Brussell, 21.5.2026

COM(2026) 241 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-eżerċitar tas-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati skont ir-Regolament (UE) 2018/974 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-eżerċitar tas-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati skont ir-Regolament (UE) 2018/974 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni

1.INTRODUZZJONI

Ir-Regolament (UE) 2018/974 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill( 1 ) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament, għall-finijiet li ġejjin:

Øbiex jiżdied il-livell limitu għall-kopertura statistika tat-trasport tal-merkanzija permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni sabiex jitqiesu t-tendenzi ekonomiċi u tekniċi (ara l-Artikolu 2(5));

Øbiex jiġu adattati d-definizzjonijiet jew jingħataw oħrajn ġodda sabiex jitqiesu d-definizzjonijiet rilevanti li jkunu ġew emendati jew adottati fil-livell internazzjonali (ara l-Artikolu 3);

Øbiex jiġu riflessi l-bidliet fil-kodiċi u n-nomenklatura fil-livell internazzjonali jew fl-atti leġiżlattivi rilevanti tal-UE (ara l-Artikolu 4(4)).

Skont l-Artikoli 2(5), 3 u 4(4), meta teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni trid tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew ir-rispondenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni trid tiġġustifika l-azzjonijiet stabbiliti f’dawk l-atti delegati, bl-użu, meta xieraq, ta’ analiżi tal-kosteffettività li tivvaluta l-piż fuq ir-rispondenti u l-kostijiet tal-produzzjoni.

Kif speċifikat fl-Artikolu 10(4), qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni trid tikkonsulta esperti deżinjati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet( 2 ).

2.BAŻI LEGALI

Dan ir-rapport huwa meħtieġ skont ir-Regolament (UE) 2018/974, li fl-Artikolu 10(2) jispeċifika li s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin mis-7 ta’ Diċembru 2016. Il-Kummissjoni hija meħtieġa tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn 9 xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ 5 snin. Il-Kummissjoni ppreżentat l-ewwel rapport fl-2021( 3 ). Dan huwa t-tieni rapport.

3.EŻERĊITAR TAD-DELEGA

Il-Kummissjoni għadha ma eżerċitatx is-setgħa li tadotta atti delegati li ngħatatilha permezz tar-Regolament (UE) Nru 2018/974.

Il-Kummissjoni tiddiskuti regolarment it-titjib potenzjali fl-istatistika tat-trasport tal-merkanzija permezz passaġġi fuq l-ilma interni mal-Grupp ta’ esperti dwar l-istatistika tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni u l-Grupp ta’ koordinazzjoni għall-istatistika dwar it-trasport. Dawn id-diskussjonijiet iqisu wkoll il-kostijiet u l-piżijiet possibbli fuq il-pajjiżi u r-rispondenti.

L-istatistika hi meħtieġa għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti (il-miri għall-2020-2050) ( 4 ) u l-azzjonijiet komplementari bħall-politika tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T)( 5 ), ir-Regolament dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (eFTI)( 6 ), il-programm ta’ azzjoni NAIADES III ( 7 ) u d-Direttiva dwar is-servizzi tal-informazzjoni tax-xmajjar( 8 ). Tali azzjonijiet jistgħu jirrikjedu li l-Kummissjoni tadotta atti delegati biex tadatta l-istatistika tat-trasport tal-merkanzija mill-passaġġi fuq l-ilma interni għax-xejriet ekonomiċi u tekniċi f’konformità mal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 2018/974 u biex tirrifletti l-bidliet fid-definizzjonijiet, fil-kodifikazzjoni u fin-nomenklatura fil-livell tal-UE jew dak internazzjonali.

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/974 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 179, 16.7.2018, p. 14; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/974/oj ) .

(2)

Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1; ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj ).

(3)

Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżerċizzju tas-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/974 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (COM(2021) 117 final, 12.3.2021;  
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52021DC0117 ).

(4)

COM(2020) 789 final, 9.12.2020;  
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52020DC0789 .

(5)

 Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, ĠU L, 2024/1679, 28.6.2024; ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1679/oj ).

(6)

 Ir-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ĠU L 249/33, 31.7.2020, p. 33; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1056/oj ).

(7)

 COM(2021) 324 final, 24.6.2021;

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex%3A52021DC0324 .

(8)

 Id-Direttiva (UE) 2025/2482 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2025 li temenda d-Direttiva 2005/44/KE dwar is-servizzi armonizzati tal-informazzjoni tax-xmajjar (RIS) fil-passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU L, 2025/2482, 12.12.2025; ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2025/2482/oj ).