030 u għal dan jistgħu jitolbu appoġġ mill-Kummissjoni u/jew mill-programm ta’ stabbiliment tal-UNCCD li stabbilixxa l-LDN). Għalhekk huwa diffiċli li jiġi antiċipat kemm-il Stat Membru se jkun lest li jagħmel dan u meta se jibda u jintemm dan il-proċess.

Abbrevjazzjonijiet

CORINE Programm għall-koordinazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ambjent

DĠ JRC Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka

DĠ AGRI Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

DĠ CLIMA Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Azzjoni Klimatika

DĠ ENV Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ambjent

DĠ ESTAT Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Istatistika

DĠ RTD Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

EEA Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

FAEŻR Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

FEŻR Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

FSUE Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

IPCC Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima

LUCAS Stħarriġ qafas statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta

NAP Programm ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fil-qafas tal-UNCCD

PAK Politika Agrikola Komuni

RCP Profil Rappreżentattiv tal-Evoluzzjoni tal-Konċentrazzjoni (Representative Concentration Pathway)

RDP Programm tal-Iżvilupp Rurali

SDG Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli

SFD Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija

UNCCD Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni

Noti finali

1 Montanarella, L., Toth, G. (JRC) – “Desertification in Europe” (Deżertifikazzjoni fl-Ewropa), 2008.

2 Ara d-dokument tal-1994: United Nations Convention to Combat Desertification in Countries Experiencing Serious Drought and/or Desertification, Particularly in Africa (Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazjoni f’Pajjiżi li qed Jesperjenzaw Nixfa u/jew Deżertifikazzjoni Serja, b’mod partikolari fl-Afrika) (UNCCD), l-Artikolu 1.

3 Ibid.

4 Ara eż. id-dokument intitolat “Assessment Report on Land Degradation and Restoration (Rapport ta’ Valutazzjoni dwar id-Degradazzjoni u r-Rivitalizzazzjoni tal-Art) tal-Pjattaforma Intergovernattiva Xjentifika u Politika dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi tal-Ekosistema.

5 Ara d-dokument li nħareġ fl-1994: United Nations Convention to Combat Desertification in Countries Experiencing Serious Drought and/or Desertification, Particularly in Africa (Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazjoni f’Pajjiżi li qed Jesperjenzaw Nixfa u/jew Deżertifikazzjoni Serja, b’mod partikolari fl-Afrika) (UNCCD), l-Artikolu 1.

6 Ibid.

7 Atlas Mondjali tad-Deżertifikazzjoni, il-JRC, 2018.

8 Ir-rigħi eċċessiv iseħħ meta l-bdiewa jżommu wisq bhejjem fi spazju żgħir jew meta jżommu l-bhejjem fi spazju wieħed għal żmien twil. Id-deforestazzjoni ħafna drabi tkun ikkawżata mill-qtugħ tal-injam għall-fjuwil jew biex jinħoloq spazju għall-biedja jew għall-abitazzjoni.

9 Ara Rubio, J. L. u Recatalá, L., “The relevance and consequences of Mediterranean desertification including security aspects” (Ir-rilevanza u l-konsegwenzi tad-deżertifikazzjoni fil-Mediterran, inklużi l-aspetti tas-sigurtà), Centro de Investigaciones sobre Desertificación, Valenzja, Spanja, 2006 jew Salvati, L. u Bajocco, S. “Land sensitivity to desertification across Italy: Past, present, and future” (Is-sensittività tal-art fl-Italja għad-deżertifikazzjoni: Il-passat, il-preżent, u l-futur), Applied Geography 31, 2011.

10 Rey Benayas, J. M., Martins, A., Nicolau, J. M. u Schulz, J. J., “Abandonment of agricultural land: an overview of drivers and consequences” (Abbandun tal-art agrikola: stampa ġenerali tal-fatturi ewlenin u tal-konsegwenzi), CABI Publishing, 2007.

11 Ara r-Rapport Speċjali Nru 25/2018 tal-Qorti “Direttiva dwar l-Għargħar: inkiseb progress fil-valutazzjoni tar-riskji, iżda jeħtieġ li jsir titjib fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni”.

12 Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), “Global Warming of 1.5°C” (Tisħin Globali ta’ 1.5°C), 2018, Sessjoni ta’ Approvazzjoni, pp. 3-72; Settele, J. et al., “Terrestrial and Inland Water Systems”, Climate Change 2014: Impacts, Adaptation and Vulnerability. Part A: Global and Sectoral Aspects. Contribution of Working Group II to the Fifth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change (“Sistemi Terrestri u tal-Ilmijiet Interni”, Tibdil fil-Klima 2014: Impatti, Adattament u Vulnerabbiltà. Parti A: Aspetti Globali u Settorjali. Kontribut tal-Grupp ta’ Ħidma II għall-Ħames Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima), [Field, C. B., Barros, V. R., Dokken, D. J., Mach, K. J., Mastrandrea, M. D., Bilir, T. E., Chatterjee, M., Ebi, K. L., Estrada, Y. O., Genova, R. C., Girma, B., Kissel, E. S., Levy, A. N., MacCracken, S., Mastrandrea, P. R. U White, L. L. (eds.)]. Cambridge University Press, 2014, pp. 271-359.; Seidl, R. et al., “Forest disturbances under climate change” (Disturbi forestali minħabba t-tibdil fil-klima), Nature Climate Change, 7, 2017, pp. 395-402, 7 doi:10.1038/nclimate3303.

13 L-istudju kopra l-Portugall, Spanja, ir-Reġjun tan-Nofsinhar ta’ Franza, l-Italja, is-Slovenja, il-Kroazja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, l-Albanija, il-Greċja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Rumanija u l-Bulgarija.

14 Prăvălie, R., Patriche, C., Bandoca, G., “Quantification of land degradation sensitivity areas in Southern and Central Southeastern Europe. New results based on improving DISMED methodology with new climate data” (Kwantifikazzjoni taż-żoni b’sensittività għad-degradazzjoni tal-art fin-Nofsinhar tal-Ewropa u fix-Xlokk tal-Ewropa Ċentrali), Catena – An Interdisciplinary Journal of Soil Science – Hydrology – Geomorphology focusing on Geoecology and Landscape Evolution, Nru 158, 2017; pp. 309-320.

15 Iż-żewġ mapep jużaw l-istess metodoloġija, għalkemm għall-mappa tal-2017 ittieħed inkunsiderazzjoni indiċi addizzjonali dwar il-Kwalità tal-Klima.

16 I.A.CO Environmental & Water Consultants, Ċipru, 2008.

17 Il-Ħames Rapport ta' Valutazzjoni tal-IPCC, ir-Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma III “Climate Change 2014: Mitigation of Climate Change” (Tibdil fil-Klima 2014: Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima); l-EEA, Climate Change Impacts and Vulnerability (L-Impatti u l-Vulnerabbiltajiet tat-Tibdil fil-Klima), 2012; id-dokument tal-Qorti intitolat Analiżi panoramika: Azzjoni tal-UE f'dak li jirrigwarda l-enerġija u t-tibdil fil-klima, il-paragrafu 117.

18 Ara eż. Spinoni, J., Vogt, J., Barbosa, P., McVormick, N., Dosio, A., “Is Europe at risk of desertification due to climate change?” (L-Ewropa tinsab f’riskju ta’ deżertifikazzjoni minħabba t-tibdil fil-klima?), Geophysical Research Abstracts Vol. 20, 2018, EGU2018-9557, l-Assemblea Ġenerali tal-EGU tal-2018.

19 IPCC, “Tisħin Globali ta’ 1.5°C”, 2018, Sessjoni ta’ Approvazzjoni, pp. 3-36; Gudmundsson, L. u Seneviratne, S. I., “Anthropogenic climate change affects meteorological drought risk in Europe” (It-tibdil antropoġeniku fil-klima jaffettwa r-riskju meteoroloġiku ta’ nixfiet fl-Ewropa), Environmental Research Letters, 11(4), 2016, 044005, doi:10.1088/1748-46 9326/11/4/044005; Gudmundsson, L., Seneviratne, S. I., u Zhang, X., 2017, “Anthropogenic climate change detected in European renewable freshwater resources” (It-tibdil antropoġeniku fil-klima misjub fir-riżorsi tal-ilma ħelu rinnovabbli fl-Ewropa), Nature Climate Change, 7, p. 813.

20 Ara eż. Poljansek, K., Marin Ferrer, M., De Groeve, T., Clark, I., (Eds.), “Science for disaster risk management 2017: knowing better and losing less” (Xjenza għall-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri 2017: għarfien aħjar u inqas telf), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2017 u http://ec.europa.eu/environment/water/quantity/scarcity_en.htm.

21 Climate Impacts in Europe (Impatti tal-Klima fl-Ewropa). Il-proġett PESETA II tal-JRC, 2014. Rapporti Xjentifiċi u ta’ Politika maħruġa mill-JRC. Data minn Dosio u Paruolo 2011 u minn Dosio et al. 2012.

22 IPCC, “Tisħin Globali ta’ 1.5°C”, 2018, Sommarju ta’ Dawk li Jfasslu l-Politika, p. 9.

23 IPCC, “Tisħin Globali ta’ 1.5°C”, 2018, Sessjoni ta’ Approvazzjoni, pp. 3-41 u pp. 3-142; Schleussner, C.-F. et al., “Differential climate impacts for policy-relevant limits to global warming: The case of 1.5°C and 2°C” (Impatti klimatiċi differenzjali għal limiti għat-tisħin globali rilevanti għall-politiki: Il-każ ta’ 1.5°C u 2°C), Earth System Dynamics, 7(2), 2016b, pp. 327-351, doi:10.5194/esd-7-327-2016; Lehner, F. et al., “Projected drought risk in 1.5°C and 2°C warmer climates” (Riskju ta’ nixfa prevista fi klimi aktar sħan b’1.5°C u 2°C), Geophysical Research Letters, 44(14), 2017, pp. 7419-7428, doi:10.1002/2017GL074117; Wartenburger, R. et al., “Changes in regional climate extremes as a function of global mean temperature: an interactive plotting framework” (Bidliet f’estremitajiet klimatiċi reġjonali bħala funzjoni ta’ temperatura medja globali: qafas interattiv tal-ippjanar), Geoscientific Model Development, 10, 2017, pp. 3609-3634, doi:10.5194/gmd-2017-33; Greve, P., Gudmundsson, L., u Seneviratne, S. I., “Regional scaling of annual mean precipitation and water availability with global temperature change” (Klassifikazzjoni reġjonali tal-preċipitazzjoni medja annwali u d-disponibbiltà tal-ilma mat-tibdil fit-temperatura globali), Earth System Dynamics, 9(1), 2018, pp. 227-240, doi:10.5194/esd-9-227-2018; Samaniego, L. et al., “Anthropogenic warming exacerbates European soil moisture droughts” (It-tisħin antropoġeniku jaggrava n-nixfiet tal-indewwa fil-ħamrija Ewropea), Nature Climate Change, 8(5), 2018, pp. 421-426, doi:10.1038/s41558-018-0138-5.

24 Ibbażat fuq diversi indikaturi bħall-Indiċi tal-Aridità FAO-UNEP, il-Klassifikazzjoni tal-Klima Köppen-Geiger, u ż-Żoni tal-Ħajja ta’ Holdridge.

25 Il-Perkorsi Rappreżentattivi ta’ Konċentrazzjoni (Representative Concentration Pathways- RCPs) huma trajettorji tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet serra użati mill-IPCC. Sal-2081-2100, l-RCP 4.5 huwa previst li jirriżulta f’żieda fit-temperatura tal-arja fis-superfiċje, meta mqabbel mal-medja għall-perjodu 1850-1900 (preindustrijali), fi ħdan firxa probabbli ta’ 1.7°C sa 3.2°C (medja ta’ 2.4°C). L-RCP 8.5 huwa previst li jirriżulta f’żieda fit-temperatura fi ħdan firxa probabbli ta’ 3.2°C sa 5.4°C (medja ta’ 4.3°C).

26 Il-UNCCD hija waħda mit-tliet Konvenzjonijiet ta’ Rio, flimkien mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Bijodiversità u l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

27 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1998 tipprovdi li fil-UNCCD, il-Kunsill se jadotta l-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea wara proposta mill-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni tirrappreżenta l-Komunità Ewropea fil-UNCCD. Hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tiżgura li l-qafas legali tal-UE jkun kompatibbli mal-UNCCD, u li timmonitorja li, fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE, l-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi li għandhom minħabba li l-UE hija parti kkonċernata tal-UNCCD.

28 L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata fil-25 ta’ Settembru 2015 mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern f’summit speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.

29 COM(2006)231 final.

30 COM(2006)232 final.

31 Fl-2007, minoranza li timblokka magħmula minn ħames Stati Membri – il-Ġermanja, Franza, in-Netherlands, l-Awstrija u r-Renju Unit – ivvutat kontra l-proposta fil-Kunsill Ambjent. It-22 Stat Membru l-ieħor kienu kollha vvutaw favur il-proposta. Ara http://europa.eu/rapid/press-release_IP-08-924_en.htm.

32 Irregolat prinċipalment bir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487) – fond li jgħin liż-żoni rurali fl-UE jiffaċċjaw firxa wiesgħa ta’ sfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjali.

33 Irregolati prinċipalment bir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
Il-kundizzjonalità tinkludi regoli għall-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u għall-manutenzjoni tal-materja organika u l-istruttura tal-ħamrija, kif ukoll għall-iżgurar ta’ livell minimu ta’ manutenzjoni, l-evitar tad-deterjorament ta’ ħabitati, u l-ħarsien u l-ġestjoni tal-ilma. L-ekoloġizzazzjoni hija marbuta ma’ għadd ta’ prattiki agrikoli sostenibbli li għandhom impatt pożittiv fuq l-art, bħall-manutenzjoni ta’ bwar permanenti u d-diversifikazzjoni tal-għelejjel.

34 Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej huma grupp ta’ ħames fondi separati: il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR); il-Fond Soċjali Ewropew; il-Fond ta’ Koeżjoni; il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR); u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.

35 Il-programmi tal-UE ta’ riċerka u innovazzjoni għall-2014-2020 (Orizzont 2020) u għall-2007-2013 (is-Seba’ Programm Kwadru).

36 FR: L’Instrument Financier pour l’Environnement. L-istrument finanzjarju tal-UE li jappoġġa proġetti favur l-ambjent, il-konservazzjoni tan-natura u l-azzjoni klimatika fl-UE kollha.

37 Stabbilit bħala rispons għal diżastri naturali kbar u bħala espressjoni tas-solidarjetà Ewropea mar-reġjuni milquta mid-diżastri ġewwa l-Ewropa. L-FSUE jista’ jintuża biss biex jirrestawra l-art wara li jkun seħħ diżastru naturali, mhux biex jipprevieni jew jimmitiga proċess li jista’ jseħħ fil-futur.

38 Grupp ta’ Ħidma dwar Kwistjonijiet Ambjentali Internazzjonali – Deżertifikazzjoni.

39 Id-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali (AGRI), id-DĠ Azzjoni Klimatika (CLIMA), id-DĠ Ambjent (ENV), id-DĠ Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) u d-DĠ Riċerka u Innovazzjoni (RTD).

40 L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Indikaturi dwar it-teħid ta’ art, Mejju 2018.

41 Implimentat fi sħubija mal-Istati Membri, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Esplojtazzjoni ta' Satelliti Meteoroloġiċi, iċ-Ċentru Ewropew għall-Previżjonijiet Metereoloġiċi fuq Perijodu Medju, l-Aġenziji tal-UE u Mercator Océan.

42 Is-satellita Sentinel-2A, ara http://www.copernicus.eu/main/sentinel-2a-orbit

43 Cherlet, M., Ivits, E., Sommer, S., Tóth, G., Jones, A., Montanarella, L., Belward, A., “Land Productivity Dynamics in Europe, Towards a Valuation of Land Degradation in the EU” (Id-Dinamika tal-Produttività tal-Art ġewwa l-Ewropa, Lejn Valutazzjoni tad-Degradazzjoni tal-Art fl-UE), iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, l-Istitut għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà, l-Unità tal-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Art, 2013.

44 Ir-rapport jistma li 85.1 % tal-erja totali tal-UE attwalment mhijiex affettwata minn tnaqqis fil-produttività tal-art, 5.6 % turi sinjali bikrija ta’ tnaqqis fil-produttività tal-art, u 1.5 % qed tesperjenza tnaqqis.

45 LUCAS 2015 ipprovda osservazzjonijiet dwar aktar minn 270 000 punt fit-28 Stat Membru tal-UE. L-istħarriġ LUCAS 2018 inbeda f’Marzu 2018 (jinkludi aktar minn 240 000 punt u madwar 99 000 interpretazzjoni bir-ritratti), u r-riżultati tiegħu se jkunu disponibbli fl-2019.

46 https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/indicators/soil-organic-carbon-1/assessment. L-akbar emissjonijiet ta’ CO2 mill-ħamrija huma dovuti għall-konverżjoni (skular) ta’ ħamrija organika.

47 Il-programm CORINE huwa bbażat fuq analiżi ta’ immaġni bis-satellita u mapep 44 klassi ta’ użu tal-art, miġbura f’ħames kategoriji prinċipali: superfiċji artifiċjali, żoni agrikoli, foresti u żoni seminaturali, artijiet mistagħdra u korpi tal-ilma.

48 Ara l-CAP context indicators 2014-2020 report, 2017 update (ir-Rapport 2014-2020 dwar l-indikaturi tal-kuntest relatati mal-PAK, aġġornament tal-2017).

49 Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent.

50 Ara eż. Cherlet, M., Zdruli, P., Zucca, C., “Desertification: Mapping Constraints and Challenges; Encyclopedia of Soil Science” (Deżertifikazzjoni: Immappjar tar-Restrizzjonijiet u tal-Isfidi; Enċiklopedija tax-Xjenza tal-Ħamrija), it-Tielet Edizzjoni, Taylor & Francis, 2017.

51 Fir-Rapport 2012 tiegħu dwar l-istat tal-ħamrija fl-Ewropa, il-JRC osserva li l-immappjar tal-ħamrija fl-Istati Membri mhuwiex suffiċjenti għall-ħtiġijiet attwali u li huwa diffiċli li jsiru analiżijiet transfruntieri minħabba d-differenzi bejn id-diversi settijiet tad-data nazzjonali.

52 Eżempji oħra huma s-salinizzazzjoni u l-kontaminazzjoni.

53 Il-Greċja (NAP 2001), Spanja (NAP 2008), l-Italja (NAP 2000), il-Portugall (NAP 1999) u r-Rumanija (NAP 2000).

54 Il-Bulgarija u s-Slovakkja.

55 April 2018, il-Kummissjoni kkonfermat lin-NU s-sejbiet tal-2008 dwar id-deżertifikazzjoni.

56 Wunder, S., Kaphengst, T., Frelih-Larsen, Dr. A., McFarland, K., Albrecht, S., “Implementing SDG target 15.3 on “Land Degradation Neutrality” – Development of an indicator based on land use changes and soil values” (Implimentazzjoni tal-Mira 15.3 tal-SDG dwar “Newtralità fir-rigward tad-Degradazzjoni tal-Art” – Żvilupp ta’ indikatur ibbażat fuq bidliet fl-użu tal-art u l-valuri tal-ħamrija), l-Istitut Ekoloġiku, Berlin f’isem l-Aġenzija Ġermaniża għall-Ambjent, 2018.

57 Ara r-Rapport Nru 8/2016 tal-EEA “The direct and indirect impacts of EU policies on land” (L-impatti diretti u indiretti tal-politiki tal-UE dwar l-art), p. 11 u p. 66.

58 Ara r-Rapport Nru 8/2016 tal-EEA “L-impatti diretti u indiretti tal-politiki tal-UE dwar l-art” (L-impatti diretti u indiretti tal-politiki tal-UE dwar l-art), p. 66.

59 Ara r-Rapport Speċjali Nru 26/2016 “Iż-żieda fl-effettività tal-kundizzjonalità u l-ksib ta' simplifikazzjoni għadhom diffikultużi”.

60 Il-Bord Żvediż tal-Agrikoltura, Environmental Effects of Cross-Compliance, 2011 (Effetti Ambjentali tal-Kundizzjonalità), 2011.

61 Pereżempju: il-bdiewa żgħar, il-bdiewa organiċi, il-bdiewa bi proporzjon kbir ta’ bwar. Ara https://ec.europa.eu/agriculture/direct-support/greening_en.

62 Ara r-Rapport Speċjali Nru 21/2017 - “Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva”, il-paragrafi 26 sa 57.

63 Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar Pagamenti Diretti ta’ Ekoloġizzazzjoni, 2018, ibbażat fuq data tal-2015.

64 L-art koperta minn obbligi ta’ ekoloġizzazzjoni tista’ tkun jerġa’ aktar baxxa minn hekk, anki jekk obbligi bħal dawn japplikaw biss għal roqgħa art waħda, irrispettivament mid-daqs tagħha, għax l-erja tal-azjenda agrikola kollha xorta waħda tiġi inkluża fl-indikatur.

65 Aħna eżaminajna l-RDPs nazzjonali tal-ħames Stati Membri kollha li żorna, u l-RDPs reġjonali ta’ Andalusija (Spanja) u Sqallija (l-Italja).

66 Dawn il-miżuri kienu, ġeneralment, imfassla taħt il-prijorità “Ir-restawr, l-ippreżervar u t-titjib tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u mal-forestrija” tal-RDPs.

67 COM(2018) 392 final tal-1 ta’ Ġunju 2018, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni.

68 L-indikaturi tar-riżultati proposti jinkludu: il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa (R14), it-titjib tal-ħamrija (R18), il-ġestjoni sostenibbli tan-nutrienti (R21).

69 Xi wħud mill-Istati Membri inkorporaw id-deżertifikazzjoni fl-istrateġija tagħhom għat-tibdil fil-klima billi rreferew għan-NAPs tagħhom.

70 Ara r-Rapport tal-EEA Nru 8/2016 “L-impatti diretti u indiretti tal-politiki tal-UE dwar l-art” (L-impatti diretti u indiretti tal-politiki tal-UE dwar l-art).

71 Eż. LEDDRA, PRACTICE, RECARE, BIODESERT.

72 http://ec.europa.eu/environment/soil/process_en.htm

73 Nkonya, E., Mirzabaev, A., u von Braun, J., “Economics of Land Degradation and Improvement: An Introduction and Overview,”Economics of Land Degradation and Improvement – A Global Assessment for Sustainable Development” (Ekonomija tad-Degradazzjoni u t-Titjib tal-Art: Introduzzjoni u Stampa Ġenerali, Ekonomija tad-Degradazzjoni u t-Titjib tal-Art: Introduzzjoni u Stampa Ġenerali – Valutazzjoni Kumplessiva għall-Iżvilupp Sostenibbli), 2016, pp. 24-26; Intergovernmental Science-Policy Platform on Biodiversity and Ecosystem Services, “Thematic assessment of land degradation and restoration” (Pjattaforma Intergovernattiva Xjentifika u Politika dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi tal-Ekosistema, Valutazzjoni tematika tad-degradazzjoni u r-rivitalizzazzjoni tal-art), Marzu 2018.

74 L-Istati Membri li żorna sabuha diffiċli biex jipproduċu lista ta’ proġetti relatati mad-deżertifikazzjoni għall-awditu tagħna, billi ma kienx hemm politika speċifika relatata. B’mod ġenerali, il-proġetti ma ġewx identifikati bħala relatati mad-deżertifikazzjoni, iżda indirizzawha pjuttost indirettament.

75 Podimata, M. V. u Yannopoulos, P. C., “Evolution of Game Theory Application in Irrigation Systems” (Evoluzzjoni tal-Applikazzjoni tat-Teorija Matematika dwar Deċiżjonijiet f’Sistemi ta’ Irrigazzjoni), Agriculture and Agricultural Science Procedia 4, 2015, pp. 271-281; Muñoz, P., Antón, A., Nuñez, M., Paranjpe, A., Ariño, J., Castells, X., Montero, J.I., Rieradevall, J., “International Symposium on High Technology for Greenhouse System Management” (Simpożju Internazzjonali dwar Teknoloġija ta’ Livell Għoli għall-Ġestjoni tas-Sistemi ta’ Gassijiet Serra), ISHS Acta Horticulturae 801, Greensys, 2007; Kattakulov, F., Špoljar, M., Razakov, R., “Advantages and disadvantages of irrigation: focus on semi-arid regions. The Holistic Approach to Environment” (Vantaġġi u żvantaġġi tal-irrigazzjoni: fokus fuq reġjuni semiaridi. L-Approċċ Olistiku għall-Ambjent), 2017, pp. 29-38.

76 L-EEA tistma li 25 % tal-art agrikola saqwija fir-reġjun tal-Mediterran hija affettwata minn salinizzazzjoni (2015 State of the Environment Report (Rapport tal-2015 dwar il-Qagħda tal-Ambjent)).

77 Ara l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Pereżempju, l-analiżi ambjentali trid turi li l-investiment ma jkollu l-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent.

78 IPCC, “Tisħin Globali ta’ 1.5°C”, 2018, Sessjoni ta’ Approvazzjoni, it-Tabella 5.2, pp. 5-64 u pp. 5-68.

79 L-oqfsa ta' evalwazzjoni eżistenti, b’mod partikolari għall-FAEŻR, ma għandhomx indikaturi speċifiċi ta’ monitoraġġ dwar id-deżertifikazzjoni jew id-degradazzjoni tal-art, għalkemm hemm indikaturi tal-kuntest marbuta, sa ċertu punt, mad-degradazzjoni tal-art: il-kopertura tal-art, il-materja organika fil-ħamrija f’raba’ li tinħadem, l-erożjoni tal-ħamrija bl-ilma.

80 Fir-Rapport ta’ Monitoraġġ dwar l-SDGs tal-UE 2018 tiegħu, id-DĠ ESTAT jikkonferma li l-analiżi tiegħu għall-Mira 15.3 tiffoka biss fuq żewġ aspetti: il-kopertura artifiċjali tal-art u l-erożjoni tal-ħamrija. Minħabba li proċessi oħra ta’ degradazzjoni tal-art bħall-kontaminazzjoni, it-telf tal-bijodiversità tal-ħamrija, l-erożjoni mir-riħ, it-tnaqqis fil-materja organika, il-kompressjoni, is-salinizzazzjoni u d-deżertifikazzjoni mhumiex koperti mill-indikatur stabbilit, ir-riżultati tal-analiżi huma limitati.

81 Pereżempju, fl-2016, il-gvern Ċiprijott ħareġ 21 avviż dwar maltempati tat-trab.

82 Ara eż. Hagemann, N., SOILS4EU, “Transboundary effects of soil degradation in the EU” (Effetti transkonfinali tad-degradazzjoni tal-ħamrija ġewwa l-UE), iċ-Ċentru Helmholtz għar-Riċerka Ambjentali, 2018 u http://ec.europa.eu/environment/soil/index_en.htm.

83 Wunder, S., Kaphengst, T., Frelih-Larsen, Dr. A., McFarland, K., Albrecht, S., Implimentazzjoni tal-Mira 15.3 tal-SDG dwar “Newtralità fir-rigward tad-Degradazzjoni tal-Art” – Żvilupp ta’ indikatur ibbażat fuq bidliet fl-użu tal-art u l-valuri tal-ħamrija, l-Istitut Ekoloġiku, Berlin f’isem l-Aġenzija Ġermaniża għall-Ambjent; 2018, pp. 12 u 38.

84 Il-mudell MEDALUS (akronimu ta’ “Mediterranean Desertification and Land Use” (Deżertifikazzjoni u Użu tal-Art fil-Mediterran)) ġie ttestajt l-aktar fil-pajjiżi tal-baċir tal-Mediterran u jintuża b’mod mifrux bħala għodda għad-detezzjoni taż-żoni li jinsabu fl-akbar riskju f’termini ta’ degradazzjoni tal-art.

85 Sanjuan, M. E., del Barrio, G., Ruiz, A., Puigdefabregas, J., DesertWatch project (Proġett DesertWatch), 2011.

86 COM(2012) 46 final, it-13 ta’ Frar 2012, L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija u attivitajiet kontinwi.

87 Preżentazzjoni tal-JRC (Panagos, P.) lis-sessjoni ta’ ħidma tad-DĠ AGRI “Identifikazzjoni ta’ sfidi relatati mal-erożjoni tal-ħamrija u mal-agrikoltura”, 2018.

88 https://esdac.jrc.ec.europa.eu/content/soil-erosion-water-rusle2015

89 https://knowledge.unccd.int/glo

90 https://www.ipbes.net/assessment-reports/ldr

91 https://wad.jrc.ec.europa.eu/

92 Álvarez-Martínez, J., Gómez-Villar, A., Lasanta, T., 2016. The use of goats grazing to restore pastures invaded by shrubs and avoid desertification: a preliminary case study in the Spanish Cantabrian Mountains. Land Degrad. Dev. 27, 3–13.

93 https://www.eea.europa.eu/publications/92-9167-056-1/page012.html

94 http://ec.europa.eu/environment/soil/pdf/Soil_inventory_report.pdf

95 Tabella 1 fil- Kopertura tal-art fl-UE.

96 Sors: https://ec.europa.eu/agriculture/organic/consumer-trust/environment_en

97 Sors: CAP context indicator 19 – Area under organic farming: https://ec.europa.eu/agriculture/cap-indicators/context/2017/c19_en.pdf

98 ĠU C 153, il-21 ta’ Mejju 2014 u corrigendum fil-ĠU C 163 tat-28 ta’ Mejju 2014.

99 L-Indikaturi ta’ impatt proposti jinkludu: “it-tnaqqis tal-erożjoni tal-ħamrija” (I.13) u “t-tisħiħ tal-ġbir tal-karbonju” (I.11). Dan l-indikatur tal-aħħar huwa formalment allokat għall-għan speċifiku dwar it-tibdil fil-klima aktar milli l-għan speċifiku fuq il-ġestjoni tar-riżorsi naturali iżda madankollu huwa rilevanti ħafna għall-ħarsien u l-kwalità tal-ħamrija.

100 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:32013R0525&from=EN

101 https://ec.europa.eu/energy/en/topics/energy-strategy-and-energy-union/governance-energy-union

102 http://ec.europa.eu/environment/soil/pdf/Soil_inventory_report.pdf

Avveniment Data
Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu 15.11.2017
L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) 27.9.2018
Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja 14.11.2018
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha 13.12.2018

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla I tal-Awditjar, Użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, li hija mmexxija minn Nikolaos Milionis, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Phil Wynn Owen, Membru tal-QEA. Fit-tħejjija tar-rapport, huwa ngħata appoġġ minn Gareth Roberts, Olivier Prigent, Katharina Bryan, u Victoria Gilson mill-Kabinett tiegħu; Colm Friel, Maniġer Prinċipali; Ramona Bortnowschi, Kap tal-Kompitu; Jan Huth, Deputat Kap tal-Kompitu; Paulo Braz, Antonio Caruda Ruiz, Marcos Homrich Hickmann, Ioan Alexandru Ilie, Michela Lanzutti, Michail Konstantopoulos, Ioannis Papadakis, Ernesto Roessing, u Raluca-Elena Sandu, Awdituri. Richard Moore pprovda appoġġ lingwistiku. Rachel O’Doherty ipprovdiet assistenza segretarjali.

Mix-xellug għal-lemin: Olivier Prigent, Phil Wynn Owen, Marcos Homrich Hickmann, Katharina Bryan, Antonio Caruda Ruiz, Jan Huth, Ramona Bortnowschi, Colm Friel, Victoria Gilson, Gareth Roberts, Ernesto Roessing, Richard Moore.

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2018

PDF ISBN 978-92-847-1516-9 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/657726 QJ-AB-18-031-MT-N
HTML ISBN 978-92-847-1520-6 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/090819 QJ-AB-18-031-MT-Q

© L-Unjoni Ewropea, 2018

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: https://publications.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt

Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.