|
“31 g.
|
32010 R 1093: Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12), kif emendat bi:
|
—
|
32013 R 1022: Ir-Regolament (UE) Nru 1022/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 5).
|
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim bl-adattamenti li ġejjin:
|
(a)
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ikollhom, ħlief għad-dritt tal-vot, l-istess drittijiet u obbligi bħall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE fil-ħidma tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘l-Awtorità’, il-Bord tas-Superviżuri tagħha, u l-korpi preparatorji kollha tal-Awtorità, inklużi kumitati interni u bordijiet, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 108 u 109 ta’ dan il-Ftehim, l-Awtorità għandha, ħlief għad-dritt tal-vot, id-dritt li tieħu sehem fix-xogħol tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u l-korpi preparatorji tagħha, meta l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA twettaq, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-funzjonijiet tal-Awtorità kif previst f’dan il-Ftehim.
Ir-regoli ta’ proċedura tal-Awtorità u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jagħtu effett sħiħ lill-parteċipazzjoni tagħhom, kif ukoll dik tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, fix-xogħol ta’ xulxin kif previst f’dan il-Ftehim.
|
|
(b)
|
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm mhux previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini ‘Stat Membru/Stati Membri’ u ‘awtoritajiet kompetenti’ jiġu mifhuma li qed jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.
|
|
(c)
|
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, ir-regoli ta’ proċedura interni tal-Awtorità japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-awtoritajiet kompetenti tal-EFTA u l-istituzzjonijiet finanzjarji. B’mod partikolari, it-tħejjija ta’ abbozzi għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jkun soġġett għall-istess proċeduri interni bħat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet adottati dwar kwistjonijiet simili li jikkonċernaw l-UE, l-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-istituzzjonijiet finanzjarji.
|
|
(d)
|
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, l-Awtorità u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jikkooperaw, jiskambjaw informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin għall-finijiet tar-Regolament, b’mod partikolari qabel ma tittieħed kull azzjoni.
F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Awtorità u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-amministrazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, il-President tal-Awtorità u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA filwaqt li jqisu l-urġenza tal-kwistjoni, mingħajr dewmien żejjed, isejħu laqgħa biex jintlaħaq kunsens. Jekk ma jintlaħaqx dan il-kunsens, il-President tal-Awtorità jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Partijiet Kontraenti biex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta’ dan il-Ftehim li japplika mutatis mutandis. F’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta’ Frar 1994 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60), Parti Kontraenti tista’ titlob immedjatament biex jiġu organizzati laqgħat f’ċirkustanzi ta’ urġenza. Minkejja dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista’ f’kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikoli 5 jew 111 ta’ dan il-Ftehim.
|
|
(e)
|
Referenzi għal atti oħra fir-Regolament japplikaw sal-punt u fil-forma li dawk l-atti jkunu inkorporati fil-Ftehim.
|
|
(f)
|
Rigward l-Istati tal-EFTA, l-Artikolu 1(4) jinqara kif ġej:
‘Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, b’mod partikolari skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja, biex tiġi żgurata konformità mal-Ftehim taż-ŻEE jew dak il-Ftehim.’
|
|
(g)
|
Fl-Artikolu 9(5):
|
(i)
|
fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fl-ewwel subparagrafu, il-kelma ‘L-Awtorità’ tinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’;
|
|
(ii)
|
rigward l-Istati tal-EFTA, it-tieni u t-tielet subparagrafi jinqraw kif ġej:
‘Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jiġu adottati, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta’ abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi f’intervalli adatti u mill-inqas kull tliet (3) xhur. Jekk id-deċiżjoni ma tiġġeddidx wara perjodu ta’ tliet (3) xhur, tiskadi awtomatikament.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tinforma, mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi, lill-Awtorità dwar id-data ta’ skadenza. Fi żmien xieraq, qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet xhur imsemmi fit-tielet subparagrafu, l-Awtorità tissottometti l-konklużjonijiet lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, akkumpanjati jekk meħtieġ minn abbozz. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tinforma lill-Awtorità dwar kwalunkwe żvilupp li hija tikkunsidra rilevanti għar-rieżami.
Stat tal-EFTA jista’ jitlob lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabiex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tgħaddi din it-talba lill-Awtorità. F’dak il-każ l-Awtorità tikkunsidra li tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, bi qbil mal-proċedura stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1).
Meta l-Awtorità temenda jew tirrevoka xi deċiżjoni b’mod parallel għad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, l-Awtorità tħejji abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, bla dewmien żejjed.’
|
|
|
(h)
|
Fl-Artikolu 16(4), il-kliem ‘il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħal wara l-kelma ‘il-Kummissjoni’.
|
|
(i)
|
Fl-Artikolu 17:
|
(i)
|
It-terminu ‘Liġi tal-Unjoni’ jinqara ‘il-Ftehim ŻEE’;
|
|
(ii)
|
fil-paragrafu 1, il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,’ jiddaħħal wara l-kelma ‘l-Awtorità’;
|
|
(iii)
|
fil-paragrafu 2, il-kliem ‘il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħal wara l-kelma ‘il-Kummissjoni’;
|
|
(iv)
|
is-subparagrafu li ġej jiżdied ma’ paragrafu 2:
‘Meta l-Awtorità tinvestiga allegazzjoni ta’ ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE fir-rigward ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat tal-EFTA, din tinforma lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar in-natura u l-għan tal-investigazzjoni u tipprovdiha b’mod regolari b’din l-informazzjoni aġġornata meħtieġa sabiex l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha kif suppost skont il-paragrafi 4 u 6.’;
|
|
(v)
|
rigward l-Istati tal-EFTA, it-tieni subparagrafi ta’ paragrafu 3 jinqara kif ġej:
‘Fi żmien għaxart (10) ijiem minn meta tirċievi r-rakkomandazzjoni, l-awtorità kompetenti, tinforma lill-Awtorità u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun beħsiebha tieħu biex tiżgura li tikkonforma ma’ dik l-opinjoni formali.’;
|
|
(vi)
|
rigward l-Istati tal-EFTA, il-paragrafi 4(5) jinqraw kif ġej:
‘4. Meta l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-Ftehim ŻEE fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-Ftehim ŻEE. L-opinjoni formali tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA toħroġ din l-opinjoni formali mhux iżjed tard minn tliet (3) xhur wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ testendi dan il-perjodu b’xahar.
L-opinjonijiet formali tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jiġu adottati, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta’ abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.
L-awtoritajiet kompetenti jipprovdu lill-Awtorità u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bl-informazzjoni kollha meħtieġa.
5. Fi żmien għaxart (10) ijiem minn meta tirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tinforma lill-Awtorità u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun beħsiebha tieħu biex tkun konformi ma’ dik l-opinjoni formali.’;
|
|
(vii)
|
fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, il-kliem ‘Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE’ jinqara ‘mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja’, u l-kelma ‘l-Awtorità’ tinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’;
|
|
(viii)
|
rigward l-Istati tal-EFTA, it-tieni subparagrafu ta’ paragrafu 6 jinqara kif ġej:
‘Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jiġu adottati, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta’ abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’;
|
|
(ix)
|
rigward l-Istati tal-EFTA, il-paragrafi 8 jinqraw kif ġej:
‘8. Kull sena l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tippubblika informazzjoni dwar liema awtoritajiet kompetenti u parteċipanti fis-swieq finanzjarji fl-Istati tal-EFTA ma jkunux ikkonformaw mal-opinjonijiet formali jew mad-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 6.’.
|
|
|
(j)
|
Fl-Artikolu 18:
|
(i)
|
fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 3 u 4, il-kliem ‘l-Awtorità’ jinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’;
|
|
(ii)
|
is-subparagrafu li ġej jiżdied fil-paragrafi 3 u 4:
‘Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jiġu adottati, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta’ abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’;
|
|
(iii)
|
fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 4, il-kliem ‘Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE’ jinqara ‘Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja’, u l-kelma ‘l-Awtorità’ tinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.
|
|
|
(k)
|
Fl-Artikolu 19:
|
(i)
|
fil-paragrafu 1, il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,’ jiddaħħal wara l-kelma ‘l-Awtorità’;
|
|
(ii)
|
fil-paragrafu 3, il-kliem ‘fl-Istati Membri tal-UE’ jiddaħħal wara l-kliem ‘b’effett vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati’;
|
|
(iii)
|
is-subparagrafi li ġejjin jiżdiedu fil-paragrafu 3:
‘Fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu esklussivament awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, u jekk dawn l-awtoritajiet ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim fi żmien il-fażi ta’ konċiljazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tieħu deċiżjoni li titlobhom jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni, b’effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Ftehim ŻEE.
Fil-każ li jkunu kkonċernati l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jew iktar u Stat tal-EFTA wieħed jew iktar, u jekk dawn l-awtoritajiet ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim fi żmien il-fażi ta’ konċiljazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tieħu deċiżjoni li titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri rispettivi u l-Istati tal-EFTA kkonċernati biex jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni, b’effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Ftehim ŻEE.
Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jiġu adottati, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta’ abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’;
|
|
(iv)
|
fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 4, il-kliem ‘Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE’ jinqara ‘mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja’, u l-kelma ‘l-Awtorità’ tinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’;
|
|
(v)
|
fil-paragrafu 4 jiżdied is-subparagrafu li ġej:
‘Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jiġu adottati, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta’ abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.
|
|
|
(l)
|
Is-subparagrafi li ġejjin jiżdiedu fl-Artikolu 20:
‘Fil-każ li jkunu kkonċernati esklussivament l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) u (4).
Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ wieħed jew aktar Stati Membri tal-UE u wieħed jew aktar Stati tal-EFTA huma kkonċernati, l-Awtorità jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) u (4).
Id-deċiżjonijiet mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jiġu adottati, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta’ abbozzi mħejjija mill-Awtorità, kif xieraq, mill-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u/jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. L-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), jilħqu, kif xieraq, skont l-Artikolu 56, pożizzjonijiet konġunti u jadottaw id-deċiżjonijiet u/jew abbozzi b’mod parallel.’
|
|
(m)
|
Fl-Artikolu 21(4), il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,’ jiddaħħal wara l-kelma ‘L-Awtorità’.
|
|
(n)
|
Fl-Artikoli 22(1a) u 31(d), il-kliem ‘kif ukoll l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u l-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’jiddaħħal wara l-kelma ‘il-Kummissjoni’.
|
|
(o)
|
Fl-Artikoli 22(4) u 34(1), il-kliem ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jew il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’ jiddaħħal wara l-kliem ‘il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni’.
|
|
(p)
|
Fl-Artikolu 32(3a), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:
|
(i)
|
il-kliem ‘Tista’ titlob’ jinqara ‘L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ titlob’;
|
|
(ii)
|
il-kliem ‘l-Awtorità u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħal qabel il-kliem ‘tista’ tipparteċipa’;
|
|
(iii)
|
jiżdied is-subparagrafu li ġej:
‘It-talbiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f’dan il-paragrafu, isiru, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta’ abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.
|
|
|
(q)
|
Fl-Artikolu 35(5), il-kliem ‘lill-bank ċentrali nazzjonali’ ma japplikax għal-Liechtenstein.
|
|
(r)
|
Fl-Artikolu 36(5), il-kliem ‘u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħal wara l-kelma ‘il-Kummissjoni’.
|
|
(s)
|
Fl-Artikolu 38, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:
|
(i)
|
il-kliem ‘l-Awtorità’, ‘l-Awtorità u l-Kummissjoni’, ‘l-Awtorità, il-Kummissjoni’ u ‘il-Kummissjoni u l-Awtorità’ jinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’;
|
|
(ii)
|
il-kelma ‘il-Kunsill’ tinqara ‘il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’;
|
|
(iii)
|
is-subparagrafu li ġej jiżdied wara r-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2:
‘L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tgħaddi, mingħajr dewmien żejjed, l-avviż tal-Istat tal-EFTA kkonċernat lill-Awtorità u l-Kummissjoni. Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA biex tinżamm, tiġi emendata jew revokata deċiżjoni tittieħed fuq bażi ta’ abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’;
|
|
(iv)
|
is-subparagrafu li ġej jiżdied wara t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3:
‘L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tgħaddi, mingħajr dewmien żejjed, l-avviż tal-Istat tal-EFTA lill-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Kunsill.’;
|
|
(v)
|
is-subparagrafu li ġej jiżdied wara l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4:
‘L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tgħaddi, mingħajr dewmien żejjed, l-avviż tal-Istat tal-EFTA lill-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Kunsill.’;
|
|
(vi)
|
jiżdied il-paragrafu li ġej:
‘6. Jekk, f’każ li jaqa’ taħt l-Artikolu 19(3), flimkien mal-Artikolu 20, skont kif ikun, u fir-rigward ta’ nuqqas ta’ qbil li jinvolvi wkoll l-awtoritajiet kompetenti ta’ wieħed jew iktar mill-Istati tal-EFTA, deċiżjoni tiġi sospiża jew terminata skont dan l-Artikolu, kull deċiżjoni parallela tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fil-każ ikkonċernat tiġi ugwalment sospiża jew terminata.
Jekk, f’każijiet bħal dawn, l-Awtorità temenda jew tirrevoka d-deċiżjoni tagħha, bla dewmien żejjed, l-Awtorità tħejji abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’.
|
|
|
(t)
|
Fl-Artikolu 39:
|
(i)
|
is-subparagrafu li ġej jiżdied fil-paragrafu 1:
‘Meta tħejji abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont dan ir-Regolament, l-Awtorità tinforma lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, u tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tippermetti lil kull persuna fiżika jew ġuridika, inkluża awtorità kompetenti, li hija d-destinatarja tad-deċiżjoni li għandha tinftiehem, li tesprimi l-opinjonijiet tagħha dwar il-kwistjoni, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, il-kumplessità u l-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.’;
|
|
(ii)
|
is-subparagrafi li ġejjin jiżdiedu fil-paragrafu 4:
‘Jekk l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3) jew (4), hija tagħmel rieżami ta’ dik id-deċiżjoni f’intervalli xierqa. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tinforma lill-Awtorità dwar ir-reviżjonijiet li jkunu ġejjin, kif ukoll l-iżviluppi li huma rilevanti għar-rieżami.
Id-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA biex tiġi emendata jew revokata deċiżjoni tittieħed fuq bażi ta’ abbozzi mħejjija mill-Awtorità. Fi żmien xieraq, qabel ir-reviżjoni maħsuba, l-Awtorità tissottometti l-konklużjonijiet lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, akkumpanjati jekk meħtieġ minn abbozz.’;
|
|
(iii)
|
rigward l-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 5, il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,’ jiddaħħal wara l-kelma ‘l-Awtorità’;
|
|
|
(u)
|
Fl-Artikolu 40(1):
|
(i)
|
fil-punt (b), dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘Stat Membru’:
‘u, mingħajr id-dritt tal-vot, il-kap tal-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’kull Stat tal-EFTA,’;
|
|
(ii)
|
fil-punt (f), il-kliem ‘u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħal wara l-kelma ‘Awtoritajiet’.
|
|
|
(v)
|
Fl-Artikolu 43:
|
(i)
|
fil-paragrafu 2, il-kliem ‘tħejji abbozzi għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħal wara l-kelma ‘deċiżjonijiet’;
|
|
(ii)
|
fil-paragrafi 4 u 6, il-kliem ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u l-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’ jiddaħħal wara l-kelma ‘il-Kunsill’.
|
|
|
(w)
|
Fl-Artikolu 44:
|
(i)
|
is-subparagrafu li ġej jiżdied fil-paragrafu 1:
‘Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu japplika, mutatis mutandis, fil-każ ta’ abbozzi mħejjija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont id-dispożizzjonijiet rispettivi ta’ dan ir-Regolament.’;
|
|
(ii)
|
fil-paragrafu 4, il-kliem ‘kif ukoll ir-rappreżentant tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħal wara l-kliem ‘id-Direttur Eżekuttiv’;
|
|
(iii)
|
is-subparagrafu li ġej jiżdied fil-paragrafu 4:
Il-membri tal-‘Istati tal-EFTA’ tal-Bord tas-Superviżuri skont l-Artikolu 40(1)(b) ikunu intitolati li jattendu diskussjonijiet fil-Bord tas-Superviżuri dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali.”.
|
|
|
(x)
|
Fl-Artikolu 57(2), dan il-kliem li ġej jiddaħħal wara l-kliem ‘Stat Membru’:
‘kif ukoll rappreżentant wieħed ta’ livell għoli tal-awtorità kompetenti relevanti minn kull Stat tal-EFTA u rappreżentant wieħed mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’
|
|
(y)
|
Is-subparagrafu segwenti jiżdied fl-Artikolu 60(4):
‘Jekk l-appell jikkonċerna deċiżjoni tal-Awtorità adottata fl-Artikolu 19, flimkien mal-Artikolu 20, skont il-każ, f’każ fejn in-nuqqas ta’ qbil jista’ jinvolvi wkoll l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat tal-EFTA jew aktar, il-Bord tal-Appell jistieden lill-awtorità kompetenti involuta tal-EFTA sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet dwar il-komunikazzjonijiet li ġejjin mill-partijiet fil-proċedimenti tal-appell, fil-limiti taż-żmien speċifikati. L-awtorità kompetenti tal-EFTA involuta tkun intitolata biex tagħmel rappreżentazzjonijiet orali.’
|
|
(z)
|
Is-subparagrafi segwenti jiżdiedu fl-Artikolu 62(1)(a):
‘L-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali tal-EFTA jikkontribwixxu finanzjarjament għall-baġit tal-Awtorità b’mod konformi ma’ dan il-punt.
Għall-fini tad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali tal-EFTA kompetenti għas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji f’dan il-punt, il-piż ta’ kull Stat tal-EFTA jkun dan li ġej:
L-Iżlanda: 2
Il-Liechtenstein: 1
In-Norveġja: 7’
|
|
(za)
|
Dan li ġej jiġi miżjud fl-Artikolu 67:
‘L-Istati tal-EFTA japplikaw lill-Awtorità u lill-impjegati tagħha l-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE.’
|
|
(zb)
|
Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 68:
‘5. Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 12(2)(a) u 82(3)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Uffiċjali Oħrajn, persuni li jkollhom nazzjonalità tal-Istati tal-EFTA li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jingħataw impjieg b’kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità.”
B’deroga mill-Artikoli 12(2)(e) u 82(3)(e) u 85(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Uffiċjali Oħrajn, il-lingwi msemmija fl-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE għandu jitqiesu mill-Awtorità, fir-rigward tal-persunal tagħha, bħala lingwi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.’
|
|
(zc)
|
Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 72:
‘4. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, għall-applikazzjoni tar-Regolament, japplika għall-awtorità kompetenti tal-Istati tal-EFTA rigward id-dokumenti imħejjija mill-Awtorità’”.
|
|