Rapport Speċjali
Nru34 2016

Il-Ġlieda kontra l-Ħela tal-Ikel: opportunità għall-UE sabiex ittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi tal-katina tal-provvista tal-ikel

(skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE)

SOMMARJU:Il-ħela tal-ikel hija problema globali li fis-snin reċenti kisbet aktar prominenza fl-aġenda pubblika u politika. L-ikel huwa prodott bażiku prezzjuż u l-produzzjoni tiegħu tista’ tirrikjedi ħafna riżorsi. L-istimi juru li sa terz mill-ikel jinħela jew jintilef, u għalhekk hemm konsegwenzi ambjentali u ekonomiċi enormi involuti.
L-awditu eżamina r-rwol tal-UE fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel, l-azzjonijiet li ttieħdu sa issa u l-mod li bih jaħdmu d-diversi strumenti ta’ politika tal-UE biex titnaqqas il-ħela tal-ikel. Huwa ffoka fuq l-azzjonijiet ta’ prevenzjoni u ta’ donazzjoni li huma dawk l-aktar preferuti fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel.
Dan ir-rapport jikkonkludi li sa issa, l-azzjoni ma kinitx suffiċjenti, u li l-istrateġija tal-UE dwar il-ħela tal-ikel trid tiġi msaħħa u kkoordinata aħjar. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tesplora modi ta’ kif il-politiki eżistenti jistgħu jintużaw biex ikun hemm titjib fil-ġlieda kontra l-ħela u t-telf tal-ikel.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli wkoll f'23 lingwa u fil-formati li ġejjin:
HTML PDF EPUB PRINT
html logo PDF General Report EPUB General Report Paper General Report

Sommarju eżekuttiv

I

Il-ħela tal-ikel hija problema globali li fis-snin reċenti kisbet aktar prominenza fl-aġenda pubblika u politika. L-importanza tagħha se tibqa’ tiżdied, speċjalment minħabba l-ħtieġa li tiġi mitmugħa l-popolazzjoni globali li dejjem qiegħda tikber. L-ikel huwa prodott bażiku prezzjuż u l-produzzjoni tiegħu tista’ tirrikjedi ħafna riżorsi. Stimi attwali jindikaw li, globalment, madwar terz tal-ikel li jiġi prodott għall-konsum mill-bniedem jinħela jew jintilef, u dan qed ikollu konsegwenzi ekonomiċi u ambjentali.

II

F’dan l-isfond, il-Qorti eżaminat ir-rwol li l-UE jista’ jkollha fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel. Aħna ħarisna lejn l-azzjonijiet li ttieħdu sa issa u lejn kif id-diversi strumenti tal-politika tal-UE jaħdmu sabiex titnaqqas il-ħela tal-ikel. Aħna ffukajna fuq l-azzjonijiet ta’ prevenzjoni u ta’ donazzjoni, li huma dawk l-aktar preferuti fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel.

III

L-awditu eżamina l-mistoqsija “L-UE tikkontribwixxi għal katina tal-provvista tal-ikel effiċjenti fir-riżorsi billi tiġġieled kontra l-ħela tal-ikel b’mod effettiv?” Dan sab li attwalment hija ma tagħmilx dan, iżda r-rapport jenfasizza l-modi li bihom il-politiki attwali jistgħu jintużaw b’mod aktar effettiv biex tiġi indirizzata l-problema. Ħafna mit-titjib potenzjali la jirrikjedi inizjattivi ġodda u lanqas żieda fil-finanzjament pubbliku, iżda minflok jinvolvi allinjament aħjar tal-politiki eżistenti, titjib fil-koordinazzjoni, u l-identifikazzjoni ċara tat-tnaqqis fil-ħela tal-ikel bħala objettiv ta’ politika. B’mod speċifiku, l-awditu sab li:

  1. Minkejja l-importanza dejjem tikber tal-ħela tal-ikel fl-aġenda politika, l-ambizzjoni tal-Kummissjoni naqset matul iż-żmien. L-azzjoni li ttieħdet sa issa kienet frammentata u intermittenti, u hemm nuqqas ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-Kummissjoni. In-nuqqas ta’ definizzjoni komuni għall-ħela tal-ikel u n-nuqqas ta’ linja bażi miftiehma, li jistgħu jkunu l-punt tat-tluq biex jiġi mmirat it-tnaqqis fil-ħela, xekklu progress ulterjuri.
  2. Il-ħela tal-ikel hija problema matul il-katina tal-provvista tal-ikel kollha kemm hi u għalhekk jenħtieġ li tiġi mmirata azzjoni tul il-katina kollha b’benefiċċji potenzjali għal dawk kollha involuti. Jenħtieġ li l-enfasi tkun fuq il-prevenzjoni, billi l-benefiċċji li tiġi evitata l-ħela huma akbar minn meta din tiġi indirizzata aktar tard. Filwaqt li jeżistu għadd ta’ politiki tal-UE li għandhom il-potenzjal li jiġġieldu kontra l-ħela tal-ikel, dan il-potenzjal mhuwiex jiġi sfruttat u l-opportunitajiet offruti għadhom iridu jittieħdu. Kien hemm nuqqas notevoli ta’ valutazzjoni tal-impatt tad-diversi politiki tal-UE fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel. Oqsma ta’ politika kbar, bħalma huma l-agrikoltura, is-sajd u s-sikurezza alimentari, kollha għandhom sehem x’jagħtu u jistgħu jintużaw biex il-ħela tal-ikel tiġi miġġielda aħjar. Għandu jiġi rikonoxxut li tibdiliet fil-politika li saru matul iż-żmien, inklużi riformi fil-PAK u fil-politika tas-sajd, kellhom impatt pożittiv. Pereżempju it-tbegħid minn politika agrikola bbażata fuq interventi naqqas il-produzzjoni eċċessiva. Ir-rapport jenfasizza għadd ta’ prattiki tajbin, iżda l-impatt pożittiv tagħhom kien aktar koinċidenza milli r-riżultat ta’ azzjoni politika mmirata.
  3. F’termini ta’ donazzjoni ta’ ikel, għadd ta’ ostakoli li jeżistu bħalissa, bħal interpretazzjonijiet differenti ta’ dispożizzjonijiet legali, jistgħu jiġu indirizzati biex tiġi ffaċilitata d-donazzjoni ta’ ikel li jkun se jinħela.
IV

Ir-rapport jagħmel tliet rakkomandazzjonijiet:

  1. Jenħtieġ li l-istrateġija tal-UE biex tiġi miġġielda l-ħela tal-ikel tissaħħaħ u tiġi kkoordinata aħjar. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibni fuq il-passi inizjali tagħha biex tiżviluppa pjan ta’ azzjoni għas-snin li ġejjin.
  2. Waqt li tikkoordina d-diversi politiki li għandhom il-potenzjal li jiġġieldu kontra l-ħela tal-ikel, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-ħela tal-ikel fil-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha fil-futur u tallinja aħjar il-politiki differenti tal-UE li jistgħu jiġġieldu l-ħela tal-ikel.
  3. Biex tiffaċilita d-donazzjoni ta’ ikel li jkun se jinħela, il-Kummissjoni tista’ tikkjarifika b’mod utli l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali li jistgħu jiskoraġġixxu d-donazzjonijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tħeġġeġ l-isfruttar ulterjuri tal-possibbiltajiet eżistenti għal donazzjoni u tqis kif hija tista’ tiffaċilita donazzjonijiet f’oqsma ta’ politika oħra.

Introduzzjoni

01

Il-ħela tal-ikel hija problema rikonoxxuta li fis-snin reċenti saret aktar importanti politikament u soċjalment. Ħafna dikjarazzjonijiet politiċi ta’ livell għoli li ġew ifformulati f’dawn l-aħħar 10 snin jesprimu l-ħtieġa li l-ħela tal-ikel tiġi miġġielda. Din tiġi ġġenerata tul il-katina tal-provvista tal-ikel kollha kemm hi fl-istadji tal-produzzjoni, tal-ipproċessar, tal-bejgħ bl-imnut u tal-konsum. Il-ħela tal-ikel tista’ tiġi ddefinita b’ħafna modi differenti u ma hemmx metodoloġija unika kif tista’ titkejjel. Madankollu, huwa rikonoxxut b’mod ġenerali li, f’livell globali, madwar terz tal-ikel li jiġi prodott għall-konsum mill-bniedem jinħela jew jintilef1. L-ispejjeż ekonomiċi u ambjentali annwali relatati mal-ħela madwar id-dinja huma stmati min-Nazzjonijiet Uniti f’ammont ta’ madwar USD 1.7 triljun.

Is-suġġett tal-awditjar

Kif tista’ tiġi ddefinita l-ħela tal-ikel?

02

Attwalment ma hemmx qbil dwar definizzjoni ta’ ħela tal-ikel fil-livell tal-UE. L-Istati Membri qed jużaw definizzjonijiet differenti, bħalma l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) tuża d-definizzjoni proprja tagħha2.

03

F’Lulju 2014 il-proġett Ewropew ta’ riċerka FUSIONS ippropona qafas ieħor biex jiġi ddefinit l-iskart mill-ikel3 u f’Marzu 2016 huwa ppropona metodoloġija għall-kejl u l-monitoraġġ tal-ammonti ta’ ħela tal-ikel4. Aktar reċentement, f’Ġunju 2016, ġie ppubblikat Standard globali għall-Kontabbiltà u r-Rappurtar dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel, minn sħubija ta’ diversi partijiet interessati5.

04

Għall-iskop ta’ dan ir-rapport, il-ħela ta’ ikel tirreferi għal kwalunkwe prodott jew parti minn prodott li jitkabbar, jinqabad jew jiġi pproċessat għall-konsum tal-bniedem li jkun seta’ ttiekel li kieku ġie mmaniġġjat jew inħażen b’mod differenti. Filwaqt li huwa rikonoxxut li din id-definizzjoni tista’ ma tkunx direttament kumpatibbli mal-qafas regolatorju attwali tal-UE, definizzjonijiet oħra bħal dawk li jintużaw minn FUSIONS, mill-FAO u mill-Istati Membri li nżaru f’dan l-awditu, ukoll ma jaqblux ma’ dak il-qafas.

Il-ġerarkija tal-iskart applikata għall-ħela tal-ikel

05

Ġerarkija tal-iskart tipprijoritizza azzjonijiet ta’ trattament tal-iskart u mill-aktar preferuti sal-inqas preferuti bbażat fuq is-sostenibbiltà ambjentali. Id-Direttiva Qafas tal-UE dwar l-Iskart6 tiddefinixxi l-ġerarkija tal-iskart tal-UE7. Din il-ġerarkija tista’ tiġi applikata għall-ħela tal-ikel iżda jenħtieġ li tiġi mmodifikata xi ftit biex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-partikolaritajiet tal-ikel. Bosta Stati Membri adattaw il-ġerarkija tal-iskart għall-ikel, bl-ordni ta’ preferenza kif jidher fil-Figura 1.

Figura 1

Il-ġerarkija tal-iskart għall-ikel1

1 Attwalment ma hemmx leġiżlazzjoni jew gwida speċifika tal-UE dwar kif il-ġerarkija tal-iskart tal-UE għandha tiġi applikata għall-ikel. L-istampa fil-Figura 1 hija bbażata fuq il-ġerarkiji eżistenti tal-iskart li ġejjin: Wageningen University’s Ladder of Moerman (is-Sellum ta‘ Moerman tal-Università ta‘ Wageningen), Food Waste Pyramid for London (il-Piramida tal-Iskart tal-Ikel għal Londra), il-ġerarkija tal-iskart għall-ikel ta‘ OVAM (l-Aġenzija Pubblika tal-Iskart tal-Fjandri), il-ġerarkija tal-iskart għall-ikel ta‘ FEVIA (Fédération de l’Industrie Alimentaire/Federatie Voedingsindustrie) u l-ġerarkija tal-iskart għall-ikel tal-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali tal-Istati Uniti.

06

Skont id-definizzjoni ta’ ħela tal-ikel li tintuża għal dan ir-rapport, il-ħela tal-ikel tikkostitwixxi t-tliet saffi tal-qiegħ fil-ġerarkija ta’ hawn fuq (riċiklaġġ, irkupru ieħor u rimi). It-tliet saffi ta’ fuq (prevenzjoni, donazzjoni u għalf tal-annimali) huma azzjonijiet li jistgħu jittieħdu qabel ma l-ikel ikun jikkostitwixxi skart u huma l-aktar preferibbli (minn perspettiva ekonomika u ambjentali). Il-fokus ta’ dan l-awditu huwa fuq il-prevenzjoni u d-donazzjoni, l-ogħla żewġ saffi fil-ġerarkija.

Data dwar il-Ħela tal-Ikel

07

Skont il-Kummissjoni Ewropea, fl-UE jinħlew madwar 88 miljun tunnellata ta’ ikel kull sena8. Huwa stmat li l-ħela totali tal-ikel fl-UE se tiżdied għal bejn wieħed u ieħor 126 miljun tunnellata sal-2020 dment li ma jittiħdux azzjoni jew miżuri preventivi addizzjonali9. Id-data dwar il-ħela tal-ikel tvarja b’mod sinifikanti skont is-sors. Evidentement, waħda mir-raġunijiet għal dan hija l-interpretazzjoni differenti ta’ x’jikkostitwixxi ħela tal-ikel (jiġiferi n-nuqqas ta’ qbil dwar definizzjoni) u l-metodoloġiji differenti li jintużaw biex ikejluha. Studji differenti jippreżentaw data diverġenti għal kull wieħed mis-setturi tal-katina tal-provvista tal-ikel. It-Tabella 1 tippreżenta r-riżultati ta’ għażla minn dawn l-istudji u turi li l-ħela tal-ikel isseħħ matul il-katina alimentari kollha kemm hi, għalkemm jenħtieġ li tingħata attenzjoni waqt it-tqabbil tar-riżultati billi l-metodoloġija u d-definizzjoni ta’ ħela tal-ikel mhumiex omoġenji.

Tabella 1

Is-sehem tal-ħela tal-ikel fl-istadji differenti tal-katina tal-provvista tal-ikel (f’%) skont studji differenti1

FAO (l-Ewropa)Foodspill (il-Finlandja)FH Münster (il-Ġermanja)Bio Intelligence Service (l-UE)Fusions2 (l-UE)
Is-settur tal-produzzjoni2319 - 232234.211
Is-settur tal-ipproċessar1717 - 203619.519
Is-settur tal-bejgħ bl-imnut930 - 3235.117
Il-konsumaturi5228 - 314041.253

1 Analiżi tal-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI) ibbażata fuq Global food losses and waste – extent, causes and prevention (It-telf u l-ħela tal-ikel madwar id-dinja – il-firxa, il-kawżi u l-prevenzjoni) tal-FAO fl-2011. Ruma: NU FAO. Ġunju 2013; http://www.mtt.fi/foodspill, 2011; https://www.fh-muenster.de/isun/lebensmittelabfall-projekte.php, 2012; ITAS-calculations based on the SIK-methodology (Kalkoli ITAS ibbażati fuq il-metodoloġija SIK)(Gustavsson et al., 2013); FUSIONS, “Estimates of European food waste levels” (Stimi tal-livelli Ewropej ta’ ħela tal-ikel), 2016.

2 L-istudju jirrikonoxxi li hemm inċertezza moderatament għolja madwar din l-istima (il-paġna 27). B’mod partikolari għad-data relatata mas-settur tal-produzzjoni, l-istimi huma bbażati fuq data minn sitt pajjiżi biss u l-inċertezzi stmati ta’ ±17 % huma probabbilment stmati b’mod insuffiċjenti (il-paġna 21).

Il-ħela tal-ikel tiġi ġġenerata matul il-katina tal-provvista tal-ikel kollha kemm hi

08

Is-sitwazzjonijiet li jiġġeneraw il-ħela tal-ikel jistgħu jkunu differenti ħafna iżda jseħħu f’kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel. Bosta studji analizzaw il-modi differenti kif jinħela l-ikel10. Għadd ta’ sitwazzjonijiet jidhru fil-Figura 2.

Figura 2

Sitwazzjonijiet li jiġġeneraw il-ħela tal-ikel u telf ta’ ikel matul il-katina tal-provvista tal-ikel

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-ispiża tal-ħela tal-ikel

09

L-ispiża assoċjata mal-ħela tal-ikel hija magħmula minn tal-inqas żewġ tipi ta’ spejjeż: l-ispejjeż ekonomiċi u dawk ambjentali. L-ispiża ekonomika ma tinkludix biss l-ispiża marbuta mal-valur tal-prodotti nfushom, iżda wkoll l-ispejjeż relatati mal-produzzjoni, it-trasport u l-ħżin tal-prodotti moħlija, kif ukoll l-ispejjeż tat-trattament tagħhom. Minn perspettiva ambjentali, l-ħela tal-ikel tirrappreżenta ħela tar-riżorsi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodott, bħalma huma l-art, l-ilma, l-enerġija u inputs oħrajn, u żieda fl-emissjonijiet ta’ gass serra b’riżultat ta’ dan.

10

Minħabba d-diffikultajiet fil-ksib ta’ data kompleta, affidabbli u armonizzata dwar il-kwantitajiet attwali ta’ ħela tal-ikel eżistenti, kull stima tal-ispiża tal-ħela se tbati minn nuqqas ta’ affidabbiltà. Madankollu, xi studji ppruvaw jiddeterminaw l-ispiża tal-ħela tal-ikel u dawn iċ-ċifri jistgħu jintużaw bħala indikaturi tal-punt potenzjali sa fejn twassal il-problema tal-ħela tal-ikel.

11

Il-FAO wettqet valutazzjoni tal-ispiża tal-ħela tal-ikel fuq skala globali u sabet li minbarra l-ispiża ekonomika stmata ta’ USD 1 triljun kull sena (il-valur tal-prodotti moħlija u s-sussidji mħallsa biex dawn ġew prodotti), l-ispejjeż ambjentali (bħall-emissjonijiet ta’ gass serra, l-iskarsezza tal-ilma u l-erożjoni) jammontaw għal madwar USD 700 biljun11.

Il-ħela tal-ikel u l-qawwiet tas-suq

12

Ir-raġunijiet li għalihom tiġi ġġenerata l-ħela tal-ikel ivajraw skont ir-rwol ta’ kull attur fil-katina tal-provvista tal-ikel. Ġeneralment, id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-operaturi ta’ negozji (il-produtturi, il-proċessuri u l-bejjiegħa bl-imnut) jittieħdu bl-għan li jiġi mmassimizzat il-profitt, anke jekk xi deċiżjonijiet jistgħu jinvolvu l-ġenerazzjoni ta’ ċertu ammont ta’ ħela tal-ikel. Filwaqt li d-diversi operaturi ma jkollhomx l-intenzjoni li jiġġeneraw ħela tal-ikel, spiss din xorta waħda tkun il-konsegwenza.

13

Il-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet li jistgħu jwasslu għall-ħela tal-ikel għal raġunijiet differenti għalkollox. Għal dawn, hija aktar kwistjoni li jiksbu sodisfazzjon, kemm jekk f’termini tal-ħtiġijiet nutrizzjonali tagħhom kif ukoll f’aspetti oħra (eż. il-kwalità, l-abbundanza, il-varjetà, il-prezz, eċċ.).

14

Ir-raġunijiet għalfejn tiġi ġġenerata l-ħela tal-ikel huma marbutin intrinsikament mal-kwistjoni ta’ min iħallas għall-ispiża assoċjata mal-ikel moħli. Rigward l-ispiża ekonomika tal-ħela tal-ikel, hemm mill-inqas tliet gruppi differenti ta’ atturi li jħallsu għaliha: il-konsumaturi, operaturi speċifiċi fil-katina tal-provvista tal-ikel u organizzazzjonijiet tal-karità.

  • L-operaturi fil-katina tal-provvista tal-ikel jinternalizzaw l-ispiża tal-ħela tal-ikel u jinkluduha fil-prezz aħħari tal-prodott għall-konsumatur. Pereżempju, wisq probabbli bejjiegħ bl-imnut jgħolli l-prezz ta’ prodott biżżejjed biex jieħu kont tal-ispiża kemm tal-prodotti mibjugħa kif ukoll ta’ dawk li ma jkunux mistennija jinbiegħu.
  • Parti mill-ispiża tal-ħela tal-ikel tista’ tingħadda minn operatur wieħed ta’ negozju tal-ikel għal operatur ieħor. Pereżempju fejn ikun hemm żbilanċi sinifikanti fis-setgħat ta’ negozjar bejn żewġ operaturi ta’ negozji, l-ispiża tal-ħela tal-ikel tista’ tiġġarrab mill-operatur l-aktar dgħajjef.
  • Parti mill-ispiża tal-ħela tal-ikel tista’ wkoll tiġi esternalizzata lill-organizzazzjonijiet tal-karità fil-forma ta’ donazzjoni ta’ ikel. L-organizzazzjonijiet tal-karità spiss iġarrbu l-ispejjeż tal-għażla, il-ħżin, l-immaniġġar u t-trattament li kieku kienu jitħallsu mill-operaturi li jagħtu dak l-ikel b’donazzjoni.

L-ispiża ambjentali tal-ħela tal-ikel titħallas mis-soċjetà kollha kemm hi, prinċipalment permezz tal-iskarsezza dejjem tikber tar-riżorsi naturali (li fuq terminu twil tista’ tirriżulta f’żieda fil-prezz ta’ dawn ir-riżorsi).). L-Anness I juri, permezz ta’ żewġ eżempji konkreti, kif il-qawwiet tas-suq jinfluwenzaw il-ġenerazzjoni tal-ħela tal-ikel. Filwaqt li r-rapport ma jikkonċentrax fuq dawn il-qawwiet tas-suq, aħna nirrikonoxxu l-importanza tagħhom fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel. Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew12 irrikonoxxew ir-rwol ta’ dawn il-forzi fil-katina tal-provvista tal-ikel.

Il-ħela tal-ikel u l-UE

15

Il-ħela tal-ikel hija problema globali. Anke jekk l-azzjoni tal-UE rigward il-ħela tal-ikel, minnha nnifisha, se jkollha effetti limitati fil-livell dinji, l-UE, bħala attur importanti fix-xena internazzjonali, tista’ tħalli impatt fuq il-volum ta’ ħela tal-ikel li jiġi ġġenerat permezz tal-politiki differenti li hija responsabbli għalihom (bħalma huma l-Politika Agrikola Komuni, il-Politika Komuni tas-Sajd, il-Politika dwar is-Sikurezza Alimentari, u l-Politika dwar l-Iskart). F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni terfa’ r-responsabbiltà billi hija l-inizjatur tad-dispożizzjonijiet legali tal-UE li jistgħu jinfluwenzaw il-ġenerazzjoni tal-ħela tal-ikel.

16

Fil-livell tal-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali (DĠ) Saħħa u Sikurezza Alimentari huwa responsabbli mid-dossier dwar il-ħela tal-ikel. F’dak il-kuntest huwa jieħu għadd ta’ azzjonijiet (bħat-twaqqif ta’ gruppi ta’ ħidma u gruppi ta’ esperti) u inizjattivi ta’ komunikazzjoni. Bosta Direttorati Ġenerali oħra tal-Kummissjoni għandhom ukoll sehem x’jagħtu fil-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel billi ħafna mill-politiki u d-dispożizzjonijiet tal-UE jistgħu jinfluwenzaw il-ġenerazzjoni tal-ħela tal-ikel (bħall-politika agrikola, il-politika tas-sajd, il-politika dwar is-sikurezza alimentari, il-politika dwar l-iskart) (ara l-Anness II).

17

Ir-responsabbiltà tal-Istati Membri fir-rigward tal-ħela tal-ikel hija daqstant ieħor importanti. L-Istati Membri jistgħu jiffavorixxu jew ifixklu l-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u d-donazzjoni ta’ ikel skont il-mod kif jippromulgaw id-dispożizzjonijiet tal-UE. Diskutibbilment, ir-responsabbiltà tagħhom hija saħansitra aktar importanti billi huma jistgħu iniedu l-inizjattivi proprji tagħhom (barra l-qafas tal-UE) biex jindirizzaw il-ħela tal-ikel13.

L-awditu

Ambitu u approċċ tal-awditjar

18

Hemm bosta studji dwar il-ħela tal-ikel, iżda l-ebda wieħed minnhom ma ffoka fuq ir-responsabbiltà tal-UE14 f’dan ir-rigward. Għalhekk, l-awditu mwettaq mill-Qorti kellu l-għan li jipprovdi analiżi komprensiva tas-suġġett tal-ħela tal-ikel, kif jidher mill-perspettiva kumplessiva tal-UE.

19

Aħna nagħrfu li l-politiki u d-dispożizzjonijiet legali li ġew analizzati fil-kuntest ta’ dan l-awditu għandhom objettivi differenti minn dak tal-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel. Filwaqt li ma jindirizzawx il-problema tal-ħela tal-ikel b’mod speċifiku, xi strumenti differenti tal-UE xorta waħda għandhom effett fuq l-imġiba tal-atturi differenti fil-katina alimentari. Din l-imġiba tista’ twassal għal żieda jew għal tnaqqis fl-ammont ta’ ikel li jinħela. L-UE għandha l-abbiltà li tinfluwenza l-ħela tal-ikel permezz tal-fondi differenti għad-dispożizzjoni tagħha u permezz tad-dispożizzjonijiet differenti li jaffettwaw il-funzjonament tal-atturi fil-katina tal-provvista tal-ikel. Dan l-awditu kkonċentra eskussivament fuq il-prevenzjoni u d-donazzjoni, billi dawn l-azzjonijiet huma l-aktar żewġ modi preferuti ta’ kif tiġi miġġielda l-ħela tal-ikel skont il-ġerarkija tal-iskart għall-ikel (ara l-Figura 1).

20

Aħna identifikajna l-istrumenti tal-UE (il-fondi u d-dispożizzjonijiet legali li mhumiex relatati ma’ fondi) inklużi fl-Anness II bħala dawk li għandhom effett f’termini tal-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel jew/u f’termini tal-iffaċilitar ta’ donazzjonijiet. Għall-iskop ta’ dan ir-rapport, aħna kklassifikajna s-setturi tal-katina tal-provvista tal-ikel f’erba’ gruppi (il-produtturi, il-proċessuri, il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi).

21

L-għan ewlieni tal-awditu kien li jivvaluta jekk id-dispożizzjonijiet legali tal-UE u l-implimentazzjoni tagħhom mill-Istati Membri jikkontribwux għal imġiba pożittiva rigward il-ħela tal-ikel mid-diversi atturi fil-katina tal-provvista tal-ikel. Il-mistoqsija kumplessiva tal-awditjar li ġiet indirizzata kienet:

L-UE tikkontribwixxi għal katina tal-provvista tal-ikel effiċjenti fir-riżorsi billi tiġġieled kontra l-ħela tal-ikel b’mod effettiv?

22

L-awditu qies biss l-effetti ta’ politiki u ta’ dispożizzjonijiet legali fir-rigward tal-ħela tal-ikel fl-UE nfisha u eskluda l-impatt f’pajjiżi barra mill-UE.

23

L-ewwel nett, dan ir-rapport jivvaluta l-punt sa fejn il-Kummissjoni, bħala l-fergħa eżekuttiva tal-UE, ikkonkretizzat f’azzjoni d-dikjarazzjonijiet politiċi ta’ livell għoli dwar il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel. It-tieni nett, dan jiddeskrivi l-opportunitajiet li ntilfu mill-politiki eżistenti biex tiġi miġġielda l-ħela tal-ikel.

24

Il-perjodu ta’ żmien kopert mill-awditu kien:

  • rigward il-fondi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK): kemm il-perjodu 2007-2013 kif ukoll il-perjodu 2014-2020;
  • rigward il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS): il-perjodi 2007-2013 u 2014-2020 rispettivament;
  • rigward il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD): il-perjodu 2014-2020;
  • rigward id-dispożizzjonijiet legali li mhumiex relatati ma’ fondi: l-awditu ħa inkunsiderazzjoni dawk id-dispożizzjonijiet legali li kienu stabbiliti fi żmien l-awditu kif ukoll proposti ppubblikati għal dispożizzjonijiet ġodda.
25

L-awditu twettaq minn Lulju 2015 sa Mejju 201615 u l-evidenza għall-awditjar inġabret permezz ta’:

  • analiżijiet dokumentarji u intervisti mad-dipartiment tal-Kummissjoni. L-awditu kien jikkonċerna sitt Direttorati Ġenerali: id-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari (SANTE), id-DĠ Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs (GROW), id-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali (AGRI), id-DĠ Ambjent (ENV), id-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd (MARE), id-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni (EMPL);
  • żjarat tal-awditjar f’ħames Stati Membri: l-Italja (il-Lazio), in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija u l-Finlandja. F’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, tipikament inżaru l-Ministeru tal-Agrikoltura (għall-PAK u l-FEMS), il-Ministeru tal-Ambjent (għall-istrateġija u s-suġġetti relatati mad-Direttiva dwar l-Iskart), il-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali (għall-FEAD), il-Ministeru tas-Saħħa (għall-Pakkett dwar l-Ikel u l-Iġjene) u l-Ministeru tal-Finanzi (għall-istimoli finanzjarji). Saru wkoll żjarat fuq il-post lil benefiċjarji rilevanti tal-UE;
  • laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti inklużi Copa u Cogeca, Independent Retail Europe, rappreżentanti minn WRAP (organizzazzjoni tal-karità mir-Renju Unit), SOMARO (organizzazzjoni Rumena mingħajr skop ta’ qligħ) il-proġett ta’ riċerka tal-UE FUSIONS, membru parlamentari mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża, rappreżentanti mill-kumitat ta’ ħidma tal-House of Lords fir-Renju Unit u rappreżentant tar-Renju Unit fil-laqgħat tal-kumitat tal-istandards tan-NU/tal-KEE.

Osservazzjonijiet

Dikjarazzjonijiet politiċi ta’ livell għoli ma ġewx ikkonkretizzati f’azzjoni suffiċjenti

26

Fis-snin reċenti, il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel saret aktar importanti u bdiet tidher f’aġendi pubbliċi fil-livelli kollha ta’ politika (ara l-Anness III). Il-Parlament Ewropew ripetutament talab lill-Kummissjoni (fl-2011, fl-2012, fl-2015 u fl-2016) biex tieħu azzjoni favur it-tnaqqis fil-ħela tal-ikel. L-Istati Membri bdew jissettjaw miri sabiex titnaqqas il-ħela tal-ikel, u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-G20 u n-Nazzjonijiet Uniti enfasizzaw il-ħtieġa li l-ħela tal-ikel tiġi miġġielda tul il-katina tal-provvista tal-ikel kollha kemm hi. Xi eżempji jinkludu:

  • Il-Parlament Ewropew “jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex barra minn hekk tiżviluppa miżuri prattiċi biex sal-2025 il-ħela tal-ikel titnaqqas b’nofs u biex fl-istess ħin tiġi evitata l-produzzjoni tal-bijoskart” (2011);
  • Il-G20 jemmen li t-tnaqqis tat-telf u tal-ħela tal-ikel huwa objettiv tajjeb għal azzjoni kollettiva tal-G20 (2015);
  • In-Nazzjonijiet Uniti indikaw fl-aġenda tagħhom għal żvilupp sostenibbli li, sal-2030, qegħdin jimmiraw li “titnaqqas nofs il-ħela dinjija tal-ikel ir-ras fuq il-livelli tal-bejgħ bl-imnut u tal-konsumatur u jitnaqqas it-telf tal-ikel tul il-ktajjen tal-produzzjoni u l-provvista, li jinkludi t-telf ta’ wara l-ħsad” (2015);
  • Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea “jappoġġa l-isforzi tal-atturi kollha biex titnaqqas l-ħela tal-ikel, li ser jikkontribwixxu għall-kisba tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 12.3, li għandu l-għan li per capita tonqos globalment bin-nofs il-ħela tal-ikel fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u tal-konsumatur, u jonqos it-telf tal-ikel tul il-katini ta’ produzzjoni u forniment inkluż telf ta’ wara l-ħsad sal-2030” (2016)16.

Minkejja dawn id-dikjarazzjonijiet politiċi ripetuti, ir-rispons tal-Kummissjoni beda jnaqqas fl-ambizzjoni maż-żmien u l-azzjoni li ttieħdet sa issa kienet frammentata u intermittenti.

Ambizzjoni dejjem inqas fid-dokumenti strateġiċi tal-Kummissjoni maż-żmien

27

Bħala l-fergħa eżekuttiva tal-UE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza d-dikjarazzjonijiet politiċi ta’ livell għoli li ġew ifformulati maż-żmien. Mill-2011 ‘il hawn, il-Kummissjoni ppubblikat għadd ta’ dokumenti li fihom impenjat lilha nfisha biex tiġġieled kontra l-ħela tal-ikel:

  • f’Settembru 2011, fil-Pjan Direzzjonali tagħha għal Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi17, il-Kummissjoni Ewropea identifikat l-ikel bħala wieħed mis-setturi ewlenin fejn jenħtieġ li titjieb l-effiċjenza fir-riżorsi. Il-Pjan Direzzjonali tal-2011 ħabbar ukoll il-pubblikazzjoni ta’ “Komunikazzjoni dwar l-ikel sostenibbli” fl-2013 li fiha l-Kummissjoni kellha, fost affarijiet oħra, tivvaluta ulterjurment kif tista’ titnaqqas il-ħela tal-ikel matul il-katina tal-provvista tal-ikel. Sa Ġunju 2016, il-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq għadha ma ġietx ippubblikata;
  • wara konsultazzjoni pubblika mill-Kummissjoni fis-sajf tal-2013 dwar “is-sostenibbiltà tas-sistema alimentari”, li kienet tinkludi taqsima dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis fil-ħela tal-ikel, f’Lulju 2014, il-Kummissjoni ppubblikat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 li temenda, fost affarijiet oħra, id-Direttiva dwar l-Iskart. Madankollu, il-proposta għal Direttiva ġdida dwar l-iskart ġiet irtirata mill-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru 2014 bil-ħsieb li tiġi sostitwita b’xi ħaġa “aktar ambizzjuża”19;
  • f’Diċembru 2015, il-Kummissjoni adottat Pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari li kien jinkludi proposti leġiżlattivi riveduti dwar l-iskart. Il-kwistjoni tal-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel hija integrata f’dawn il-proposti.
28

Madankollu, meta nanalizzaw id-dokumenti msemmija hawn fuq, aħna ninnutaw li l-ambizzjoni tal-Kummissjoni rigward tal-ħela tal-ikel naqset matul iż-żmien. Kif jidher fil-Figura 3, il-miri għat-tnaqqis fil-ħela tal-ikel tbaxxew, kien hemm dewmien fl-obbligu li l-Istati Membri jirrappurtaw dwar il-ħela tal-ikel, id-data ta’ skadenza biex il-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kejl tal-ħela tal-ikel ġiet posposta ripetutatment, u għad ma hemmx definizzjoni fl-UE kollha għall-ħela tal-ikel. Barra minn hekk, qatt ma ġiet definita linja bażi (livell ta’ referenza għal sena partikolari) li tista’ tkun il-punt tat-tluq biex jiġi mmirat it-tnaqqis fil-ħela tal-ikel (ara l-Kaxxa 1).

Kaxxa 1

Għalfejn hija importanti “linja bażi”?

Sabiex jiġu ssettjati miri sinifikanti għat-tnaqqis fil-ħela u wkoll biex tkun tista’ titkejjel kull inizjattiva li tista’ tittieħed, jeħtieġ li jkun hemm qbil dwar punt tat-tluq jew “linja bażi” li jistipulaw il-livell attwali tal-ħela tal-ikel. Inizjattivi li ttieħdu sa issa mill-Istati Membri u minn NGOs oħra ddikjaraw tnaqqis perċentwali sinifikanti fil-ħela iżda mingħajr linja bażi komuni huwa diffiċli li jiġi vvalutat is-suċċess relattiv ta’ dawn l-inizjattivi. Għaldaqstant huwa meħtieġ qbil dwar linja bażi għall-UE bħala parti minn kwalunkwe politika tagħha dwar il-ħela tal-ikel fil-futur.

Figura 3

L-iżvilupp ta’ aspetti ewlenin f’dokumenti strateġiċi tal-Kummissjoni li jindirizzaw il-ħela tal-ikel

29

Filwaqt li ma hemm l-ebda politika speċifika tal-UE dwar il-ħela tal-ikel, diversi politiki tal-UE għandhom jew jista’ jkollhom impatt fuqha. Madankollu, il-Kummissjoni ma analizzatx dawn il-politiki sabiex tivvaluta jekk humiex allinjati biżżejjed mal-ħtieġa li tiġi miġġielda l-ħela tal-ikel (dan il-punt huwa żviluppat aktar fil-paragrafi 33 sa 80). L-Istati Membri għarfu l-ħtieġa li jiġġieldu kontra l-ħela tal-ikel u, minħabba n-nuqqas ta’ politika kkoordinata fil-livell tal-UE, indirizzaw il-kwistjoni b’firxa ta’ modi differenti li jinkludu approċċi leġiżlattivi (ara l-Kaxxa 2). Xi Stati Membri stiednu wkoll lill-Kummissjoni b’mod espliċitu biex tieħu azzjoni fil-livell tal-UE (ara l-Kaxxa 3).

Kaxxa 2

Ir-rispons tal-Istati Membri għall-problema tal-ħela tal-ikel: mit-tħeġġiġ għal azzjoni leġiżlattiva

Fil-11 ta’ Frar 2016, fi Franza, ġiet ippromulgata liġi dwar il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel. Il-karatteristiki ewlenin tal-liġi Franċiża huma li a) din tikkjarifika l-ġerarkija tal-iskart fil-każ ta’ ħela tal-ikel; b) tintroduċi multi f’każ li operaturi ta’ negozji volontarjament irendu ikel sikur mhux tajjeb għall-konsum; u c) tintroduċi l-obbligu li s-supermarkets jiffirmaw ftehim ma’ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jagħtuhom b’donazzjoni ikel li jkun se jinħela. Rigward dan l-aħħar punt, il-liġi Franċiża ma tistabbilixxix il-proporzjon ta’ ikel li għandu jingħata b’donazzjoni. Għalhekk, jekk supermarket jiffirma ftehim li jagħti 1 % ta’ ikel bħal dan, ikun diġà qiegħed jikkonforma mal-liġi.

Kaxxa 3

L-Istati Membri talbu azzjoni kkoordinata mill-UE biex tiġi miġġielda l-ħela tal-ikel

F’Lulju 2015, il-House of Lords tar-Renju Unit nediet l-ewwel “Green Card”20 dwar il-ħela tal-ikel f’isem il-gvern tar-Renju Unit, iffirmata b’mod konġunt mill-presidenti tal-kumitati fi 15-il parlament u awla nazzjonali, li stiednet lill-Kummissjoni Ewropea biex tadotta approċċ strateġiku għat-tnaqqis fil-ħela tal-ikel. Il-”Green Card” irrikonoxxiet li strateġija fil-livell tal-UE tista’ tgħin sabiex tiżgura approċċ ikkoordinat fl-indirizzar ta’ din il-kwistjoni. Fit-tweġiba tagħha l-Kummissjoni wiegħdet li tagħti attenzjoni partikolari għas-suġġerimenti fi ħdan il-qafas tal-Pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari. (Il-limitazzjonijiet ta’ dan il-Pakkett fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel huma deskritti fil-paragrafu 28 u jintwerew bil-Figura 3).

Azzjoni frammentata u intermittenti fil-livell tekniku

30

Filwaqt li rrikonoxxiet li l-ħela tal-ikel kienet suġġett ta’ diskussjoni f’ħafna fora (eż. il-Forum ta’ Livell Għoli għal Katina tal-Provvista tal-Ikel li Tiffunzjona Aħjar), l-azzjoni tal-Kummissjoni f’livell tekniku kienet limitata għall-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma u gruppi ta’ esperti. Dawn il-gruppi ġew stabbiliti sabiex jikkonsultaw lill-partijiet interessati u jgħinu lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri jidentifikaw modi kif tiġi evitata u titnaqqas il-ħela tal-ikel mingħajr ma tkun kompromessa s-sikurezza alimentari. Fl-2012, il-Kummissjoni stabbiliet Grupp ta’ Ħidma dwar it-telf tal-ikel/il-ħela tal-ikel (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Grupp ta’ Ħidma). Il-parteċipanti f’dan il-grupp ta’ ħidma kienu partijiet interessati fil-katina tal-provvista tal-ikel21 u rappreżentanti minn dipartimenti differenti tal-Kummissjoni Ewropea22.

31

Fl-2014, il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta’ Esperti dwar it-telf tal-ikel u l-ħela tal-ikel (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Grupp ta’ Esperti). Il-parteċipanti f’dan il-Grupp ta’ Esperti kienu rappreżentanti tal-Istati Membri u rappreżentanti mid-diversi Direttorati kkonċernati tal-Kummissjoni Ewropea23. Dan il-Grupp ta’ Esperti sa issa ltaqa’ darbtejn. Fil-ħarifa tal-2015, il-Kummissjoni stiednet lil esperti mill-Istati Membri biex jipparteċipaw f’konferenza ddedikata għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel f’Ottubru 2015, li ġiet organizzata fil-kuntest tal-Expo 2015. F’April 2016, il-Kummissjoni ppubblikat sejħa għal proposti għall-parteċipazzjoni fil-Pjattaforma l-ġdida li tnediet biex jiġu indirizzati l-problemi tal-ħela tal-ikel. Ma ġiex iċċarat jekk din il-pjattaforma hijiex se taħdem flimkien mal-Grupp ta’ Esperti jew jekk hijiex se tissostitwih.

32

Il-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma u l-Grupp ta’ Esperti ma sarux spiss biżżejjed biex jinħoloq momentum għal bidla reali (ara l-Kaxxa 4). Barra minn hekk, l-azzjoni dwar il-ħela tal-ikel batiet minn naħa waħda minħabba f’nuqqas ta’ kontinwità dovut għat-tibdil fl-oqsma ta’ responsabbiltà fi ħdan il-Kummissjoni24, u min-naħa l-oħra minħabba f’tibdil fil-parteċipanti li jiltaqgħu.

Kaxxa 4

L-ebda sinjal reali ta’ progress mill-Grupp ta’ Ħidma u mill-Grupp ta’ Esperti:

  • Mill-ewwel laqgħa f’Ottubru 2012, ġiet enfasizzata l-ħtieġa li jkun kemm kjarifika dwar id-donazzjoni ta’ ikel. F’Mejju 2014 id-DĠ SANCO ddikjara li se jaħdem biex jiżviluppa linji gwida tal-UE biex tiġi ffaċilita d-donazzjoni. Sa Ġunju 2016, l-ebda linja gwida ma ġiet ippubblikata (ara wkoll il-paragrafu 72).
  • Fi Frar 2013, il-Kummissjoni indikat li se tindaga l-fatt li xi Stati Membri jirtiraw mis-suq prodotti li jkunu qabżu d-data “aħjar qabel”. F’Novembru 2014, il-grupp ta’ esperti identifika l-ħtieġa għal gwida tal-UE fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel li jkun qabeż id-data “aħjar qabel”. Sa Ġunju 2016 din il-gwida għadha ma teżistix.
  • Il-possibbiltà li tiġi estiża l-lista ta’ prodotti li ma jeħtiġux data “aħjar qabel” (l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1169/201125) issemmiet mill-Kummissjoni f’Mejju 2014. Minħabba nuqqas ta’ informazzjoni (eż. dwar l-impatt reali ta’ miżura bħal din fuq il-ħela tal-ikel, dwar l-imġiba tal-konsumaturi, u fuq kif jiġi ddeterminat liema prodotti għandhom jiżdiedu mal-lista), sa issa għadha ma ttieħdet ebda azzjoni konkreta. Il-Kummissjoni indikat li hija se twettaq studju ta’ riċerka dwar l-immarkar tad-data u l-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel.
  • Bosta kwistjonijiet li tqajmu fil-laqgħat ma komplewx jingħataw segwitu. Dawn kienu jinkludu l-potenzjal tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP) li tgħin sabiex titnaqqas il-ħela tal-ikel, il-possibbiltà li jiġu stimulati ktajjen tal-provvista qosra, jew il-ħtieġa li jitqiesu l-oqsma ta’ politika kollha rilevanti.

Il-politiki eżistenti jistgħu jiġu allinjati aħjar sabiex il-ħela tal-ikel tiġi miġġielda b’mod aktar effettiv

33

L-UE tinfluwenza l-ħajja ta’ kuljum tan-nies fl-Ewropa f’għadd ta’ modi, pereżempju permezz ta’ regolamenti jew direttivi, xi drabi wkoll billi tiffinanzja proġetti, investimenti jew ċerti prattiki, u b’hekk tistimola ċerti tipi ta’ mġiba. Aħna ħarisna lejn għadd ta’ oqsma ta’ politika tal-UE li probabbilment jinfluwenzaw l-imġiba tal-atturi differenti fil-katina tal-provvista tal-ikel rigward il-ħela tal-ikel (l-agrikoltura, is-sajd, is-sikurezza alimentari, l-ambjent, l-affarijiet soċjali u t-tassazzjoni). Filwaqt li l-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel mhijiex l-objettiv primarju ta’ dawn il-politiki, il-ħidma tagħna ffukat fuq dawk l-aspetti li jew jistgħu jgħinu fil-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel jew jiffaċilitaw id-donazzjoni ta’ ikel. Aħna identifikajna għadd ta’ opportunitajiet biex il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel tiġi integrata fil-politiki eżistenti. Dawn l-opportunitajiet għadhom iridu jiġu sfruttati.

Allinjament tal-politiki għal prevenzjoni aħjar tal-ħela tal-ikel

Il-Politika Agrikola Komuni (PAK)
34

Il-ħela tal-ikel isseħħ matul il-katina tal-provvista tal-ikel kollha kemm hi (ara t-Tabella 1). Permezz ta’ pagamenti diretti, miżuri tas-suq u pagamenti tal-iżvilupp rurali, il-PAK tista’ tinfluwenza l-ġenerazzjoni tal-ħela tal-ikel fl-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-bejgħ bl-imnut tal-katina tal-provvista tal-ikel. Barra minn hekk, billi l-PAK il-ġdida tenfasizza b’mod qawwi l-kunċett tal-effiċjenza fir-riżorsi26, huwa raġonevoli li jkun mistenni li s-suġġett tal-ħela tal-ikel jiġi indirizzat ukoll mill-PAK.

Evalwazzjoni storika tal-PAK u n-natura attwali tal-pagamenti diretti
35

Fis-snin bikrin tal-PAK, il-prezzijiet fissi tal-prodotti u r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni kienu jipprovdu inċentivi lill-bdiewa biex jipproduċu prodotti agrikoli. Bejn is-snin sebgħin u s-snin disgħin bikrin, dan wassal għal prodotti żejda u ħażniet enormi ta’ prodotti bħal butir, trab tal-ħalib xkumat, ċereali u ċanga madwar l-UE. Ir-rati tal-għajnuna tnaqqsu b’mod sinifikanti taħt ir-riforma tal-PAK tal-1992, u ġew introdotti pagamenti diretti akkoppjati27 biex jikkumpensaw għat-tnaqqis. Mill-2005 ‘l quddiem, id-diżakkoppjament tal-pagamenti diretti mill-produzzjoni kien pass ieħor lejn PAK ibbażata fuq is-suq. In-nefqa tal-UE fuq ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjonijiet niżlet mid-disgħinijiet ‘il hawn, u issa r-rati kollha ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjonijiet huma ssettjati għal żero.

36

Wara dawn ir-riformi suċċessivi fil-PAK, il-produzzjoni żejda naqset drastikament u naqas il-livell tal-ħażniet ta’ intervent. Bit-tbegħid mill-appoġġ għall-prodott favur appoġġ għall-produtturi, il-produzzjoni eċċessiva fis-snin ta’ qabel tnaqqset b’mod effettiv, fatt li probabbilment ikkontribwixxa għat-tnaqqis fil-ħela tal-ikel.

37

Illum il-ġurnata, il-maġġoranza tal-pagamenti diretti ma għadhomx jappoġġaw direttament il-produzzjoni ta’ għalla jew prodott speċifiku; dawn jikkontribwixxu indirettament biss għall-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli billi jagħtu appoġġ finanzjarju lill-produtturi. Fl-2013, il-pagamenti diretti mill-UE kienu jammontaw għal EUR 41,7 biljun. Skont data tal-Faostat, fl-istess sena l-UE pproduċiet il-kwantitajiet ta’ prodotti li ġejjin (ara t-Tabella 2). Il-Figura 4 turi l-volumi annwali ta’ ħela tal-ikel għal prodotti agrikoli madwar id-dinja. Filwaqt li ż-żewġ settijiet ta’ ċifri mhumiex direttament kumparabbli, huma juru li jingħata appoġġ mill-UE, direttament jew indirettament, għal prodotti fejn globalment isseħħ ħela sinifikanti.

Tabella 2

Il-volumi tal-produzzjoni agrikola tal-UE għall-2013 (f’miljuni ta’ tunnellati)

ĊerealiGħeruq li fihom il-lamtuGħelejjel taż-żejt u legumiFrottLaħamĦalib u bajdĦxejjex
309.5554.4434.6262.1944.3164.3364.66

Sors: Il-Faostat.

Figura 4

Volumi annwali tal-ħela tal-ikel għal prodotti agrikoli madwar id-dinja, skont il-prodotti bażiċi

Sors: Il-FAO „Technical Report on Food Wastage Footprint – Impacts on Natural Resources“ (Rapport Tekniku dwar l-Impronta tal-Ħela tal-Ikel – L-impatti fuq ir-Riżorsi Naturali), Ruma, 2013, p. 103 (http://www.fao.org/docrep/018/ar429e/ar429e.pdf).

38

Proporzjon limitat ta’ pagamenti diretti mill-UE (madwar 6 % fl-2014) għadu marbut mal-produzzjoni. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-VCS (appoġġ akkoppjat volontarju). Permezz ta’ din l-iskema (disponibbli mill-2015 ‘l hawn), ħafna Stati Membri żiedu s-sehem tal-appoġġ akkoppjat tagħhom fil-pagamenti diretti tagħhom. F’10 Stati Membri, is-sehem ta’ pagamenti akkoppjati żdied b’aktar minn 10 punti perċentwali (eż. fil-Polonja kienu jirrappreżentaw 3.5 % tal-pagamenti diretti fl-2014 u telgħu għal 15 % fl-2015). F’ħames Stati Membri oħra, dan is-sehem żdied b’aktar minn seba’ punti perċentwali. Is-setturi l-aktar importanti li jirċievu pagamenti akkoppjati huma: is-settur taċ-ċanga (41 % tat-total); is-settur tal-ħalib (20 %); is-settur tan-nagħaġ u l-mogħoż (12 %) u s-settur tal-għelejjel li fihom il-proteini (11 %).

39

L-appoġġ akkoppjat “jista’ jingħata biss lil dawk is-setturi jew lil dawk ir-reġjuni ta’ Stat Membru fejn tipi speċifiċi ta’ biedja jew setturi agrikoli speċifiċi li huma partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali jgħaddu minn ċerti diffikultajiet.28”. Pereżempju fis-settur tal-ħalib, iċ-ċifri juru li bosta Stati Membri (ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Polonja, l-Italja, Spanja, il-Litwanja, is-Slovakkja u Malta) jappoġġaw lill-produtturi tal-ħalib kollha tagħhom billi jużaw il-VCS. Billi l-appoġġ huwa marbut mal-għadd ta’ baqar tal-ħalib innotifikati mill-Istati Membri, fil-prattika dan jista’ jkun ta’ inċentiv għaż-żamma jew saħansitra għaż-żieda tal-produzzjoni eżistenti, anke jekk l-intenzjoni tar-regolament hija li dan jiġi evitat29. L-awditu sab eżempji fejn dan seħħ u l-Kummissjoni tagħraf li dan ir-riskju mhuwiex kopert mill-kontrolli tagħha. Mill-perspettiva tal-ħela tal-ikel, il-pagamenti akkoppjati jistimulaw il-produzzjoni ta’ prodotti speċifiċi li għalihom hemm ir-riskju li ma teżistix domanda.

40

Il-Kummissjoni ma wettqet l-ebda studju dwar l-impatt tar-riformi suċċessivi tal-PAK (inkluż id-diżakkoppjament) fuq il-kwantitajiet tal-produzzjoni agrikola u fuq l-effett stmat ta’ dan fuq il-ġenerazzjoni tal-ħela tal-ikel. Hija qatt ma inkludiet xi valutazzjoni tal-ħela tal-ikel fil-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha għall-pagamenti diretti mill-UE, u ma vvalutatx il-punt sa fejn iwassal l-effett tal-pagamenti akkoppjati biex jistimula l-provvista ta’ prodotti speċifiċi li għalihom hemm ir-riskju li d-domanda ma teżistix (ara l-Figura 4).

Miżuri tas-suq
41

Il-miżuri ta’ intervent fis-suq (l-intervent pubbliku, il-ħżin privat, l-irtirar mis-suq, il-ħsad bikri u n-nuqqas ta’ ħsad) jirrappreżentaw proporzjon żgħir mill-baġit tal-PAK, u l-użu tagħhom naqas b’mod kostanti min-nofs is-snin disgħin ‘il hawn, wara r-riforma tal-PAK tal-1992. Dawn il-miżuri jintużaw sabiex jappoġġaw it-tneħħija ta’ provvisti (futuri) li jkunu ogħla mid-domanda meta l-prezzijiet jiddgħajfu. Il-prodotti jistgħu jew jinħażnu sakemm il-prezz tas-suq jogħla u mbagħad jitreġġgħu lura fis-suq għall-bejgħ, għall-esportazzjoni jew għad-donazzjoni, jew inkella jistgħu jintremew b’mod ieħor (eż. billi jinqerdu). Għalhekk il-miżuri tas-suq jiġġeneraw ħela tal-ikel direttament, fil-każ ta’ ħsad bikri jew nuqqas ta’ ħsad, u jistgħu jirriżultaw f’ħela tal-ikel partikolarment fil-każ ta’ rtirar mis-suq.

42

Skont il-Kummissjoni, il-miżuri tas-suq huma intenzjonati li jissodisfaw żewġ objettivi prinċipali: a) l-orjentazzjoni kontinwa tas-suq u b) xibka ta’ sikurezza għall-bdiewa f’każ ta’ tfixkil qawwi fis-suq30. Madankollu, il-Kummissjoni ma ddefinietx il-punt sa fejn twassal ix-xibka ta’ sikurezza u, skont kif jintużaw il-miżuri tas-suq, jista’ jkun li jintlaħaq wieħed biss minn dawn iż-żewġ objettivi. Kwotazzjoni minn studju Żvediż31 turi r-relazzjoni bejn l-użu ta’ miżuri tas-suq u l-ħela tal-ikel: “Meta l-prezzijiet ikunu tant baxxi li s-sitwazzjoni titqies bħala kriżi, il-politika agrikola tal-UE toffri appoġġ lill-kultivaturi. Jekk dawn il-fondi jintużaw sabiex japoġġaw sitwazzjoni ta’ produzzjoni eċċessiva strutturali u mhux biss matul kriżijiet immedjati, dan jista’ jirriżulta mhux biss f’tisħiħ ta’ żbilanċ strutturali iżda wkoll f’żieda fil-ħela”.

43

L-użu tal-mekkaniżmu ta’ intervent pubbliku naqas b’mod kostanti mir-riforma tal-PAK fl-1992 ‘il hawn. Il-biċċa l-kbira tal-prodotti maħżuna taħt intervent pubbliku treġġgħu lura fis-suq jew ingħataw bħala donazzjoni lil persuni fil-bżonn, u l-livelli attwali tal-ħażniet huma baxxi ħafna. Madankollu, reċentement il-ħażniet reġgħu bdew jiżdiedu32. F’dan il-kuntest il-possibbiltà li jitqassmu prodotti minħajr ħlas tista’ ssir aktar importanti. Madankollu, attwalment l-arranġamenti legali li jagħmlu dan possibbli mhumiex stabbiliti (ara l-paragrafi 75 u 76).

44

Bejn l-2008 u l-2015, fl-UE ġew irtirati mis-suq 1.8 miljun tunnellata ta’ frott u ħxejjex u aktar minn 45 500 ettaru ta’ art inħasdu qabel iż-żmien jew saħansitra ma nħasdux. L-UE ħallset EUR 380 miljun f’kumpens għal dan lill-produtturi kkonċernati. Skont iċ-ċifri tal-Kummissjoni, 66 % tal-prodotti rtirati nħlew. Minbarra din l-ispiża diretta (il-kumpens imħallas lill-produtturi), jenħtieġ li l-ispiża totali tal-ħela tal-ikel tieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż tal-produzzjoni u tat-trasport tal-prodotti, kif ukoll l-ispejjeż sabiex jiġi ttrattat l-iskart iġġenerat. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqiesu l-ispejjeż ambjentali assoċjati tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti.

45

Kull sena, eluf ta’ tunnellati ta’ prodotti jintlaqtu minn dawn il-miżuri tas-suq u proporzjon minnhom jinqered. Għalhekk jixraq li jiġi vvalutat l-impatt potenzjali tal-miżuri ppjanati tas-suq fuq il-ġenerazzjoni jew il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel. Dan it-tip ta’ valutazzjoni ma twettaqx fil-kuntest tar-riforma reċenti tal-PAK jew għall-miżuri tas-suq li ttieħdu mill-2014 ‘il hawn (b’rispons għall-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni u l-kriżi tal-prezzijiet tal-produtturi); fit-tieni każ minkejja r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ Lulju 2015 li fiha l-Kummissjoni ntalbet li, “meta tkun qed twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar proposti leġislattivi rilevanti ġodda, tevalwa l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-ħela tal-ikel” (ara l-Anness III).

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni
46

Jista’ jkun li fil-passat ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni taw inċentiv lill-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli li għalihom jiġi ġġenerat livell konsiderevoli ta’ ħela tal-ikel fuq livell globali. F’laqgħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f’Nairobi fid-19 ta’ Diċembru 2015, intlaħaq qbil li jitneħħew is-sussidji fuq l-esportazzjoni. Din id-deċiżjoni tista’ tgħin sabiex tiġi evitata produzzjoni eċċessiva potenzjali.

L-iskema tal-ħalib fl-iskejjel u l-iskema tal-frott għall-iskejjel
47

Taħt l-Iskema tal-Ħalib fl-Iskejjel, l-UE tissussidja l-ispiża ta’ diversi prodotti tal-ħalib li jitqassmu lit-tfal fl-iskejjel. Taħt l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel, l-UE tagħti frott u ħxejjex lit-tfal tal-iskola, bil-għan li tħeġġeġ drawwiet tal-ikel tajbin fiż-żgħażagħ33. Iż-żewġ skemi jipprevedu miżuri ta’ akkumpanjament, bil-miżuri jkunu obbligatorji għall-iskema tal-frott u fakultattivi għall-iskema tal-ħalib. Skont ir-regolament attwali, il-miżuri ta’ akkumpanjament għaż-żewġ skemi “jistgħu jinkludu informazzjoni dwar miżuri għall-edukazzjoni dwar (…) il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel”34. Madankollu, fi żmien l-awditu, l-ebda Stat Membru ma kien għadu ħa l-opportunità li juża l-miżuri ta’ akkumpanjament tal-iskema tal-ħalib fl-iskejjel sabiex jgħaddi messaġġi edukattivi dwar il-ġenerazzjoni u l-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel. Fil-każ tal-iskema tal-frott għall-iskejjel, xi Stati Membri biss użaw il-miżuri ta’ akkompanjament obbligatorji għal dan il-għan35.

Żvilupp rurali
48

Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi għat-tnaqqis fil-ħela tal-ikel fil-produzzjoni primarja u fis-settur tal-ipproċessar tal-ikel (pereżempju billi jgħin fit-tnaqqis tal-mortalità tal-annimali fl-azjendi agrikoli, billi jgħin fit-tnaqqis tat-telf tal-ħsad, billi jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew billi jgħin fit-tnaqqis tat-telf waqt l-ipproċessar).

49

Minkejja l-fatt li t-tnaqqis fil-ħela tal-ikel ma jissemmiex b’mod speċifiku fir-regolamenti differenti dwar l-iżvilupp rurali, l-azzjoni biex titnaqqas il-ħela tal-ikel tista’ tiġi ffinanzjata permezz ta’ bosta miżuri, bħal attivitajiet ta’ trasferiment tal-għarfien u attivitajiet ta’ informazzjoni, investiment f’assi fiżiċi (eż. tagħmir li jikkawża inqas ħsara, ħżin imtejjeb wara l-ħsad, akkommodazzjoni tal-annimali adattati sabiex jitnaqqsu l-mard u l-mortalità), pagamenti għall-benessri tal-annimali jew attivitajiet ta’ kooperazzjoni36. L-Artikolu 53(3) huwa l-uniku artikolu tar-Regolament dwar l-Iżvilupp Rurali li jirreferi b’mod espliċitu għall-potenzjal tan-netwerk tal-EIP dwar “it-tnaqqis tat-telf wara l-ħsad u l-ħela tal-ikel”.

50

Il-Kummissjoni ma ħeġġitx lill-Istati Membri b’mod speċifiku biex jużaw il-fondi tal-FAEŻR fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel. Min-naħa tagħhom, l-Istati Membri li ġew awditjati ma semmewx il-ħela tal-ikel b’mod speċifiku u lanqas ma rreferew għall-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel bħala ħtieġa jew objettiv tal-programmi tagħhom għall-2007-2013 u għall-2014-2020, minkejja li kellhom l-opportunità li jagħmlu dan. Madankollu, bosta awtoritajiet tal-Istati Membri li nżaru matul l-awditu rrikonoxxew il-potenzjal tal-FAEŻR li jikkontribwixxi għat-tnaqqis fil-ħela tal-ikel u ppreżentaw eżempji konkreti ta’ proġetti biex jiddimostraw dan (ara l-Kaxxa 5). Madankollu, dawn l-eżempji mhumiex ir-riżultat ta’ approċċ strateġiku u ppjanat għall-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel, iżda aktar effett koinċidentali tal-implimentazzjoni tal-FAEŻR f’dawk l-Istati Membri speċifiċi. Fi żmien l-awditu, il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri kienu għadhom kemm bdew jistabbilixxu l-ftehimiet u l-proġetti tal-EIP tagħhom, li jfisser li attwalment huwa diffiċli li tiġi pprovduta stampa ġenerali tal-kwistjonijiet relatati mal-ħela tal-ikel li ġew inklużi fl-attivitajiet tal-EIP.

Kaxxa 5

Eżempji ta’ proġetti tal-Iżvilupp Rurali fl-Italja li kkontribwew għal tnaqqis fil-ħela tal-ikel

A. Finanzjament ta’ sajlo għall-ħżin taċ-ċereali li naqqas drastikament (minn madwar 12 % għal 0.2 %) il-ħela taċ-ċereali minħabba l-moffa u t-tniġġis mill-għasafar u r-rodituri:

B. Finanzjament ta’ investiment f’maqjel għall-baqar tal-ħalib (minn stalla bl-imrabat għal stalla ħielsa bl-imtieraħ, barraxa, eċċ.) wassal għal benessri aħjar tal-annimali u għal titjib fil-kundizzjonijiet iġjeniċi, li min-naħa tagħhom wasslu għal tnaqqis fl-għadd ta’ baqar bil-mastitis u fil-volum ta’ ħalib moħli.

51

Minkejja xi eżempji tajbin, il-potenzjal tal-FAEŻR li jgħin fit-tnaqqis fil-ħela tal-ikel fil-livell tal-produtturi u tal-proċessuri għadu ma ġiex sfruttat kompletament.

Il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS)
52

Is-sajjieda ma jaqbdux biss il-ħut li huma speċifikament jimmiraw għalih jew li huma awtorizzati jaqbdu. Sa reċenti, il-partijiet mhux mixtieqa tal-qabdiet tagħhom kienu jintremew fil-baħar, spiss mejtin. Ħafna kienu jqisu dan bħala ħela inaċċettabbli ta’ riżorsi skarsi. Fl-2013, ġiet approvata riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), bil-għan li tintemm din il-prattika bl-introduzzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art. Permezz tal-fondi Ewropej għas-sajd37, l-Istati Membri kellhom/għandhom l-opportunità li jiffinanzjaw proġetti biex iħejju għall-obbligu ta’ ħatt l-art u sabiex jinfluwenzaw b’mod pożittiv ir-rata ta’ sopravivenza tal-ħut fl-akkwakultura. Element ieħor tar-riforma tal-PKS li potenzjalment iħalli impatt fuq il-ġenerazzjoni tal-ħela tal-ikel huwa l-abolizzjoni tal-kumpens għall-irtirar tal-ħut mis-suq (ara l-paragrafu 61).

Qbid skartat fil-baħar u l-obbligu ta’ ħatt l-art
53

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iqisu li “il-qabdiet mhux mixtieqa u l-iskartar tal-ħut jikkostitwixxu skart sostanzjali” u stabbilew obbligu li l-qabdiet kollha jinħattu l-art (“l-obbligu ta’ ħatt l-art”)38. L-obbligu ta’ ħatt l-art qed jiġi introdott gradwalment, bejn l-2015 u l-2019. Taħt l-obbligu ta’ ħatt l-art il-qabdiet kollha jridu jinżammu abbord, jinħattu l-art u jingħaddu bi tqabbil mal-kwoti. Jistgħu jiġu eżentati speċi li għandhom ċans għoli ta’ sopravivenza meta jiġu rilaxxati taħt ċerti kundizzjonijiet. Skont ir-regolamenti, ħut iżgħar milli suppost ma jistax jitqiegħed fis-suq għal skopijiet ta’ konsum dirett mill-bniedem.

54

Skont il-Kummissjoni, il-mira hija li jitnaqqsu r-rati ta’ qbid skartat minn 15-25 % għal 5 %39. Madankollu, ir-rati ta’ qbid skartat ivarjaw skont it-tip ta’ sajd, l-ispeċi u s-sena (eż. il-qbid skartat meta s-sajd isir f’qiegħ il-baħar jew qribu (sajd tal-qiegħ) fil-Baħar tat-Tramuntana, normalment jilħaq madwar 40 % tal-qabda40, it total tal-qbid skartat fil-Mediterran huwa stmat f’livell ta’ 18.6 % tal-qabda totali41). Il-Kummissjoni qed tippjana li tissettja miri aktar raffinati skont l-ispeċi jew skont iż-żona ġeografika fil-pjanijiet pluriennali tal-UE li attwalment qed jiġu żviluppati.

55

Jidher ċar li l-obbligu ta’ ħatt l-art għandu l-potenzjal li jgħin fit-tnaqqis fil-ħela tal-ikel jekk jiġi implimentat b’mod korrett; jiġifieri, jekk iwassal għal aktar selettività, u b’hekk inaqqas il-kwantità ta’ qabdiet mhux mixtieqa (bħal ħut iżgħar milli suppost). Għall-kuntrarju ta’ dan, jekk l-attività tas-sajd ma ssirx aktar selettiva, il-ħut maqbud kollu li jittiekel u li ma jistax jintuża għall-konsum mill-bniedem (eż. minħabba r-rekwiżiti tad-daqs minimu) ikun jikkostitwixxi ħela tal-ikel skont id-definizzjoni li tintuża f’dan ir-rapport.

56

Sabiex l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art tiġi mmonitorjata b’mod aktar effettiv, huwa importanti li jkun hemm data affidabbli dwar il-qabdiet u l-qbid skartat. Madankollu, parti minn din id-data mhijiex disponibbli fil-pront fil-livell tal-Kummissjoni minħabba li:

  • Il-ġurnal elettroniku ta’ abbord dwar is-sajd42 għal bastimenti tas-sajd ta’ ċertu daqs, għadu ma ġiex implimentat kompletament fl-Istati Membri;
  • Minkejja l-obbligu, mill-1 ta’ Jannar 2010, li s-sajjieda jirreġistraw stimi tal-qbid skartat kollu li jaqbeż 50 kg fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd, ma hemm l-ebda obbligu li l-Istati Membri jibagħtu din id-data dwar il-qbid skartat lill-Kummissjoni;
  • Ir-rekwiżit li jiġi rreġistrat il-qbid skartat awtorizzat, kif ukoll li jiġu rreġistrati bħala entrati separati l-ispeċi li jkunu iżgħar mid-daqs minimu għall-konservazzjoni (li qabel kienu jiġu skartati) fil-ġurnal elettroniku ta’ abbord, ġie introdott biss f’Mejju 2015.

Fin-nuqqas ta’ din id-data, huwa diffiċli li tinkiseb informazzjoni dwar l-iskala tal-ħela tal-ikel fir-rigward tal-ħut.

Il-Fondi għas-Sajd
57

Permezz tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), l-Istati Membri kellhom/għandhom l-opportunità li jiffinanzjaw proġetti li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art, bħal investimenti fi rkaptu selettiv, tagħmir għat-trattament abbord ta’ qabdiet mhux mixtieqa, riċerka dwar ir-rati ta’ sopravivenza tal-ħut, investimenti għall-ipproċessar ta’ qbid skartat fuq ix-xtut, eċċ. Erbgħa mill-ħames Stati Membri li nżaru użaw il-FES b’mod partikolari biex jiffinanzjaw proġetti ta’ riċerka jew proġetti għall-iżvilupp u l-ittestjar ta’ rkaptu aktar selettiv (ara l-Kaxxa 6), iżda l-għadd ta’ dan it-tip ta’ proġetti kien żgħir ħafna fi tnejn minn dawn l-Istati Membri. Proġetti biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art jistgħu jiġu ffinanzjati wkoll permezz tal-FEMS, iżda billi l-programmi operazzjonali ġew approvati sa Diċembru 2015, l-ebda proġett ma kien għadu ntgħażel għall-finanzjament fi żmien l-awditu.

58

Permezz tal-FEMS, l-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw ukoll proġetti li għandhom influwenza pożittiva fuq ir-rata ta’ sopravivenza tal-ħut fl-akkwakultura. F’wieħed mill-Istati Membri li nżaru, il-FES intuża għall-finanzjament ta’ proġetti li jiġġieldu kontra l-mard tal-ħut, u li b’hekk jgħollu r-rata ta’ sopravivenza tal-ħut fil-farms tal-ħut ikkonċernati43.

59

Kemm il-FES kif ukoll il-FEMS jistgħu potenzjalment jgħinu biex titnaqqas l-ħela tal-ikel, anke jekk dan mhuwiex iddikjarat b’mod espliċitu fir-Regolamenti rilevanti. Dan il-potenzjal għad irid jiġi rrealizzat bis-sħiħ fl-Istati Membri li nżaru.

Kaxxa 6

Eżempju tajjeb ta’ proġett tal-FES fin-Netherlands li jgħin biex iħejji s-settur tas-sajd għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art

Il-proġett kien jikkonċerna l-iżvilupp ta’ (1) xibka tas-sajd aktar selettiva għas-sajd tal-pixxiċatt; (2) sistema awtomatizzata għas-separazzjoni tal-qbid skartat abbord u (3) titjib fil-linja tal-ipproċessar tal-ħut abbord, sabiex jiżdied iċ-ċans tas-sopravivenza tal-ħut (u b’hekk tinkiseb eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħatt l-art).

Ir-riżultati tal-proġett urew tnaqqis fil-qbid skartat bis-saħħa tax-xibka l-ġdida tas-sajd (qbid skartat stmat f’livell ta’ 10-15 % wara l-proġett, meta mqabbel ma’ qbid skartat f’livell ta’ 22 % qabel il-proġett). Madankollu, il-qabdiet huma iżgħar ukoll billi xi ħut li jkollu jinqabad jgħaddi mix-xibka u jaħrab. Is-sistema awtomatizzata għas-separazzjoni tal-qbid skartat hija maħsuba biex timminimizza l-ammont ta’ xogħol addizzjonali abbord ikkawżat mill-obbligu li l-qbid kollu jinħatt l-art. Bis-saħħa tal-użu ta’ tankijiet bl-ilma fil-bidu tal-katina tal-ipproċessar, il-ħut li jinqabad jibqa’ ħaj sakemm jingħażel u b’hekk jista’ jkollu aktar ċans ta’ sopravivenza meta jiġi skartat. Ir-riċerka biex jitkejlu r-rati ta’ sopravivenza għadha għaddejja.

Xibka tas-sajd aktar selettiva
© Zeevisserijbedrijf Snoek bv, 2014
Sistema ta’ detezzjoni u għażla bbażata fuq kameras
© Zeevisserijbedrijf Snoek bv, 2014
L-irtirar tal-ħut
60

Fil-perjodu 2007-2013, l-UE ħallset kumpens lill-Istati Membri għall-irtirar ta’ ħut mis-suq meta l-prezz tal-ħut kien baxx wisq. Bejn l-2007 u l-2014, tħallsu EUR 25.4 miljun lill-Istati Membri għall-ħut irtirat (medja ta’ EUR 3.2 miljun kull sena). Dan jikkorrispondi għal 51 386 tunnellata ta’ ħut (medja ta’ 6 423 tunnellata ta’ ħut kull sena). M’hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar il-kwantitajiet ta’ ħut li nqerdu jew li ntużaw għal skopijiet oħrajn bħall-ħut mitħun. Skont il-Kummissjoni, l-unika ċertezza li teżisti rigward id-destinazzjoni finali ta’ dan il-ħut hija li ma ntużax għall-konsum dirett mill-bniedem.

61

Fil-komunikazzjoni tagħha dwar ir-riforma tal-PKS, il-Kummissjoni tiddikjara li “l-infiq tal-flus tal-pubbliku għall-qrid tal-ħut ma għadux iġġustifikat”. Dan kien ikkonfermat ukoll mill-konsultazzjoni pubblika li twettqet mill-Kummissjoni fl-200944. Barra minn hekk, is-sistema ma baqgħetx tirrifletti aktar “il-bilanċ li jinbidel fil-forniment u fid-domanda”. Ir-Regolament il-ġdid tal-OKS dwar is-sajd u l-akkwakultura li daħal fis-seħħ fl-201445 ma għadux jagħti kumpens finanzjarju għall-irtirar tal-ħut mis-suq jew għall-qerda tiegħu. L-organizzazzjonijet tal-produtturi għadhom jistgħu jiddeċiedu li jirtiraw il-ħut mis-suq46, iżda bi spiża tagħhom. Bl-abolizzjoni tal-kumpens għall-irtirar tal-ħut mis-suq, l-Unjoni Ewropea tat sinjal ċar li s-sajd Ewropew għandu jabolixxi l-prattiki ta’ ħela u jallinja aħjar l-attivitajiet tas-sajd mad-domanda.

Il-Politika dwar is-Sikurezza Alimentari
62

Il-politika tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-sikurezza alimentari għandha l-għan li tiżgura li l-prodotti tal-ikel ikunu sikuri biex jittieklu mill-pubbliku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni tieħu azzjoni leġiżlattiva u timmonitorja jekk l-Istati Membri jiżgurawx li l-bejjiegħa bl-imnut, il-manifatturi u l-produtturi tal-ikel jaderixxux mar-regoli. Ir-regoli tas-sikurezza u tal-iġjene tal-ikel huma primarjament maħsuba sabiex jiggarantixxu li l-prodotti alimentari jkunu tajbin għall-konsum. Madankollu, meta dawn ir-regoli jiġu implimentati fil-prattika, jenħtieġ li tingħata attenzjoni biex ma jinħoloqx ir-riskju li tiġi ġġenerata ħela tal-ikel billi jinqabżu r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza alimentari. L-awditu identifika għadd ta’ oqsma fejn għadhom meħtieġa aktar sforzi mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel, li huma relatati mal-iskambju ta’ prattiki tajbin ta’ iġjene, mar-rekwiżiti tat-traċċabilità u mat-tikkettar tad-dati.

Gwidi għal prattika tajba ta’ iġjene
63

“Guides to good hygiene practice” (Gwidi għal prattika tajba ta’ iġjene) huma gwidi prattiċi żviluppati minn setturi speċifiċi fl-Istati Membri (eż. is-settur tal-bejgħ bl-imnut, l-industrija tat-tħin tad-dqiq, l-industrija tal-ilma fil-fliexken), dwar kif għandu jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene ġenerali fl-ikel u mar-rekwiżiti relatati. Il-gwidi jagħtu parir u jipprovdu gwida lin-negozji dwar kif għandhom jikkonformaw mar-regolamenti applikabbli dwar l-iġjene, bħal kif iwettqu valutazzjoni tar-riskji għas-sikurezza alimentari fin-negozju tagħhom, kif japplikaw prekawzjonijiet sabiex jindirizzaw dawn ir-riskji, jew kif jittrattaw il-kontroll tat-temperatura, il-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara, eċċ. Gwidi bħal dawn jippermettu li r-rekwiżiti dwar is-sikurezza jiġu adattati għal sitwazzjonijiet speċifiċi u li l-ħela tal-ikel potenzjalment titnaqqas, billi r-rekwiżiti stipulati huma stretti biss kemm hemm bżonn biex jiġi ssodisfat il-livell ta’ sikurezza meħtieġ.

64

Il-Kummissjoni Ewropea żżomm reġistru tal-gwidi nazzjonali għal prattiki tajbin ta’ iġjene bil-għan li tiskambja l-prattika tajba bejn l-Istati Membri u l-operaturi ta’ negozji tal-ikel. Madankollu, għal xi Stati Membri, dan ir-reġistru fih informazzjoni skaduta u gwidi li ma għadhomx attivi. Stati Membri oħrajn ma jobbligawx lill-kumpaniji privati li żviluppaw dawn il-gwidi biex jippubblikawhom. Minkejja l-eżistenza tar-reġistru, bosta Stati Membri li nżaru esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-fatt li ma hemmx biżżejjed skambju ta’ għarfien f’dan il-qasam fil-livell tal-UE.

Sejħiet lura u rtirar
65

F’każ ta’ sejħa lura jew ta’ rtirar ta’ prodott għal raġunijiet ta’ sikurezza alimentari, it-traċċabilità hija kruċjali. Aktar ma sistema ta’ traċċabilità tkun raffinata, aktar ikun żgħir ir-riskju ta’ ħela tal-ikel, billi l-prodotti li jissejħu lura/jiġu rtirati jkunu jistgħu jiġu identifikati b’aktar preċiżjoni. Il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel47 teħtieġ li l-operaturi jkollhom sistema ta’ traċċabilità li tkun kapaċi titraċċa prodott b’approċċ ta’ “pass ‘il quddiem u pass lura”48. Id-Direttiva 2011/91/UE49 tiddetermina li oġġett tal-ikel (prodott alimentari) għandu jkollu indikazzjonijiet jew marki li jidentifikaw il-lott li jappartjeni għalih, iżda ma tirrikjedi l-ebda referenza għad-daqs tal-lottijiet. Fil-prattika, l-implimentazzjoni ta’ din it-traċċabilità tal-lottijiet tvarja minn kumpanija għal oħra.

66

Erbgħa mill-ħames Stati Membri50 li nżaru matul l-awditu ma stabbilewx aktar rekwiżiti jew gwidi relatati mad-daqs tal-lottijiet, u l-awtoritajiet ta’ żewġ Stati Membri biss51, minn dawk li nżaru, iddikjaraw li huma ħeġġew lill-produtturi u lill-proċessuri biex jadottaw daqsijiet żgħar għal-lottijiet (ara l-Kaxxa 7). L-informazzjoni li nġabret fl-Istati Membri li nżaru wriet li xi drabi jkun diffiċli li jiġu stmati l-kwantitajiet imsejħin lura/irtirati, u spiss l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-prodotti li jkun jeħtieġ li jissejħu lura/jiġu rtirati tkun vaga wisq. Il-kodiċi li jidentifika l-kwantitajiet li għandhom jissejħu lura/jiġu rtirati mhuwiex uniformi; dan jista’ jkun numru tal-lott jew data ta’ skadenza, u l-kwantitajiet korrispondenti għal kull lott jistgħu jvarjaw ħafna, anke għal prodotti simili.

Kaxxa 7

Prattika tajba fir-rigward tat-traċċabilità fil-Finlandja

L-awtoritajiet Finlandiżi fasslu gwida ta’ informazzjoni dwar l-ikel li tistabbilixxi li l-volum massimu ta’ lott wieħed għandu jkun il-produzzjoni ta’ jum wieħed. Għalhekk, prodotti tal-ikel li jiġu prodotti fl-istess jum u li jkun fihom l-istess ingredjenti jistgħu jiffurmaw lott.

Skont l-awtoritajiet Finlandiżi, il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel f’sitwazzjonijiet fejn xi prodotti ssejħu lura/ġew irtirati tqieset f’kull każ għalih. Eżempju wieħed ta’ dan kien deċiżjoni governattiva fl-2014 li kienet maħsuba li tnaqqas il-ħela tal-ikel ikkawżata mill-projbizzjoni eċċezzjonali Russa fuq l-importazzjoni, u li ppermettiet li ikel b’tikketti bir-Russu jinbiegħ biss taħt ċerti kundizzjonijiet, u dment li l-informazzjoni dwar il-kontenut tal-prodott tkun disponibbli bil-miktub bil-Finlandiż qrib ħafna tal-prodott.

Id-dati fuq it-tikketti
67

It-tikkettar ambigwu tad-dati fuq prodotti alimentari huwa fattur ewlieni li jikkontribwixxi għal konfużjoni dwar is-sikurezza alimentari fost il-konsumaturi. Jenħtieġ li t-tikketti bid-data jkunu ċari biżżejjed għall-konsumaturi sabiex jiġi evitat il-konsum ta’ ikel mhux sikur, u jiġi evitat ukoll li ikel sikur jintrema. Skont id-dritt tal-UE52, il-prodotti jrid ikollhom tikketta jew bid-data “aħjar qabel” jew inkella bid-data “uża sa”. Id-”data “aħjar qabel”” (jew id-”data ta’ durabbiltà minima ta’ xi prodott alimentari”), tfisser id-data sa meta l-ikel jibqa’ jżomm il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu jekk ikun maħżun sew, u d-data “uża sa” tindika l-aħħar ġurnata sa meta l-prodott jitqies li jkun sikur.

68

Minkejja l-inizjattivi tal-awtoritajiet sabiex jiċċirkolaw informazzjoni dwar dan fl-Istati Membri li nżaru, id-dati “aħjar qabel” u “uża sa” jintużaw b’modi differenti mill-produtturi/proċessuri/bejjiegħa bl-imnut. Prodotti identiċi (jew simili ħafna) jistgħu jkollhom jew id-data “uża sa” jew inkella d-data “aħjar qabel”, u dan iżid mal-konfużjoni u jirriżulta fir-rimi ta’ ikel perfettament tajjeb, kif inhu enfasizzat bl-eżempji li nġabru matul l-awditu (ara l-Kaxxa 8). Barra minn hekk, kif juru r-riżultati tal-istħarriġ tal-Flash Eurobarometer 425, il-konsumaturi mhumiex konxji għalkollox mid-differenzi bejn id-dati “aħjar qabel” u “uża sa”, billi 47 % biss tan-nies intervistati identifikaw id-definizzjoni korretta għad-data “aħjar qabel” u 40 % biss id-data “uża sa”, b’differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri53.

Kaxxa 8

Prattiki ta’ tikkettar tad-dati – eżempji

Studju msejjaħ “Date labelling in the Nordic countries” (It-tikkettar tad-dati fil-pajjiżi Nordiċi)54 investiga kif il-kumpaniji jiddeterminaw il-ħajja tal-prodotti tagħhom fuq l-ixkaffa. Fil-każ tal-prodotti kollha studjati, kien hemm varjazzjonijiet kbar fil-ħajja fuq l-ixkaffa bejn prodotti simili. Għal xi prodotti, l-itwal ħajja fuq l-ixkaffa fi ġranet, kif immarkata minn bejjiegħ bl-imnut partikolari, kienet id-doppju ta’ dik iddeterminata minn bejjiegħ bl-imnut ieħor.

Waqt l-awditu, il-Qorti sabet bosta eżempji ta’ prodotti li kienu simili ħafna iżda li jużaw tipi differenti ta’ dati:

  • Perżut ta’ Parma (l-Italja): wieħed mill-prodotti kellu data “uża sa” (da consumare entro) u prodott ieħor kellu data “aħjar qabel” (da consumarsi preferibilmente entro);
  • ġobon (ir-Rumanija): wieħed mill-prodotti kellu data “uża sa” (expira la) u prodott ieħor kellu data “aħjar qabel” (a se consuma, de preferinta, inainte de).

Id-dati differenti jistgħu jikkawżaw konfużjoni fost il-konsumaturi, li tirriżulta fir-rimi ta’ ikel li jkun perfettament tajjeb biex jittiekel.

69

Skont id-dispożizzjonijiet tal-UE, prodotti li jeħtieġu data “aħjar qabel” xorta waħda jistgħu jinbiegħu wara dik id-data. Madankollu, sal-lum, għad hemm Stati Membri fejn huwa illegali li jinbiegħu prodotti wara d-data “aħjar qabel” (eż. ir-Rumanija, is-Slovakkja) (ara wkoll il-Kaxxa 9).

Kaxxa 9

Eżempji ta’ regoli dwar it-tikkettar tad-data li mhumiex qed jiġu applikati b’mod korrett (ir-Rumanija)

Fir-Rumanija l-leġiżlazzjoni nazzjonali (id-Deċiżjoni tal-Gvern 984/2005) ma tagħmilx distinzjoni bejn id-data “aħjar qabel” u d-data “uża sa”, iżda tirreferi għall-”iskadenza tal-validità tal-prodott”. L-istess test jiddikjara fir-Rumanija huwa pprojbit li jinbiegħu/jitqiegħdu fis-suq/jingħataw b’donazzjoni prodotti li jkunu qabżu d-”data ta’ skadenza” tagħhom. L-Ordinanza OG Nru 21/1992 tal-Gvern dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (aġġornata fl-2008) fil-fatt tuża t-termini korretti dwar it-tikkettar tad-data iżda tindika li l-prodotti jistgħu jinbiegħu biss jekk ma jkunux qabżu d-”data uża sa” /”id-data ta’ durabbiltà minima”. Għalhekk fir-Rumanija ma ġewx iċċarati t-tifsira tad-dati differenti u l-possibbiltà li prodott jibqa’ jinbiegħ u jiġi kkunsmat wara d-data “aħjar qabel”.

Kjarifikazzjoni u allinjament tal-politiki u tad-dispożizzjonijiet dwar il-faċilitazzjoni tad-donazzjoni ta’ ikel

70

Id-donazzjoni ta’ ikel hija t-tieni l-aktar għażla preferuta qabel ma l-ikel ikun jikkostitwixxi skart (ara l-paragrafi 5 u 6). Fl-UE teżisti kultura b’saħħitha ta’ donazzjoni ta’ ikel, u l-Kummissjoni rrikonoxxiet ukoll l-importanza li tiffaċilita d-donazzjoni ta’ ikel bħala mod kif titnaqqas il-ħela tal-ikel fl-UE55. Fil-livell tal-oqsma ta’ politika differenti tal-UE, għad hemm għadd ta’ ostakoli għad-donazzjoni, bħal nuqqas ta’ ċarezza fid-dispożizzjonijet legali eżistenti, dispożizzjonijiet legali neqsin jew dispożizzjonijiet legali li ma jintużawx fil-prattika. Li kieku jingħelbu dawn l-ostakoli, dan jikkontribwixxi għall-allinjament tal-politiki tal-UE biex tiġi ffaċilitata d-donazzjoni ta’ ikel.

Nuqqas ta’ ċarezza fid-dispożizzjonijiet legali eżistenti
Il-ġerarkija tal-iskart
71

Kemm l-Artikolu 4 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart56 kif ukoll il-proposta tal-2015 għal Direttiva li temenda diversi direttivi dwar l-iskart jispeċifikaw il-ġerarkija tal-iskart li għandha tiġi applikata fl-Unjoni Ewropea (ara l-paragrafu 5), iżda ma jispeċifikawx kif jenħtieġ li din l-ordni ta’ prijoritajiet tiġi applikat fil-każ speċifiku tal-ikel u ma jinkludux definizzjoni tat-terminu “ħela tal-ikel”. Għalhekk, it-testi tal-UE ma jiċċarawx jekk l-ikel mogħti b’donazzjoni għandux jingħadd bħala ikel moħli jew, għall-kuntrarju, jekk id-donazzjoni għandhiex titqies bħala mod kif tiġi evitata l-ħela tal-ikel57. Dan, imbagħad, għandu implikazzjonijiet għall-monitoraġġ tal-ħela tal-ikel58 u fuq it-teħid ta’ azzjonijiet biex titnaqqas il-ħela tal-ikel.

Il-Politika dwar is-Sikurezza Alimentari
72

Il-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene tal-ikel mill-2002 ma tiċċarax l-obbligi tal-banek tal-ikel u ta’ organizzazzjonijiet oħra tal-karità meta jimmaniġġaw l-ikel mogħti b’donazzjoni. B’mod partikolari, id-dritt tal-UE59 ma jispeċifikax jekk il-banek tal-ikel u l-organizzazzjonijiet tal-karità għandhomx jitqiesu bħala “operaturi ta’ negozji tal-ikel”60 u għalhekk għandhomx jikkonformaw mal-liġijiet dwar l-ikel. Għalhekk, l-Istati Membri adottaw interpretazzjonijiet differenti għal banek tal-ikel u organizzazzjonijiet oħra tal-karità li jittrattaw ikel mogħti b’donazzjoni (ara l-Kaxxa 10). Mill-2013 ‘il hawn, bosta Stati Membri żviluppaw linji gwida proprji tagħhom għall-banek tal-ikel u għall-organizzazzjonijiet tal-karità, fejn iċċaraw id-donazzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ obbligu u spjegaw kif għandhom jiġu interpretati fatturi ta’ sikurezza alimentari bħad-dati ta’ skadenza, it-traċċabilità, it-tikkettar u l-iffriżar ta’ prodotti alimentari. Il-Kummissjoni issa ġabret fis-sit web tagħha l-linji gwida nazzjonali u settorjali dwar ir-ridistribuzzjoni tal-ikel li huma kondiviżi minn diversi atturi, sabiex tippromwovi l-iskambju ta’ prattika tajba bejn l-Istati Membri. Għalkemm il-Kummissjoni nfisha ilha mill-2012 toħroġ sejħiet ripetuti għal linji gwida tal-UE dwar id-donazzjoni ta’ ikel biex din il-kwistjoni tiġi ċċarata, fi żmien l-awditu, f’Ġunju 2016, il-Kummissjoni indikat li l-ħidma fuq l-ewwel abbozz ta’ dawn il-linji gwida kienet għadha għaddejja61. Għalhekk, il-Kummissjoni għad għandha l-potenzjal li tikkontribwixxi għall-kjarifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali eżistenti f’dan ir-rigward.

Kaxxa 10

Eżempji ta’ interpretazzjonijiet differenti fl-Istati Membri rigward ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ banek tal-ikel u organizzazzjonijiet oħrajn tal-karità, b’relazzjoni mal-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene tal-ikel:

Fir-Rumanija, l-organizzazzjonjiet tal-karità u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) ma jitqisux bħala operaturi ta’ negozji tal-ikel. Dan jirriżulta f’sitwazzjoni mhux ċara fir-rigward tal-obbligazzjoni tagħhom meta jittrattaw ikel mogħti b’donazzjoni. Fil-Portugall, l-organizzazzjonijiet tal-karità huma assimilati ma’ “operaturi ta’ negozji tal-ikel”, iżda billi mhumiex is-suġġetti intenzjonati ewlenin tar-regolamenti dwar l-iġjene, ir-regoli u l-prinċipji dderivati minn dawn ir-regolamenti jiġu applikati b’ċertu grad ta’ flessibbiltà. Fl-Italja, organizzazzjonijiet tal-karità rikonoxxuti li jqassmu ikel mingħajr ħlas lil persuni fil-bżonn jiġu ttrattati bl-istess mod bħal operaturi ta’ negozji tal-ikel oħra mill-perspettiva tal-obligazzjoni marbuta mal-ħżin, mat-trasport u mal-użu korretti ta’ prodotti tal-ikel.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud
73

Bosta partijiet interessati jħarsu lejn l-inċentivi fiskali għad-donazzjoni ta’ ikel bħala l-aktar għodda qawwija biex tiġi inċentivata d-donazzjoni. Id-diskussjonijiet dwar l-inċentivi fiskali fil-livell tal-UE kienu kkonċentrati fuq kif jenħtieġ li tiġi applikata l-VAT għall-ikel mogħti b’donazzjoni. Dan kien is-suġġett ta’ għadd ta’ laqgħat li saru mill-Kummissjoni. Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-VAT ma tikkostitwix, waħidha, ostaklu għad-donazzjoni ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti alimentari, iżda l-interpretazzjoni ta’ dik il-leġiżlazzjoni minn ċerti Stati Membri xorta waħda tista’ tirrappreżenta ostaklu biex l-ikel jingħata b’donazzjoni (ara l-Kaxxa 11).

Kaxxa 11

L-applikazzjoni tal-VAT fuq ikel mogħti b’donazzjoni62

Wara talbiet mill-Istati Membri fl-2012 u fl-2013, kemm il-Kumitat Ewropew tal-VAT kif ukoll il-Kummissjoni impenjaw lilhom infushom, f’diversi okkażjonijiet, biex jiċċaraw kif il-VAT għandha tiġi applikata għal prodotti alimentari mogħtija b’donazzjoni, b’konformità mad-Direttiva tal-VAT. Il-kjarifika tagħhom tiddikjara li l-VAT fuq ikel mogħti b’donazzjoni hija dovuta, iżda l-Istati Membri jistgħu jqisu li l-valur li fuqu tiġi kkalkulata l-VAT jista’ jkun baxx jew qrib iż-żero jekk donazzjoni tingħata qrib id-data “aħjar qabel” jew jekk il-prodotti ma jkunux adattati għall-bejgħ. Għalhekk, fejn il-VAT li għandha titħallas fuq prodotti alimentari mogħtija b’donazzjoni tkun baxxa jew qrib iż-żero, għall-iskopijiet tal-VAT il-prodotti alimentari mogħtija b’donazzjoni jiġu ttrattati bl-istess mod bħal prodotti alimentari skartati.

Madankollu, it-terminu “mhux adattati għall-bejgħ” jista’ jiġi interpretat b’modi differenti u għalhekk jista’ joħloq inċertezza fost id-donaturi potenzjali ta’ prodotti alimentari, speċjalment f’dawk l-Istati Membri fejn l-interpretazzjoni titħalla f’idejn id-donatur potenzjali. Xi organizzazzjonijiet umbrella wrew tħassib dwar il-fatt li inċertezza bħal din tista’ tiskoraġġixxi d-donazzjonijiet minħabba l-biża’ li jinkisru r-regoli. Fil-prattika, il-VAT fuq prodotti mogħtija b’donazzjoni tiġi ttrattata b’mod differenti fi Stati Membri differenti. Fil-Portugall, il-VAT li trid titħallas fuq ikel mogħti b’donazzjoni tkun żero jekk dan jingħata lil ċerti korpi. Fl-Italja, ċerti tipi ta’ prodotti alimentari biss huma suġġetti għall-VAT b’rata żero. Fin-Netherlands u fil-Finlandja, id-donaturi jistgħu jiddeterminaw huma stess meta prodott alimentari ma jkunx għadu adattat għall-bejgħ u għalhekk suġġett għall-VAT b’rata żero. Fir-Rumanija, id-dokumenti rilevanti ta’ kjarifika kienu għadhom qed jiġu abbozzati fi żmien iż-żjara tal-awditjar.

Opportunitajiet mitlufa għall-faċilitazzjoni tad-donazzjoni minħabba nuqqas ta’ dispożizzjoni legali
Il-Politika Komuni tas-Sajd
74

Skont il-Kummissjoni, matul in-negozjati tar-riforma tal-PKS, l-opportunità li d-donazzjoni tiġi inkluża fil-PKS riformata ġiet diskussa mal-leġiżlatur u eventwalment ġiet rifjutata. Għalhekk, għad ma hemmx mekkaniżmu li jħeġġeġ id-donazzjoni ta’ ħut irtirat mis-suq u lanqas ma hemm mekkaniżmu li jħeġġeġ id-donazzjoni ta’ ħut li ma jistax jiġi kummerċjalizzat (eż. iżgħar milli suppost).

Il-Politika Agrikola Komuni
75

Kif ġie spjegat fil-paragrafu 35, għal ħafna snin l-UE kellha ħażniet konsiderevoli ta’ butir, trab tal-ħalib xkumat, ċereali, eċċ. Kien jeżisti programm iddedikat fi ħdan il-PAK (il-programm ta’ Distribuzzjoni ta’ Ikel għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn fil-Komunità - MDP) biex xi ftit minn dawn il-ħażniet ta’ intervent jingħataw b’donazzjoni lil persuni fil-bżonn permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-karità.

76

Mis-snin disgħin ‘il quddiem, l-użu tal-mekkaniżmu ta’ intervent pubbliku kif ukoll il-ħażniet naqsu b’mod kostanti. Mill-2014, l-MDP ġie sostitwit bi programm ieħor li ma jaqax taħt il-PAK, imsejjaħ il-FEAD. Għalkemm iż-żewġ Regolamenti applikabbli63 jipprevedu l-possibbiltà li jintużaw prodotti mill-ħażniet ta’ intervent permezz tal-FEAD, l-atti ta’ implimentazzjoni neċessarji tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-proċeduri rilevanti huma neqsin.

Opportunitajiet għall-faċilitazzjoni tad-donazzjoni li ma ġewx sfruttati biżżejjed
Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn
77

Il-FEAD ilu jeżisti mill-2014. B’differenza mill-MDP, il-fokus prinċipali tal-FEAD64 mhuwiex li jqiegħed prodotti mill-ħażniet ta’ intervent għad-dispożizzjoni tal-persuni l-aktar fil-bżonn, iżda li jipprovdi assistenza materjali u mhux materjali lil dawk l-aktar fil-bżonn.

78

Ir-Regolament dwar il-FEAD65 jipprevedi modi ta’ kif tista’ tiġi ffaċilitata d-donazzjoni ta’ ikel, iżda l-Kummissjoni ma ppromwovietx b’mod proattiv dan l-aspett tal-FEAD mal-Istati Membri u fil-fatt ftit Stati Membri biss użawh:

  • L-Artikolu 23(4) jipprevedi l-possibbiltà tat-tqassim mingħajr ħlas ta’ ikel mill-ħażniet ta’ intervent lill-persuni l-aktar fil-bżonn taħt il-FEAD. Fil-prattika, Stat Membru wieħed biss mit-28 (il-Finlandja) inkluda dan fil-programm operazzjonali (PO) tal-FEAD tiegħu.
  • L-Artikolu 26(2)(d) jipprevedi l-possibbiltà ta’ finanzjament tal-ispiża tal-ġbir, tat-trasport, tal-ħżin u tad-distribuzzjoni ta’ donazzjonijiet ta’ ikel. Skont il-Kummissjoni, erba’ Stati Membri biss inkludew dan fil-programmi operazzjonali tagħhom (l-Estonja, l-Italja, il-Lussemburgu u s-Slovakkja) bħala azzjoni fil-programm, iżda mingħajr ma allokaw baġit speċifiku.
Il-Politika Agrikola Komuni
79

Meta l-produtturi jirtiraw frott u ħxejjex mis-suq, huma jistgħu jirċievu finanzjament mill-UE biex jarmuhom (ara l-paragrafu 44). Meta huma jagħtu b’donazzjoni dawn il-prodotti lil ċerti korpi, huma jirċievu kumpens ogħla minn meta jeqirduhom. Minkejja dan il-kumpens ogħla, id-data li nġabret matul l-awditu turi li inqas minn 40 % tal-frott u l-ħxejjex irtirati mis-suq kienu fil-fatt ingħataw b’donazzjoni fil-perjodu 2007-2015. Iċ-ċifri jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri, u minn sena għal oħra. L-awditu wera li, fi Stat Membru wieħed li nżar waqt l-awditu, hemm problemi serji rigward l-affidabbiltà tad-data (ara l-Kaxxa 12).

Kaxxa 12

Inkonsistenzi fid-data rigward l-irtirar, il-ħsad bikri u n-nuqqas ta’ ħsad (l-Italja)

L-Istati Membri jintalbu jirrappurtaw lill-Kummissjoni Ewropea kull sena dwar il-kwantitajiet, il-valuri u d-destinazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex li jkunu ġew irtirati mis-suq. Skont id-data riċevuta mill-awtoritajiet Taljani tar-Regione Lazio għas-sena 2011, il-kwantità totali ta’ prodotti li ngħataw għad-distribuzzjoni mingħajr ħlas kienet tammonta għal 139 kilotunnellata, li hija kważi t-triplu tal-kwantità totali ta’ prodotti rtirati mis-suq (50 kilotunnellata). Din iċ-ċifra ma tistax tkun sempliċiment żball ta’ darba, billi kien hemm disa’ kategoriji differenti ta’ prodotti fejn il-kwantità tal-prodotti mqassmin mingħajr ħlas kienet ogħla mill-kwantità totali tal-prodotti rtirati.

Barra minn hekk, l-awdituri talbu tliet eżempji ta’ każijiet fejn organizzazzjoni tal-produtturi kienet tat b’donazzjoni prodotti rtirati mis-suq għad-distribuzzjoni mingħajr ħlas. Id-dokumentazzjoni riċevuta wriet li fl-2014 ċerta organizzazzjoni ta’ produtturi kienet tat b’donazzjoni 24 tunnellata ta’ dulliegħ lil organizzazzjoni tal-karità. Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn tindika wkoll li dik kienet is-seba’ darba fl-2014 li l-organizzazzjoni tal-produtturi kienet tat prodotti rtirati mis-suq għad-distribuzzjoni mingħajr ħlas. Madankollu, skont ir-Rapport Annwali 2014 li ntbagħat lill-Kummissjoni, dik is-sena dik l-organizzazzjoni partikolari tal-produtturi ma kienet irtirat mis-suq l-ebda kwantità ta’ prodotti.

L-awtoritajiet irrikonoxxew li kien hemm żbalji fid-data u ma setgħux jagħtu spjegazzjoni.

80

Waħda mid-diffikultajiet irrapportati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri rigward id-distribuzzjoni mingħajr ħlas ta’ frott u ħxejjex li jiġu rtirati mis-suq lil ċerti stabbilimenti pubbliċi66 hija l-fatt li, skont id-dritt tal-UE, mhuwiex permess li d-distribuzzjoni mingħajr ħlas tissostitwixxi l-kwantitajiet li normalment jinxtraw minn stabbilimenti bħal dawn. Filwaqt li din id-dispożizzjoni hija stabbilita biex tiġi evitata l-interferenza fis-suq, fil-prattika, minħabba d-diffikultà biex jiġi vverifikat jekk hemmx konformità magħha, xi awtoritajiet jiġu skoraġġuti għalkollox milli jagħtu prodotti b’donazzjoni lil dawn it-tipi ta’ stabbilimenti.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

81

Il-ħela tal-ikel hija problema globali li fis-snin reċenti kisbet iżjed prominenza fl-aġenda pubblika u politika, u li probabbilment se tibqa’ ssir aktar importanti, speċjalment meta titqies il-ħtieġa li tintema’ l-popolazzjoni globali li qed tikber. L-ikel huwa prodott bażiku prezzjuż u l-produzzjoni tiegħu tista’ tirrikjedi ħafna riżorsi. Stimi attwali jindikaw li, globalment, madwar terz tal-ikel li jiġi prodott għall-konsum mill-bniedem jinħela jew jintilef, u dan qed ikollu konsegwenzi ekonomiċi u ambjentali.

82

F’dan l-isfond, aħna eżaminajna r-rwol li l-UE jista’ jkollha fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel. Filwaqt li rrikonoxxa l-importanza tal-qawwiet tas-suq fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel, l-awditu eżamina l-azzjonijiet li ttieħdu sa issa u l-mod li bih jaħdmu d-diversi strumenti ta’ politika tal-UE biex titnaqqas il-ħela tal-ikel. Huwa ffoka fuq l-azzjonijiet ta’ prevenzjoni u ta’ donazzjoni li huma dawk l-aktar preferuti fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel.

83

L-awditu eżamina l-mistoqsija “L-UE tikkontribwixxi għal katina tal-provvista tal-ikel effiċjenti fir-riżorsi billi tiġġieled kontra l-ħela tal-ikel b’mod effettiv?”. Huwa sab li bħalissa l-UE ma tagħmilx dan, u r-rapport jenfasizza l-modi li bihom l-inizjattivi u l-politiki attwali jistgħu jintużaw b’mod aktar effettiv biex tiġi indirizzata l-problema tal-ħela tal-ikel. Ħafna mit-titjib potenzjali la jirrikjedi inizjattivi ġodda u lanqas żieda fil-finanzjament pubbliku, iżda minflok jinvolvi l-allinjament aħjar tal-politiki eżistenti, titjib fil-koordinazzjoni fi ħdan il-Kummissjoni u bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u l-identifikazzjoni ċara tat-tnaqqis fil-ħela tal-ikel bħala wieħed mill-objettivi tal-politiki eżistenti.

84

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri kollha esprimew ix-xewqa tagħhom li tiġi miġġielda l-problema tal-ħela tal-ikel. L-azzjoni li ttieħdet sa issa biex tissodisfa dik ix-xewqa kienet frammentata u intermittenti, ma hemmx qbil dwar strateġija fl-UE kollha, u l-koordinazzjoni fil-livell tal-Kummissjoni hija nieqsa. Minkejja l-importanza dejjem tikber tal-ħela tal-ikel fl-aġenda politika, l-ambizzjoni tal-Kummissjoni naqset matul iż-żmien (il-paragrafi 26 sa 32). Dan minkejja li l-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel hija qasam fejn jidher li hemm qbil li l-Kummissjoni jista’ jkollha rwol ewlieni. In-nuqqas ta’ definizzjoni komuni għall-ħela tal-ikel u n-nuqqas ta’ linja bażi miftiehma, li jistgħu jkunu l-punt tat-tluq biex jiġi mmirat it-tnaqqis fil-ħela, xekklu progress ulterjuri f’dan il-qasam. Għalhekk aħna nirrakkomandaw:

Rakkomandazzjoni 1

Jenħtieġ li l-isforzi tal-UE biex tiġi miġġielda l-ħela tal-ikel jissaħħu u jiġu kkoordinati aħjar; jekk tagħmel dan l-UE tkun tista’ tassumi rwol akbar fil-fora xierqa fil-livell globali. Dan jimplika azzjoni miftiehma mill-korpi tal-UE u mill-Istati Membri biex jaqblu fuq strateġija komuni mill-aktar fis possibbli.

Fil-livell tekniku, jenħtieġ li l-Kummissjoni issa tiżviluppa pjan ta’ azzjoni għas-snin li ġejjin li jkun ikopri diversi oqsma ta’ politika. Jenħtieġ li dan jinkludi deskrizzjonijiet maqbula ta’ x’jikkostitwixxi ħela tal-ikel fl-istadji kollha tal-katina tal-ikel u metodoloġija biex jitkejlu l-impatti tal-istrateġija tagħha.

85

Aħna ħarisna lejn għadd ta’ oqsma ta’ politika tal-UE li probabbilment jinfluwenzaw l-imġiba tad-diversi atturi fil-katina tal-provvista tal-ikel rigward il-ħela tal-ikel (l-agrikoltura, is-sajd, is-sikurezza alimentari, l-ambjent, l-affarijiet soċjali u t-tassazzjoni). Jenħtieġ li l-azzjoni tiġi mmirata tul il-katina tal-provvista tal-ikel kollha kemm hi b’benefiċċji potenzjali għal dawk kollha involuti. Madankollu, jenħtieġ li l-enfasi tkun fuq il-prevenzjoni, billi l-benefiċċji li tiġi evitata l-ħela huma ħafna akbar minn meta din tiġi indirizzata aktar tard.

86

Filwaqt li jeżistu għadd ta’ politiki tal-UE li għandhom il-potenzjal li jiġġieldu kontra l-ħela tal-ikel, dan il-potenzjal ma ġiex sfruttat kompletament u l-opportunitajiet offruti għadhom iridu jittieħdu. Kien hemm nuqqas notevoli ta’ valutazzjoni tal-impatt tad-diversi politiki tal-UE fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel. Oqsma ta’ politika kbar bħalma huma l-Politika Agrikola Komuni, inkluż l-Iżvilupp Rurali, il-Politika Komuni tas-Sajd u l-Politika dwar is-Sikurezza Alimentari kollha għandhom sehem x’jagħtu u jistgħu jintużaw biex il-ħela tal-ikel tiġi miġġielda aħjar (il-paragrafi 34 sa 69). Madankollu, maż-żmien, bidliet fil-politika inklużi r-riforma tal-PAK u t-tibdiliet fil-politika tas-sajd kellhom impatt pożittiv, pereżempju t-tbegħid minn politika agrikola bbażata fuq interventi li kienet toħloq produzzjoni eċċessiva. Ir-rapport jenfasizza għadd ta’ prattiki tajbin iżda l-impatt pożittiv tagħhom fuq il-ħela tal-ikel kien aktar koinċidenza milli riżultat ta’ azzjoni politika mmirata. Għalhekk aħna nirrakkomandaw:

Rakkomandazzjoni 2

Sabiex jiġu kkoordinati d-diversi politiki li għandhom il-potenzjal li jiġġieldu l-ħela tal-ikel, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-ħela tal-ikel fil-valutazzjonijiet tal-impatt futuri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tallinja aħjar il-politiki differenti u tikkunsidra modi li bihom dawn jistgħu jiġu żviluppati biex jindirizzaw il-problema. B’mod partikolari:

  1. rigward il-PAK, jenħtieġ li s-suġġett tal-ħela tal-ikel jiġi inkluż fl-analiżi li ġejja tal-politika. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lill-objettiv tal-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel huma u jipprogrammaw nefqiet futuri billi, pereżempu, jagħmluha wieħed mill-objettivi għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss tal-Iżvilupp Rurali.
  2. rigward il-Politika Komuni tas-Sajd, jenħtieġ monitoraġġ aktar mill-qrib tal-obbligu ta’ ħatt l-art għall-ħut u jenħtieġ li minn issa ‘l quddiem il-Kummissjoni tiffaċilita l-użu tal-fondi Ewropej disponibbli għal investimenti bbażati fuq il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel.
  3. meta tkun qed tiżviluppa l-politika tagħha dwar is-sikurezza alimentari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita aktar l-iskambju ta’ prattiki tajbin dwar l-iġjene u timmonitorja kif qed jiġu implimentati r-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà. Rigward it-tikkettar tal-ikel jenħtieġ li hija tivvaluta l-ħtieġa li tintervjeni sabiex jiġu evitati prattiki ta’ tikkettar li jiġġeneraw il-ħela tal-ikel.
87

Fl-UE diġà sseħħ id-donazzjoni ta’ ikel li jkun se jinħela, pereżempju permezz ta’ banek tal-ikel. Madankollu, għadhom jeżistu għadd ta’ ostakoli għad-donazzjoni, u nuqqas ta’ ċarezza u ta’ konsistenza f’ċerti dispożizzjonijiet legali relatati mad-donazzjoni. Ma ttiħdux għadd ta’ opportunitajiet biex tiġi ffaċilitata d-donazzjoni ta’ ikel li jkun se jinħela (il-paragrafi 70 sa 80). Għalhekk, filwaqt li nisħqu li jenħtieġ li l-isforzi jkunu primarjament diretti lejn il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel, aħna nirrakkomandaw:

Rakkomandazzjoni 3

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi l-opzjoni tad-donazzjoni ta’ ikel li jkun tajjeb għall-konsum u li inkella jkun se jinħela. B’mod partikolari, u malli jkun prattikabbli, billi:

  1. tikkjarifika l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali li jiskoraġġixxu d-donazzjoni ta’ ikel, b’mod partikolari b’referenza għad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u l-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel;
  2. twettaq valutazzjoni tal-impatt tal-estensjoni tad-donazzjoni għal dawk l-oqsma ta’ politika li fihom mhijiex isseħħ, partikolarment b’rabta mal-Politika Komuni tas-Sajd;
  3. tikkompleta r-rekwiżit leġiżlattiv biex tippermetti l-użu ta’ ikel mill-ħażniet agrikoli li jkunu ġejjin mill-intervent pubbliku; u
  4. tippromwovi fost l-Istati Membri l-użu tad-dispożizzjonijiet eżistenti għad-donazzjoni, b’referenza partikolari għall-frott u l-ħxejjex li jiġu rtirati mis-suq u għall-FEAD.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Phil WYNN OWEN, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-10 ta’ Novembru 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President

Annessi

Anness I

Ir-rwol tal-qawwiet tas-suq fil-ġenerazzjoni tal-ħela tal-ikel

L-ekonomiji tas-suq għandhom l-għan li jġibu l-prosperità lis-soċjetà fl-intier tagħha u li jistimulaw il-kompetizzjoni bħala inċentiv għall-innovazzjoni. Madankollu, jistgħu jseħħu esternalitajiet negattivi1 tul il-katina tal-ikel kollha, li jiġġeneraw ħela tal-ikel u spejjeż lill-atturi speċifiċi u lis-soċjeta fl-intier tagħha. Għalhekk, il-ġenerazzjoni tal-ħela tal-ikel tista’, sa ċertu punt, titqies bħala r-riżultat ta’ falliment tas-suq. Barra minn hekk, il-konsumaturi mhumiex infurmati sewwa dwar il-ħela tal-ikel assoċjata ma’ kull wieħed mill-prodotti li huma jikkunsmaw. Dment li ma tittiħidx azzjoni xierqa biex dawn l-esternalitajiet jitreġġgħu lura, mhuwiex se jkun hemm biżżejjed inċentiv biex l-atturi tul il-katina tal-ikel inaqqsu l-ħela tal-ikel, u s-soċjetà tibqa’ tħallas għall-ispejjeż assoċjati. Żewġ eżempji konkreti tal-influwenza tal-qawwiet tas-suq fuq il-ġenerazzjoni tal-ħela tal-ikel huma żviluppati hawn taħt.

L-ewwel eżempju: standards fil-kummerċjalizzazzjoni għall-frott u l-ħxejjex

L-istandards fil-kummerċjalizzazzjoni huma standards tal-kwalità u tal-estetika għall-klassifikazzjoni ta’ prodotti agrikoli. L-UE tapplika sistema ta’ standards fil-kummerċjalizzazzjoni għall-frott u l-ħxejjex. Minbarra l-istandards pubbliċi, id-ditti jistgħu jistabbilixxu l-istandards proprji tagħhom fil-kummerċjalizzazzjoni li jistgħu jinkludu wkoll komponenti estetiċi.

L-istandards fil-kummerċjalizzazzjoni huma utli minħabba li huma jistabbilixxu lingwa komuni u b’hekk jiffaċilitaw il-kummerċ. Huma jistgħu jħeġġu produzzjoni ta’ kwalità għolja, itejbu l-profittabbiltà u jipproteġu l-interessi tal-konsumatur. L-istandards pubbliċi fil-kummerċjalizzazzjoni jistgħu jevitaw ukoll il-proliferazzjoni ta’ bosta standards privati.

Madankollu, minħabba standards bħal dawn, prodotti perfettament tajbin għall-ikel jistgħu jitneħħew mill-katina tal-provvista tal-ikel għal raġunijiet estetiċi (bħalma huma r-rekwiżiti dwar id-daqs u l-għamla)2. Jeżistu tassew ftit studji li juru li l-prodotti li ma jinbigħux fl-ogħla żewġ kategoriji tal-kwalità (“kategorija I” jew “extra”) jistgħu fil-fatt jinbiegħu lill-industrija tal-ipproċessar. Barra minn hekk, l-industrija tal-ipproċessar, għal raġunijiet tekniċi, tista’ teħtieġ rekwiżiti ta’ daqs u għamla saħansitra aktar stretti3 4.

Għalhekk jeħtieġ li ssir aktar riċerka rigward ir-relazzjoni bejn l-istandards fil-kummerċjalizzazzjoni u l-ħela tal-ikel5. Il-ħela tal-ikel relatata mal-użu tal-istandards ġiet diskussa reċentement fil-Grupp ta’ Ħidma tan-NU/KEE dwar l-Istandards tal-Kwalità Agrikola6. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE jistgħu jinfluwenzaw l-istandards pubbliċi tan-NU/KEE, li jiġu approvati, u sussegwentament implimentati, mill-UE. F’diskussjonijiet bħal dawn, jistgħu jitqiesu kwistjonijiet ta’ interess pubbliku bħall-evitar tal-ħela ta’ riżorsi permezz tal-prevenzjoni ta’ ġenerazzjoni tal-ħela tal-ikel, kemm għal raġunijiet ekonomiċi kif ukoll ambjentali.

It-tieni eżempju: prattiki kummerċjali inġusti (UTPs) u differenzi sinifikanti fis-setgħa ta’ negozjar

Prattiki kummerċjali inġusti huma prattiki li jiddevjaw ħafna mill-imġiba kummerċjali tajba u huma kuntrarji għall-bona fide u t-tranżazzjoni ġusta. Tipikament dawn jiġu imposti f’sitwazzjoni ta’ żbilanċ minn parti aktar b’saħħitha fuq waħda aktar dgħajfa, u jistgħu jeżistu fuq kwalunkwe naħa tar-relazzjoni bejn negozju u ieħor7. Għalhekk UTPs u sitwazzjonijiet ta’ setgħa ta’ negozjar żbilanċjata bejn operaturi ta’ negozji huma żewġ kunċetti differenti li jistgħu jseħħu fl-istess ħin.

Iż-żewġ tipi ta’ sitwazzjonijiet jistgħu jikkawżaw ħela tal-ikel (ara l-Kaxxa). Fiż-żewġ każijiet, jekk ikun hemm ħela tal-ikel, l-operatur dominanti u aktar b’saħħtu jirnexxilu jitfa’ lura parti mill-ispiża tal-ħela tal-ikel fuq l-operatur aktar dgħajjef u ddominat fir-relazzjoni tan-negozju.

Kaxxa

Relazzjonijiet tan-negozju b’effett fuq il-ħela tal-ikel

Eżempji ta’ prattiki kummerċjali inġusti li jistgħu jkollhom effett fuq il-ħela tal-ikel:

  • nuqqas ta’ kuntratti bil-miktub;
  • modifikazzjoni unilaterali tat-termini u l-kundizzjonijiet miftiehma wara l-konklużjoni tal-kuntratt.

Il-ħela tal-ikel tista’ sseħħ fil-każ ta’ kanċellazzjonijiet fl-aħħar minuta jew fil-każ ta’ tibdil fil-volumi li jkunu ġew ordnati meta l-fornitur ma jkunx jista’ jsib xerrej ieħor għall-prodott tiegħu.

Eżempji ta’ prattiki kummerċjali “ġusti” li jseħħu f’sitwazzjonijiet ta’ setgħa ta’ negozjar żbilanċjata li jistgħu jkollhom effett fuq il-ħela tal-ikel:

  • klawsoli kuntrattwali li jiffissaw livell għoli ta’ disponibbiltà tal-prodott, mingħajr garanzija ta’ xiri;
  • fornituri li jimmiraw għal disponibbiltà tal-prodott għolja ħafna biex ma jaqgħux fir-riskju li ma jitkomplewx ir-relazzjonijiet kummerċjali mal-klijent tagħhom.

Sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jwasslu għal ħela tal-ikel, jekk ix-xerrej ikun jeħtieġ inqas prodotti minn kemm il-fornitur iqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu.

Ir-relazzjoni bejn l-iżbilanċi fis-setgħa ta’ negozjar, il-prattiki kummerċjali inġusti u l-ħela tal-ikel ġiet enfasizzata ripetutament mill-Parlament Ewropew, u huwa rikonoxxut li l-kummerċ ġust għandu min-naħa tiegħu jgħin biex jiġu evitati l-produzzjoni eċċessiva u l-ħela tal-ikel8. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jirrikonoxxu li jeżistu prattiki inġusti minn negozju għal negozju u li jeħtieġ tittieħed azzjoni kontrihom. Rapport reċenti tal-Kummissjoni9 jiddikjara li “f’dan l-istadju l-Kummissjoni ma tarax il-valur miżjud ta’ approċċ regolatorju speċifiku armonizzat fil-livell tal-UE”.

Madankollu, minkejja (i) sforzi sabiex jissaħħaħ is-settur primarju permezz ta’ appoġġ għall-istabbiliment u l-espansjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi10, (ii) l-eżistenza tal-hekk imsejħa Inizjattiva tal-Katina tal-Provvista (SCI)11 mill-2011 ‘il hawn fil-kuntest tal-Forum ta’ Livell Għoli għal Katina tal-Provvista tal-Ikel li Tiffunzjona Aħjar12 u (iii) l-eżistenza ta’ leġiżlazzjoni speċifika kontra l-UTPs fil-maġġoranza tal-Istati Membri, dawn il-kwistjonijiet kumplessi għadhom, għallinqas sa ċertu punt, mhumiex riżolti u l-kunsiderazzjoni tal-impatt tal-UTPs fuq il-ġenerazzjoni tal-ħela tal-ikel għadha problema.

Anness II

Ħarsa ġenerali lejn l-istrumenti tal-UE li jistgħu jħallu impatt fuq il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel

Fil-livell tal-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari huwa inkarigat mid-dossier dwar il-ħela tal-ikel. F’dak il-kuntest huwa jieħu għadd ta’ azzjonijiet (bħat-twaqqif ta’ gruppi ta’ ħidma u gruppi ta’ esperti) u inizjattivi ta’ komunikazzjoni. Bosta Direttorati Ġenerali oħra tal-Kummissjoni wkoll għandhom rwol fil-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel, billi ħafna mill-politiki u d-dispożizzjonijiet tal-UE jistgħu jinfluwenzaw il-ġenerazzjoni tal-ħela tal-ikel (bħall-politika agrikola, il-politika tas-sajd, il-politika dwar is-sikurezza alimentari, il-politika dwar l-iskart).

Għall-awditu, aħna analizzajna l-politiki tal-UE u d-dispożizzjonijiet legali tal-UE u identifikajna dawk l-istrumenti (kemm fondi tal-UE kif ukoll dispożizzjonijiet legali li mhuma marbuta ma’ ebda fondi) li jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba tal-atturi1 differenti fil-katina tal-provvista tal-ikel f’termini ta’ prevenzjoni ta’ ħela tal-ikel jew ta’ donazzjoni ta’ ikel li inkella jinħela. Ir-riżultat jidher fit-tabella t’hawn taħt: din tagħti ħarsa ġenerali lejn dawk l-istrumenti tal-UE li għandhom impatt fuq il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel, u tindika f’liema parti tal-katina tal-provvista tal-ikel tista’ tiġi influwenzata l-imġiba tal-atturi differenti.

Strumenti tal-UE li għandhom effett fuq il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikelPrevenzjoni tal-ħela tal-ikelDonazzjoni
ProdutturiProċessuriBejjiegħa bl-ImnutKonsumaturi
Fondi tal-UEFAEGxxxx
FAEŻRxx
FEMSxxx
FEADx
Dispożizzjonijiet legali li mhumiex relatati ma’ fondiDirettiva dwar l-Iskart1xxxx
Regoli dwar is-sikurezza alimentari2xxxx
Tikkettar3xxxxx
Traċċabilità2xxxx
Standards fil-Kummerċjalizzazzjoni4xxxx
Prattiki kummerċjali (in)ġustixxx
VAT5 u stimoli finanzjarjixxxx

1 Id-Direttiva 2008/98/KE.

2 Il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel (ir-Regolament (KE) Nru 178/2002) u l-Pakkett dwar l-Ikel u l-Iġjene (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004, ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u d-Direttiva 2004/41/KE).

3 Id-durabilità tal-ikel u l-immarkar tad-data (ir-Regolament (KE) Nru 1169/2011).

4 Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 (kif emendat, b’mod partikolari bir-Regolament (KE) Nru 1221/2008).

5 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE.

It-tabella ta’ hawn fuq telenka l-istrumenti tal-UE li huma stabbiliti jew fir-Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew fir-Regolamenti tal-Kummissjoni jew fid-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Skont it-tip ta’ test, l-influwenza fuq l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tista’ tkun jew diretta (fil-każ ta’ Regolamenti) jew indiretta (fil-każ ta’ Direttivi), li jagħti ftit lok għal interpretazzjoni lill-Istati Membri fil-mod kif jippromulgaw id-dispożizzjonijiet tal-UE.

Għalhekk, ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, rigward l-istrumenti tal-UE msemmija hawn fuq, f’dak li jirrigwarda l-ħela tal-ikel, hija li jużaw il-Fondi u li jippromulgaw id-dispożizzjonijiet tal-UE b’tali mod li jiffavorixxu l-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u d-donazzjoni.

Anness III

Dikjarazzjonijiet politiċi prinċipali mill-2009 ‘l hawn rigward il-ħela tal-ikel

2009

L-Eks Kummissarju Daniża is-Sinjura Fischer Boel1

“Ma jagħmilx sens li jintremew prodotti perfettament tajbin, sempliċiment għax ikunu ta’ daqs u għamla “ħażina”.”

2010

Dikjarazzjoni konġunta kontra l-ħela tal-ikel2

“Bl-adozzjoni ta’ din id-dikjarazzjoni aħna għandna l-intenzjoni li nimpenjaw lilna nfusna b’mod espliċitu fuq il-livell nazzjonali, reġjonali u globali li nnaqqsu b’50 % l-ammont ta’ ħela tal-ikel tul il-katina tal-ikel kollha kemm hi. (…) Għandhom jittieħdu passi urġenti sabiex jiġi identikat liema azzjonijiet għandhom jittieħdu biex nagħmlu minn dan l-objettiv mira realistika li tintlaħaq sal-2025.”

2011

Il-Parlament Ewropew: Rapport dwar kif nevitaw il-ħela tal-ikel: strateġiji għal katina tal-ikel aktar effiċjenti fl-UE3

“jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex barra minn hekk tiżviluppa miżuri prattiċi biex sal-2025 il-ħela tal-ikel titnaqqas b’nofs u biex fl-istess ħin tiġi evitata l-produzzjoni tal-bijoskart”

2012

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2012 dwar kif nevitaw il-ħela tal-ikel: strateġiji għal katina tal-ikel aktar effiċjenti fl-UE4

“Jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex barra minn hekk tiżviluppa miżuri prattiċi biex sal-2025 il-ħela tal-ikel titnaqqas b’nofs u biex fl-istess ħin tiġi evitata l-produzzjoni tal-bijoskart”

“Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jinnominaw is-sena 2014 bħala s-Sena Ewropea kontra l-Ħela tal-Ikel

2013

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill: id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”.5

“L-eżitu ta’ Rio+20 irrikonoxxa l-ħtieġa li jitnaqqas b’mod sinifikanti t-telf u l-ħela ta’ wara l-ħsad u oħrajn mill-ikel kif ukoll l-iskart tul il-katina kollha tal-provvista tal-ikel. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta strateġija komprensiva biex tiġi miġġielda l-ħela tal-ikel bla bżonn u twettaq ħidma mal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-ġenerazzjoni ta’ skart eċċessiv.”

2015

13-il Membru tal-Parlament Ewropew: Dikjarazzjoni bil-miktub dwar il-ħela tal-ikel6

Il-Kummissjoni qeda tiġi mistiedna wkoll tiddikjara l-2016 bħala s-Sena Ewropea kontra l-ħela tal-ikel.

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 2015 dwar l-Expo Milano 2015: Ikel għall-Pjaneta, Enerġija għall-Ħajja7

“Jistieden lill-Kummissjoni tiġġieled kontra l-ħela tal-ikel b’għanijiet ambizzjużi, definiti b’mod ċar u vinkolanti biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjoni kontra l-ħela tal-ikel f’kull livell tal-katina tal-provvista tal-ikel, mill-għalqa sal-mejda tal-konsumatur”

“Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jedukaw liċ-ċittadini, jippromwovi u jxerrdu l-aħjar prattiki, iwettqu analiżijiet u jibdew kampanji soċjali u edukattivi fl-iskejjel dwar il-ħela tal-ikel u l-importanza ta’ dieta tajba għas-saħħa, ibbilanċjata u jagħtu prijorità lill-produzzjoni agrikola lokali kif ukoll billi jinnominaw lill-2016 bħala s-Sena Ewropea kontra l-Ħela tal-Ikel”.

Laqgħa tal-Ministri tal-Agrikoltura tal-G20 - Istanbul, is-7-8 ta’ Mejju 2015, Komunikazzjoni Finali8

“Aħna ninnutaw bi tħassib kbir ir-rata sinifikanti ta’ telf u ta’ ħela tal-ikel tul il-katini ta’ valur alimentari kollha kemm huma u l-konsegwenzi negattivi ta’ dan fuq is-sikurezza alimentari, in-nutrizzjoni, l-użu tar-riżorsi naturali u l-ambjent. Aħna qed nenfasizzaw dan bħala problema globali ta’ sinifikat ekonomiku, ambjentali u soċjetali enormi u nħeġġu lill-membri kollha tal-G20 sabiex isaħħu l-isforzi tagħhom biex jindirizzawha. Aħna nemmnu li t-tnaqqis fit-telf u l-ħela tal-ikel huwa objettiv tajjeb għal azzjoni kollettiva tal-G20 u li l-G20 tista’ tipprovdi tmexxija globali f’dan ir-rigward. Infakkru r-Rakkomandazzjonijiet ta’ Politika tal-Kumitat dwar is-Sigurtà Alimentari dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel. Fil-kuntest tal-koerenza politika, inħeġġu lid-DWG sabiex jissokta bl-isforzi tiegħu biex jiżviluppa azzjonijiet li jnaqqsu t-telf u l-ħela tal-ikel bħala parti mill-Pjan ta’ Implimentazzjoni tiegħu għall-Qafas dwar is-Sikurezza Alimentari u n-Nutrizzjoni tal-G20.”

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2015 dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari9

“Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi, sa tmiem l-2015, miri, miżuri u strumenti li jindirizzaw b’mod effiċjenti l-ħela tal-ikel, inkluż l-istabbiliment ta’ mira vinkolanti għat-tnaqqis fil-ħela tal-ikel ta’ mill-inqas 30 % sal-2025 fis-setturi tal-manifattura, tal-bejgħ bl-imnut/id-distribuzzjoni, tas-servizz tal-ikel/l-ospitalità u fis-settur tal-unitajiet domestiċi

“jistieden lill-Kummissjoni, li meta tkun qed twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar proposti leġislattivi rilevanti ġodda, tevalwa l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-ħela tal-ikel

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni: Riżoluzzjoni dwar l-Ikel Sostenibbli10

“itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea biex jiġi promoss it-tnaqqis tal-iskart tal-ikel u li terġa’ tressaq proposta għal għan tat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel ta’ mill-inqas 30 % sal-2025, abbażi tal-proposta rtirata fl-2014 li temenda d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart għall-promozzjoni ta’ ekonomija ċirkolari (…); f’dan il-kuntest jappoġġja s-sejħa tal-Parlament Ewropew biex l-2016 tiġi ddedikata bħala s-Sena Ewropea kontra l-Ħela tal-Ikel

In-Nazzjonijiet Uniti: Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-25 ta’ Settembru 2015 70/1. Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development (Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli)11

“12.3 Sal-2030, titnaqqas nofs il-ħela dinjija tal-ikel ir-ras fuq il-livelli tal-bejgħ bl-imnut u tal-konsumatur u jitnaqqas it-telf tal-ikel tul il-ktajjen tal-produzzjoni u l-provvista, li jinkludi t-telf ta’ wara l-ħsad

2016

Abbozz ta’ Rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart. Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, l-24 ta’ Mejju 201612

“Jeħtieġ li jiġu inklużi fid-Direttiva 2008/98/KE definizzjonijiet (…) tal-iskart tal-ikel u tad-dekontaminazzjoni bil-għan li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-kunċetti jiġi ċċarat. (…)

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta linji gwida għal ikel għal donazzjoni inkluż fir-rigward tal-aspetti fiskali u tekniċi. (…)

L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom ta’ prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, billi jkejlu l-livelli tal-iskart tal-ikel abbażi ta’metodoloġija komuni. Sal-31 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 38a biex tistabbilixxi l-metodoloġija, inklużi r-rekwiżiti ta’ kwalità minima, għall-kejl uniformi tal-livelli tal-iskart tal-ikel. (…)

“L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, skont l-Artikoli 1 u 4, programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart bil-għan li jilħqu, tal-inqas, l-għanijiet li ġejjin:

(…) tnaqqis ta’ 50 % fil-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel sal-2030;”

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Telf u ħela tal-ikel – Il-konklużjonijiet tal-Kunsill (28 ta’ Ġunju 2016)

Dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill jiżviluppaw f’aktar dettall il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ekonomija ċirkolari (20 ta’ Ġunju 2016).

1 http://europa.eu/rapid/press-release_IP-09-1059_en.htm

2 Dikjarazzjoni konġunta kontra l-ħela tal-ikel: iffirmata minn akkademiċi u riċerkaturi minn universitajiet f‘pajjiżi differenti madwar id-dinja, minn Membri tal-PE, minn politiċi u rappreżentanti ta‘ organizzazzjonijiet internazzjonali u tas-soċjetà ċivili http://www.lastminutemarket.it/media_news/wp-content/uploads/2010/12/JOINT-DECLARATION-FINAL-english.pdf

3 Il-Parlament Ewropew: Rapport dwar kif nevitaw il-ħela tal-ikel: strateġiji għal katina tal-ikel aktar effiċjenti fl-UE (2011/2175(INI)) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+REPORT+A7-2011-0430+0+DOC+XML+V0//MT

4 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta‘ Jannar 2012 dwar kif nevitaw il-ħela tal-ikel: strateġiji għal katina tal-ikel aktar effiċjenti fl-UE (2011/2175(INI))(2013/C 227 E/05) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2012-0014+0+DOC+XML+V0//MT

5 Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill: id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 „Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna“.

6 13-il Membru tal-Parlament Ewropew: Dikjarazzjoni bil-miktub dwar il-ħela tal-ikel http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//NONSGML+WDECL+P8-DCL-2015-0001+0+DOC+WORD+V0//MT

7 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta‘ April 2015 dwar l-Expo Milano 2015: Ikel għall-Pjaneta, Enerġija għall-Ħajja (2015/2574(RSP))http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2015-0184+0+DOC+XML+V0//MT

8 Laqgħa tal-Ministri tal-Agrikoltura tal-G20 – Istanbul, is-7-8 ta‘ Mejju 2015, Komunikazzjoni Finali.

9 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta‘ Lulju 2015 dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari (2014/2208(INI))http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2015-0266+0+DOC+XML+V0//MT

10 Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni: Riżoluzzjoni dwar l-Ikel Sostenibbli.

11 In-Nazzjonijiet Uniti: Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-25 ta‘ Settembru 2015 70/1. Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development (Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli) http://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/70/1&Lang=E

12 Abbozz ta‘ Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (COM(2015) 0595 – C8-0382/2015 – 2015/0275(COD)). Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel. 2015/0275(COD).

Risposta tal-Kummissjoni

Sommarju eżekuttiv

I

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi kompletament li l-ħela tal-ikel hija problema globali u qed tieħu azzjoni biex tkun evitatata l-ħela tal-ikel u jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi kollha fil-katina ta’ valur alimentari. Fl-2015, bħala parti mill-Pakkett għal Ekonomija Ċirkolari, il-Kummissjoni kkonfermat mill-ġdid l-impenn tal-UE għall-mira ta’ tnaqqis fil-ħela tal-ikel stabbilita fl-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli globali sal-2030.

III

Il-Pakkett il-ġdid għal Ekonomija Ċirkolari, adottat mill-Kummissjoni fl-2015, jirrikonoxxi l-prevenzjoni tail-ħela tal-ikel bħala qasam ta’ prijorità u jipproponi li tkun indirizzata fi pjan ta’ azzjoni multifaċċettat żviluppat b’mod kolleġjali mid-Direttorati Ġenerali kollha.

III
i

Il-Kummissjoni tqis li hija ma naqqsitx il-livell ta’ ambizzjoni tagħha maż-żmien iżda pjuttost żgurat li d-dispożizzjonijiet relatati mal-ħela tal-ikel ikunu ċari, fattibbli u koerenti mal-qafas regolatorju tal-UE. Id-dokumenti ta’ politika tal-Kummissjoni għalhekk evolvew minn dikjarazzjonijiet ta’ “viżjoni” għal proposti aktar konkreti meħtieġa biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel mill-atturi kollha. B’hekk, il-Kummissjoni bbenefikat mid-djalogu regolari dwar inizjattivi possibbli ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati sa mill-2012.

Il-Kummissjoni tqis li ma hija meħtieġa l-ebda definizzjoni komuni dwar “il-ħela tal-ikel” minħabba li d-definizzjonijiet ta’ “ikel” u “ħela” diġà huma stabbiliti sew fil-qafas regolatorju tal-UE.

L-UE bdiet taħdem fuq metodoloġija dwar il-kejl tal-ħela tal-ikel biex tiżgura li programmi nazzjonali għall-prevenzjoni tal-iskart u l-istabbiliment tal-miri jkunu bbażati fuq evidenza solida.

ii

Il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel teħtieġ azzjoni tul il-katina tal-valur alimentari u koperazzjoni intersettorjali msaħħa. Il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u l-ottimizzazzjoni tal-użu ta’ riżorsi jistgħu jikkontribwixxu għal mudelli innovattivi għall-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-ikel.

Il-Kummissjoni ppruvat tappoġġa l-isforzi tal-partijiet ikkonċernati permezz tal-pjan ta’ azzjoni propost fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari. Notevolment, il-Pjattaforma ġdida tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel (FLW - Platform on Food Losses and Food Waste) għandha l-għan li tgħin lill-atturi kollha biex jiddefinixxu miżuri meħtieġa biex tiġi evitata l-ħela tal-ikel; jikkondiviu l-aħjar prattika; u jevalwaw il-progress li jsir maż-żmien.

iii

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li diversi dispożizzjonijiet b’rilevanza għal donazzjonijiet tal-ikel (pereżempju, l-iġjene tal-ikel, it-tagħrif dwar l-ikel lill-konsumaturi) qed jiġu interpretati b’modi differenti madwar l-UE. Bħala konsegwenza d-donazzjoni tal-ikel ma tintużax fil-potenzjal sħiħ tagħha. Kif speċifikat fil-Komunikazzjoni għal Ekonomija Ċirkolari1, il-Kummissjoni se tieħu passi biex tiffaċilita l-fehim komuni tad-dispożizzjonijiet legali tal-UE rilevanti għal donazzjonijiet tal-ikel. Dan jinkludi impenn biex tiżviluppa linji gwida tal-UE għad-donazzjoni tal-ikel għad-donaturi tal-ikel u għall-banek tal-ikel dwar kif għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE fil-qafas regolatorju attwali (pereżempju, is-sikurezza alimentari, l-iġjene tal-ikel, it-traċċabilità, il-kontabilità eċċ.).

IV
i

Bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari tal-2015 ġie adottat pjan ta’ azzjoni speċifiku biex jappoġġa l-isforzi tal-UE biex għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel. Dan il-pjan ta’ azzjoni pluriennali se jiggwida l-isforzi tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-atturi fil-katina tal-valur tal-ikel biex jilħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Il-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel se tgħin lill-atturi kollha – fost l-oħrajn – fid-definizzjoni ta’ miżuri meħtieġa biex tiġi evitata l-ħela tal-ikel.

IV
ii

Il-Kummissjoni tqis li l-ħela tal-ikel tista’ tkun element addizzjonali li għandu jiġi analizzat f’valutazzjonijiet tal-impatt futuri tal-politiki rilevanti tal-UE.

iii

Il-Kummissjoni attwalment qed tieħu azzjonijiet biex tiċċara d-dispożizzjonijiet legali tal-UE li jiffaċilitaw id-donazzjoni tal-ikel (ara r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu III (iii)).

Il-Kummissjoni pproponiet diversi emendi għar-Regolament FGħEB bħala parti mill-proposta għal reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, adottat fl-14/09/2016. Waħda minn dawn l-emendi, jekk tiġi approvata, se toffri l-possibbiltà għall-Istati Membri li jużaw għażliet ta’ kost issimplifikati meta jiffinanzjaw donazzjonijiet tal-ikel. Din hija miżura li għandha l-għan li tiffaċilita l-użu ta’ donazzjonijiet tal-ikel taħt il-FGħEB.

Il-PKS ma tipprovdix għal donazzjonijiet ta’ ħut irtirat mis-suq, madankollu l-Istati Membri jistgħu jħeġġu u jappoġġaw l-iżvilupp ta’ strutturi li jippermettu d-donazzjoni ta’ ħut li ma jistax jitqiegħed fis-suq għall-konsum dirett mill-bniedem. L-għoti ta’ donazzjonijiet jista’ wkoll ikuniffaċilitat permezz ta’ għajnuna ta’ ħażna appoġġata mill-FEMS: dan il-mekkaniżmu għandu l-għan li jikkumpensa l-kostijiet imġarrba għall-istabilizzazzjoni u l-ħażna ta’ prodotti li ma jistgħux jinbiegħu ogħla minn ċertu prezz. Wara l-perjodu ta’ ħażna, l-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi tas-Sajd (OP), meta jdaħħlu mill-ġdid il-prodotti għall-konsum dirett mill-bniedem, jistgħu jagħmluhom disponibbli fis-suq mingħajr ħlas. Wara l-iskadenza tal-mekkaniżmu fl-2019, l-OP jistgħu jorganizzaw mekkaniżmu simili mill-fondi proprji.

Introduzzjoni

01

Filwaqt li hemm livell għoli ta’ inċertezza fir-rigward tad-dejta dwar il-ħelatal-ikel fl-UE, l-ammont ta’ ikel prodott fl-UE li qed jinħela jidher li hu aktar baxx mill-estimu globali. Il-proġett ta’ riċerka ffinanzjat mill-UE ‘Food Use for Social Innovation by Optimizing Waste Prevention Strategies” (FUSIONS) jistima li madwar 20 % tal-ikel prodott fl-UE qed jintrema, bil-ħela tal-ikel ikkonċentrata l-aktar madwar il-konsum2.

02

Il-Kummissjoni tqis li sabiex tiġi evitata l-ħela tal-ikel, huwa meħtieġ li jkun deskritt il-materjal li jikkostitwixxi ħela tal-ikel, f’kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel, jiġifieri l-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni se tiżviluppa metodoloġija3 li għandha turi, skont id-definizzjonijiet tal-UE ta’ “ikel” u “skart”4, liema materjal f’kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel huwa meqjus bħala ħela tal-ikel u liema mhux, b’mod partikolari, fid-dawl tal-eżenzjonijiet definiti fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (2008), l-Artikoli 2 u 5 (pereżempju, prodotti sekondarji fil-produzzjoni jew ikel użat fuq il-farm jew għall-produzzjoni tal-bijoenerġija, mhumiex meqjusa bħala skart). Bażi ġuridika għall-monitoraġġ, il-kejl u r-rapportar dwar il-livelli tal-ħela tal-ikel hija parti mill-proposta tal-Kummissjoni5 għar-reviżjoni tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Iskart (2008).

Il-metodoloġija se tipprovdi regoli dettaljati dwar kif il-ħela tal-ikel għandha tkun kkwantifikata; is-setturi tal-katina tal-provvista tal-ikel konċernati; u t-tip ta’ dejta li trid tinġabar u tiġi rrapportata għall-finijiet tal-issodisfar tal-obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar stabbiliti fil-proposta li temenda d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li ma jkunx hemm valur miżjud f’li tipproponi definizzjoni speċifika u unika ta’ “ħela tal-ikel”.

03

Il-qafas tad-definizzjoni propost minn FUSIONS kien l-ewwel pass biex jiġi elaborat manwal imfassal biex jappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ metodi nazzjonali koerenti għall-ksib tad-dejta dwar il-ħela tal-ikel fost is-setturi kollha fil-katina ta’ valur alimentari. Il-manwal għall-kwantifikazzjoni tal-ħela tal-ikel komprensiv elaborat minn FUSIONS kien imfassal biex ikun għodda funzjonali bbażata fuq il-qafas tad-definizzjoni tal-proġett ta’ riċerka tagħha stess li, filwaqt li jirkeb fuq il-qafas regolatorju tal-UE (għal “skart” u “ikel”) mhuwiex dejjem konsistenti mad-definizzjonijiet li jinstabu fih. B’mod partikolari, id-definizzjoni ta’ FUSIONS tinkludi aktar materjal agrikolu minn dak li jista’ jiġi kkunsidrat bħala skart taħt il-qafas regolatorju tal-UE (ara l-paragrafu 2). 

05

Il-Kummissjoni tqis li l-ġerarkija tal-iskart kif iddefinita fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart tapplika bis-sħiħ għall-ħela tal-ikel. Il-Kummissjoni ma tqisx li huwa neċessarju li tkun stabbilita ġerarkija tal-ħela tal-ikel speċifika fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart.

07

Id-dejta tal-UE dwar l-ħela tal-ikel sa llum għadha insuffiċjenti. Il-leġiżlazzjoni dwar l-iskart għandha l-għan li tindirizza dan in-nuqqas minħabba li “dak li ma jitkejjilx ma jistax jiġi mmaniġġjat”.

15

Id-djalogu fil-livell tal-UE u fil-livell internazzjonali biex itejjeb l-isforzi fil-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel se jitkompla u se jkun intensifikat hekk kif l-atturi ewlenin fil-livelli internazzjonali (l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent) huma mistiedna jipparteċipaw fil-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel.

Il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel teħtieġ pjanijiet ta’ azzjoni integrati li jiġbru flimkien l-atturi kollha fil-katina tal-valur alimentari kif ukoll entitajiet pubbliċi6. Huma meħtieġa kemm miżuri leġiżlattivi kif ukoll mhux leġiżlattivi; dan l-approċċ lejn il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel huwa rifless fil-pjan ta’ azzjoni biex tkun promossa l-Ekonomija Ċirkolari.

Il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel ma tinsabx fost l-objettivi tal-PAK kif iddefiniti fl-Artikolu 39 TFUE. Il-PAK tipprovdi firxa wiesgħa ta’ miżuri għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-telf u l-ħela tal-ikel fil-produzzjoni primarja u fl-ipproċessar. Għall-istadji fil-katina alimentari lil hinn minn dan il-livell, il-PAK ma għandha l-ebda bażi legali biex taġixxi.

Osservazzjonijiet

26

Fl-2011, il-Kummissjoni kienet diġà ħarġet linji gwida dwar il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel7 u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent organizzat webinars tal-prevenzjoni tal-iskart speċifiċi biex tiffaċilita l-iskambju tat-tagħrif u l-għarfien bejn l-Istati Membri sa mill-2012, inkluż sessjonijiet speċifiċi dwar l-ħela tal-ikel (pereżempju l-webinar ta’ Ottubru 2013).

Sa mill-2012, il-Kummissjoni impenjat ruħha u ħadmet b’mod attiv mal-atturi kollha sabiex tidentifika fejn iseħħ l-ħela tal-ikel fil-katina alimentari, fejn ġew iffaċċati ostakli għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u l-oqsma fejn huma meħtieġa azzjonijiet fil-livell tal-UE. Dan irriżulta fl-elaborazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni integrat biex jiġi indirizzat l-ħela tal-ikel adottat mill-Kummissjoni bħala parti mill-Pakkett għal Ekonomija Ċirkolari fl-2015.

Tweġiba komuni għall-paragrafu 26 u għat-Titolu qabel il-paragrafu 27

Il-Kummissjoni tqis li hija ma naqqsitx il-livell ta’ ambizzjoni tagħha maż-żmien iżda pjuttost żgurat li d-dispożizzjonijiet relatati mal-ħela tal-ikel ikunu ċari, fattibbli u koerenti mal-qafas regolatorju tal-UE. Id-dokumenti ta’ politika tal-Kummissjoni għalhekk evolvew minn dikjarazzjonijiet ta’ “viżjoni” għal proposti aktar konkreti meħtieġa biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel mill-atturi kollha fil-katina tal-valur alimentari kollha kemm hi. L-ewwel u qabel kollox, l-impenn tal-Istati Membri tal-UE għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel, inkluż l-istabbiliment ta’ miri nazzjonali u d-definizzjoni ta’ indikaturi biex ikun ivvalutat il-progress li jsir matul iż-żmien, huwa kruċjali sabiex jintlaħqu l-ambizzjonijiet stabbiliti fil-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari.

Tweġiba komuni għall-ewwel u t-tieni inċiż tal-paragrafu 27

F’konformità mal-Linji Gwida Politiċi tradotti fil-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2015, il-Kummissjoni applikat il-prinċipju ta’ diskontinwità politika fil-proposti pendenti kollha għal raġunijiet ta’ koerenza ma’ dawn il-prijoritajiet. Dan japplika wkoll għall-Komunikazzjoni dwar Sistemi Sostenibbli tal-Ikel. Ix-xogħol imwettaq fuq il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel, li jinkludi konsultazzjoni pubblika8 li saret fil-kuntest tat-tħejjija tal-Komunikazzjoni dwar Sistemi Sostenibbli tal-Ikel., għen sabiex jinfurmaw il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel ippreżentat bħala parti mill-Pakkett għal Ekonomija Ċirkolari.Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li pubblikazzjoni separata tal-Komunikazzjoni f’dan l-istadju tipprovdi biss valur miżjud limitat.

28

Il-Kummissjoni tqis li l-livell ta’ ambizzjoni tagħha fir-rigward tal-ħela tal-ikel inżamm u l-għodod ippreżentati biex jinkisbu r-riżultati u biex ikun immonitorjat il-progress ġew irfinati. Il-proposta tal-Kummissjoni għal leġiżlazzjoni dwar l-iskart tirrikjedi li l-Istati Membri jivvalutaw il-progress permezz tal-kejl tal-ħela tal-ikel u l-użu ta’ indikaturi u miri biex tkun immonitorjata l-ħela tal-ikel. Linja bażi tal-UE tista’ tiġi stabbilita biss ladarba l-Istati Membri jkunu ġabru dejta suffiċjenti b’mod konsistenti. Barra minn hekk, il-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-ħela tal-ikel, li se tiltaqa’ għall-ewwel darba f’Novembru 2016, se tiffaċilita l-progress ta’ dawk kollha involuti.

Dwar il-kwistjonijiet tad-definizzjoni u l-linja bażi tal-ħela tal-ikel, ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 2.

Kaxxa 1 – Għalfejn hija importanti “linja bażi”?

L-identifikazzjoni ta’ linja bażi ma tistax tiġi dissoċjata mill-ħidma fuq l-iżvilupp ta’ għodod biex ikejlu l-livelli tal-ħela tal-ikel, id-definizzjoni tal-indikaturi u l-miri, u l-monitoraġġ ta’ miżuri tal-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel fil-livell nazzjonali. Id-dejta dwar l-ħela tal-ikel miġbura skont il-metodoloġija komuni tal-UE se tkun strumentali biex tiddefinixxi linja ta’ referenza komuni sabiex jiġu stabbiliti miri dwar il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel.

Il-kwistjoni se tkun ikkunsidrata ulterjorment mal-Istati Membri: fil-qafas ta’ kull obbligu ta’ rapportar imressaq min-Nazzjonijiet Uniti relatat mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli; waqt id-diskussjonijiet dwar il-proposta għal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart relatata ma’ obbligi ta’ rapportar u monitoraġġ; fl-elaborazzjoni ta’ metodoloġija komuni għall-kejl tal-ħela tal-ikel; u fil-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-ħela tal-ikel. Dawn il-proċessi se jikkunsidraw miżuri u prattiki eżistenti fl-Istati Membri, b’mod partikolari, linji bażi u metodi ta’ kejl nazzjonali għall-iskop ta’ indikaturi u miri nazzjonali.

29

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni fir-rigward tal-paragrafi 26 u 32.

30

Sabiex tkun effettiva, il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel teħtieġ azzjoni fil-livelli kollha (globali, tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali) u l-involviment tal-partijiet ewlenin kollha. L-atturi kollha jaqblu mal-ħtieġa li tiġi prevenuta l-ħela tal-ikel u fil-biċċa l-kbira tagħhom bdew jieħdu azzjoni.

Il-Kummissjoni involviet ruħha ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati sabiex tidentifika dawk il-kwistjonijiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati fil-livell tal-UE b’appoġġ għall-ħidma tagħhom fuq il-post. L-approċċ segwit kien inklużiv minħabba li l-Kummissjoni għamlet ħilitha biex taħdem kemm ma’ atturi privati u wkoll ma’ entitajiet pubbliċi. Minħabba n-natura multifaċċetata tal-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel, is-suġġett kien indirizzat mhux biss fil-gruppi ta’ esperti ddedikati għal din il-kwistjoni iżda wkoll minn fora oħra b’kompetenzi usa’9.

Il-grupp tal-partijiet ikkonċernati mlaqqa’ mill-Kummissjoni mill-2012 ‘l hawn indirizza għadd kbir ta’ suġġetti dwar il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel (pereżempju, ir-ridistribuzzjoni tal-ikel, l-immarkar tad-data, l-użu sikur ta’ dawk li kienu oġġetti tal-ikel fl-għalf tal-annimali, il-kejl tal-ħela tal-ikel eċċ.) u pprovda kjarifika dwar fejn l-atturi kkonċernati jiffaċċaw ostakoli għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel. Il-kontribut minn dan il-grupp għalhekk għen biex jiggwida u jiffoka d-definizzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni tal-UE biex tkun miġġielda l-ħela tal-ikel. Dan il-grupp ikkontribwixxa wkoll għall-kondiviżjoni tal-prattiki tajbin, biex b’hekk għen biex jinforma r-repożitorju ppubblikat fuq is-sit webtal-Kummissjoni10.

31

Ir-rwol speċifiku tal-grupp ta’ esperti tal-Istati Membri huwa li jipprovdi pariri u għarfien espert, kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri, bil-ħsieb li jitħejjew inizjattivi ta’ politika possibbli u li tittejjeb l-implimentazzjoni koerenti tal-leġiżlazzjoni, il-programmi u l-politiki tal-UE fir-rigward tal-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel.

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ma tqisx li l-Pjattaforma l-ġdida tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel(li tgħaqqad flimkien entitajiet kemm pubbliċi kif ukoll privati) neċessarjament tissostitwixxi l-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri. Din il-kwistjoni se terġa’ tiġi evalwata mill-Kummissjoni ladarba l-Pjattaforma tkun stabbilita, il-proċessi ta’ ħidma relatati jkunu definiti u l-impenn tal-partijiet kollha jkun ġie ċċarat.

32

Filwaqt li l-gruppi ta’ esperti jistgħu jgħinu biex jimmobilizzaw, jiffaċilitaw u jottimizzaw il-bidla, il-momentum għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel ma jiddependix biss fuq in-numru ta’ laqgħat li jsiru. Huwa importanti għall-Kummissjoni li tiżgura li l-azzjonijiet meħuda fil-livell tal-UE jipprovdu valur miżjud reali u jiffukaw fuq riżultati ewlenin. Ma kinux il-parteċipanti tal-laqgħa bħala tali li nbidlu,iżda pjuttost il-ħtieġa li l-Kummissjoni timpenja ruħha kemm mal-partijiet ikkonċernati u wkoll l-Istati Membri. Pereżempju, fit-22 ta’ Ġunju 2016 saret laqgħa konġunta sabiex jiġi diskuss dokument ta’ ħidma biex iħejji linji gwida tal-UE dwar id-donazzjoni tal-ikel. Il-Pjattaforma l-ġdida tal-UE dwar it-Telf u l-ħela tal-ikel se ġġib flimkien l-atturi rilevanti kollha (minn entitajiet pubbliċi u privati) sabiex isaħħaħ l-koperazzjoni tal-atturi kollha u tiffaċilita t-tfassil ta’ programmi integrati u soluzzjonijiet għall-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċċentralizza l-ħela tal-ikel f’Direttorat Ġenerali wieħed (id-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari) – implimentata bħala parti mill-organizzazzjoni tal-Kummissjoni l-ġdida fl-2014 – għenet biex jitħaffef ix-xogħol permezz ta’ obbligu ta’ rendikont ċar u biex jiġi żgurat li l-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel dejjem titqies fid-dawl tas-sikurezza tal-ikel u l-għalf. Il-kontinwità tal-azzjonijiet kienet żgurata, u l-kompetenzi rilevanti u approċċ konsistenti nżammu f’kull ħin.

Kaxxa 4 – L-ebda sinjal reali ta’ progress mill-Grupp ta’ Ħidma u mill-Grupp ta’ Esperti:

Tweġiba għall-ewwel inċiż dwar il-linji gwida tal-UE dwar id-donazzjoni tal-ikel

Biex ikunu żviluppati linji gwida, f’qasam kumpless bħal dan, fejn l-evidenza jeħtieġ li tinġabar biex tgħin sabiex tinforma l-politika f’oqsma multipli kif ukoll il-prattika reali fis-suq, huwa meħtieġ li ssir konsultazzjoni wiesgħa. Il-Kummissjoni se tressaq abbozz ta’ linji gwida ġodda dwar il-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel fl-ewwel laqgħa tagħha f’Novembru 2016 fid-dawl tal-adozzjoni ta’ gwida finali mill-Kummissjoni sa tmiem l-2017.

It-tweġiba għat-tieni inċiż

Il-fatt li r-regoli tal-UE ma jipprojbixxux l-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel wara id-data ta’ “l-aħjar qabel” (best before) ġie mtennija matul diversi laqgħat ta’ esperti. Il-Kummissjoni se tindirizza wkoll din il-kwistjoni fil-kuntest tal-ħidma tagħha fuq linji gwida tal-UE sabiex tiġi ffaċilitata d-donazzjoni tal-ikel.

It-tweġiba għat-tielet inċiż: L-immarkar tad-data

Il-Kummissjoni nediet studju biex tinvestiga kif l-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-awtoritajiet tal-kontroll jifhmu u jużaw l-immarkar tad-data u l-impatt possibbli ta’ prattiki dwar l-ħela tal-ikel. Konklużjonijiet minn din ir-riċerka, li kuntrattur beda jaħdem fuqhom f’Settembru 2016, huma mistennija sa tmiem l-2017 u se jappoġġaw it-tfassil ta’ politika futura fir-rigward tal-immarkar tad-data u l-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel. Aktar tagħrif dwar il-ħidma tal-Kummissjoni ġie ippubblikat11 fir-rigward tal-immarkar tad-data inkluż tagħrif u materjali ta’ komunikazzjoni żviluppati, fil-lingwi kollha tal-UE, biex irawmu fehim aħjar tat-tifsira ta’ “l-aħjar qabel” u “uża sa”.

It-tweġiba għar-raba’ inċiż

Laqgħat inizjali li saru fl-2012/2013 identifikaw firxa wiesgħa ta’ oqsma b’impatt potenzjali fuq il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel. L-azzjonijiet inklużi fil-pjan ta’ azzjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel tal-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari huma r-riżultat ta’ konsultazzjoni u prijoritizzazzjoni fil-Kummissjoni.

Tagħrif dwar l-attivitajiet ta’ gruppi operazzjonali, proġetti u attivitajiet ta’ netwerking li jseħħu fil-EIP-AGRI, ir-rapport finali tal-Grupp Fokus tal-PIE dwar Ktajjen tal-Provvista Qosra u s-Sessjoni ta’ ħidma tal-EIP-AGRI reċenti ta ‘Cities and Food – Connecting Consumers and Producers” huwa disponibbli fuq http://ec.europa.eu/eip/agriculture. Barra minn hekk, tagħrif dwar il-ħidma tal-ENRD fuq il-ktajjen tal-provvista intelliġenti, inkluż għażla ta’ eżempji u rakkomandazzjonijiet għal implimentazzjoni aħjar ġie żviluppat u ppubblikat fuq is-sit web tal-ENRD. L-ENRD organizza wkoll seminar għall-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni dwar implimentazzjoni aħjar tal-miżura ta’ koperazzjoni li hija l-miżura użata biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali taħt il-FAEŻR. Barra minn hekk, it-telf u l-ħela tal-ikel huma kkunsidrati li huma fost it-temi ta’ prijorità fil-programm ta’ ħidma 2017 tal-EIP-AGRI.

34

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 15.

35

Riformi suċċessivi fil-politika, l-aktar riċenti fl-2013, tbiegħdu minn appoġġ akkoppjat direttament marbut mal-produzzjoni ta’ prodotti partikolari, għal appoġġ lill-bdiewa b’mod li ma jkunx ta’ distorsjoni fis-suq u fil-kummerċ.

37

Il-Kummissjoni tqis li l-appoġġ tal-UE huwa indipendenti mill-grad ta’ skart u li l-pagamenti diretti la jipprovdu inċentiv, la direttament u lanqas indirettament, għall-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli. Il-biċċa l-kbira tal-pagamenti diretti (madwar 90 %) huma diżakkoppjati mill-produzzjoni u mhumiex relatati ma’ xi produzzjoni partikolari. Il-bdiewa li jirċievu dawn il-benefiċċji jistgħu jeżerċitaw attività agrikola bħalma hija li jżommu l-art agrikola fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni mingħajr produzzjoni. Ikel li jista’ jmur huwa manifestament suġġett għal aktar skart.

Tweġibiet komuni għall-paragrafi 38 u 39

L-Appoġġ Akkoppjat Volontarju jista’ jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv għaż-żamma tal-livelli attwali ta’ produzzjoni fis-setturi jew fir-reġjuni kkonċernati. Sa mill-2015, huwa jista’ jirrappreżenta sehem ta’ 10 % tal-pagamenti diretti kollha. Proporzjonijiet ogħla ta’ appoġġ akkopjat jirriflettu għażliet tal-Istati Membri favur setturi f’diffikultà sal-punt meħtieġ biex jinħoloq inċentiv biex jinżammu l-livelli ta’ produzzjoni tagħhom. Il-qabża fil-valur ta’ dawn il-livelli ta’ referenza hija strettament immonitorjata mill-Kummissjoni.

40

Għalkemm ma sar l-ebda studju tal-UE speċifikament dwar il-kwistjoni tal-ħela tal-ikel potenzjali marbut mal-pagamenti diretti, studji u valutazzjonijiet dwar il-politiki tas-suq jinkludu b’mod sistematiku analiżi tal-kwantitajiet ta’ produzzjoni.

Tweġibiet komuni għall-paragrafi 41 u 42

Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri ta’ intervent fis-suq ma jikkontribwixxux għall-ħela tal-ikel. Prodotti mixtrija f’intervent pubbliku jew maħżuna bil-benefiċċju ta’ għajnuna għall-ħażna għandhom jiġu maħżuna b’tali mod li tinżamm il-kwalità tagħhom. Mingħajr dawn il-miżuri, il-prodott ma jiġix maħsud meta l-prezzijiet ikunu inqas mill-kostijiet tal-ħsad u għalhekk “jinħela”.

Miżuri tas-suq bħalma huma l-intervent pubbliku u l-ħżin privat jistgħu jintużaw biss bħala xibka tas-sikurezza meta jkun hemm kriżi serja li taffettwa s-suq bl-għan li jiġi evitat li jkun appoġġat żbilanċ strutturali.

Miżuri ta’ prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet bħall-irtirar mis-suq jew ħsad bikri u nuqqas ta’ ħsad huma maħsuba biex jipprevjenu l-użu ħażin. Il-livell ta’ appoġġ huwa tali li jkun preferibbli għal produtturi li jbigħu l-prodotti tagħhom fuq is-suq aktar milli jirtiraw.

La d-distribuzzjoni bla ħlas u lanqas l-irtirar għal destinazzjonijiet oħra ma huma maħsuba bħala alternattiva iżda bħala għodda li tgħin biex ikunu ġestiti l-kriżijiet. Il-kwantitajiet li jistgħu jiġu rtirati huma limitati. L-irtirar ta’ prodotti jipprovdi għal użu speċifiku tal-prodotti rtirati (eż. favur organizzazzjonijiet ta’ karità jew skejjel).

43

Il-Kummissjoni bħalissa qed tħejji l-modalitajiet għall-użu possibbli mill-Istati Membri ta’ ħażniet ta’ intervent taħt l-iskema għal dawk l-aktar fil-bżonn.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 41.

44

Il-Kummissjoni tinnota li 1,8 miljun tunnellata jirrappreżentaw madwar 0,002 % tal-produzzjoni bejn l-2008 u l-2015 u li l-irtirar ta’ prodotti jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti ambjentali għar-rimi.

Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri ta’ prevenzjoni u ġestjoni ta’ kriżijiet ma jikkawżawx ħela tal-ikel. Pereżempju, il-ħsad bikri m’għandu l-ebda impatt fuq il-produzzjoni tal-ikel.

45

L-intervent pubbliku ma jikkontribwixxix għall-ħela tal-ikel. Dan jirtira prodotti li m’għandhomx biżżejjed swieq disponibbli li kieku kienu jirriskjaw li jiġġeneraw il-ħela tal-ikel. Ladarba l-prezz tas-suq jiżdied, il-prodotti jiġu rilaxxati fis-suq għall-bejgħ jew distribwiti b’metodi alternattivi jew ikunu rilaxxati għall-użu fl-iskema tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn.

Rigward il-miżuri eċċezzjonali stabbiliti biex jikkontrobilanċaw il-projbizzjoni Russa u l-urġenza meħtieġa biex ikollhom impatt reali fuq is-suq, min-natura stess tal-miżuri, valutazzjoni tal-impatt mhijiex meħtieġa (proċedura ta’ urġenza).

47

Fl-istrateġiji tagħhom għall-iskema tal-ħalib għall-iskejjel, 10 Stati Membri (il-Bulgarija, l-Estonja, Spanja, il-Finlandja, il-Kroazja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta u r-Rumanija) jipprovdu għal miżuri ta’ akkumpanjament. L-istrateġija ta’ Stat Membru għas-sena skolastika 2016–2017 (il-Kroazja) fiha referenza għal attività edukattiva li tikkontribwixxi lejn il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel.

49

Miżuri oħra bħal investimenti f’assi fiżiċi li għandhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza tal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli jew li jintuża makkinarju aktar effiċjenti jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel fl-UE.

Tweġiba komuni għall-paragrafi 50 u 51

Il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel mhix objettiv speċifiku tal-politika tal-iżvilupp rurali, għalhekk, l-Istati Membri ma kinux meħtieġa speċifikament jinkluduha fl-istrateġiji tagħhom. Madankollu, l-Istati Membri kellhom il-possibbiltà li jindirizzaw il-kwistjoni tal-ħela tal-ikel fl-istrateġiji u fil-programmi tagħhom permezz ta’ diversi miżuri bħat-trasferiment tal-għarfien, attivitajiet ta’ tagħrif, investimenti f’assi fiżiċi, benesseri tal-annimali u koperazzjoni.

56

Il-Kummissjoni tikkondividi l-osservazzjonijiet tal-Qorti li hija meħtieġa dejta akar affidabbli biex tkun immonitorjata b’mod effettiv l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art.

It-tweġiba għat-tieni inċiż

Għalkemm m’hemm l-ebda dispożizzjoni espliċita fir-Regolament ta’ kontroll biex tirrapporta dwar l-iskartar, il-Kummissjoni impenjat ruħha fi proċess ta’ ġbir ta’ dejta fuq qbid skartat għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art. Hija tista’ wkoll tiġbor dejta fuq qbid skartat għal finijiet xjentifiċi permezz tal-Qafas għall-Ġbir ta’ Dejta.

It-tweġiba għat-tielet inċiż

Dejta akkurata u illustrattiva dwar il-persentaġġ ta’ qbid skartat hija skarsa primarjament minħabba l-fatt li r-reviżjoni tar-regoli ta’ implimentazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet li jagħtu dettali tal-qbid skartat u jiddifferenzjawh skont it-tip (inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni, l-ispeċijiet ipprojbiti jew oħrajn) setgħet tkun adottata biss f’Ottubru 2015, wara l-ftehim dwar ir-Regolament Omnibus f’Mejju 2015. It-tranżizzjoni biex tinkorpora rekwiżiti ġodda tad-dikjarazzjonijiet tal-ġurnal ta’ abbord fl-operat ta’ kuljum fl-industrija kif ukoll il-bidliet meħtieġa mill-awtoritajiet ta’ kontroll, jieħdu ż-żmien. Sadanittant, il-Kummissjoni u l-amministrazzjonijiet qed joqgħodu fuq stimi ta’ qabdiet irrapportati bħala skartati, mogħtija permezz ta’ dejta dwar il-ġestjoni tal-isforz u l-Qafas għall-Ġbir tad-Dejta.

63

Ir-Regolament dwar l-iġjene tal-ikel12 jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ gwidi għal prattika tajba tal-iġjene. Jew dawn ikunu gwida tal-UE evalwati u endorsjati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, jew huma gwidi nazzjonali vvalutati mill-awtoritajiet nazzjonali (ara l-paragrafu 64 dwar dawn tal-aħħar).

Kif stabbilit fir-Regolament, l-inizjattiva biex tiġi żviluppata gwida tal-UE għandha tiġi minn organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lil dawn l-organizzazzjonijiet f’kull okkażjoni dwar din l-għodda għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-iġjene u toffri traduzzjoni fil-lingwi kollha b’xejn. Ġew ippubblikati linji gwida dwar kif jitħejjew dawn il-gwidi13 u s’issa l-Kummissjoni qatt ma rrifjutat il-valutazzjoni tal-abbozzi ppreżentati. Il-Kummissjoni ħadet l-inizjattiva biex tiżviluppa ċerti gwidi hi stess. Speċifikament fir-rigward tat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel, il-Kumitat Permanenti reċentement irrieżamina l-linji gwida tal-UE dwar id-donazzjonijiet tal-ikel “Every Meal Matters” (“Kull Ikla Tgħodd”), li l-endorsjar finali tiegħu għadu pendenti.

64

Filwaqt li r-responsabbiltà għall-iżvilupp u l-aġġornament tal-gwidi nazzjonali tinsab fil-livell nazzjonali, il-Kummissjoni hija responsabbli għat-tħaddim ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni u li tagħmilha disponibbli għall-Istati Membri.

Fis-sajf tal-2016, ġew introdotti format u reġistru elettroniċi ġodda. Huma jiffaċilitaw it-tfittxija għal ċerti suġġetti fost ‘il fuq minn 700 gwida nazzjonali ppubblikata fir-reġistru14.

Tweġibiet komuni għall-paragrafi 65 u 66

Id-daqs tal-lott għandu jiġi definit mill-operatur tan-negozju tal-ikel. Dan jiddependi fuq is-sistema ta’ produzzjoni tal-operatur pereżempju, f’liema ammont ta’ ikel prodott jinsab il-periklu u jiddependi fuq il-possibbiltà li jsir tindif u diżinfettar bejn il-lottijiet ta’ produzzjoni, kemm huma kbar ir-reċipjenti (u kemm-il darba jitbattlu), il-possibbiltà ta’ traċċabbiltà interna eċċ. Jista’ jkun iġġustifikat biss li lottijiet iżgħar ta’ prodotti tal-ikel jiġu rtirati jekk ikun jista’ jintwera li l-produzzjoni ta’ tali lott kienet separata minn lottijiet oħra u li ma kienet possibbli l-ebda kontaminazzjoni minn wieħed għall-ieħor. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi valutat aktar fid-dettall jekk lottijiet iżgħar jistgħux fil-fatt jikkontribwixxu għal strateġija bl-għan li jnaqqsu l-ħela tal-ikel matul il-produzzjoni.

Fid-dawl tal-livell kumplessiv għoli ta’ sikurezza tal-ikel fl-UE, is-sejħiet lura jew l-irtirar ta’ prodotti tal-ikel jikkostitwixxu biss proporzjon limitat ħafna ta’ ħela tal-ikel iġġenerat.

67

L-immarkar tad-data huwa fir-responsabbiltà tal-operaturi tan-negozju tal-ikel li jiddeterminaw jekk prodott ikunx jeħtieġ “uża sa” jew “l-aħjar qabel” kif ukoll it-tul taż-żmien tal-ħżin filwaqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza, tal-kwalità u tal-kummerċjalizzazzjoni. Xi tipi ta’ ikel huma eżentati mill-obbligu ta’ tikkettar ta’ “l-aħjar qabel”, bħal frott frisk u ikel li ma jmurx bħal melħ, zokkor, ħall. L-unika kategorija ta’ ikel li għalihom l-immarkar tad-dati huwa preskritt mil-leġiżlazzjoni tal-UE huwa l-bajd tal-ikel15.

68

Il-Kummissjoni qed tesplora modi kif ittejjeb l-użu u l-fehim tal-marki tad-dati mill-atturi kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel kif ukoll mill-awtoritajiet ta’ kontroll16 (ara t-tweġiba għall-paragrafu 32 dwar l-istudju li għaddej imniedi mill-Kummissjoni).

70

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li diversi dispożizzjonijiet b’rilevanza għal donazzjonijiet tal-ikel (pereżempju, l-iġjene tal-ikel, it-tagħrif dwar l-ikel lill-konsumaturi) qed jiġu interpretati b’modi differenti madwar l-UE. Bħala konsegwenza d-donazzjoni tal-ikel ma tintużax fil-potenzjal sħiħ tagħha. Kif speċifikat fil-Komunikazzjoni għal Ekonomija Ċirkolari17, il-Kummissjoni se tieħu passi biex tiffaċilita l-fehim komuni tad-dispożizzjonijiet legali tal-UE rilevanti għal donazzjonijiet tal-ikel. Dan jinkludi impenn biex tiżviluppa linji gwida għad-donazzjoni tal-ikel tal-UE għad-donaturi tal-ikel u għall-banek tal-ikel dwar kif għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE fil-qafas regolatorju attwali (pereżempju, is-sikurezza tal-ikel, l-iġjene tal-ikel, it-traċċabilità, il-kontabilità eċċ.).

71

Id-donazzjoni tal-ikel hija forma ta’ miżura ta’ prevenzjoni tal-iskart. Dan ġie rifless ukoll fil-linji gwida tad-DĠ Ambjent dwar il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel18. L-ikel jista’ jsir disponibbli għall-utenti finali permezz ta’ kanali ta’ distribuzzjoni kummerċjali jew permezz ta’ organizzazzjonijiet ta’ ridistribuzzjoni (jiġifieri banek tal-ikel u/jew organizzazzjonijiet tal-karità). Id-donazzjoni tal-ikel hija għalhekk parti mill-katina tal-provvista tal-ikel u tista’ tgħin ukoll biex tiġi evitata l-ħela tal-ikel.

Il-monitoraġġ ta’ ridistribuzzjoni tal-ikel bħala parti mill-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel se jkun ulterjorment diskuss fil-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-ħela tal-ikel.

72

Il-leġiżlazzjoni tal-UE fiha għadd ta’ referenzi għal attivitajiet li huma eżentati jew soġġetti għal rekwiżiti inqas onerużi. Madankollu, l-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, pereżempju fl-oqsma ta’ iġjene u ta’ tikkettar tal-ikel, tvarja madwar l-UE. Għalhekk, il-Kummissjoni se tkompli tiċċara l-obbligi tal-operaturi tan-negozju tal-ikel u l-banek u/jew organizzazzjonijiet karitatevoli tal-ikel fl-ipproċessar tal-ikel mogħti fit-tfassil ta’ linji gwida tal-UE sabiex tiġi ffaċilitata d-donazzjoni tal-ikel (ara r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafi III(iii) u 32).

Id-donazzjoni tal-ikel hi suġġett kumpless, li jinvolvi atturi multipli u differenti, bil-prattiki li jevolvu maż-żmien abbażi tal-ħtiġijiet kemm tad-donaturi (bdiewa, manifatturi tal-ikel, bejjiegħa bl-imnut, eċċ.) u tar-riċevituri (banek tal-ikel, organizzazzjonijiet karitatevoli u utenti finali). Sabiex jiffaċilitaw dawn il-prattiki, il-linji gwida tal-UE għandhom iqisu dawn l-elementi kollha u jiżguraw li jiġu implimentati prattiki sikuri u li jistgħu jkunu vverifikati minn awtoritajiet regolatorji (ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafu 32 u l-Kaxxa 4).

73

L-applikazzjoni tar-regoli tal-VAT għal donazzjonijiet tal-ikel hija waħda mill-kwistjonijiet li se jiġu indirizzati mill-Kummissjoni waqt it-tfassil ta’ linji gwida tal-UE sabiex tiġi ffaċilitata d-donazzjoni tal-ikel (ara l-paragrafi III(iii) u 32).

Kaxxa 11 – Applikazzjoni tal-VAT fuq ikel li jingħata

Il-Kummissjoni tqis li l-valur li fuqu hija kkalkulata l-VAT jista’ jkun baxx jew qrib iż-żero jekk d-donazzjoni isir qrib id-data ta’ “l-aħjar qabel” jew jekk il-prodotti ma jkunux tajbin għall-bejgħ. Meta l-ikel ġenwinament ma jkollu l-ebda valur, jista’ saħansitra jkun ta’ żero.

74

Il-PKS il-ġdida ma tipprovdix għal donazzjonijiet ta’ ħut irtirat mis-suq, madankollu l-Istati Membri jistgħu jħeġġu u jappoġġaw l-iżvilupp ta’ strutturi li jippermettu d-donazzjoni ta’ ħut li ma jistax jitqiegħed fis-suq għall-konsum dirett mill-bniedem.

L-għoti ta’ donazzjonijiet jista’ wkoll ikun iffaċilitatat permezz ta’ mekkaniżmu ta’ ħażna appoġġat mill-FEMS. Dan il-mekkaniżmu jikkontribwixxi biex jikkumpensa għall-kostijiet imġarrba għall-istabilizzazzjoni u l-ħażna ta’ prodotti li ma jistgħux jinbiegħu ogħla minn ċertu prezz. Wara l-perjodu ta’ ħażna, l-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi tas-Sajd (OP), meta jdaħħlu mill-ġdid il-prodotti għall-konsum dirett mill-bniedem, jistgħu jagħmluhom disponibbli fis-suq mingħajr ħlas. Il-mekkaniżmu jiskadi fl-2019, iżda l-OP jistgħu jorganizzaw mekkaniżmu simili mill-fondi proprji.

76

Il-proċeduri biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ stokkijiet ta’ intervent għall-benefiċċju ta’ dawk li huma l-aktar fil-bżonn għadhom ma ġewx imdaħħla fl-att ta’ implimentazzjoni rilevanti u d-diskussjonijiet mal-Istati Membri jinsabu għaddejjin. Għandu jiġi nnutat ukoll li ma kien hemm l-ebda stokkijiet ta’ intervent fl-2014. Ix-xiri ta’ intervent tat-trab tal-ħalib xkumat beda fl-2015 u kompla fl-2016 b’reazzjoni għal tnaqqis tal-prezzijiet fis-settur tal-ħalib. Is-swieq tal-prodotti tal-ħalib għadhom ma rkuprawx, għalhekk, skont l-Artikolu 16(1)(a) tar-Regolament dwar l-OKS Unika, il-kundizzjonijiet tas-suq għadhom ma jippermettux ir-rilaxx tal-istokkijiet ta’ intervent. F’dan l-istadju m’hemmx prodotti oħrajn ta’ intervent għajr it-trab tal-ħalib xkumat.

78

L-interess primarju tal-Kummissjoni matul l-ipprogrammar ta’ riżorsi tal-FGħEB kien li jiġi żgurat li l-programmi tal-FGħEB huma konformi mal-objettivi tal-FGħEB kif indikat hawn fuq. L-Istati Membri kellhom il-possibbiltà li jagħżlu bejn l-għażliet differenti pprovduti mir-Regolament tal-FGħEB u li jadattaw l-appoġġ fid-dawl tal-ħtiġijiet tal-persuni l-aktar fil-bżonn.

Tweġiba komuni għall-inċiżi 1 u 2

L-Artikolu 9 tar-Regolament tal-FGħEB jistabbilixxi proċedura biex jiġu emendati l-programmi operazzjonali. Minħabba d-data finali tal-eliġibilità tan-nefqa fil-FGħEB (il-31 ta’ Diċembru 2023), it-testi attwali tal-programmi ma jipprekludux il-possibbiltà li jiġu modifikati fil-futur.

Madankollu, anki jekk il-possibbiltà sabiex tiġi ffaċilitata d-donazzjoni tal-ikel fil-programm mhijiex inkluża b’mod espliċitu, dan ma jfissirx li ma hemmx ikel mogħti fl-Istat Membru. Pereżempju, il-PO Finlandiż jiffoka fuq l-ikel mixtri, iżda fil-prattika l-organizzazzjonijiet imsieħba jqassmu wkoll ikel mogħti b’donazzjoni li jkun ġeneralment ikel frisk.

79

Il-kwalità tad-dejta hija fir-responsabbiltà tal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni twettaq missjonijiet ta’ awditjar fuq bażi regolari biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-politika u biex jiġu rkuprati fondi li ma kellhomx jintefqu. Il-Kummissjoni twettaq ukoll il-verifiki tal-kwalità tar-rapporti annwali sabiex jiġu evitati l-inkonsistenzi. Jitħallsu biss l-operazzjonijiet implimentati u kkontrollati.

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jagħtu prodotti għal distribuzzjoni b’xejn mingħajr ma jitolbu l-appoġġ tal-UE.

80

Huma neċessarji salvagwardji biex jiġi żgurat li l-miżuri ta’ prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet jilħqu l-għan tagħhom u li l-fondi tal-UE jintefqu kif suppost.

Il-leġiżlazzjoni tipprovdi għal appoġġ akbar għad-distribuzzjoni b’xejn milli għall-irtirar għal skopijiet oħra. Il-prijorità hija mogħtija b’mod ċar biex tipprovdi għajnuna permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-karità u istituzzjonijiet oħra approvati mill-Istati Membri.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

81

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi kompletament il-ħtieġa li tittieħed azzjoni għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi kollha fil-katina ta’ valur alimentari. Fl-2015, bħala parti mill-Pakkett għal Ekonomija Ċirkolari, il-Kummissjoni kkonfermat mill-ġdid l-impenn tal-UE għall-mira ta’ tnaqqis fil-ħela tal-ikel stabbilita fl-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli globali sal-2030.

83

Il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel hija enfasizzata bħala qasam ta’ prijorità fil-Pakkett għal Ekonomija Ċirkolari tal-2015. Pjan ta’ azzjoni integrat, li jinkludi kemm inizjattivi leġiżlattivi u oħrajn mhux leġiżlattivi, tressaq biex tiġi indirizzata l-ħela tal-ikel fl-UE. Il-Pjattaforma l-ġdida tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel tiġbor flimkien l-entitajiet pubbliċi u l-atturi fil-katina tal-valur alimentari, inkluż l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u organizzazzjonijiet mhux governattivi oħrajn. Hija se tappoġġa lil dawk kollha involuti fit-teħid ta’ miżuri biex isir progress lejn il-mira tat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel fl-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki. Il-Pjattaforma dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel hija mistennija li tidentifika inizjattivi ġodda u opportunitajiet biex tiġi indirizzata l-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel fil-livell tal-UE.

84

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ambizzjonijiet tagħha ma naqsux maż-żmien. Fl-2015, il-Kummissjoni adottat il-Pakkett għal Ekonomija Ċirkolari li jirrikonoxxi l-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel bħala qasam ta’ prijorità u jipproponi li tkun indirizzata fi pjan ta’ azzjoni multifaċċettat żviluppat b’mod kolleġjali mis-servizzi kollha tal-Kummissjoni. Huwa jssaħħaħ l-integrazzjoni ta’ miżuri tal-ħela tal-ikel mhux biss bħala miżuri tal-politika dwar il-prevenzjoni tal-iskart, iżda wkoll fi programmi għall-prevenzjoni tal-iskart stabbiliti mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni fittxet li tiżgura li d-dispożizzjonijiet relatati mal-ħela tal-ikel ikunu ċari, fattibbli u koerenti mal-qafas regolatorju tal-UE.

Il-proposta tal-Kummissjoni tobbliga lill-Istati Membri biex inaqqsu l-ħela tal-ikel f’kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel, jimmonitorjaw il-livelli tal-iskart mill-ikel u jirrapportaw lura dwar il-progress li jkun sar fil-proċess tal-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel. L-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ monitoraġġ tal-ħela tal-ikel fl-Istati Membri tal-UE, bl-appoġġ ta’ metodoloġija ta’ kejl armonizzata, se tipprovdi l-bażi ta’ evidenza meħtieġa biex ikunu stabbiliti miżuri nazzjonali effettivi ta’ prevenzjoni kontra l-ħela tal-ikel u għall-iffissar ta’ miri biex tonqos l-ħela tal-ikel.

Rakkomandazzjoni 1

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni 1 dwar ir-rwol tagħha fl-appoġġ tal-isforzi tal-Istati Membri tal-UE.

Diversi azzjonijiet diġà jinsabu għaddejjin. L-involviment ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali (l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikultura, il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent) fil-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel se jgħin biex jiffaċilita l-koperazzjoni u l-kordinazzjoni tal-isforzi fil-livelli nazzjonali, tal-UE u globali.

Il-Kummissjoni diġà qiegħda timplimenta l-inizjattivi għall-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari tal-2015. Il-Kummissjoni diġà qed telabora metodoloġija li se turi x’jikkostitwixxi ħela tal-ikel f’kull stadju fil-katina tal-valur alimentari fuq il-bażi tal-qafas legali eżistenti. Din il-metodoloġija se tappoġġa kejl konsistenti tal-livelli tal-ħela tal-ikel meħtieġ biex ikun ivvalutat l-impatt tal-miżuri meħuda.

86

Il-Kummissjoni taqbel li l-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel teħtieġ azzjoni tul il-katina tal-valur alimentari u koperazzjoni intersettorjali msaħħa. Il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u l-ottimizzazzjoni tal-użu ta’ riżorsi jistgħu jikkontribwixxu għal mudelli innovattivi għall-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-ikel.

Il-Kummissjoni fittxet li tappoġġa l-isforzi tal-partijiet ikkonċernati permezz tal-pjan ta’ azzjoni propost fil-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari. Notevolment, il-Pjattaforma ġdida tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel (FLW - Platform on Food Losses and Food Waste) għandha l-għan li tgħin lill-atturi kollha biex jiddefinixxu miżuri meħtieġa biex tiġi evitata l-ħela tal-ikel; jikkondividu l-aħjar prattika; u jevalwaw il-progress li jsir maż-żmien.

Il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel ma tinsabx fost l-objettivi tal-PAK kif iddefiniti fl-Artikolu 39 TFUE. Il-PAK tipprovdi firxa wiesgħa ta’ miżuri għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel fil-produzzjoni primarja u fl-ipproċessar. Għall-istadji fil-katina alimentari lil hinn minn dan il-livell, il-PAK ma għandha l-ebda bażi ġuridika biex taġixxi.

Rakkomandazzjoni 2
(a)

Il-Kummissjoni ma taċċettax ir-rakkomandazzjoni 2(a), iżda se tikkunsidra t-telf u l-ħela tal-ikel fil-ħidma tagħha għat-tħejjija tal-PAK li jmiss waqt li tqis li:

  • il-produzzjoni primarja tal-agrikoltura tiġġenera biss telf limitat tal-ikel li huwa kwistjoni differenti għalkollox minn ħela tal-ikel (kif kopert mid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart). Il-ħela tal-ikel huwa prinċipalment ikkonċentrat fuq il-bqija tal-katina ta’ provvista alimentari inkluż l-ipproċessar, il-bejgħ u l-konsum;
  • il-politika ta’ Żvilupp Rurali diġà tipprovdi sett ta’ miżuri li jistgħu jintużaw għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel u t-telf tal-ikel;
  • investimenti fil-Programmi ta’ Żvilupp Rurali diġà jappoġġaw il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel fis-settur tal-ipproċessar (pereżempju minn koperattivi għat-titjib tal-kapaċitajiet ta’ ħżin) u l-isforzi li għandhom isiru fil-futur għandhom ikunu proporzjonati skont l-importanza tal-problema li hija limitata.
(b)

Il-Kummissjoni taċċetta r-Rakkomandazzjoni 2(b).

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li rigward il-Politika Komuni tas-Sajd, huwa meħtieġ monitoraġġ aktar mill-qrib tal-obbligu tal-ħatt l-art. Għalkemm il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel mhix fiha nnifisha objettiv tal-Politika Komuni tas-Sajd, li huwa li tiżgura li s-sajd u l-akkwakultura jkunu ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli, il-Kummissjoni taqbel li l-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel tista’ tkun iffaċilitata permezz tal-implimentazzjoni ta’ strumenti eżistenti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

(c)

Il-Kummissjoni taċċetta r-Rakkomandazzjoni 2(c). Dwar l-iġjene tal-ikel, fl-2016 ġie implimentat aċċess aħjar ibbażat fuq il-web għall-gwidi dwar l-iġjene tal-ikel li jkompli jiffaċilita l-iskambju ta’ prattiki tajba. Fir-rigward tat-traċċabbilità, il-Kummissjoni diġà qed tawditja s-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti bħala parti mill-qafas legali dwar is-sikurezza tal-ikel. Fir-rigward tal-immarkar tad-data, kif indikat fil-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, il-Kummissjoni qed tesplora l-għażliet għal użu aktar effettiv u fehim aħjar tal-immarkar tad-data fuq l-ikel, mill-atturi kollha kkonċernati. Biex tinforma dan ix-xogħol, il-Kummissjoni nediet studju ġdid bil-konklużjonijiet mistennija fl-2017 (ara t-taqsima dwar “l-immarkar tad-data” fil-paragrafu 32).

87

Kif speċifikat fil-Komunikazzjoni għal Ekonomija Ċirkolari 19, il-Kummissjoni se tieħu miżuri biex tiċċara l-leġiżlazzjoni tal-UE sabiex tiġi ffaċilitata d-donazzjoni tal-ikel. Dan jinkludi impenn biex tiżviluppa linji gwida għad-donazzjoni tal-ikel tal-UE għad-donaturi tal-ikel u għall-banek tal-ikel dwar kif għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE fil-qafas regolatorju attwali (pereżempju, is-sikurezza tal-ikel, l-iġjene tal-ikel, it-traċċabilità, il-kontabilità eċċ.).

Rakkomandazzjoni 3
(a)

Il-Kummissjoni taċċetta u diġà qiegħda timplimenta r-rakkomandazzjoni 3(a). Biex tippromwovi fehim armonizzat ta’ dispożizzjonijiet legali rilevanti tal-UE, il-Kummissjoni se telabora linji gwida tal-UE sabiex tiġi ffaċilitata d-donazzjoni tal-ikel f’koperazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati. L-ewwel abbozz se jiġi rieżaminat permezz tal-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel f’Novembru 2016 u l-gwida finali hija mistennija li tkun adottata mill-Kummissjoni sa tmiem l-2017.

(b)

Il-Kummissjoni ma taċċettax ir-rakkomandazzjoni 3(b) għar-raġuni li fil-qafas tar-riforma tal-PKS u wieħed mill-pilastri tagħha - l-OKS - il-Kummissjoni pproponiet id-distribuzzjoni “mingħajr ħlas prodotti li jkunu nħattu l-art għal finijiet filantropiċi jew karitatevoli”. Dan ġie rrifjutat mill-Kunsill u mill-Parlament.

(c)

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni 3(c). Il-prodotti agrikoli mixtrija b’intervent pubbliku jistgħu jintremew billi jsiru disponibbli għall-użu fl-iskema għad-distribuzzjoni ta’ ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni jekk dik l-iskema tipprovdi għal dan.

(d)

Il-Kummissjoni taċċetta r-Rakkomandazzjoni 3(d) u qed tieħu passi biex tippromwovi d-donazzjoni tal-ikel.

Il-Kummissjoni pproponiet diversi emendi għar-Regolament FGħEB bħala parti mill-proposta għal reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, adottat fl-14/09/2016. Waħda minn dawn l-emendi, jekk tiġi approvata, se toffri l-possibbiltà għall-Istati Membri li jużaw għażliet ta’ kost issimplifikati meta jiffinanzjaw donazzjonijiet tal-ikel. Din hija miżura li għandha l-għan li tiffaċilita l-użu ta’ donazzjonijiet tal-ikel taħt il-FGħEB.

Filwaqt li l-Kummissjoni hija impenjata biex tissimplifika l-implimentazzjoni tal-FGħEB, inkluż f’dak li għandhom x’jaqsmu d-donazzjonijiet tal-ikel, hija se tiffoka dejjem fuq il-kisba tal-objettivi tal-Fond, li jinvolvu t-titjib tal-koeżjoni u l-inklużjoni soċjali u li jikkontribwixxi biex jittaffew l-agħar forom ta’ faqar fl-UE. It-tnaqqis fil-ħela tal-ikel fih nnifsu mhux objettiv tal-FGħEB.

L-irtirar għall-karità huwa fil-preżent forma organizzata ta’ donazzjoni “bla ħlas” lir-riċevituri finali. Il-leġiżlazzjoni relatata tipprovdi appoġġ akbar għad-distribuzzjoni b’xejn (irtirar għall-karità) milli għall-irtirar għal destinazzjonijiet oħra. Huwa previst ukoll tikkettar speċifiku għall-promozzjoni tas-sors u l-użu tal-finanzjament tal-UE. L-allokazzjoni prioritarja tal-irtirar mis-suq hija b’mod ċar li tingħata għajnuna lil min għandu bżonn permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-karità u istituzzjonijiet oħra approvati mill-Istati Membri. Użi oħrajn ta’ prodotti rtirati jsiru bħala alternattivi għal distribuzzjoni b’xejn.

Termini u abbrevjazzjonijiet

COPA Cogeca: COPA – Kumitat tal-Organizzazzjonijiet Agrikoli Professjonali (l-organizzazzjoni rappreżentattiva Ewropea tal-bdiewa), Cogeca – Konfederazzjoni Ġenerali tal-Kooperattivi Agrikoli.

DAS: Dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

DĠ AGRI: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.

DĠ CNECT: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija.

DĠ EMPL: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni.

DĠ ENER: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Enerġija.

DĠ ENTR: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Intrapriża u l-Industrija. Isem ġdid: Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (GROW).

DĠ ENV: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ambjent.

DĠ GROW: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs.

DĠ MARE: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.

DĠ MARKT: Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern u s-Servizzi. Isem ġdid: Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (FISMA).

DĠ RTD: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

DĠ SANTE: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari.

DĠ TAXUD: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

DĠ SANCO: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u l-Konsumaturi. Isem ġdid: Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari (SANTE).

: Dipartimenti u servizzi tal-Kummissjoni Ewropea magħrufa bħala Direttorati Ġenerali (DĠ).

EIP: Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni.

Eurostat: L-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

FAEG: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija.

FAEŻR: Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

FAO: Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti.

Faostat: Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, Diviżjoni tal-Istatistika.

FEAD: Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn.

FEMS: Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.

FES: Fond Ewropew għas-Sajd.

G20: (jew il-Grupp tal-Għoxrin) huwa forum internazzjonali għall-gvernijiet u l-gvernaturi ta’ banek ċentrali minn 20 ekonomiji kbar.

GMS: Standard ġenerali fil-kummerċjalizzazzjoni.

Għajnuna għall-ħżin privat: Għajnuna sabiex jinħażnu l-prodotti. Din tgħin biex is-suq jiġi stabbilizzat għal prodott jekk ikun hemm iż-żejjed u l-prezzijiet jiddgħajfu.

Ħsad bikri: Il-ħsad totali ta’ prodotti mhux kummerċjabbli (iżda mingħajr ħsara) f’erja kkultivata partikolari, qabel il-ħsad normali.

Intervent pubbliku: Meta l-prezzijiet tas-suq għal ċerti prodotti agrikoli jaqgħu taħt livell predeterminat, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tiddeċiedi li tistabbilizza s-suq billi tixtri l-provvisti żejda, li mbagħad jistgħu jinħażnu fl-Istati Membri sakemm jogħla l-prezz tas-suq.

Irtirar mis-suq: L-irtirar ta’ prodotti mis-suq (ma jitqegħdux għall-bejgħ).

MDP: Programm ta’ Distribuzzjoni ta’ Ikel għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn.

NU/KEE: Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.

Nuqqas ta’ ħsad: Ma tittieħed ebda produzzjoni kummerċjali mill-erja kkultivata waqt iċ-ċiklu normali tal-produzzjoni. Dan ma jinkludix il-qerda ta’ prodotti minħabba avveniment klimatiku jew mard.

OKS: Organizzazzjoni tas-Swieq Komuni.

PAK: Politika Agrikola Komuni.

PKS: Politika Komuni tas-Sajd.

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni: Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jistgħu jitħallsu mill-UE lil kumpaniji kummerċjali li jbigħu ċerti prodotti agrikoli f’pajjiżi terzi. Ir-rifużjoni normalment tkopri d-differenza bejn il-prezz intern tal-UE u l-prezz tas-suq dinji.

VAT: Taxxa fuq il-Valur Miżjud.

VCS: Appoġġ akkoppjat volontarju.

WRAP: (Waste & Resources Action Programme) (Programm ta’ Azzjoni għall-Ħela u r-Riżorsi) Organizzazzjoni tal-karità u kumpanija fir-Renju Unit li taħdem mal-gvernijiet, in-negozji u l-komunitajiet biex tipprovdi soluzzjonijiet prattiċi għat-titjib tal-effiċjenza fir-riżorsi u taċċelera l-mixja lejn ekonomija sostenibbli u effiċjenti fir-riżorsi.

Żvilupp rurali: Il-politika ta’ żvilupp rurali tal-UE tikkomplimenta s-sistema ta’ pagamenti diretti u l-miżuri tas-suq u taħdem biex ittejjeb ċerti aspetti tas-sitwazzjoni ekonomika, ambjentali u soċjali taż-żoni rurali tal-UE.

Noti

1 Kif jitkejjel bil-piż. Il-FAO, 2011. Global food losses and waste – extent, causes and prevention (It-telf u l-ħela tal-ikel madwar id-dinja – il-firxa, il-kawżi u l-prevenzjoni). Ruma: NU FAO.

2 It-telf tal-ikel huwa ddefinit bħala „it-tnaqqis fil-kwantità jew fil-kwalità tal-ikel“. Il-ħela tal-ikel hija parti mit-telf tal-ikel u tirreferi għar-rimi jew għall-użu alternattiv (mhux ikel) ta‘ ikel li huwa sikur u nutrittiv għall-konsum mill-bniedem matul il-katina tal-provvista tal-ikel kollha kemm hi, mill-produzzjoni primarja sal-livell tal-konsumatur domestiku (http://www.fao.org/platform-food-loss-waste/food-waste/definition/en/).

3 L-iskart mill-ikel huwa kwalunkwe ikel, u partijiet tal-ikel li ma jistgħux jittieklu, li jitneħħew mill-katina tal-provvista tal-ikel biex jiġu rkuprati jew jintremew (inklużi dawk komposti, għelejjel maħruta/mhux maħsuda, diġestjoni anerobika, produzzjoni ta‘ bijoenerġija, koġenerazzjoni, inċinerazzjoni, rimi fis-sistema tad-drenaġġ, f‘miżbla jew fil-baħar) (http://www.eu-fusions.org/index.php/about-food-waste/280-food-waste-definition).

4 http://www.eu-fusions.org/index.php/download?
download=254:fusions-quantification-manual

5 Inklużi l-FAO, l-UNEP, il-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli (WBCSD), il-Forum għall-Prodotti tal-Konsumatur, il-proġett FUSIONS tal-UE, u l-Programm ta‘ Azzjoni għall-Iskart u r-Riżorsi bħala sħab ewlenin (http://flwprotocol.org/).

6 L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

7 (a) prevenzjoni; (b) preparazzjoni għal użu mill-ġdid; (c) riċiklaġġ; (d) irkupru ieħor, eż. irkupru ta‘ enerġija; u (e) rimi.

8 Ċifra bbażata fuq data tal-2012 (http://ec.europa.eu/food/safety/food_waste/index_en.htm). Ir-referenza għaċ-ċifra ta‘ 88 miljun tunnellata ta‘ ħela tal-ikel, li hija kkwotata mill-Kummissjoni, tikkorrispondi għall-istimi l-aktar reċenti tal-iskart mill-ikel iġġenerat fl-UE-28, li ġew ippubblikati mill-proġett tal-FP7 FUSIONS (Estimates of European food waste levels (Stimi tal-livelli Ewropej ta‘ ħela tal-ikel), FUSIONS, 2016 http://www.eu-fusions.org/phocadownload/Publications/Estimates%20of%20European%20food%20waste%20levels.pdf). Din iċ-ċifra mhijiex ripartita skont x‘jiġi prodott fl-UE u x‘jiġi importat.

9 Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, „Preparatory study on food waste across EU 27“ (Studju ta‘ Tħejjija dwar il-ħela tal-ikel fl-UE 27“, 2010.

10 Franke, U., Einarson, E., Andrésen, N., Svanes, E., Hartikainen, H., L. Mogensen, Kartläggning av matsvinnet i primärproduktionen, il-Kunsill Nordiku, Copenhagen, 2013. (www.norden.org/sv/publikationer/publikationer/2013-581); Hanssen, O. J., Ekegren P., Gram-Hanssen, I., et al., Food Redistribution in the Nordic Region (Ir-Ridistribuzzjoni tal-Ikel fir-Reġjun Nordiku), il-Kunsill Nordiku tal-Ministri, Copenhagen, 2014. (http://norden.diva-portal.org/smash/record.jsf?pid=diva2%3A784307&dswid=9068); Rapport tal-House of Lords „Counting the Cost of Food Waste: EU Food Waste Prevention“ (Il-Prezz Imħallas għall-Ħela tal-Ikel: Il-Prevenzjoni tal-Ħela tal-Ikel fl-UE), il-Kumitat tal-Unjoni Ewropea, l-10 Rapport tas-Sessjoni 2013-14, p. 12.

11 FAO, „Il-Marka tal-ħela tal-ikel. Impatti fuq ir-riżorsi naturali“, FAO Ruma, 2013 (http://www.fao.org/nr/sustainability/food-loss-%c2%adand-waste/en/).

12 Tgħarrif tal-PE dwar is-suq intern u l-protezzjoni tal-konsumatur. Prattiki Kummerċjali Inġusti minn Negozju għal Negozju fil-Katina tal-Provvista tal-Ikel
(http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/BRIE/2015/563430/IPOL_BRI(2015)563430_EN.pdf).

13 L-inizjattivi proprji tal-Istati Membri mhumiex inklużi fl-ambitu tal-awditu attwali. Huma inklużi biss xi eżempji ta‘ prattiki speċifiċi għal finijiet illustrattivi.

14 L-UE mifhuma bħala l-istituzzjonijiet tal-UE (inkarigati mit-tfassil tal-politiki differenti u mill-istabbiliment ta‘ dispożizzjonijiet legali differenti) flimkien mal-Istati Membri (inkarigati mill-implimentazzjoni ta‘ dawk il-politiki u dispożizzjonijiet).

15 Madankollu, ir-rapport jinkludi dikjarazzjonijiet politiċi rilevanti sal-1 ta‘ Lulju 2016 rigward il-ħela tal-ikel.

16 Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-pjan ta‘ azzjoni tal-UE għall-ekonomija ċirkolari tal-20 ta‘ Ġunju 2016 (10444/16 – eżitu tat-3476 laqgħa tal-Kunsill). Dawn il-konklużjonijiet ġew żviluppati f‘aktar dettall mill-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-telf u l-ħela tal-ikel tat-28 ta‘ Ġunju 2016 (10730/16 eżitu tat-3479 laqgħa tal-Kunsill).

17 http://ec.europa.eu/environment/resource_efficiency/about/roadmap/index_en.htm

18 COM(2014) 397 final tat-2 ta‘ Lulju 2014 „Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2008/98/KE dwar l-iskart, 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, 1999/31/KE dwar ir-rimi ta‘ skart f‘terraferma, 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta‘ batteriji u ta‘ akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta‘ tagħmir elettriku u elettroniku“.

19 http://europa.eu/rapid/press-release_STATEMENT-14-2723_en.htm

20 Il-“Green Card“ hija inizjattiva ġdida, f‘konformità mal-Artikolu 9 tal-Protokoll 1 tat-Trattat ta‘ Lisbona, li tippermetti li l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE jingħaqdu flimkien sabiex iressqu proposti lill-Kummissjoni, u b‘hekk jinfluwenzaw l-iżvilupp tal-politika tal-UE.

21 Prinċipalment organizzazzjonijiet umbrella Ewropej li jirrappreżentaw il-produtturi, il-proċessuri, il-fornituri tal-ikel, il-bejjiegħa bl-imnut, l-industriji tal-imballaġġ u l-korpi ta‘ riċerka.

22 Id-DĠ SANCO, id-DĠ ENV, id-DĠ AGRI għal-laqgħat kollha u d-DĠ RTD, id-DĠ TAXUD, id-DĠ ENER, id-DĠ ENTR u d-DĠ MARKT għal xi wħud mil-laqgħat l-oħra.

23 Id-DĠ SANCO/SANTE, id-DĠ AGRI u skont il-laqgħa: id-DĠ CNECT, id-DĠ ENTR, id-DĠ TAXUD, id-DĠ GROW, id-DĠ RTD, l-Eurostat.

24 Minkejja li l-ħela tal-ikel ilha tiġi kkoordinata mid-DĠ SANTE mill-2012, id-dossier ingħadda mid-DĠ ENV lid-DĠ SANTE (l-unità A6) fl-1.1.2015. Fi ħdan id-DĠ SANTE, id-dossier reġa‘ ngħadda għal darb‘oħra lill-unità E1 fl-1.2.2016.

25 Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

26 Skont l-Artikolu 39(1)(a) u (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-PAK timmira primarjament li tappoġġa l-vijabbiltà ekonomika tas-settur agrikolu u l-istabbiltà tas-swieq għall-prodotti agrikoli. Madankollu, l-Artikolu 39(1) a) jirrikjedi wkoll „l-aħjar utilizzazzjoni possibbli tal-fatturi ta‘ produzzjoni“, jiġifieri jirrikjedi l-użu sostenibbli u effiċjenti tar-riżorsi naturali. F‘dan il-kuntest, l-Artikolu 11 huwa rilevanti wkoll: „Il-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bl-għan li jinkoraġixxu żvilupp sostenibbli“.

27 Pagamenti ta‘ kumpens lill-bdiewa li huma marbuta jew ma‘ erjas fissi (jew rendimenti fissi), jew ma‘ għadd fiss ta‘ annimali.

28 L-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta‘ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta‘ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

29 L-Artikolu 52(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

30 SEC(2011) 1153 final/2 tal-20.10.2011 „Impact Assessment Common Agricultural Policy towards 2020“, (Valutazzjoni tal-Impatt - Politika Agrikola Komuni lejn is-sena 2020), Miżuri tas-Suq taħt l-Anness 5, p. 12.

31 Mattson, K., „Why do we throw away edible fruit and vegetables?“ (Għalfejn narmu frott u ħxejjex li jistgħu jittieklu?), ir-Rapport 2014:5 EN, id-Diviżjoni għall-Kummerċ u s-Swieq, Iffinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Ikel Żvediża (p. 22).

32 Iċ-ċifri ppubblikati f‘Awwissu 2016 mill-osservatorju tal-Kummissjoni għas-suq tal-ħalib juru li l-ħażniet reċentament żdiedu. http://ec.europa.eu/agriculture/market-observatory/milk/pdf/eu-stocks-butter-smp_en.pdf

33 Mill-1 ta‘ Awwissu 2017, l-iskema tal-Ħalib fl-Iskejjel u l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel se jitwaħħdu.

34 L-Artikoli 23(2) u 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta‘ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

35 L-Italja, in-Netherlands, il-Kroazja, is-Slovakkja u l-Belġju biss inkludew messaġġi edukattivi relatati mal-ħela tal-ikel fil-miżuri ta‘ akkumpanjament tal-iskema tal-frott għall-iskejjel.

36 L-Artikoli 14, 15, 17, 33 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

37 Il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) għall-perjodu 2007-2013 u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) għall-perjodu 2014-2020.

38 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta‘ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

39 Imsemmija fl-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 bħala „eżenzjonijiet de minimis ta‘ mhux aktar minn 5 % tal-qabdiet annwali totali tal-ispeċijiet kollha“.

40 Discard Atlas of North Sea Fisheries (Atlas tal-Qbid Skartat tas-Sajd fil-Baħar tat-Tramuntana), IMARES Wageningen UR, Wageningen, Awwissu 2014.

41 The obligation to land all catches – consequences for the Mediterranean. In-depth analysis (L-obbligu li jinħattu l-qabdiet kollha – il-konsegwenzi għall-Mediterran. Analiżi approfondita). Il-Parlament Ewropew, 2014.

42 Meħtieġ bl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

43 Bejn Jannar 2007 u Novembru 2015, l-awtoritajiet Finlandiżi approvaw 14-il proġett biex jiġġieldu kontra l-mard tal-ħut (3 proġetti ta‘ riċerka u 11-il proġett pilota).

44 KUMM(2011) 417 finali, SEC(2011) 884 final u SEC(2010) 428 final.

45 Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

46 Pereżempju, fl-2014, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi Netherlandiżi rtiraw mis-suq 875 tunnellata ta‘ barbun tat-tbajja‘ bi spejjeż tagħhom (madwar 2 % tal-ħatt irkantat), minħabba l-fatt li ma ntlaħaqx il-prezz minimu. Fl-2015, dik il-kwantità kienet biss ħames tunnellati, bis-saħħa ta‘ prezz aħjar.

47 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta‘ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta‘ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

48 Dan ifisser li huma jridu jkunu kapaċi jidentifikaw in-negozji li li jipprovdu l-prodotti tagħhom u li jitraċċaw inputs fil-katina tal-ikel b‘lura sal-fornitur immedjat.

49 Id-Direttiva 2011/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta‘ Diċembru 2011 dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjeni oġġett tal-ikel, Test b‘rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 334, 16.12.2011, p. 1).

50 L-Italja, in-Netherlands, il-Portugall u r-Rumanija.

51 Il-Portugall u l-Finlandja.

52 Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

53 Flash Eurobarometer 425, Il-ħela tal-ikel u l-immarkar tad-dati. Settembru 2015.

54 Møller, H., Lødrup, N., et al., „Date labelling in the Nordic countries: Practice of legislation“ (It-tikkettar tad-dati fil-pajjiżi Nordiċi: il-Prattika tal-leġiżlazzjoni), Il-Kunsill Nordiku tal-Ministri, l-2014.

55 http://ec.europa.eu/food/safety/food_waste/eu_actions/index_en.htm

56 Id-Direttiva 2008/98/KE.

57 Bl-istess mod, fin-nuqqas ta‘ definizzjoni ċara, xi Stati Membri jistgħu jqisu li l-ikel għall-għalf tal-annimali jikkostitwixxi ħela tal-ikel, filwaqt li oħrajn jistgħu jqisuh l-oppost.

58 Skont id-definizzjoni ta‘ ħela tal-ikel li titqies f‘dan ir-rapport, jidher ċar li aħna nqisu li l-ikel li jingħata b‘donazzjoni huwa mod ta‘ kif tiġi evitata l-ħela tal-ikel.

59 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

60 L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002: “operatur ta‘ negozju tal-ikel” tfisser persuni naturali jew legali responsabbli li jiżguraw li l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel jiġu mħarsa fin-negozju tal-ikel taħt il-kontroll tagħhom.

61 Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta linji gwida dwar l-ikel li jingħata b‘donazzjoni (il-Kumitat tal-PE għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, Abbozz ta‘ Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (COM(2015)0595 – C8-0382/2015 – 2015/0275(COD)).

62 Is-sistema tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) tal-UE hija deskritta fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, bl-Artikolu 16 tad-Direttiva jsemmi d-donazzjoni ta‘ merkanzija. Skont ir-regoli fiskali tal-UE, il-VAT fuq prodotti tal-ikel mogħtija b‘donazzjoni hija dovuta f‘għadd ta‘ sitwazzjonijiet, li jiġu ddeterminati mill-Istati Membri. Il-valur li fuqu tiġi bbażata l-VAT jista‘ jkun pjuttost baxx jew anke qrib iż-żero.

63 Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 rispettivament.

64 L-objettivi tal-FEAD, kif ippreżentati fl-Artikolu 3, huma l-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, it-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali u fl-aħħar mill-aħħar il-kontribut għall-ksib tal-mira tat-tnaqqis tal-faqar, tal-istrateġija Ewropa 2020. Il-FEAD jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku li jtaffi l-agħar forom ta‘ faqar permezz tal-forniment ta‘ assistenza mhux finanzjarja lill-persuni l-aktar fil-bżonn.

65 Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).

66 Istituzzjonijiet penitenzjarji, skejjel, stabbilimenti msemmija fl-Artikolu 22, kampijiet tas-sajf għat-tfal, sptarijiet u djar tal-anzjani nnominati mill-Istati Membri.

1 Esternalità negattiva sseħħ meta individwu jew ditta li jieħdu deċiżjoni ma jkollhomx l-obbligu li jħallsu l-ispiża sħiħa tad-deċiżjoni (http://economics.fundamentalfinance.com/negative-externality.php).

2 FAO, „Global food losses and food waste—extent, causes and prevention“ (It-telf u l-ħela tal-ikel madwar id-dinja—il-firxa, il-kawżi u l-prevenzjoni), Ruma: NU FAO, 2011.

3 http://www.fao.org/docrep/V5030e/V5030E0q.htm#Chapter

4 Maintaining the post-harvest quality of fruits and vegetables (Iż-żamma tal-kwalità ta‘ wara l-ħsad tal-frott u l-ħxejjex); J. Aked, Cranfield University.

5 http://www.unece.org/index.php?id=41420#/

6 ECE/TRADE/C/WP.7/GE.1/2015/10, ECE/CTCS/WP.7/GE.1/2016/2, ECE/CTCS/WP.7/GE.1/2016/10. Dokument ta‘ diskussjoni mħejji minn bosta delegazzjonijiet ippropona li possibbilment issir reviżjoni tat-tqassim tal-istandards u tal-istandards li jirrigwardaw it-tuffieħ, it-tadam u l-kurrat. Meta d-dokument ġie diskuss f‘April 2015 ġie deċiż li tingħata ħarsa lejn ir-reviżjoni tal-istandards għall-kurrat u għat-tadam. Rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni Dinjija tat-Tuffieħ u tal-Lanġas (WAPA) ukoll attendew dik il-laqgħa.

7 Tgħarrif tal-PE dwar is-suq intern u l-protezzjoni tal-konsumatur. Prattiki Kummerċjali Inġusti minn Negozju għal Negozju fil-Katina tal-Provvista tal-Ikel (http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/BRIE/2015/563430/IPOL_BRI(2015)563430_EN.pdf).

8 Stqarrija għall-Istampa – Agrikoltura/Industrija – 7.6.2016 fis-13:14.

9 COM(2016) 32 final „Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-prattiki kummerċjali żleali fil-katina ta’ provvista alimentari bejn in-negozji“.

10 L-appoġġ għall-istabbiliment u l-espansjoni ta‘ organizzazzjonijiet tal-produtturi huwa disponibbli taħt it-tieni pilastru tal-PAK u taħt il-PKS. Elementi tal-ewwel pilastru tal-PAK jimmiraw ukoll li jnaqqsu d-diskrepanza fis-setgħa ta‘ negozjar bejn il-bdiewa u l-partijiet l-oħra fil-katina tal-provvista tal-ikel.

11 http://www.supplychaininitiative.eu/about-initiative

12 L-għan tal-Inizjattiva kien li tiżdied il-ġustizzja fir-relazzjonijiet kummerċjali vertikali bil-parteċipazzjoni volontarja ta‘ atturi fil-katina tal-provvista tal-ikel.

1 Għall-iskop ta’ dan ir-rapport, u filwaqt li naċċettaw li din hija simplifikazzjoni tal-ħafna livelli differenti li jeżistu, aħna kklassifikajna s-setturi tal-katina tal-provvista tal-ikel f’erba’ gruppi (il-produtturi, il-proċessuri, il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi).

1 COM (2015) 614 final

2 Estimates of European food waste levels, FUSIONS, March 2016 (http://www.eu-fusions.org/phocadownload/Publications/Estimates%20of%20European%20food%20waste%20levels.pdf)

3 L-approċċ ippjanat mill-Kummissjoni sabiex tiġi elaborata metodoloġija għall-kejl tal-ħela tal-ikel f’kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel ġie diskuss f’laqgħa mal-esperti tal-Istati Membri fit-22 ta’ Ġunju 2016. http://ec.europa.eu/food/safety/docs/fw_eu-actions_ms_20160622_p06.pdf

4 Fil-Liġi tal-UE, l-ikel huwa definit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel. L-iskart huwa definit skont id-Direttiva 2008/98/KE.

5 COM(2015) 595 finali: Il-proposta tal-Kummissjoni biex temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart.

6 Kumitat dwar is-Sigurtà Alimentari Dinjija (2014). Rakkomandazzjonijiet ta’ politika. Food Losses and Waste in the Context of Sustainable Food Systems (http://www.fao.org/3/a-av037e.pdf)

7 http://ec.europa.eu/environment/waste/prevention/pdf/prevention_guidelines.pdf)

8 http://ec.europa.eu/environment/archives/eussd/pdf/food_results.pdf

9 Fl-2010–2014, il-Forum ta’ Livell Għoli dwar it-Titjib tal-Funzjonament tal-Katina ta’ Provvista tal-Ikel iddiskuta modi biex tittejjeb is-sostenibilità tas-sistema tal-ikel inkluża l-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel (https://ec.europa.eu/growth/sectors/food/competitiveness/supply-chain-forum_mt). Id-Diskussjoni Ewropea madwar mejda tonda dwar il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-ikel, inizjattiva kopreseduta mill-Kummissjoni Ewropea u minn imsieħba tal-katina tal-provvista tal-ikel tqis ukoll l-ħela tal-ikel fil-ħidma tagħha biex tivvaluta l-impronta ambjentali fil-katina Ewropea tal-provvista tal-ikel (http://www.food-scp.eu/). Il-Forum tal-Bejgħ bl-Imnut ġie stabbilit mill-Kummissjoni fl-2009, flimkien ma’ rappreżentanti minn EuroCommerce u mill-European Retail Round Table, sabiex isir skambju tal-aħjar prattiki u tittieħed azzjoni biex tissaħħaħ is-sostenibilità tas-settur tal-bejgħ bl-imnut Ewropew inkluża l-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel (http://ec.europa.eu/environment/industry/retail/index_en.htm). L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Kummissjoni organizzaw sessjonijiet ta’ ħidma mal-Istati Membri għall-iskambju ta’ esperjenzi u sabiex ixerrdu l-aħjar prattika dwar il-prevenzjoni tal-iskart, inkluż il-ħela tal-ikel. Il-proġett FUSIONS tal-FP7, li ġabar flimkien 21 imsieħba tal-proġett minn 13-il pajjiż, stabbilixxa inventarju ta’ innovazzjonijiet soċjali sabiex tiġi evitata l-ħela tal-ikel u proġetti pilota relatati (http://www.eu-fusions.org/index.php/social-innovations) u ffaċilita l-involviment ta’ diversi partijiet ikkonċernati (gvernijiet, l-industrija, l-NGOs fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew) mill-2012–2016. Il-proġett tal-Orizzont 2020 REFRESH(http://eu-refresh.org/about-refresh) se jappoġġa l-progress tal-UE lejn l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel billi jistabbilixxi mira “Oqfsa ta’ Azzjoni” dwar il-ħela tal-ikel li se jiġu żviluppati u ttestjati, fil-Ġermanja, fl-Ungerija, fi Spanja u fin-Netherlands flimkien ma’ sħab mid-dinja tan-negozju, tas-soċjetà ċivili u tal-gvernijiet.

10 (http://ec.europa.eu/food/safety/food_waste/good_practices/index_en.htm).

11 http://ec.europa.eu/food/safety/food_waste/eu_actions/date_marking/index_en.htm

12 Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004

13 http://ec.europa.eu/food/safety/docs/biosafety_fh_legis_guidelines_good_practice_en.pdf

14 Tista’ tarah hawnhekk: https://webgate.ec.europa.eu/dyna/hygienelegislation/

15 Id-data “l-aħjar qabel” hija applikabbli għal bajd li jitqiegħed fis-suq bħala klassi “A/frisk” (bajd tal-ikel) u hija stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 589/2005 (l-Artikolu 2) dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd. Barra minn hekk, id-data “bigħ sa” hija stabbilita għal 21 jum fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (il-punt 3 tal-Kapitolu 1 tat-Taqsima X tal-Anness III).

16 http://ec.europa.eu/food/safety/food_waste/eu_actions/date_marking/index_en.htm

17 COM (2015) 614 finali

18 http://ec.europa.eu/environment/waste/prevention/pdf/prevention_guidelines.pdf).

19 COM (2015) 614 final

AvvenimentData
Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu15.7.2015
L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra)16.9.2016
Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja10.11.2016
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha6.12.2016

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi tal-prestazzjoni u tal-konformità tagħha f’dak li jirrigwarda oqsma baġitarji jew suġġetti ta’ ġestjoni speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla I tal-Awditjar — immexxija minn Phil Wynn Owen, Membru tal-QEA — li tispeċjalizza fl-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali. L-awditu tmexxa minn Bettina Jakobsen, Membru tal-QEA, b’appoġġ minn Katja Mattfolk, kap tal-kabinett; Kim Storup, attaché tal-kabinett; Michael Bain, maniġer prinċipali; Maria Eulàlia Reverté i Casas, kap tal-kompitu. It-tim tal-awditjar kien magħmul minn Els Brems, Klaus Stern, Diana Voinea u Paulo Oliveira.

Mix-xellug għal-lemin: K. Storup, K. Mattfolk, D. Voinea, B. Jakobsen, M. Bain, M. E. Reverté i Casas, P. Oliveira.

Dwar

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2017

PDFISBN 978-92-872-6425-1ISSN 1977-5741doi:10.2865/75225QJ-AB-16-032-MT-N
HTMLISBN 978-92-872-6864-8ISSN 1977-5741doi:10.2865/114343QJ-AB-16-032-MT-Q

© L-Unjoni Ewropea, 2017

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali.

Għal kull użu jew riproduzzjoni tal-Figura 4, il-paġna *, u tar-ritratti fil-Kaxxa 6, il-paġna *, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detentur tad-drittijiet tal-awtur.

KIF GĦANDEK TAGĦMEL BIEX TIKSEB IL-PUBBLIKAZZJONIJIET TAL-UE

Pubblikazzjonijiet bla ħlas:

(*) L-informazzjoni mogħtija hija b’xejn, kif ukoll it-telefonati ġeneralment huma b’xejn (għalkemm xi operaturi, kabini tat-telefown jew lukandi jistgħu jitolbu ħlas).

Pubblikazzjonijiet bi ħlas: