5.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 150/28


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10666 — Brookfield/Telia Company/Telia Towers Sweden)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 150/05)

1.   

Fid-29 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Brookfield Asset Management Inc (“Brookfield”, il-Kanada),

—

Telia Company AB (“Telia Company”, l-Iżvezja),

—

Telia Towers Sweden AB (“Telia Towers Sweden”, l-Iżvezja).

Brookfield u Telia Company jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Telia Towers Sweden kollha kemm hi, kumpanija li hija prorpjetarja u li tħaddem infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet passiva mingħajr fili (jiġifieri arbli u torrijiet) fl-Iżvezja għat-tqegħid tat-teknoloġija tal-komunikazzjonijiet mingħajr fili mill-klijenti tagħha.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

a.

Brookfield: l-offerta globali ta’ firxa ta’ prodotti u servizzi ta’ investiment pubbliku u privat, iffukati fuq il-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli u l-ekwità privata;

b.

Telia Company: il-provvista ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet bil-mobile u dawk fissi kif ukoll servizzi ta’ broadband u tat-televiżjoni fid-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Litwanja, in-Norveġja u l-Iżvezja. kif ukoll

c.

Telia Towers Sweden: is-sjieda u t-tħaddim ta’ infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet passiva mingħajr fili (jiġifieri arbli u torrijiet) fl-Iżvezja għat-tqegħid tat-teknoloġija tal-komunikazzjonijiet mingħajr fili mill-klijenti tagħha. Telia Towers Sweden għandha u tħaddem madwar 3 800 sit tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni passiva mingħajr fili madwar l-Iżvezja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10666 — Brookfield/Telia Company/Telia Towers Sweden

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.