|
23.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 217/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta' Ġunju 2013
dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/10 (ex NN 36/10, ex CP 163/09)) implimentata mir-Renju ta' Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f'żoni remoti u inqas urbanizzati ('il barra minn Castilla-La Mancha)
(notifikata bid-dokument C(2013) 3204)
(It-test Spanjol biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/489/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ikkwotati hawn fuq (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fit-18 ta' Mejju 2009, il-Kummissjoni rċeviet ilment mingħand SES Astra S.A. (minn hawn 'il quddiem “Astra”). L-ilment kien jittratta allegata skema ta' għajnuna mill-Istat li kienu adottaw l-awtoritajiet Spanjoli fir-rigward tal-bidla mit-televiżjoni analogu għat-televiżjoni diġitali f'żoni remoti u inqas urbanizzati ta' Spanja. Astra sostna li l-iskema kienet tikkostitwixxi għajnuna mhux innotifikata u, għalhekk, illegali, li rriżultat f'distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-pjattaformi tax-xandir satellitarju u terrestri. |
|
(2) |
L-iskema kkontestata għandha l-oriġini tagħha fil-Liġi 10/2005 tal-14 ta' Ġunju 2005 dwar Miżuri Urġenti għall-Promozzjoni tat-Televiżjoni Diġitali Terrestri, il-Liberalizzazzjoni tat-Televiżjoni bil-Kejbil u l-Appoġġ għall-Pluraliżmu (2). Leġiżlazzjoni ulterjuri li ġiet adottata fir-rigward tal-proċess ta' tranżizzjoni għat-televiżjoni diġitali terrestri tinkludi, fost l-oħrajn, id-Digriet Irjali 944/2005 tad-29 ta' Lulju 2005 li japprova l-Pjan Tekniku Nazzjonali għat-Televiżjoni Diġitali Terrestri (3) (minn hawn 'il quddiem l-“NTP”); id-Digriet Irjali 945/2005 tad-29 ta' Lulju 2005 li japprova r-Regolamenti Ġenerali għall-kunsinna tas-servizz tat-televiżjoni diġitali terrestri; l-Ordni IT C 2476/2005 tad-29 ta' Lulju 2005 li tapprova r-Regolamenti Ġenerali u r-regolamenti għall-kunsinna tas-servizz tat-televiżjoni diġitali terrestri, kif ukoll id-Digriet Irjali 920/2006 tat-28 ta' Lulju 2005 li japprova r-Regolamenti Ġenerali għall-kunsinna tas-servizz ta' xandir bir-radju u t-televiżjoni bil-kejbil. |
|
(3) |
Permezz ta' ittra datata d-29 ta' Settembru 2010, il-Kummissjoni informat lir-Renju ta' Spanja li hija kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-għajnuna inkwistjoni għat-territorju kollu ta' Spanja bl-eċċezzjoni ta' Castilla-La Mancha, li għaliha nbdiet proċedura separata (4). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura (li minn hawn 'il quddiem issir referenza għaliha bħala “d-Deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata fl-14 ta' Diċembru 2010 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżura. |
|
(4) |
Wara l-estensjoni tal-iskadenza, Spanja wieġbet permezz ta' ittra datata t-30 ta' Novembru 2011 għat-talba għall-ilmenti li saret fid-Deċiżjoni tal-ftuħ. Minbarra l-gvern ċentrali, l-awtoritajiet ta' Asturias, Aragona, il-pajjiż Bask, Castilla y Leon, Castilla-La Mancha (6), Extremadura, Galicia, la Rioja, Madrid u Murcia ssottomettew il-kummenti u/jew it-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet li saru fid-Deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet ukoll kummenti mingħand Radiodifusion Digital SL permezz ta' ittra datata l-11 ta' Jannar 2011, mingħand Grupo Antena 3 u UTECA (Union de Televisiones Comerciales Asociadas) permezz ta' ittri datati t-28 ta' Jannar 2011, mingħand Gestora La Sexta permezz ta' ittra datata l-31 ta' Jannar 2011, mingħand Abertis Telecom SA (minn hawn 'il quddiem “Abertis”) permezz ta' ittra datata t-2 ta' Frar 2011 u mingħand Astra u Telecinco permezz ta' ittri datati l-4 ta' Frar 2011. Permezz ta' ittri datati d-19 ta' Jannar 2011 u d-9 ta' Frar 2011, il-Kummissjoni bagħtet dawk l-osservazzjonijiet lil Spanja, li ngħatat l-opportunità sabiex tirreaġixxi. Spanja pprovdiet il-kummenti tagħha permezz ta' ittri datati t-22 ta' Frar 2011 u l-14 ta' Marzu 2011. |
|
(6) |
Matul l-investigazzjoni saru bosta laqgħat: bejn il-Kummissjoni u Spanja fil-11 u fit-12 ta' April 2011, bejn il-Kummissjoni u Astra fl-14 ta' April 2011, bejn il-Kummissjoni u Abertis fil-5 ta' Mejju 2011 u bejn il-Kummissjoni u UTECA fil-5 ta' Lulju 2011. Wara bosta sottomissjonijiet ta' informazzjoni minn Spanja fuq inizjattiva proprja, inklużi osservazzjonijiet mill-Pajjiż Bask datati l-24 ta' Frar 2011, ġiet indirizzata talba formali għall-informazzjoni lil Spanja permezz ta' ittra datata l-14 ta' Frar 2012. Wara estensjoni tal-iskadenza, Spanja pprovdiet tweġiba f'ittra datata s-16 ta' April, li kienet segwita minn ittri datati l-15, id-19 u l-25 ta' Ġunju 2012. Minħabba li parti mill-informazzjoni kienet għadha nieqsa, fid-9 ta' Awwissu 2012, il-Kummissjoni indirizzat talba għal informazzjoni addizzjonali. Wara estensjoni tal-iskadenza, Spanja pprovdiet tweġibiet f'ittra datata l-10 ta' Ottubru 2012, segwita minn ittra datata t-30 ta' Ottubru 2012. |
|
(7) |
Barra minn hekk, Abertis ipprovda sottomissjonijiet addizzjonali fuq inizjattiva proprja fit-22 ta' Ġunju 2011 u fil-25 ta' Lulju 2012. Astra pprovda informazzjoni addizzjonali f'ittri datati l-21 ta' Lulju 2011, is-16 ta' Mejju 2011, it-8 ta' Settembru 2011 u l-11 ta' Novembru 2011, li kollha ntbagħtu lil Spanja għall-kummenti. |
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA
2.1. SFOND
2.1.1. Il-kwerelant
|
(8) |
Il-kwerelant huwa operatur ta' pjattaforma satellitarja. Imwaqqaf fl-1985 bħala Société Européenne des Satellites (SES), SES ASTRA (minn hawn 'il quddiem “Astra”) kien l-ewwel operatur privat tas-satelliti fl-Ewropa. Astra jopera s-Sistema Satellitarja ASTRA, li toffri portafoll komprensiv ta' xandir u soluzzjonijiet broadband għall-klijenti fl-Ewropa u barra mill-Ewropa. Din is-sistema xxandar u tittrasmetti programmi tar-radju u tat-televiżjoni direttament f'miljuni ta' djar, filwaqt li tipprovdi aċċess għall-Internet u servizzi ta' netwerk lil awtoritajiet pubbliċi, kumpaniji kbar, SMEs u familji individwali. |
|
(9) |
Fl-ilment tiegħu, l-operatur Astra allega li l-miżuri implimentati mill-Gvern u mill-Komunitajiet Awtonomi f'żoni remoti u inqas urbanizzati ta' Spanja jiksru l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, minħabba li jipprevedu t-trasmissjoni terrestri bħala l-unika rotta lejn id-diġitalizzazzjoni. Astra jirreferi b'mod partikolari għall-każ ta' Cantabria. Fuq il-bażi ta' sejħa għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali għat-territorju kollu ta' Cantabria mnedija f'Jannar 2008, il-gvern reġjonali ta' Cantabria għażel lil Astra sabiex jipprovdi stazzjonijiet bla ħlas permezz tal-pjattaforma tiegħu. Madankollu, f'Novembru 2008, dak il-kuntratt ġie tterminat mill-gvern reġjonali. Skont Astra, l-awtoritajiet itterminaw il-kuntratt biss ladarba ġew informati li l-gvern ċentrali kien sejjer jiffinanzja l-aġġornament tan-netwerk terrestri b'xandir analogu. Fil-fatt, ittra mibgħuta mill-awtoritajiet ta' Cantabria datata s-7 ta' Novembru 2008 spjegat li r-raġuni għat-terminazzjoni tal-kuntratt kienet li, sadanittant, il-gvern ċentrali kien ħa deċiżjonijiet relatati mal-estensjoni tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali għal Spanja kollha kemm hi (7). B'hekk, il-każ ta' Cantabria jidher li qiegħed juri, l-ewwelnett, li Astra jista' jikkompeti f'dak is-suq u, it-tieni, li d-deċiżjonijiet tal-gvern ċentrali rendew din il-kompetizzjoni f'waħda impossibbli. |
2.1.2. Is-settur
|
(10) |
Il-każ jikkonċerna s-settur tax-xandir, li fih huma involuti ħafna parteċipanti fil-livelli differenti tal-katina ta' prodotti u servizzi tax-xandir. |
|
(11) |
Ix-xandara huma l-edituri ta' stazzjonijiet tat-televiżjoni li jixtru jew jipproduċu kontenut televiżiv intern u jiġbru kollox fi stazzjonijiet. L-istazzjonijiet imbagħad jiġu pprovduti lill-pubbliku permezz ta' diversi pjattaformi (pereżempju; satellita, DTT, kejbil, IPTV). Fi Spanja, is-servizzi tax-xandir tqiesu mil-leġiżlatur bħala servizz pubbliku u għalhekk qegħdin jiġu pprovduti kemm mix-xandara tal-Istat (RTVE) kif ukoll minn xandara privati b'konċessjonijiet mill-Istat (8). Dawn l-istazzjonijiet hekk imsejħa “free-to-air” (FTA) jiġu pprovduti bla ħlas lit-telespettaturi. Sabiex jiġi żgurat li l-popolazzjoni tkun tista' tibbenifika b'mod effettiv minn dan is-servizz pubbliku, il-liġi tagħti obbligi ta' kopertura minima kemm lix-xandira fdata lix-xandar pubbliku kif ukoll lill-operaturi privati li għandhom il-konċessjonijiet. Konsegwentement, ix-xandara pubbliċi għandhom l-obbligu li jkopru mill-inqas 98 % tal-popolazzjoni Spanjola, filwaqt li x-xandara privati għandhom ikopru mill-inqas 96 % tal-popolazzjoni. Fi Spanja, ix-xandara nazzjonali ma għandhomx netwerk ta' xandir nazzjonali. Għaldaqstant, huma jidħlu fi ftehimiet mal-operaturi tal-pjattaforma sabiex jittrasmettu l-kontenut tagħhom u sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-kopertura tagħhom. |
|
(12) |
Il-fornituri tal-ħardwer huma l-manifatturi jew l-installaturi tat-tagħmir u l-infrastrutturi meħtieġa sabiex jibnu l-pjattaformi differenti. |
|
(13) |
L-operaturi tal-pjattaformi (jew l-operaturi tan-netwerks) (9) huma l-entitajiet privati jew l-entitajiet ikkontrollati pubblikament li joperaw l-infrastruttura meħtieġa (jiġifieri huma jittrasportaw u jxandru s-sinjal) sabiex iwasslu lill-pubbliku l-istazzjonijiet li jiġu prodotti mix-xandara. Fil-bidunett tal-industrija tat-televiżjoni, l-unika pjattaforma li kienet disponibbli kienet il-pjattaforma terrestri b'xandir analogu. Meta t-teknoloġija tjiebet, bdew jitfaċċaw u jsiru disponibbli aktar pjattaformi fis-suq, jiġifieri l-pjattaforma satellitarja, il-pjattaforma tal-kejbil u, aktar riċenti, l-IPTV (10), li tisfrutta l-konnessjoni broadband biex tittrasmetti s-sinjal tat-televiżjoni. |
|
(14) |
Fix-xandir terrestri, is-sinjal tat-televiżjoni jintbagħat minn studjo tat-televiżjoni lejn ċentru ta' trasmissjoni (“head-end”), li ġeneralment ikun jappartjeni għal u mħaddem minn operatur ta' netwerk. Is-sinjal imbagħad jiġi ttrasportat u distribwit minn ċentru ta' trasmissjoni (“head-end”) lejn iċ-ċentri tax-xandir immexxija minn operatur tan-netwerk (pereżempju; torri); xi drabi, is-sinjal jiġi ttrasportat permezz tas-satellita. Fl-aħħarnett, is-sinjal jiġi mxandar miċ-ċentri tax-xandir lejn id-djar. Għad-diġitizzazzjoni tan-netwerk terrestri b'xandir analogu, jeħtieġ li jinbidlu t-trasmitters fuq l-art. Madankollu, billi s-sinjal diġitali jkopri medda aktar baxxa minn sinjal analoġiku u, għaldaqstant, it-teknoloġija l-ġdida teħtieġ netwerk aktar kapillari, f'xi każijiet, l-estensjoni tal-kopertura tkun teħtieġ ukoll il-bini ta' ċentri ta' trasmissjoni ġodda. |
|
(15) |
Fix-xandir bis-satellita, is-sinjal jintbagħat lejn ċentru ta' trasmissjoni (“head-end”) u mbagħad jiġi ttrasportat lejn is-satellita, li xxandru fid-djar. B'mod alternattiv, is-sinjal jistal-ewwel jintbagħat minn studjo tat-televiżjoni direttament lejn is-satellita, dejjem jekk l-istudjo televiżiv ikollu t-tagħmir adegwat. It-telespettatur għandu jkun mgħammar b'dixx tas-satellita u decoder. Sabiex tiżdied il-kopertura satellitarja f'reġjun, fid-dar tal-klijent għandu jiġi installat it-tagħmir ta' fuq l-art. B'hekk, f'termini ta' kopertura ġeografika, il-pjattaforma tas-satellita tista' tilħaq kważi 100 % tat-territorju Spanjol, filwaqt li l-pjattaforma terrestri tkopri madwar 98 %. |
2.1.3. Sfond
|
(16) |
Il-miżura investigata għandha tiġi eżaminata fil-kuntest tad-diġitizzazzjoni tax-xandir li għaddew minnha jew li għaddejjin minnha bħalissal-pjattaformi terrestri, satellitarji u tal-kejbil. Meta mqabbel max-xandir analogu, ix-xandir diġitizzat għandu l-benefiċċju ta' kapaċità ta' trasmissjoni akbar bħala riżultat ta' użu aktar effikaċi tal-ispettru tal-frekwenza tar-radju. Il-bidla għat-teknoloġija diġitali hija partikolarment sinifikanti għax-xandir terrestri, fejn l-ispettru tal-frekwenza disponibbli huwa limitat. Min-naħa l-oħra, it-trasmissjoni bis-satellita għandha l-vantaġġ li topera f'medda ta' frekwenza kompletament differenti, fejn ma hemmx skarsezza ta' frekwenzi. |
|
(17) |
Il-bidla mit-televiżjoni analogu għat-televiżjoni diġitali tillibera ammont sinifikanti ta' spettru tar-radju ta' kwalità għolja f'dak li huwa magħruf bħala “d-dividend diġitali”, li għandu jkun mingħajr ħlas għat-tnedija ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. Dan id-dividend diġitali u, b'mod partikolari, il-frekwenza ta' 790-862MHz (“il-medda 800 MHz”), jistgħu jagħtu spinta lill-industrija tal-komunikazzjoni elettronika, ikollhom impatt kbir fuq il-kompetittività u t-tkabbir u jipprovdu firxa wiesgħa ta' benefiċċji soċjali u kulturali (11). |
|
(18) |
Id-“dividend diġitali” jista' jinkiseb jew permezz ta' bidla minn pjattaforma terrestri għal waħda differenti jew inkella permezz ta' bidla mix-xandir analogu għax-xandir diġitali terrestri. Barra minn hekk, tista' tiġi prevista soluzzjoni mħallta li tikkombina pjattaformi differenti (12). |
|
(19) |
Madankollu, fil-każ tax-xandir terrestri, l-iskarsezza tal-frekwenzi tibqa' kwistjoni anki wara d-diġitizzazzjoni. Dan jidher mill-fatt li ftit wara t-terminazzjoni tal-bidla mit-televiżjoni analogu għat-televiżjoni diġitali f'April 2010, il-gvern Spanjol kellu jirrialloka lix-xandara mill-medda 800 MHz għal medda ta' frekwenza oħra. Ir-rilokazzjoni tal-multiplexes DTT assenjati lix-xandara wasslet għal spejjeż addizzjonali u għal għajnuna addizzjonali mill-Istat, kwistjoni li qiegħda teżamina bħalissal-Kummissjoni fi proċedura ta' investigazzjoni formali (13). |
|
(20) |
Fir-rigward tax-xandir televiżiv, fil-ġejjieni, it-trasmissjoni diġitali terrestri tista' tinbidel mit-teknoloġija broadband, minħabba li n-netwerks broadband tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGA) x'aktarx li jsiru t-teknoloġija ewlenija tat-trasmissjoni. Madankollu, għalissa, il-kopertura ġeografika ta' tali netwerks NGA fi Spanja mhijiex universali. |
|
(21) |
Fi Spanja llum hemm erba' pjattaformi tax-xandir: DTT — teknoloġija diġitali terrestri (DBV-T), satellita (DBV-S), kejbil (DVB-C) u IPTV. Id-DTT hija l-pjattaforma ewlenija għall-istazzjonijiet Spanjoli privati u pubbliċi bla ħlas (“free-to-air”) (14). L-operatur prinċipali tan-netwerk terrestri huwa Abertis, li jikkontrolla wkoll lill-operatur tas-satellita Hispasat. Hemm ukoll għadd ta' operaturi tat-telekomunikazzjoni lokali li jġorru sinjali tad-DTT, li ġeneralment ikunu konnessi man-netwerk nazzjonali ta' Abertis. Fir-rigward tal-istazzjonijiet televiżivi bi ħlas, dawn jixxandru primarjament bis-satellita, bil-kejbil u bl-IPTV. Astra u Hispasat huma l-operaturi satellitarji ewlenin. |
|
(22) |
Bil-għan li tindirizza l-proċess tad-diġitizzazzjoni, sabiex taqleb mit-televiżjoni analogu għat-televiżjoni diġitali, bejn l-2005 u l-2008, Spanja adottat serje ta' miżuri regolatorji li kienu jikkonċernaw in-netwerk terrestri, kif deskritt fit-taqsima 2.2. Dawn qasmu t-territorju Spanjol fi tliet żoni distinti:
|
2.2. DESKRIZZJONI TAL-GĦAJNUNA
|
(23) |
L-iskema li qiegħda tiġi investigata hija bbażata fuq sistema kumplessa ta' dispożizzjonijiet legali implimentati mill-awtoritajiet ċentrali Spanjoli mill-2005. Abbażi ta' dawn id-dispożizzjonijiet, l-għajnuna mill-Istat għat-tnedija tad-DTT fiż-Żona II ingħatat fis-snin 2008-2009 mill-Komunitajiet Awtonomi u mill-kunsilli tal-ibliet, li bagħtu lir-riċevituri l-fondi mill-baġit ċentrali u mill-baġits rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, mill-2009 'l hawn bdiet tingħata għajnuna kontinwa mill-Komunitajiet Awtonomi għall-manutenzjoni u t-tħaddim tan-netwerks fiż-Żona II. |
|
(24) |
Ir-regolamentazzjoni tat-tranżizzjoni għat-teknoloġija tat-televiżjoni diġitali bdiet meta ġiet adottata l-Liġi 10/2005 tal-14 ta' Ġunju 2005 (15). Hija ssemmi l-ħtieġa tal-promozzjoni ta' tranżizzjoni mit-teknoloġija analoga għat-teknoloġija diġitali terrestri u talbet biex il-gvern jieħu l-miżuri xierqa sabiex jiżgura din it-tranżizzjoni. |
|
(25) |
Wara dan il-mandat, il-Kunsill tal-Ministri approva l-Pjan Tekniku Nazzjonali permezz tad-Digriet Irjali 944/2005, li ffissa d-data tad-diżattivazzjoni tax-xandir analogu fi Spanja għat-3 ta' April 2010 (16). |
|
(26) |
Fir-rigward taż-Żoni II u III, it-Tnax-il Dispożizzjoni Addizzjonali tal-Pjan Tekniku Nazzjonali kienet diġà pprevediet il-possibbiltà li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jestendu l-kopertura fil-medda ta' bejn 96 % u 100 % tal-popolazzjoni. F'dan ir-rigward, il-Pjan Tekniku jirreferi espliċitament għat-televiżjoni diġitali terrestri (DTT) u jistabbilixxi sitt kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet lokali jistgħu jwettqu tali estensjoni. Il-kondizzjoni (e) titlob li l-installazzjoni lokali tkun konformi mal-Pjan Tekniku għat-televiżjoni diġitali terrestri. |
|
(27) |
Sussegwentement, fis-7 ta' Settembru 2007, il-Kunsill tal-Ministri approva l-Pjan Nazzjonali tat-Tranżizzjoni għat-Televiżjoni Diġitali Terrestri (minn hawn 'il quddiem “il-Pjan ta' Tranżizzjoni”) (17), li jimplimenta l-Pjan Tekniku Nazzjonali. Il-Pjan ta' Tranżizzjoni qasam it-territorju Spanjol f'disgħin proġett ta' tranżizzjoni teknika (18) u stabbilixxa skadenza għad-diżattivazzjoni tax-xandir analogu għal kull wieħed minn dawn il-proġetti. |
|
(28) |
Fid-29 ta' Frar 2008, il-Ministeru tal-Industrija, it-Turiżmu u l-Kummerċ (minn hawn 'il quddiem “MITyC”) adotta Deċiżjoni intiża biex ittejjeb l-infrastrutturi tat-telekomunikazzjoni u tistabbilixxi l-kriterji u d-distribuzzjoni tal-finanzjament tal-azzjonijiet maħsuba biex jiżviluppaw is-Soċjetà tal-Informazzjoni skont il-Pjan Avanza għall-2008 (19). Il-baġit approvat minn din id-Deċiżjoni kien jammonta għal EUR 558 miljun u kien allokat parzjalment għall-iżvilupp tal-broadband u parzjalment għad-diġitizzazzjoni tat-televiżjoni f'żoni remoti u inqas urbanizzati ta' Spanja li jaqgħu barra mill-obbligi statutorji tax-xandara kummerċjali (20). Id-diġitizzazzjoni f'dawk iż-żoni kienet komunement magħrufa bħala “estensjoni tal-kopertura”. Sussegwentement, hija ġiet implimentata permezz ta' serje ta' addenda għall-ftehimiet ta' qafas eżistenti (21) ffirmati mill-MITyC u mill-Komunitajiet Awtonomi bejn Lulju u Novembru 2008 (“l-Addenda għall-Ftehimiet ta' Qafas 2006”), li ġew ippubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali Spanjola separatament għal kull Komunità Awtonoma. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-kliem ta' dawn il-ftehimiet jirreferi għat-teknoloġija diġitali terrestri bħala l-unika teknoloġija li għandha tiġi ffinanzjata. Bħala riżultat tal-ftehimiet, il-MITyC ittrasferixxa l-fondi lill-Komunitajiet Awtonomi, li impenjaw ruħhom li jkopru l-ispejjeż operattivi li jifdal mill-baġits tagħhom. Dawn l-addenda kienu jinkludu wkoll l-obbligu tal-awtoritajiet lokali li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Tnax-il Dispożizzjoni Addizzjonali tal-Pjan Tekniku Nazzjonali. |
|
(29) |
B'mod parallel, fis-17 ta' Ottubru 2008, il-Kunsill tal-Ministri qabel li jalloka EUR 8.72 miljun oħra għall-estensjoni u l-ikkompletar tal-kopertura tad-DTT fi ħdan il-proġetti ta' tranżizzjoni li għandhom jiġu kkompletati matul l-ewwel nofs tal-2009, jiġifieri l-Ewwel Fażi tal-Pjan ta' Tranżizzjoni. Il-finanzjament ingħata wara l-iffirmar ta' ftehimiet ta' qafas ġodda bejn l-MITyC u l-Komunitajiet Awtonomi f'Diċembru 2008 (“il-Ftehimiet ta' Qafas tal-2008”). Dawn il-ftehimiet jirreferu għall-finanzjament imsemmi qabel ta' EUR 8.72 miljun u kienu intitolati “Ftehim ta' Kollaborazzjoni ta' Qafas bejn il-Ministeru tal-Industrija, it-Turiżmu u l-Kummerċ u l-Komunità Awtonoma ta' […] għall-Iżvilupp tal-Pjan Nazzjonali għat-Tranżizzjoni għad-DTT.” Huma jippreskrivu lista ta' attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati mill-awtoritajiet ċentrali u reġjonali sabiex tinkiseb kopertura tat-televiżjoni diġitali li tkun ugwali għall-kopertura analoga eżistenti. Dawn l-attivitajiet huma relatati mal-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri. |
|
(30) |
Fid-29 ta' Mejju 2009, il-Kunsill tal-Ministri approva l-kriterji għad-distribuzzjoni ta' EUR 52 miljun għall-finanzjament tal-azzjonijiet ta' tranżizzjoni għad-DTT, li huma maħsuba biex jiffinanzjaw l-estensjoni tal-kopertura tal-proġetti taħt il-Fażijiet II u III tal-Pjan ta' Tranżizzjoni (22). Il-ftehim tal-Kunsill tal-Ministri stabbilixxa rabta diretta mal-Pjan ta' Tranżizzjoni minħabba li ddikjara li “sabiex tintlaħaq il-mira stabbilita fil-Pjan Nazzjonali għat-Tranżizzjoni għad-DTT, jiġifieri kopertura tad-DTT simili għal dik tal-kopertura attwali tat-televiżjoni terrestri b'teknoloġija analoga, huwa meħtieġ l-appoġġ finanzjarju tal-awtoritajiet pubbliċi” u mbagħad li “l-implimentazzjoni ta' din il-kooperazzjoni sejra tiġi fformalizzata fil-qafas stabbilit mill-Pjan Nazzjonali għat-Tranżizzjoni għad-DTT”. |
|
(31) |
Fl-aħħarnett, bejn Ottubru u Diċembru 2009, l-addenda għall-Ftehimiet ta' Qafas (imsemmija fil-paragrafu 29) ġew ippubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali Spanjola, inkluż il-finanzjament għall-estensjoni tal-kopertura tal-Fażijiet II u III tal-Pjan ta' Tranżizzjoni. Dawn l-addenda jiddefinixxu dak li għandu jinftiehem minn “azzjoni għall-estensjoni tal-kopertura” billi jagħmlu referenza espliċita biss għat-teknoloġija terrestri (għalkemm ma jeskludux formalment teknoloġiji oħrajn) (23). |
|
(32) |
Wara l-pubblikazzjoni tal-ftehimiet ta' qafas tal-2008 u tal-addenda msemmija fuq (24), il-gvernijiet tal-Komunitajiet Awtonomi bdew jimplimentaw l-estensjoni. Huma organizzaw is-sejħiet għall-offerti pubbliċi huma stess jew inkella qabbdu impriża pubblika sabiex tieħu ħsieb is-sejħa għall-offerti. Is-sussidji kienu parzjalment maqbula mal-MITyC u, għalhekk, kienu ffinanzjati mill-baġit ċentrali jew iffinanzjati parzjalment mill-Komunitajiet Awtonomi nnifishom. F'ċerti każijiet, il-Komunitajiet Awtonomi taw il-mandat lill-kunsilli tal-ibliet sabiex iwettqu l-estensjoni. |
|
(33) |
Bħala xejra ġenerali, ġew imnedija żewġ tipi ta' sejħiet għall-offerti madwar il-pajjiż kollu. L-ewwelnett, kien hemm sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura, li kienet tfisser li l-kumpanija rebbieħa kellha tiġi inkarigata bil-missjoni li tipprovdi (ta' spiss saħansitra tibni) netwerk operattiv ta' DTT. Il-kompiti li kellhom jitwettqu kienu jinkludu d-disinn u l-inġinerija tan-netwerk, it-trasportazzjoni tas-sinjal, l-introduzzjoni tan-netwerk u l-provvista tat-tagħmir meħtieġ. It-tipi l-oħrajn ta' sejħiet għall-offerti kienu dawk għall-provvista tal-ħardwer, b'mod organizzat fil-każ tan-netwerks diġà eżistenti. Ir-rebbieħ tas-sejħa għall-offerti kien mistenni li jtejbu u jaġġornah bit-tagħmir meħtieġ, jiġifieri billi jforni, jinstalla u jattiva t-tagħmir. |
|
(34) |
Fil-maġġoranza tas-sejħiet għall-offerti, l-awtoritajiet organizzattivi jirreferu espliċitament, permezz tad-definizzjoni tal-oġġett tas-sejħa għall-offerti (25) u/jew impliċitament, fid-deskrizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew tat-tagħmir li għandu jiġi ffinanzjat (26), għat-teknoloġija terrestri u għad-DTT. Fil-ftit każijiet fejn issir referenza espliċita għat-teknoloġija satellitarja, dawn ir-referenzi jsiru għad-dixxijiet tas-satellita għar-riċeviment tas-sinjal tas-satellita li jinsabu fuq it-torrijiet fuq l-art (27) jew għat-tagħmir għall-aċċess għat-televiżjoni diġitali fiż-Żona III (28). Huma ftit ħafna dawk is-sejħiet għall-offerti li jsiru għal estensjoni li jkunu teknoloġikament newtrali u dawn ma jeskludux teknoloġiji oħrajn għajr id-DTT (29). |
|
(35) |
B'kollox, fis-snin 2008 u 2009, ġew investiti kważi EUR 163 miljun mill-baġit ċentrali (self parzjalment b'imgħax baxx mogħti mill-MITyC lill-Komunitajiet Awtonomi (30)) u EUR 60 miljun mill-baġits ta' 16-il Komunità Awtonomi li ġew investigati fl-estensjoni għaż-Żona II. Barra minn hekk, il-kunsilli tal-ibliet iffinanzjaw l-estensjoni għal madwar EUR 3.5 miljun. |
|
(36) |
Bħala t-tieni pass wara l-estensjoni tad-DTT għaż-Żona II, li bdiet mis-sena 2009, uħud mill-Komunitajiet Awtonomi bdew jorganizzaw sejħiet għall-offerti addizzjonali jew inkella kkonkludew il-kuntratti rilevanti mingħajr sejħiet għall-offerti għat-tħaddim u l-manutenzjoni tat-tagħmir li ġie diġitizzat u introdott matul l-estensjoni. Kuntrarju għall-għajnuna mogħtija għall-bidla, il-miżuri msemmija l-aħħar jikkostitwixxu għajnuna kontinwa. Minħabba li huma intiżi għat-tħaddim u l-manutenzjoni tan-netwerk terrestri kif installat fiż-Żona II, lanqas dawn il-kuntratti ma huma teknoloġikament newtrali. L-ammont totali ta' fondi mogħtija permezz tas-sejħiet għall-offerti għat-tħaddim u l-manutenzjoni (għajnuna kontinwa) fis-snin 2009-2011 kien ta' mill-inqas EUR 32.7 miljun. |
2.3. IR-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA
|
(37) |
Fid-Deċiżjoni li tibda l-proċedura, il-Kummissjoni nnotat, l-ewwelnett, li l-miżura deskritta kienet tidher li tissodisfa l-kriterji kollha tal-Artikolu 107(1) u, għalhekk, setgħet titqies bħala għajnuna mill-Istat. |
|
(38) |
Minħabba li hemm livelli differenti fis-suq tax-xandir, fid-Deċiżjoni tal-ftuħ ġew identifikati tliet kategoriji ta' riċevituri tal-għajnuna mill-Istat: (i) l-operaturi tan-netwerks, (ii) il-fornituri tal-ħardwer li jipparteċipaw fis-sejħiet għall-offerti għall-provvista tat-tagħmir meħtieġ għall-estensjoni u (iii) ix-xandara tal-istazzjonijiet televiżivi. |
|
(39) |
Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li permezz tal-finanzjament tal-ispejjeż assoċjati mal-estensjoni tal-pjattaforma tad-DTT, l-iskema setgħet toħloq distorsjoni potenzjali jew proprja tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri tal-ħardwer attivi f'teknoloġiji differenti u bejn il-pjattaformi terrestri u dawk satellitarji. |
|
(40) |
Fil-valutazzjoni preliminari tagħha, il-Kummissjoni esprimiet il-fehma tagħha li l-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u ma setgħet tara ebda raġuni li għaliha din il-miżura tista' tkun kompatibbli mas-suq intern, billi kien jidher li ma hemm ebda deroga applikabbli. |
|
(41) |
Għal aktar dettalji fattwali, jekk jogħġbok irreferi għad-Deċiżjoni tal-ftuħ, li għandha titqies bħala parti integrali minn din id-Deċiżjoni. |
3. KUMMENTI MINN SPANJA
3.1. RIMARKI ĠENERALI
|
(42) |
Fid-difiża tagħhom għad-Deċiżjoni tal-ftuħ, Spanja u l-Komunitajiet Awtonomi ppreżentaw bosta argumenti (31). B'mod ġenerali, dawn l-argumenti jaqgħu f'żewġ kategoriji. L-ewwelnett, l-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li ma hemm ebda għajnuna mill-Istat involuta, minħabba li billi s-servizz huwa SGEI, il-miżura ma tikkostitwixxi ebda għajnuna, ladarba huwa jaqa' taħt il-mandat tax-xandir pubbliku bħala servizz pubbliku. Barra minn hekk, huwa ma jiġġenera ebda vantaġġ. It-tieni, anki li kieku kien hemm xi għajnuna mill-Istat, din kienet tkun kompatibbli mal-Artikolu 106(2) jew mal-Artikolu 107(3)(c) minħabba li (a) in-netwerk tal-analogu kien diġà jeżisti u, minn perspettiva ta' effikaċja, sempliċi titjib tal-infrastruttura eżistenti jiġi jiswa inqas flus milli li kieku kellu jkun hemm bidla għal pjattaforma ġdida; (b) hija t-teknoloġija DTT biss li tissodisfa l-kriterji tal-kwalità meħtieġa u (c) is-sejħiet għall-offerti kienu teknoloġikament newtrali u fil-proċess tas-sejħiet għall-offerti setgħu pparteċipaw operaturi ta' pjattaformi oħrajn. Dawn l-argumenti huma miġbura fil-qosor hawn taħt. |
3.2. IN-NUQQAS TA' GĦAJNUNA
3.2.1. Servizz ta' Interess Ekonomiku Ġenerali (SGEI)
|
(43) |
Skont l-awtoritajiet Spanjoli, l-operaturi tan-netwerks jipprovdu servizz ta' interess ekonomiku ġenerali skont it-tifsira tas-sentenza ta' Altmark (32). Madankollu, billi l-Komunitajiet Awtonomi huma responsabbli għall-azzjonijiet li jirrigwardjaw l-estensjoni tal-kopertura, l-applikabbiltà tas-sentenza ta' Altmark għandha tiġi eżaminata fuq bażi ta' każ b'każ u hija r-responsabbiltà tal-Komunitajiet Awtonomi li juru li l-kondizzjonijiet ta' Altmark ġew issodisfati. L-aktar argumenti ddettaljati kienu dawk li ġew sottomessi mill-Pajjiż Bask, li wettaq id-diġitizzazzjoni permezz ta' kumpanija pubblika bl-isem ta' Itelazpi S.A. (minn hawn 'il quddiem “Itelazpi”). |
3.2.2. Ebda vantaġġ
|
(44) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-fornituri tal-ħardwer, Spanja esprimiet il-fehma li l-fatt li huma rebħu s-sejħiet għall-offerti għall-provvista tat-tagħmir warrab kull ħjiel tal-eżistenza ta' vantaġġ selettiv. |
|
(45) |
Fir-rigward tal-operaturi tan-netwerks, għalkemm Abertis huwa l-operatur ewlieni fiż-Żona I u jippossjedi 29 % tas-siti fiż-Żona II li kienu ġew aġġornati, huwa ma joperax in-netwerk fiż-Żona II. Għaldaqstant, Abertis mhuwiex sejjer jibbenifika mill-miżura bħala operatur tan-netwerk. |
|
(46) |
Minflok, l-operat tan-netwerk jitwettaq minn xi operaturi reġjonali, mill-Komunitajiet Awtonomi jew mill-kunsilli lokali, li sempliċiment jikru l-bini u l-installazzjonijiet ta' Abertis. Il-Komunitajiet Awtonomi u l-kunsilli lokali ma jikkompetux ma' operaturi ta' netwerks oħrajn u, għaldaqstant, huma ma għandhom ebda vantaġġ kompetittiv. Barra minn hekk, huma ma għandhom ebda introjtu, billi x-xandara ma jħallsux għall-provvista tas-servizzi ta' trasmissjoni fiż-Żona II. |
|
(47) |
Fir-rigward tax-xandara tad-DTT, Spanja ssostni li l-impatt tal-miżuri investigati fuq ix-xandara huwa kważi non-eżistenti. Il-miżuri ma żidux l-udjenzi tax-xandara meta mqabbla maż-żmien meta l-programmi kienu jiġu trasmessi fuq sistema analoga, minħabba li 2,5 % tal-popolazzjoni fil-mira tal-kopertura estiża diġà kienu jirċievu s-servizzi ta' televiżjoni analogu terrestri. B'riżultat ta' dan, il-miżuri ma għandhom ebda impatt fuq il-finanzi ta' dawn in-negozji. |
3.3. IL-KOMPATIBBILTÀ SKONT L-ARTIKOLI 106(2) U 107(3)(c)
|
(48) |
L-awtoritajiet tal-Pajjiż Bask sostnew li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Itelazpi hija kompatibbli mas-suq intern permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 106 tat-TFUE. F'dan ir-rigward, huma jemmnu li l-miżura tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha tad-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi fdati bl-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (minn hawn 'il quddiem “id-Deċiżjoni 86(2)” ) (33). |
|
(49) |
F'każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Spanjoli fir-rigward tal-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri fiż-Żona II jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u li mhumiex kompatibbli mas-suq intern fl-applikazzjoni tal-Artikolu 106 tat-TFUE, Spanja tafferma li dawn ċertament ikunu kompatibbli mas-suq intern sakemm l-għan tagħhom ikun li jiżguraw li jintlaħaq objettiv li jkun ta' interess komunitarju (bħall-konverżjoni għax-xandir diġitali), sabiex b'hekk ikunu jistgħu jibbenifikaw mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
3.3.1. Argumenti ta' effiċjenza
|
(50) |
Skont Spanja, fil-livell nazzjonali, il-Pjan Tekniku Nazzjonali u l-Pjan ta' Tranżizzjoni mhumiex pjanijiet ta' estensjoni tal-kopertura minħabba li jirreferu biss għall-bidla fiż-Żona I. Bħala tali, il-pjanijiet ma jirrestrinġux l-għażliet tat-teknoloġija disponibbli għall-estensjoni tal-kopertura. Min-naħa l-oħra, il-ftehimiet ta' qafas ma għandhomx l-istess status regolatorju bħall-Pjanijiet u huma bbażati fuq il-ftehimiet li jsiru bejn l-awtoritajiet ċentrali u reġjonali. Barra minn hekk, skont Spanja, huma ma għandhomx jeskludu l-użu tas-satellita u ta' teknoloġiji oħrajn. Fi kwalunkwe każ, l-estensjoni tal-kopertura u l-għażla tat-teknoloġija saru mill-Komunitajiet Awtonomi, ġeneralment permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti. Sejħa għall-offerti partikolari — li saret f'Castilla y Leon — kienet teknoloġikament newtrali u s-sempliċi fatt li saret tali sejħa għall-offerti juri bil-provi li l-awtoritajiet ċentrali ma imponewx it-teknoloġija terrestri fuq il-Komunitajiet Awtonomi. |
|
(51) |
Anki jekk xi sejħiet għall-offerti li saru fi bnadi oħra jirreferu għal ċerti elementi tekniċi tat-teknoloġija terrestri, dan huwa spjegat mill-fatt li x-xandir terrestri jirrikjedi ċerti elementi li s-satellita ma għandhiex bżonn, filwaqt li d-dħul tagħhom kien neċessarju sabiex is-soluzzjonijiet terrestri ma jiġux esklużi mis-sejħiet għall-offerti. |
|
(52) |
L-awtoritajiet Spanjoli jirreferu wkoll għal studju dwar il-fattibbiltà tal-provvista ta' servizz universali ta' DTT permezz ta' teknoloġiji differenti (DTT u satellita) imwettqa mill-MITyC f'Lulju 2007, jiġifieri qabel ġie propost finanzjament għall-estensjoni tal-kopertura tad-DTT. Għalkemm l-awtoritajiet jammettu li l-istudju kien biss dokument intern li baqa' fuq l-ixkaffa u ma ġiex implimentat, madankollu, huma jenfasizzaw li dan l-istudju ħa f'kunsiderazzjoni l-ispejjeż realistiċi marbuta mal-użu tad-DTT jew tat-trasmissjoni bis-satellita. Il-konklużjonijiet tal-istudju kienu li ma kienx possibbli li jiġi stabbilit bil-quddiem liema teknoloġija hija aktar effikaċi jew orħos għall-estensjoni tal-kopertura tas-sinjal tat-televiżjoni. Minflok, l-għażla għandha ssir fuq bażi ta' reġjun b'reġjun, preferibbilment permezz ta' studji mwettqa mill-Komunitajiet Awtonomi partikolari li janalizzaw fatturi bħat-topografija, id-distribuzzjoni territorjali tal-popolazzjoni u l-istat tal-infrastruttura eżistenti. |
3.3.2. Rekwiżiti kwalitattivi
|
(53) |
Ġew ippreżentati żewġ argumenti kwalitattivi. L-ewwelnett, sal-lum, l-istazzjonijiet DTT mingħajr ħlas ma kinux disponibbli permezz tax-xandir bis-satellita f'din iż-żona. Għaldaqstant, il-bidla għall-pjattaforma satellitarja tfisser li l-klijenti ser ikollhom jibdew iħallsu għas-servizz. |
|
(54) |
It-tieni, minbarra l-istazzjonijiet nazzjonali, jeħtieġ li jixxandru wkoll l-istazzjonijiet reġjonali. It-teknoloġija DTT tippermetti li kull żona ġeografika tirċievi l-istazzjonijiet għal dik iż-żona. Abbażi tal-istazzjonijiet lokali u reġjonali, fi Spanja kollha huma allokati ammont totali ta' 1 380 frekwenza għat-televiżjoni terrestri, mingħajr il-ħtieġa ta' restrizzjonijiet tekniċi u mingħajr estensjoni tax-xandir 'lil hinn miż-żona fil-mira ta' kull stazzjon. Skont Spanja, dan ikun impossibbli għan-netwerks tas-satelliti minħabba li dawn ma jipprovdux il-possibbiltà ta' delimitazzjoni ġeografika u għalhekk ikollhom jużaw sistema kumplessa ta' aċċess kondizzjonali. Din tkompli żżid l-ispejjeż tax-xandir bis-satellita, filwaqt li x-xandara ma jkunux lesti li jagħtu aċċess għall-istazzjonijiet tagħhom jekk ma jkunux ċerti li d-delimitazzjoni hija possibbli. |
3.3.3. In-newtralità teknoloġika
|
(55) |
Skont Spanja, il-ftehimiet bilaterali bejn l-awtoritajiet ċentrali u reġjonali ma imponew ebda teknoloġija ta' diġitizzazzjoni partikolari. Huma sempliċiment stabbilixxew it-trasferimenti lill-Komunitajiet Awtonomi skont l-ispejjeż tad-diġitizzazzjoni, ikkalkolati abbażi ta' dik li kienet titqies li hija teknoloġija ta' referenza effikaċi, jiġifieri d-DTT. F'dan ir-rigward, skont Spanja, għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni li, fiż-żmien tal-estensjoni, ix-xandir analogu terrestri kien laħaq 98.5 % tad-djar Spanjoli. |
|
(56) |
F'dak li għandu x'jaqsam mas-sejħa għall-offerti f'Cantabria msemmija fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Spanjoli jenfasizzaw li s-sejħa għall-offerti mirbuħa minn Astra kienet tikkonċerna kemm iż-Żona II kif ukoll iż-Żona III, jiġifieri kienet immirata lejn il-provvista universali tat-televiżjoni diġitali f'Cantabria. Dan għandu jkollu impatt doppju fuq il-valutazzjoni tal-każ. |
|
(57) |
L-ewwelnett, il-proġett ta' Cantabria rriżulta f'falliment meta, wara li ngħata l-kuntratt lil Astra, uħud mix-xandara ewlenin informaw lil Astra u lill-gvern ta' Cantabria li huma ma kinux sejrin iħallu l-kontenut tagħhom jixxandar permezz tas-satellita. B'riżultat ta' dan, l-objettiv tal-pjan ma kienx għadu jista' jinkiseb faċilment. It-tieni, ir-raġuni ewlenija għat-terminazzjoni tal-kuntratt kienet id-Deċiżjoni tal-gvern ċentrali li jipprovdi kopertura satellitarja f'kull parti taż-Żona III fi Spanja, u mhux id-Deċiżjoni li jipprovdi finanzjament mingħand il-gvern ċentrali għall-estensjoni tal-kopertura fiż-Żona II. Barra minn hekk, il-kuntratt ġie tterminat f'Novembru 2008 minħabba li f'dan iż-żmien kien ovvju li Astra ma setax jikkonforma mal-obbligi tiegħu. B'mod partikolari, Astra ma wettaqx ix-xogħlijiet meħtieġa fil-ħin u ma rċieva ebda awtorizzazzjoni mingħand ix-xandara “free-to-air” sabiex ixandar l-istazzjonijiet tagħhom. |
|
(58) |
Fil-kuntest ta' din id-deċiżjoni, il-proġett ta' Cantabria huwa rilevanti biss sakemm il-pjattaforma satellitarja tkun tista' titqies bħala alternattiva valida għall-pjattaforma terrestri. F'dan ir-rigward, l-argumenti ppreżentati hawn fuq mhumiex pertinenti. Meta għażlu l-pjattaforma satellitarja għaż-Żona III, l-awtoritajiet Spanjoli adottaw pjan nazzjonali u ppromulgaw regolament speċjali li jitlob lix-xandara sabiex jikkoordinaw bejniethom u jagħżlu fornitur komuni wieħed għall-pjattaforma satellitarja. Għaż-Żona II seta' jiġi applikat mekkaniżmu simili. Ir-raġunijiet li ngħataw għat-terminazzjoni tal-kuntratt ma jnisslu ebda dubju dwar il-fatt li t-teknoloġija tas-satellita tista' tkun pjattaforma valida għat-trasmissjoni tas-sinjali tat-televiżjoni fiż-Żona II. Barra minn hekk, dawn ġew ikkonfutati minn Qorti nazzjonali fi Spanja. |
3.3.4. Ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-kummerċ
|
(59) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-kompetizzjoni bejn l-operaturi tan-netwerks, Spanja esprimiet il-fehma li t-televiżjoni terrestri u bis-satellita huma żewġt iswieq kompletament differenti u li, għalhekk, il-miżuri investigati ma setgħux ifixklu l-kompetizzjoni fis-swieq affettwati. Spanja ssostni li l-miżuri investigati ma għandhom ebda effett fuq is-suq fi ħdan l-Unjoni minħabba li huma mmirati għar-residenti ta' żona ġeografika ristretta. Billi huma servizzi lokali, mhuwiex probabbli li l-miżura taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
3.4. L-APPLIKABBILTÀ TAR-REGOLA DE MINIMIS
|
(60) |
L-awtoritajiet Spanjoli esprimew ukoll il-fehma li r-regola de minimis introdotta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 (34) dwar l-għajnuna de minimis ċertament tapplika għal proporzjon sinifikanti tal-finanzjament. Il-ħardwer inxtara indipendentement f'kull Komunità Awtonoma jew kunsill lokali u, għalhekk, id-dispożizzjonijiet de minimis għandhom jiġu analizzati f'dak il-livell. Minħabba li f'dawn il-każijiet kien magħruf l-ammont eżatt li tħallas, kif kienu magħrufa wkoll il-prodotti u s-servizzi li ġew akkwistati, l-għajnuna kienet trasparenti biżżejjed sabiex ikunu jistgħu japplikaw il-livelli limiti de minimis. |
3.5. GĦAJNUNA KONTINWA MILL-ISTAT
|
(61) |
F'dak li għandu x'jaqsam mat-tħaddim u l-manutenzjoni taċ-ċentri ta' trasmissjoni, l-awtoritajiet ċentrali Spanjoli jemmnu li dawn ma jaqgħux taħt il-ħidma li għandha ssir għall-estensjoni tal-kopertura ffinanzjata parzjalment mill-MITyC. Il-ministeru ma għandu ebda ġurisdizzjoni sabiex jitlob lill-kunsilli jew lill-Komunitajiet Awtonomi jissoktaw bit-tħaddim u bil-manutenzjoni wara l-perjodu inkluż fis-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura. Għaldaqstant, ma jistax jiġi eskluż għal kollox li t-tħaddim u l-manutenzjoni ta' xi ċentri jistgħu jiġu interrotti minħabba tnaqqis fil-baġit ta' kunsill lokali. L-ispejjeż annwali tat-tħaddim u l-manutenzjoni kienu evalwati provviżorjament mill-awtoritajiet ċentrali bħala li jammontaw għal 10 % tal-investiment inizjali. Matul l-investigazzjoni, kien hemm bosta Komunitajiet Awtonomi li pprovdew dejta aktar iddettaljata dwar il-fondi li ntefqu għat-tħaddim u l-manutenzjoni tan-netwerk DTT fiż-Żona II. |
4. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
4.1. ASTRA
4.1.1. Rimarki ġenerali
|
(62) |
L-operatur Astra jtenni l-pożizzjoni preċedenti tiegħu li l-miżuri li wasslu għall-bidla għat-televiżjoni diġitali terrestri kienu parti minn pjan ikkoordinat li tfassal fil-livell tal-gvern ċentrali u li ġie implimentat mill-awtoritajiet reġjonali. Madankollu, anki jekk wieħed jassumi li l-għajnuna mill-Istat għall-estensjoni tal-kopertura kienet imfassla, organizzata u implimentata fil-livell reġjonali, Astra xorta jemmen li tali miżuri jikkostitwixxu għajnuna illegali u inkompatibbli. |
|
(63) |
F'dak li għandu x'jaqsam mas-sejħa għall-offerti f'Cantabria, Astra jinsisti li kuntrarju għal dak li huwa affermat minn Spanja, kien l-obbligu tal-awtoritajiet ta' Cantabria li jirċievu l-awtorizzazzjonijiet mix-xandara sabiex jagħmlu l-istazzjonijiet tagħhom disponibbli għall-pjattaforma satellitarja. Barra minn hekk, minkejja li l-ittri ntbagħtu mix-xandara f'Marzu 2008, l-awtoritajiet ta' Cantabria offrew lil Komunitajiet Awtonomi oħrajn l-alternattiva li kienu għażlu f'Lulju 2008. |
4.1.2. Il-preżenza tal-għajnuna mill-Istat
|
(64) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-vantaġġ li rċevew l-operaturi tan-netwerks, speċjalment Abertis, Astra tinnota li bħala fornitur tal-ħardwer, Abertis ingħata madwar […] (*1) tas-sejħiet għall-offerti għad-diġitizzazzjoni tas-siti terrestri li jinsabu fl-estensjoni taż-żoni ta' kopertura. Billi Albertis huwa operatur ta' pjattaforma, id-diġitizzazzjoni tan-netwerk tiffavorixxi l-offerta kummerċjali tiegħu lix-xandara, hekk kif in-netwerk tad-DTT issa sejjer jilħaq kważi 100 % tal-popolazzjoni mingħajr ebda spiża addizzjonali, kuntrarju għall-kopertura ta' 96/98 % li kienet tkun diġitizzata fuq livell terrestri fin-nuqqas tal-miżura kkontestata. Barra minn hekk, Abertis sejjer jibbenifika mill-fatt li Astra, bħala l-operatur tal-pjattaforma ewlieni, kompetitur u alternattiv, sejjer jiġi mxekkel milli jsib saqajh fis-suq Spanjol billi jidħol fiż-Żona II. |
|
(65) |
Barra minn hekk, skont Astra, Abertis irċieva vantaġġi oħrajn b'riżultat tal-miżuri. L-ewwelnett, għadd sinifikanti ta' siti terrestri ta' Abertis ibbenifikaw mill-fondi pprovduti mill-Awtoritajiet Spanjoli fil-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri investigati u fil-fatt huma mħaddma minn Abertis. Dan huwa partikolarment il-każ tas-siti li jinsabu fiż-żona fejn RTVE (xandar pubbliku) huwa obbligat li jipprovdi s-sinjal tiegħu, iżda fejn ma hemm ebda obbligu bħal dan għax-xandara privati (madwar 2.5 % tal-popolazzjoni). It-tieni, Astra jsostni li Abertis ibbenifika indirettament mill-għajnuna mill-Istat fi swieq kontigwi bħas-suq tat-trasport. Minbarra dan, il-kwerelant jinnota li l-miżura investigata twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fiż-Żona III (35). |
|
(66) |
Astra jemmen li l-pjattaformi satellitarji u terrestri jappartjenu għall-istess suq. Id-distinzjoni bejn it-televiżjoni “pay-per-view” u “free-to-air” ma għandhiex tkun rilevanti, sakemm tkun ikkonċernata l-kompetizzjoni fil-livell tal-pjattaformi. Illum il-ġurnata, il-pjattaformi satellitarji u terrestri diġà qegħdin jikkompetu għat-trasmissjoni tat-televiżjoni bi ħlas, minħabba li diġà hemm mill-inqas żewġ stazzjonijiet “pay-per-view” li qegħdin joffru s-sinjal tagħhom permezz tal-pjattaforma tad-DTT, filwaqt li wieħed minnhom huwa disponibbli biss fuq DTT. Barra minn hekk, skont Astra, ix-xandara kollha li huma awtorizzati bħalissa diġà talbu sabiex jingħataw liċenzja mill-Gvern bil-għan li jkunu jistgħu jxandru l-kontenut tagħhom fil-modalità tal-ħlas. |
|
(67) |
L-operatur Astra huwa tal-fehma li l-miżuri investigati ma kinux proporzjonali. Huwa jindika li l-bidla għad-DTT kienet teħtieġ adattamenti sinifikanti fil-bini tal-appartamenti, kif ukoll investiment fil-kejbils. Minbarra dan, sabiex isostni l-argument tiegħu li l-estensjoni tal-kopertura permezz tas-satellita ma kinitx tkun aktar għalja minn permezz tal-pjattaforma terrestri, l-operatur Astra rrefera għall-istudju intern tiegħu dwar l-ispejjeż, li ġie ppreżentat flimkien mal-ilment u li sar f'Novembru 2008. L-istudju qabbel l-ispejjeż tal-estensjoni tal-kopertura bl-użu taż-żewġ teknoloġiji — terrestri u satellita. Is-suppożizzjonijiet tal-istudju jvarjaw minn dawk espressi fl-istudji mwettqa minn Spanja u Abertis f'diversi aspetti, fost l-oħrajn, fir-rigward tal-ispejjeż tad-dixxijiet tas-satellita u l-ħtieġa li jinxtraw “set-top boxes” esterni għar-reċezzjoni ta' sinjali tat-televiżjoni diġitali terrestri. Is-sejbiet tal-istudju jwasslu għall-konklużjoni li l-estensjoni tal-kopertura permezz tas-satellita mhux bilfors kienet aktar għalja mill-użu tat-teknoloġija terrestri. L-operatur Astra ppreżenta wkoll dokumenti addizzjonali li huma intiżi biex juru li l-ispejjeż għall-installazzjoni u t-tħaddim taż-żewġ teknoloġiji ma jvarjawx b'mod sinifikanti. |
|
(68) |
L-operatur Astra jsostni wkoll li l-iżgurar tal-kondizzjonalità tal-aċċess għax-xandiriet bis-satellita mhuwiex ostakolu għax-xandir tal-istazzjonijiet bla ħlas. Is-sistemi ta' aċċess kondizzjonali huma preżenti madwar id-dinja kollha u mhumiex diffiċli biex jintużaw (36). Barra minn hekk, is-soluzzjoni proposta f'Cantabria għal aċċess kondizzjonali ġiet aċċettata mill-awtoritajiet ta' Cantabria, li jistgħu jiddeċiedu liema utenti għandhom jattivaw sabiex jirċievu s-servizz. Għaldaqstant, il-limitazzjoni territorjali tas-servizz kienet ikkontrollata mill-gvern ta' Cantabria. Ma kien hemm ebda bżonn ta' adattament speċifiku għal dan il-għan. |
|
(69) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-adegwatezza tal-miżura, l-operatur Astra jsostni li grazzi għall-ekonomiji ta' skala, aktar ma tkun kbira l-kopertura ġeografika, aktar issir ekonomikament attraenti t-teknoloġija tas-satellita. Permezz tal-qasma tal-miżura fiż-Żona II f'aktar minn 600 sejħa għall-offerti lokali u reġjonali, it-teknoloġija tas-satellita kienet diġà tpoġġiet fi żvantaġġ kompetittiv sinifikanti. Madankollu, anki li kieku l-gvern Spanjol ma setax jimponi jew jissuġġerixxi l-ħtieġa li s-sinerġiji transreġjonali jitqiesu bħala kondizzjoni għall-għoti tal-fondi, ir-reġjuni setgħu jikkunsidraw din il-possibbiltà sabiex jiżguraw li kienu qegħdin jagħżlu l-aktar soluzzjoni kost-effikaċi għall-kontribwenti tagħhom. Fil-fatt, l-operatur Astra jsostni li huma pprovaw jagħmlu dan qabel l-intervent tal-gvern ċentrali Spanjol favur it-teknoloġija terrestri. Tabilħaqq, wara li għażlu lill-operatur Astra fis-sejħa pubblika għall-offerti, l-awtoritajiet ta' Cantabria għall-ewwel ipprovaw jikkonvinċu lil reġjuni oħrajn sabiex huma wkoll jagħżlu l-pjattaforma satellitarja, minħabba li din setgħet tkompli tnaqqas l-ispejjeż tagħhom. |
4.1.3. Għajnuna kontinwa mill-Istat
|
(70) |
Astra jirrepeti li wħud mill-miżuri kkontestati jammontaw għal għajnuna kontinwa mill-Istat, minħabba li l-gvernijiet tal-komunitajiet awtonomi sejrin jiffinanzjaw l-ispejjeż tat-tħaddim u l-manutenzjoni tan-netwerks lokali fiż-Żona II fuq bażi kontinwa. F'dak li għandu x'jaqsam mal-ispejjeż annwali għat-tħaddim u l-manutenzjoni tas-soluzzjoni tas-satellita, Astra jikkalkula li dawn jammontaw għal EUR 100 000 għal kull stazzjon fis-sena, għalkemm seta' kien hemm xi tnaqqis li kieku kien hemm aktar minn reġjun wieħed li għażel is-soluzzjoni tas-satellita. |
4.2. KUMMENTI MINN ABERTIS
|
(71) |
Abertis huwa operatur ta' infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u fornitur tat-tagħmir tan-netwerk. Fost kumpaniji oħrajn, huwa l-proprjetarju ta' Retevisión S.A. u TradiaS.A., li jiġġestixxu u joperaw in-netwerks u l-infrastrutturi tat-telekomunikazzjoni. |
4.2.1. Il-preżenza tal-għajnuna mill-Istat
|
(72) |
L-ewwelnett, Abertis jinnota li l-miżuri investigati ma jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-awtoritajiet reġjonali sempliċiment akkwistaw prodotti u servizzi skont it-termini tas-suq permezz ta' sejħiet għall-offerti miftuħa u huma jibqgħu l-proprjetarji tat-tagħmir li ġie installat fiċ-ċentri ta' trasmissjoni fiż-Żona II. Għal din ir-raġuni, la l-fondi nnifishom u lanqas it-tagħmir diġitali miksub b'dawn l-istess fondi qatt ma ġew ittrasferiti lil xi riċevitur estern. |
|
(73) |
Barra minn hekk, Abertis huwa tal-fehma li l-miżuri kkontestati ma taw ebda vantaġġ ekonomiku apprezzabbli lill-operaturi tan-netwerks. Abertis isostni li huwa ma jopera ebda wieħed min-netwerks lokali li jinsabu fiż-Żona II (anki fejn huwa għandu ċ-ċentri ta' trasmissjoni relatati) u li, għalhekk, huwa ma jista' jikseb ebda vantaġġ dirett. It-tieni, fiż-Żona II, Abertis diġà aġixxa bħala fornitur tal-ħardwer. It-tielet, anki f'dawk il-każijiet fejn it-tagħmir diġitali użat għall-ammeljorament ta' ċentru ta' trasmissjoni nbiegħ minn Abertis u dan it-tagħmir ġie installat aktar tard f'ċentru ta' trasmissjoni li jappartjeni lil Abertis, xorta ma kien hemm ebda benefiċċju. Dan minħabba li Abertis sempliċiment jikri dawk iċ-ċentri ta' trasmissjoni lill-operaturi tan-netwerks lokali skont it-termini tas-suq u l-ammont ta' kera mħallas lil Abertis ma kienx affettwat mill-proċess ta' diġitizzazzjoni. Ir-raba', Abertis jinsisti li ż-żieda inkrimentali ta' 1-2 % fil-kopertura ta' netwerk tad-DTT ma tirriżultax f'benefiċċju ekonomiku għal Abertis bħala operatur ta' pjattaforma fiż-Żona I. Fl-aħħarnett, id-diġitizzazzjoni taż-Żona II ma taffettwax il-prezz li Abertis jista' jitlob lix-xandara jħallsu għas-servizzi ta' trasmissjoni tagħhom, speċjalment meta wieħed iqis li l-prezzijiet bl-ingrossa ta' Abertis huma rregolati mill-Comision del Mercado de Telecomunicaciones (minn hawn 'il quddiem “CMT”), li hija l-awtorità regolatorja Spanjola. |
|
(74) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-operaturi tan-netwerks lokali fiż-Żona II (il-kunsilli tal-ibliet), Abertis huwa tal-fehma li ma jista' jkun hemm ebda vantaġġ ekonomiku minħabba li dawn ma jikkwalifikawx bħala impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u fi kwalunkwe każ iwettqu servizz pubbliku. |
|
(75) |
Abertis esprima wkoll il-fehma li l-miżura investigata ma kienet tinvolvi ebda vantaġġ ekonomiku għax-xandara. Il-bidla diġitali fiż-Żona II ma rreġistratx żieda fin-numru ta' telespettaturi meta mqabbel man-numru ta' telespettaturi li kellhom aċċess għat-televiżjoni analogu qabel beda l-proċess ta' tranżizzjoni għax-xandir diġitali fl-2005. |
|
(76) |
Barra minn hekk, Abertis huwa tal-fehma li l-miżuri kkontestati ma kellhom ebda effett apprezzabbli fuq il-kompetizzjoni bejn l-operaturi tan-netwerks. Il-fatt li matul dawn l-aħħar 20 sena la Astra u lanqas ebda operatur privat ieħor ma wrew interess fil-provvista ta' servizzi ta' trasmissjoni fiż-Żona II jikkonferma li ma kien hemm ebda suq u li kien hemm bżonn ta' intervent mill-Istat sabiex tiġi ffaċilitata l-provvista tas-servizzi. B'mod partikolari, ma hemm ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn is-satellita u d-DTT, billi dawn huma żewġ swieq separati. Barra minn hekk, id-diġitizzazzjoni tan-netwerks terrestri fiż-Żona II ma biddlet b'ebda mod l-istruttura kompetittiva tas-swieq rilevanti, iżda sempliċiment irrappreżentat it-titjib tekniku meħtieġ tal-pjattaforma analoga eżistenti. |
|
(77) |
Abertis isostni li s-servizzi ta' xandir ipprovduti fuq in-netwerks fiż-Żona II huma limitati għal ċerti żoni iżolati u għalhekk ma għandhom ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(78) |
F'każ li l-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti jew il-membri affiljati tagħhom huma impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, Abertis iqis li l-fondi intiżi biex ikopru l-bidla diġitali fiż-Żona II kienu jservu bħala kumpens għall-provvista ta' servizz pubbliku. F'dan ir-rigward, Abertis jemmen li l-miżuri kkontestati jirrispettaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-każistika ta' Altmark u li ma hemm ebda għajnuna mill-Istat involuta. |
4.2.2. L-għajnuna eżistenti
|
(79) |
Skont Abertis, l-introduzzjoni tan-netwerks tax-xandir fiż-Żona II bdiet f'settur tax-xandir mhux liberalizzat fl-1982. F'dak iż-żmien, l-Istat Spanjol kellu monopolju legali fis-suq għax-xandir terrestri. Il-fondi pubbliċi issa qegħdin jintużaw għall-finanzjament tal-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim tan-netwerks lokali fiż-Żona II implimentati qabel il-liberalizzazzjoni ta' dan is-settur. Għaldaqstant, il-miżura investigata hija l-għajnuna eżistenti u kontinwa. |
4.2.3. Il-kompatibbiltà
|
(80) |
Abertis isostni li kwalunkwe għajnuna potenzjali mill-Istat hija kompatibbli permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 106 tat-TFUE, minħabba li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha tad-Deċiżjoni 86(2). |
|
(81) |
Jekk dan ma jkunx il-każ, kwalunkwe għajnuna potenzjali għandha fi kwalunkwe każ tkun kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. L-ewwel nett, l-għan tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet Spanjoli huwa li jħaffu l-proċess tal-bidla diġitali fi Spanja, li kien rikonoxxut fil-prattika tal-Kummissjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat bħala objettiv ta' interess komuni. It-tieni, l-għajnuna kienet strument xieraq, billi d-DTT hija teknoloġija aktar addattata sabiex tipprovdi l-estensjoni tal-kopertura (37). Minbarra għar-raġunijiet ekonomiċi, Abertis jinnota wkoll li x-xandara qegħdin joqogħdu lura milli jużaw pjattaformi satellitarji minħabba r-restrizzjonijiet li qegħdin jiffaċċjaw l-istess xandara meta jiġu biex jiksbu d-drittijiet fuq il-kontenut għall-programmi “free-to-air” tagħhom. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, huma jiksbu biss id-dritt li jxandru l-kontenut fuq pjattaforma speċifika, jiġifieri d-DTT, minħabba li din it-teknoloġija tippermetti trasmissjoni mmirata u l-limitazzjonijiet ġeografiċi. Barra minn hekk, il-miżuri huma proporzjonati, ladarba huma jkopru biss l-ispejjeż li huma strettament meħtieġa għall-bidla mix-xandir analogu għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali fiż-Żona II. L-uniċi spejjeż appoġġjati mill-miżuri kkontestati huma dawk relatati mad-diġitizzazzjoni taċ-ċentri ta' trasmissjoni fiż-Żona II, li titwettaq permezz tal-akkwist u l-installazzjoni ta' tagħmir diġitali. |
|
(82) |
Fir-rigward tan-newtralità teknoloġika tal-miżura, Abertis jinnota li t-teknoloġija terrestri ma kinitx l-unika soluzzjoni li ġiet ikkunsidrata mill-gvern Spanjol. Minbarra dan, fiż-Żona III, kienet il-pjattaforma satellitarja li finalment ġiet ikkunsidrata bħala l-aktar għażla teknoloġika xierqa sabiex tipprovdi s-servizzi tat-televiżjoni diġitali. Aktar importanti minn hekk, Abertis isostni li d-DTT hija meqjusa bħala l-aktar pjattaforma addattata u l-inqas waħda għalja għall-provvista tas-servizzi tat-televiżjoni diġitali fiż-Żona II sabiex tinkiseb l-istess kopertura li kienet teżisti qabel il-bidla mix-xandir analogu, kif muri mill-istudji dwar l-ispejjeż li ġew sottomessi (38). |
4.3. KUMMENTI MINN RADIODIFUSIÓN
|
(83) |
Radiodifusión huwa fornitur relattivament ġdid fis-suq tas-servizzi ta' trasmissjoni ta' sinjali awdjo-viżivi, billi ġie rreġistrat fir-Reġistru tal-Operaturi tas-CMT f'Novembru 2005. |
|
(84) |
Radiodifusión jaqbel b'mod ġenerali mad-Deċiżjoni tal-ftuħ u jappoġġja lill-Kummissjoni fil-fehmiet tagħha, filwaqt li jipprovdi xi osservazzjonijiet addizzjonali li huma elenkati aktar 'l isfel. Huwa jaqbel li l-għajnuna mill-Istat ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' Altmark u li tinvolvi trasferiment sostanzjali ta' riżorsi tal-Istat. |
|
(85) |
L-operaturi tan-netwerks li diġà qegħdin joperaw f'żoni rurali bbenifikaw mill-iskema ta' għajnuna mill-Istat li qiegħda tiġi investigata. Fil-fatt, fis-suq ikkonċernat, li huwa kkaratterizzat minn ostakoli kbar għad-dħul u li minnu qiegħed jibbenifika operatur li diġà huwa dominanti, il-miżura wasslet għar-replikazzjoni tal-istess xejriet storiċi ta' monopolju. B'mod partikolari, Abertis seta' jirrinforza l-pożizzjoni ta' monopolju tiegħu u effettivament juża l-fondi pubbliċi sabiex jiżviluppa netwerk ġdid u aktar intensiv li jagħtih iċ-ċans jikkompeti fi swieq ġodda. |
|
(86) |
Radiodifusión isostni li l-għajnuna mill-Istat li qiegħda tiġi investigata mhijiex proporzjonali. Sabiex tkun konformi mar-rekwiżit tal-proporzjonalità, l-għajnuna għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju, jiġifieri hija għandha tapplika biss għal żoni rurali remoti, filwaqt li minnha għandhom jibbenifikaw l-operaturi kollha fuq livell ugwali billi jintalbu obbligi effettivi ta' aċċess. |
4.4. KUMMENTI MINN XANDARA
|
(87) |
Ix-xandara jsostnu li l-miżura ma tistax titqies bħala għajnuna mill-Istat minħabba li hija ma kkonferiet ebda vantaġġ finanzjarju fuq xi kumpanija jew oħra, b'mod partikolari x-xandara. Il-miżuri ma żidux l-udjenzi tax-xandara, meta mqabbla ma' meta dawn kienu jxandru bis-sistema analoga. Barra minn hekk, ir-residenti fiż-żoni b'kopertura estiża, jiġifieri ż-żoni rurali, remoti u b'popolazzjoni baxxa, ma jħallu ebda impatt fuq is-suq tar-reklamar u mhumiex parti mill-udjenza fil-mira tax-xandara. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-operaturi privati ma żidux it-tariffi tar-reklamar bħala riżultat tal-estensjoni. |
|
(88) |
Ix-xandara esprimew ukoll il-fehma li huma ma kellhom ebda interess fl-immigrazzjoni għal pjattaforma satellitarja, fejn il-programmi tagħhom isibu ruħhom jiffaċċjaw kompetizzjoni minn mijiet ta' stazzjonijiet. Il-pjattaforma terrestri għandha l-vantaġġ ta' kapaċità limitata, li għax-xandara “free-to-air” kummerċjali tfisser inqas kompetizzjoni. Barra minn hekk, huma enfasizzaw il-fatt li ġeneralment huma jixtru l-kontenut biss għall-pjattaforma terrestri. Dan minħabba li x-xandir terrestri jiggarantixxi d-delimitazzjoni ġeografika tax-xandiriet, li mhuwiex il-każ għas-satellita. |
|
(89) |
Ix-xandara insistew ukoll li wara l-assenjazzjoni tas-sejħa għall-offerti ta' Cantabria lil Astra, huma informaw lill-awtoritajiet ta' Cantabria li kienu sejrin jopponu għax-xandir bis-satellita, minħabba li huma kienu kisbu d-drittijiet sabiex ixandru l-kontenut biss permezz tal-pjattaforma terrestri. |
5. VALUTAZZJONI LEGALI
5.1. IL-BAŻI LEGALI TAL-GĦAJNUNA
|
(90) |
Kif ġie deskritt fid-dettall aktar 'il fuq fil-paragrafi 23 sa 31 tat-taqsima 2.2, il-qafas legali għall-bidla diġitali fi Spanja huwa xibka kumplessa ta' diversi atti maħruġa kemm mill-gvern ċentrali kif ukoll mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fuq perjodu ta' erba' snin. Il-Pjan Tekniku Nazzjonali tal-2005 u l-Pjan ta' Tranżizzjoni tal-2007 primarjament jirregolaw it-tranżizzjoni għad-DTT fiż-Żona I, iżda huma jistabbilixxu wkoll il-bażi għal miżuri ta' estensjoni ulterjuri fiż-Żona II. Dawn il-miżuri ta' estensjoni ġew implimentati mill-awtoritajiet reġjonali wara l-konklużjoni ta' bosta ftehimiet ta' qafas mal-gvern ċentrali (il-Ftehimiet ta' Qafas tal-2008) u addenda fl-2008 għall-Ftehimiet ta' Qafas preċedenti tal-2006 u fl-2009 għall-Ftehimiet ta' Qafas tal-2008. |
|
(91) |
Bħala riżultat tal-konklużjoni ta' dawn il-ftehimiet u addenda, l-awtoritajiet lokali u/jew reġjonali wettqu firxa wiesgħa ta' miżuri mmirati biex jestendu l-kopertura tad-DTT fiż-Żona II, primarjament permezz ta' sejħiet pubbliċi għall-offerti, kif deskritt aktar 'il fuq fil-paragrafi 32 sa 35. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li d-diversi atti adottati fil-livell ċentrali u l-ftehimiet konklużi u emendati bejn l-MITyC u l-Komunitajiet Awtonomi jikkostitwixxu l-bażi tal-iskema ta' għajnuna għall-estensjoni tal-kopertura fiż-Żona II. Dawn l-atti u ftehimiet wasslu lill-Komunitajiet Awtonomi biex jieħdu miżuri li ma kinux teknoloġikament newtrali (39). Filwaqt li l-Pjan Tekniku Nazzjonali jirregola l-bidla għad-DTT fiż-Żona I, huwa jagħti wkoll mandat lill-awtoritajiet lokali sabiex jistabbilixxu, b'kooperazzjoni mal-Komunitajiet Awtonomi, ċentri ta' trasmissjoni addizzjonali, li huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata r-reċezzjoni tad-DTT fiż-Żona II. B'hekk, f'dak iż-żmien, il-gvern ċentrali kien diġà ppreveda l-estensjoni tal-kopertura tad-DTT. Il-mandat inkluż fl-att legali prinċipali li jirregola l-bidla għat-televiżjoni diġitali jirreferi biss għall-pjattaforma terrestri. Għaldaqstant, fil-prattika, il-Komunitajiet Awtonomi applikaw il-linji gwida tal-gvern ċentrali dwar l-estensjoni tad-DTT (40). |
|
(92) |
Sabiex tikkorrobora din is-sejba, il-Kummissjoni investigat ukoll kampjun tas-sejħiet għall-offerti individwali mwettqa mill-Komunitajiet Awtonomi nfushom. Din il-verifikazzjoni tikkonferma l-konklużjoni msemmija fuq, billi l-maġġoranza vasta tas-sejħiet għall-offerti li ġew eżaminati ma kinux teknoloġikament newtrali. |
|
(93) |
Il-mument meta ġiet effettivament żborżata l-għajnuna mill-Istat għat-tnedija tad-DTT fiż-Żona II kien immarkat permezz tat-trasferiment ta' fondi mill-awtoritajiet ċentrali u reġjonali lill-benefiċjarji. Dan seħħ wara perjodu ta' żmien li varja minn Komunità Awtonoma għal oħra. Mill-informazzjoni li ġiet irċevuta, l-aktar sejħiet għall-offerti bikrin saru f'Lulju 2008 (41). L-Anness jipprovdi kalkolazzjoni tal-ammonti ta' għajnuna skont ir-reġjun. L-għajnuna kontinwa għat-tħaddim u l-manutenzjoni tan-netwerks ma ġietx deċiża fil-livell ċentrali. Minflok, uħud mill-Komunitajiet Awtonomi (ara “Spejjeż rikorrenti” fl-Anness għad-Deċiżjoni) nedew sejħiet għall-offerti għat-tħaddim u l-manutenzjoni tan-netwerks diġitali terrestri eżistenti, li ġew ippubblikati fil-ġurnali uffiċjali rispettivi tagħhom (42). |
5.2. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT SKONT L-ARTIKOLU 107(1) TAT-TFUE
5.2.1. Il-preżenza tal-għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE
|
(94) |
Il-miżura kkonċernata, inkluża l-għajnuna kontinwa għat-tħaddim u l-manutenzjoni kif deskritta fil-paragrafu 36, tista' tiġi kkaratterizzata bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li jippreskrivi l-kondizzjonijiet għall-preżenza tal-għajnuna mill-Istat. L-ewwelnett, għandu jkun hemm intervent mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat. It-tieni, din il-miżura għandha tikkonferixxi vantaġġ ekonomiku selettiv fuq ir-riċevitur. It-tielet, hija għandha tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni. Ir-raba', l-intervent għandu jkun jista' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
5.2.1.1. Riżorsi tal-Istat
|
(95) |
Il-miżura kkonċernata toriġina mis-sistema tal-atti legali deskritta hawn fuq, li ġiet adottata kemm fil-livelli ċentrali, lokali u reġjonali, kif ukoll mill-ftehimiet li ġew konklużi bejn il-livelli differenti tal-amministrazzjoni Spanjola. Barra minn hekk, Spanja ma kkontestatx is-sejba tad-Deċiżjoni tal-ftuħ li l-miżura kienet iffinanzjata mir-riżorsi baġitarji. Madankollu, hija insistiet li tali miżura kienet iffinanzjata kemm mill-baġits ċentrali kif ukoll minn dawk reġjonali u muniċipali. Hija esprimiet ukoll il-fehma li l-miżura kkonċernata kienet fil-fatt sempliċi trasferiment ta' fondi bejn amministrazzjonijiet differenti. Bħala tali, il-fatt li l-fondi joriġinaw primarjament mill-baġit ċentrali u parzjalment mill-baġits lokali u reġjonali ma ġiex ikkontestat minn Spanja. Barra minn hekk, il-miżura ma kinitx sempliċi trasferiment bejn l-amministrazzjonijiet, minħabba li fl-aħħar mill-aħħar il-fondi ntużaw għat-tnedija tan-netwerk tad-DTT mill-entitajiet li jwettqu attivitajiet ekonomiċi (kif ġie spjegat fit-taqsima 5.2.1.2.). |
|
(96) |
F'dawn iċ-ċirkostanzi, ġie konkluż li l-miżura li qiegħda tiġi investigata kienet iffinanzjata direttament mill-baġit tal-Istat u mill-baġits ta' komunitajiet awtonomi u korporazzjonijiet lokali partikolari. Kif ġie deskritt fil-paragrafu 36, l-għajnuna kontinwa ma kinitx iffinanzjata mill-baġit tal-Istat ċentrali, iżda direttament mill-baġit tal-Komunitajiet Awtonomi. Għaldaqstant, hija imputabbli lill-Istat u tinvolvi l-użu ta' riżorsi tal-Istat. |
5.2.1.2. Vantaġġ ekonomiku għall-entitajiet li jwettqu attività ekonomika
|
(97) |
Il-miżura kkonċernata tinvolvi trasferiment ta' riżorsi tal-Istat lil ċerti impriżi. Għalkemm il-kunċett ta' impriża mhuwiex definit mit-Trattat, huwa jirreferi għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-istatus legali u l-finanzjament tagħha, li twettaq attività ekonomika. Fil-prattika tal-Kummissjoni, kif ġie kkonfermat mill-Qrati, l-operat tan-netwerks ta' trasmissjoni televiżiva jitqies bħala attività ekonomika (43), b'mod simili għal każijiet oħrajn li jinvolvu l-ġestjoni tal-infrastruttura mill-awtoritajiet reġjonali (44). Fil-każ inkwistjoni, il-biċċa l-kbira tal-impriżi pubbliċi jew kunsilli tal-ibliet huma rreġistrati fir-reġistru tas-CMT bħala operaturi tan-netwerks. Dan jissuġġerixxi li huma jipprovdu ċerti servizzi li, skont il-prattika tal-każistika stabbilita, jikkostitwixxu attività ekonomika. Suq ikun jeżisti jekk ikun hemm operaturi oħrajn li jkunu jridu jew jistgħu jipprovdu s-servizz ikkonċernat, li huwa l-każ. Pereżempju, l-operatur Astra organizza bosta laqgħat mal-Komunitajiet Awtonomi qabel l-implimentazzjoni tal-estensjoni tal-kopertura fiż-Żona II sabiex ikun jista' jippreżentalhom l-offerta tiegħu. Barra minn hekk, f'Marzu 2008, Astra pparteċipa u rebaħ sejħa għall-offerti teknoloġikament newtrali għall-provvista ta' servizz tat-televiżjoni diġitali fiż-Żona II u fiż-Żona III, liema sejħa għall-offerti kienet ġiet ippubblikata f'Cantabria. Il-fatt li l-impriżi pubbliċi u l-kunsilli tal-ibliet ma jirċievu ebda rimunerazzjoni għas-servizzi pprovduti ma jipprekludix l-attivitajiet ikkonċernati milli jitqiesu bħala attività ekonomika (45). |
|
(98) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argument ta' Spanja li l-operat tan-netwerk terrestri mill-Komunitajiet Awtonomi, mill-impriżi pubbiċi u mill-kunsilli tal-ibliet jaqa' fi ħdan l-eżerċizzju ta' setgħat uffiċjali bħala awtorità pubblika u, għalhekk, jaqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-TFUE. Ġie rikonoxxut li l-attivitajiet marbuta mal-eżerċizzju tal-prerogattivi tal-Istat mill-Istat innifsu jew mill-awtoritajiet li jiffunzjonaw fil-limiti tal-awtorità pubblika tagħhom ma jikkostitwixxu ebda attività ekonomika għall-finijiet tar-regoli tal-kompetizzjoni (46). Tali attivitajiet huma dawk li jifformaw parti mill-funzjonijiet essenzjali tal-Istat jew li huma konnessi ma' dawk il-funzjonijiet min-natura tagħhom, skont l-għan tagħhom u r-regoli li għalihom huma soġġetti. Il-każistika tal-Qrati pprovdiet bosta eżempji ta' attivitajiet li jaqgħu fi ħdan din il-kategorija, biex b'hekk tistabbilixxi linja diviżorja bejn l-attivitajiet purament tal-Istat u l-attivitajiet kummerċjali li tista' tipparteċipa fihom entità tal-Istat. Din il-lista tinkludi attivitajiet relatati mal-armata jew mal-pulizija, il-manutenzjoni u t-titjib tas-sigurtà tan-navigazzjoni fl-ajru; il-kontroll tat-traffiku tal-ajru (47); is-sorveljanza kontra t-tniġġis, li hija kompitu fl-interess pubbliku li jifforma parti mill-funzjonijiet essenzjali tal-Istat fir-rigward tal-ħarsien tal-ambjent f'żoni marittimi (48) u l-attivitajiet ta' standardizzazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp relatati (49). |
|
(99) |
F'dan id-dawl, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li, fil-każ preżenti, l-operat tan-netwerk tax-xandir terrestri ma jaqax fi ħdan l-obbligi jew il-prerogattivi tal-Istat u lanqas ma jista' jitqies bħala attività tipika li tista' titwettaq biss mill-Istat. Is-servizzi li qegħdin jiġu kkunsidrati mhumiex tipikament dawk ta' awtorità pubblika u minnhom infushom huma ekonomiċi fin-natura tagħhom, kif jidher mill-fatt li hemm bosta impriżi li huma attivi fis-suq fiż-Żona I. It-tieni, impriża privata, li ma hija dipendenti fuq ebda awtorità pubblika — jiġifieri Astra (kif muri mill-preżenza tagħha bħala offerent fis-sejħa għall-offerti tal-2008 f'Cantabria) — kienet interessata sabiex tipprovdi dan is-servizz fiż-Żona II. It-tielet, l-introduzzjoni tan-netwerk fiż-Żona II tikkonċerna biss it-trasmissjoni ta' stazzjonijiet privati nazzjonali u reġjonali (50). Bħala riżultat, ġie konkluż li l-operat tan-netwerk terrestri mill-Komunitajiet Awtonomi, mill-impriżi pubbliċi u mill-kunsilli tal-ibliet ma jaqax fi ħdan l-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali bħala awtorità pubblika. |
|
(100) |
L-operaturi tal-pjattaforma tad-DTT huma l-benefiċjarji diretti tal-miżuri kkontestati, billi huma rċevew il-fondi għall-aġġornament u l-estensjoni tan-netwerk tagħhom fiż-Żona II. B'mod simili, huma jibbenifikaw mill-għajnuna kontinwa għat-tħaddim u l-manutenzjoni ta' dawn in-netwerks. Il-Komunitajiet Awtonomi għażlu approċċi differenti sabiex jimplimentaw l-estensjoni tal-kopertura u, għalhekk, ġew identifikati tipi differenti ta' benefiċjarji diretti. |
|
(101) |
L-ewwelnett, uħud mill-Komunitajiet Awtonomi (51) inkarigaw lil impriża pubblika, li xi drabi topera bħala kumpanija tat-telekomunikazzjoni, bil-kompitu tal-estensjoni tal-kopertura. Dawn l-impriżi jew organizzaw sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura u ħallew dan il-kompitu għar-rebbieħ tas-sejħa għall-offerti, jew inkella wettqu l-estensjoni huma stess, wara li kisbu l-ħardwer meħtieġ. |
|
(102) |
Dawn l-impriżi pubbliċi issa jinsabu f'pożizzjoni li joperaw in-netwerk tad-DTT fiż-Żona II grazzi għas-sussidju pubbliku. Huma jistgħu jużaw ukoll l-infrastruttura ġdida sabiex jipprovdu servizzi oħrajn, pereżempju WiMax (standards tal-broadband mingħajr fili li jistgħu jipprovdu servizzi ta' broadband fissi jew mobbli), radju diġitali, televiżjoni mobbli (DVB-H) jew servizzi ta' ko-lokazzjoni għan-netwerk ta' broadband bażiku ta' Telefonica f'żoni rurali u għall-operaturi mobbli. Minħabba dawn l-ekonomiji ta' skala, l-operaturi tan-netwerks DTT għandhom l-opportunità li jżidu d-dħul tagħhom mill-infrastruttura ffinanzjata pubblikament. |
|
(103) |
Il-vantaġġ kwantifikabbli għall-impriżi pubbliċi huwa l-ammont ta' fondi li ġew irċevuti għall-estensjoni tal-kopertura. |
|
(104) |
It-tieni, uħud mill-Komunitajiet Awtonomi (52) nedew huma stess sejħiet għall-offerti fil-livell reġjonali għall-estensjoni tad-DTT. Spanja ssostni li l-maġġoranza vasta tas-sejħiet għall-offerti kienu għall-provvista ta' ħardwer u tagħmir u l-kumpaniji li rebħu tali sejħiet għall-offerti aġixxew bħala fornituri tal-ħardwer. Dan japplika wkoll għal Abertis, Tradia u Retevision. Madankollu, is-sejbiet tal-investigazzjoni iwasslu għall-konklużjoni li għadd sinifikanti ta' sejħiet għall-offerti kienu għall-estensjoni tal-kopertura u mhux biss għall-provvista tat-tagħmir (53). Għaldaqstant, kuntrarju għal dak li ġie sostnut minn Spanja, il-Kummissjoni hija tal-fehma li Abertis u kumpaniji oħrajn ipparteċipaw f'tali sejħiet għall-offerti fil-kwalità tagħhom ta' operaturi tan-netwerks (54). F'dan il-każ, ir-rebbieħa ta' tali sejħiet għall-offerti rċevew vantaġġ kompetittiv fuq operaturi ta' netwerks oħrajn li lanqas biss setgħu jipparteċipaw fil-proċess tal-għażla. Il-vantaġġ tagħhom huwa s-somma tal-fondi rċevuti għall-estensjoni bħala riżultat ta' sejħa għall-offerti teknoloġikament mhux newtrali. |
|
(105) |
It-tielet, uħud mill-Komunitajiet Awtonomi (55) taw fondi lill-kunsilli tal-ibliet għall-estensjoni tal-kopertura tad-DTT. Spanja ssostni li dawn kienu sempliċiment trasferimenti ta' fondi bejn livelli differenti tal-amministrazzjoni u li, permezz tal-estensjoni tan-netwerks tal-kunsilli tal-ibliet, il-kunsilli sempliċiment kellhom iwettqu l-obbligi amministrattivi tagħhom lejn l-abitanti. Madankollu, Spanja tirrikonoxxi li l-korporazzjonijiet lokali aġixxew bħala operaturi tan-netwerks, li ħafna minnhom huma rreġistrati fuq il-lista ta' operaturi tan-netwerks tas-CMT u li effettivament wettqu l-estensjoni tan-netwerk, f'xi każijiet permezz ta' proċedura ta' sejħiet għall-offerti. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, fejn il-korporazzjonijiet lokali jaġixxu bħala operaturi lokali tan-netwerk DTT, huma jkunu l-benefiċjarji diretti tal-għajnuna. Il-vantaġġ tagħhom jinsab fl-ammont irċevut mingħand l-awtoritajiet ċentrali u reġjonali għall-estensjoni tal-kopertura. Dan japplika wkoll jekk l-estensjoni tkun parzjalment iffinanzjata mir-riżorsi proprji ta' korporazzjoni lokali li tikkostitwixxi għajnuna lill-impriża jew għall-attività. |
|
(106) |
B'mod ġenerali, Abertis u Retevision kienu l-benefiċjarji ewlenin tas-sejħiet għall-offerti. B'kollox, mill-informazzjoni li waslet, jidher li huma rċevew madwar […] tal-ammont totali tal-fondi maħsuba għall-estensjoni tal-kopertura: mill-inqas EUR […] miljun bħala riżultat tas-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura tan-netwerk. |
|
(107) |
Barra minn hekk, uħud mill-Komunitajiet Awtonomi taw għajnuna mill-Istat għat-tħaddim u l-manutenzjoni tan-netwerks. Dawn il-kompiti jitwettqu mill-impriżi pubbliċi, mill-kunsilli tal-ibliet jew inkella tinħarġilhom sejħa għall-offerti, pereżempju lill-proprjetarji taċ-ċentri ta' trasmissjoni. L-awtoritajiet ċentrali Spanjoli sostnew li huma ma imponewx l-obbligu tat-tħaddim u l-manutenzjoni tas-siti diġitizzati u li kien f'idejn il-Komunitajiet Awtonomi li jiddeċiedu fuq din il-kwistjoni. Matul l-investigazzjoni, diversi Komunitajiet Awtonomi ssottomettew figuri li jindikaw li huma fil-fatt iffinanzjaw it-tħaddim u l-manutenzjoni taċ-ċentri ta' trasmissjoni fiż-Żona II, b'mod partikolari mill-2009 'il quddiem, wara l-iskadenza tal-perjodu inizjali ta' sentejn tat-tħaddim u l-manutenzjoni msemmi fil-kuntratti li saru mal-offerenti rebbieħa. Din titqies bħala għajnuna kontinwa u l-impriżi inkarigati mit-tħaddim u l-manutenzjoni tan-netwerk terrestri diġitizzat fiż-Żona II huma l-benefiċjarji diretti. |
|
(108) |
Fl-aħħarnett, f'termini aktar ġenerali, Abertis jibbenifika wkoll mill-esklużjoni ta' operatur ta' pjattaforma oħra milli jidħol fis-suq tat-trasmissjoni ta' sinjali tat-televiżjoni “free-to-air” fi Spanja (56). |
|
(109) |
Operaturi tan-netwerks. L-operaturi tan-netwerks li pparteċipaw fis-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura organizzati mill-impriżi pubbliċi taħt ix-xenarju tal-ewwel każ deskritt fil-paragrafu (101) huma benefiċjarji indiretti tal-għajnuna. L-impriżi pubbliċi ma wettqux l-estensjoni huma stess u ma żammewx il-fondi maħsuba għall-estensjoni tal-kopertura; minflok, huma qassmuhom lill-operaturi tan-netwerks permezz ta' sejħiet għall-offerti għall-estensjoni. Dawn is-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni kienu mmirati biss għall-operaturi ta' netwerks terrestri. Għaldaqstant, dawn tal-aħħar ibbenifikaw mill-esklużjoni tal-operaturi tas-satelliti. Barra minn hekk, minħabba n-numru żgħir ta' operaturi fis-suq, l-operaturi ta' netwerks terrestri ffaċċjaw biss restrizzjoni kompetittiva limitata. Kif ġie rrimarkat għall-benefiċjarji diretti aktar 'il fuq, huma jibbenifikaw ukoll jekk jużaw l-infrastruttura ġdida għall-provvista ta' servizzi oħrajn (bħal WiMax, radju diġitali, TV mobbli, eċċ.). Il-vantaġġ li ħadu dawn l-operaturi tan-netwerks jammonta għas-somma tal-fondi rċevuti wara sejħa għall-offerti għal estensjoni (57). |
|
(110) |
Fornituri tal-ħardwer. Kuntrarju għall-operaturi tan-netwerks, il-fornituri tal-ħardwer ma jitqisux bħala benefiċjarji indiretti billi huma ma rċevew ebda vantaġġ selettiv. Bħal fil-każ tad-decoders diġitali fl-Italja (58), ma kienx possibbli li ssir distinzjoni bejn il-kategoriji differenti tal-produtturi ta' diversi tipi ta' infrastruttura diġitali, minħabba li l-produtturi għandhom ikunu jistgħu jipproduċu kwalunkwe tip ta' tagħmir. Il-kumpaniji li jirbħu s-sejħiet għall-offerti mhumiex differenti mill-grupp ta' impriżi li kienu jipparteċipaw fis-sejħiet għall-offerti li kieku l-iskema kienet teknoloġikament newtrali fir-rigward tal-operaturi tal-pjattaforma (59). Fi Spanja, il-kumpaniji li jintegraw, jinstallaw u jfornu l-ħardwer meħtieġ għall-estensjoni tad-DTT ġeneralment joffru wkoll servizzi oħrajn. Dawn il-manifatturi tat-tagħmir, kif ukoll l-operaturi tat-telekomunikazzjoni, jistgħu joffru wkoll soluzzjonijiet terrestri jew satellitarji jew saħansitra kombinazzjoni tat-tnejn (60). |
|
(111) |
Il-miżura kkonċernata mhijiex intiża, permezz tal-oġġett jew l-istruttura ġenerali tagħha, sabiex toħloq vantaġġ għall-manifatturi. Intant, kwalunkwe politika pubblika favur id-diġitizzazzjoni (anki l-aktar waħda teknoloġikament newtrali) għandha tiffavorixxi lill-produtturi ta' tagħmir diġitali. Fil-każ tal-manifatturi tat-tagħmir, il-fatt li huma bbenifikaw minn żieda fil-bejgħ minħabba l-miżura jista' għalhekk jitqies bħala effett sekondarju mekkaniku. Bħala materja ta' prinċipju, kwalunkwe għajnuna mill-Istat għandha effett ta' “trickle-down” fuq il-fornituri għar-riċevituri tal-għajnuna mill-Istat. Madankollu, dan mhux bilfors joħloq vantaġġ selettiv għal dawn il-fornituri. Il-fornituri tal-ħardwer ma kinux fil-mira tal-għajnuna u għalhekk ma bbenifikawx mill-effett indirett maħsub. Barra minn hekk, minħabba li ntgħażlu abbażi ta' proċeduri ta' sejħiet għall-offerti trasparenti, li kienu miftuħa għall-fornituri kollha tat-tagħmir, inklużi dawk minn Stati Membri oħrajn, huma ma jistgħux ikunu mistennija li bbenifikaw minn profitti anormali. |
|
(112) |
Xandara. Spanja wriet b'mod suffiċjenti li x-xandara terrestri ma rċevew ebda vantaġġ wara l-estensjoni tal-kopertura. B'kuntrast għaż-Żona I, ix-xandara rrifjutaw li jħallsu għad-diġitizzazzjoni fiż-Żona II billi din ma kellha tiġġenera ebda introjtu addizzjonali għalihom. Fil-fatt, fid-dawl tal-popolazzjoni limitata kkonċernata, li ma tidhirx li hija l-mira kummerċjali ta' dawk li qegħdin jirreklamaw, wara l-estensjoni għaż-Żona II, ix-xandara ma setgħux jgħollu l-miżati tar-reklamar b'mod sinifikanti. Għaldaqstant, ix-xandara terrestri mhumiex benefiċjarji indiretti tal-miżura li qiegħda tiġi investigata. |
5.2.1.3. Is-selettività
|
(113) |
Il-vantaġġ ipprovdut mill-miżura, inkluża l-għajnuna kontinwa, lill-operaturi tan-netwerks huwa wieħed selettiv, minħabba li japplika biss għas-settur tax-xandir. F'dak is-settur, huwa jikkonċerna biss lil dawk l-impriżi li huma attivi fis-suq tal-pjattaforma terrestri. Il-qafas leġiżlattiv jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-eliġibbiltà li jistgħu jiġu ssodisfati biss permezz tat-teknoloġija terrestri. Barra minn hekk, kienu biss l-impriżi fis-suq tal-pjattaforma terrestri li rċevew l-għajnuna kontinwa għat-tħaddim u l-manutenzjoni tan-netwerk. Għaldaqstant, l-operaturi tan-netwerks li joperaw pjattaformi oħrajn, bħas-satellita, il-kejbil u l-IPTV, huma esklużi mill-miżura. |
5.2.2. Mandat ta' servizz pubbliku
|
(114) |
Minħabba l-organizzazzjoni amministrattiva tal-pajjiż u d-diviżjoni tal-kompetenzi bejn l-awtoritajiet ċentrali u reġjonali, skont Spanja, hija r-responsabbiltà tar-reġjuni li jaffermaw in-nuqqas ta' għajnuna mill-Istat skont il-każistika ta' Altmark. Bħala l-aqwa u l-uniku eżempju ta' dan, l-awtoritajiet Spanjoli ppreżentaw il-każ tal-pajjiż Bask. Ma kien hemm ebda Komunità Awtonoma oħra li pprovdiet raġuni li tappoġġja l-affermazzjoni li l-operat tan-netwerk terrestri huwa servizz pubbliku. |
|
(115) |
Fil-Pajjiż Bask, kumpanija pubblika tal-Gvern Bask — Itelazpi S.A. (“Itelazpi”) tipprovdi servizzi ta' trasport u kopertura tax-xandir għar-radju u t-televiżjoni. Għal dan l-għan, hija topera madwar 200 ċentru tax-xandir, li l-biċċa l-kbira tagħhom jappartjenu lill-gvern Bask. Sabiex testendi l-kopertura, Itelazpi ġiet inkarigata bl-inkarigu li torganizza għaxar sejħiet għall-offerti fil-livell reġjonali għall-provvista tat-tagħmir meħtieġ għad-diġitizzazzjoni tal-infrastruttura terrestri. |
|
(116) |
Skont il-Pajjiż Bask, l-Istati Membri għandhom diskrezzjoni sinifikanti sabiex jiddefinixxu SGEI. Id-definizzjoni tista' tiġi kkontestata mill-Kummissjoni biss fil-każ ta' żball ovvju; dan il-marġini ta' diskrezzjoni huwa saħansitra usa' fil-każ tas-servizz tax-xandir pubbliku (61). Abbażi ta' dan, il-Pajjiż Bask sostna li l-operat tan-netwerks tax-xandir jista' jitqies bħala SGEI. Huwa ma għandux ikun fuq bażi awtonoma iżda pjuttost għandu jitqies bħala “servizz essenzjali” inerenti għas-servizz tax-xandir pubbliku li joriġina minn diversi dispożizzjonijiet tal-liġi u l-każistika Spanjola (62). |
|
(117) |
Skont l-awtoritajiet Baski, il-finanzjament mogħti lil Itelazpi fil-fatt kien kumpens għall-provvista tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali li jissodisfaw il-kriterji ta' Altmark. |
|
(118) |
Fis-sentenza tagħha ta' Altmark, il-Qorti qalet li l-kumpens għall-provvista ta' servizz pubbliku ma jikkostitwixxi ebda vantaġġ ekonomiku skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat tal-KE jekk jiġu ssodisfati l-erba' kondizzjonijiet kollha li ġejjin: 1. l-impriża benefiċjarja kienet effettivament inkarigata sabiex twettaq kompiti ta' servizz pubbliku u tali kompiti u obbligi relatati għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar; 2. il-parametri tal-kumpens għandhom jiġu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti; 3. il-kumpens ma għandux jaqbeż l-ispejjeż imġarrba fit-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku; 4. sabiex jiġu żgurati l-inqas spejjeż għall-komunità, il-kumpanija li għandha twettaq l-obbligi ta' servizz pubbliku tintgħażel jew permezz ta' akkwist pubbliku, jew inkella l-ispejjeż imġarrba għall-provvista tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-ispejjeż ta' impriża tipika mmexxija sewwa. |
|
(119) |
Il-liġi Spanjola ma tiddikjarax l-operat ta' netwerk terrestri bħala servizz pubbliku. Il-Liġi dwar it-Telekomunikazzjoni tal-1998 (63) tgħid li s-servizzi tat-telekomunikazzjoni, inkluż l-operat tan-netwerks li jappoġġjaw ir-radju u t-televiżjoni, huma servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, iżda ma għandhomx l-istatus ta' servizzi pubbliċi, li huma riservati biss għal numru limitat ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni (64). Il-Liġi dwar it-Telekomunikazzjoni fis-seħħ bħalissa (65) iżżomm l-istess kwalifika. Is-servizzi ta' trasmissjoni għax-xandir tat-televiżjoni, jiġifieri t-trasportazzjoni tas-sinjali permezz tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni, huma meqjusa bħala servizzi ta' telekomunikazzjoni u, bħala tali, huma servizzi ta' interess ġenerali iżda mhux servizzi pubbliċi (66). |
|
(120) |
Fi kwalunkwe każ, id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar it-Telekomunikazzjoni huma teknoloġikament newtrali. L-Artikolu 1 tal-Liġi jiddefinixxi t-telekomunikazzjoni bħala esplojtazzjoni tan-netwerks u l-provvista ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u l-faċilitajiet assoċjati. It-telekomunikazzjoni hija t-trasmissjoni ta' sinjali permezz ta' kwalunkwe netwerk ta' telekomunikazzjoni iżda, b'mod partikolari, mhux permezz tan-netwerk terrestri (67). Barra minn hekk, l-Artikolu 3 tal-Liġi jispeċifika, bħala wieħed mill-objettivi tiegħu, il-ħtieġa li tiġi inkoraġġita, kemm jista' jkun possibbli, in-newtralità teknoloġika fir-regolamentazzjoni. |
|
(121) |
Għalkemm il-liġi fis-seħħ u applikabbli fiż-żmien tat-trasferiment tal-fondi lil Itelazpi ddefinixxiet ix-xandir pubbliku bħala servizz pubbliku, skont il-Kummissjoni, mhuwiex possibbli li din id-definizzjoni tiġi estiża għall-operat ta' pjattaforma ta' appoġġ partikolari. Barra minn hekk, fejn jeżistu bosta pjattaformi ta' trasmissjoni, pjattaforma waħda partikolari ma tistax titqies bħala “essenzjali” għat-trasmissjoni tas-sinjali tax-xandir. Għaldaqstant, kienet tikkostitwixxi żball ovvju li kieku l-leġiżlazzjoni Spanjola ddikjarat l-użu ta' pjattaforma partikolari għat-trasmissjoni tas-sinjali tax-xandir bħala servizz pubbliku. |
|
(122) |
Għaldaqstant, ġie konkluż li, skont il-liġi Spanjola, l-operat ta' netwerks terrestri ma għandux l-istatus ta' servizz pubbliku. |
|
(123) |
L-awtoritajiet Baski jsostnu li l-assenjazzjoni tal-provvista ta' dan is-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali lil Itelazpi hija espliċitament inkluża fil-Konvenzjonijiet li ġew konklużi bejn il-Gvern Bask, EUDEL (l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Ibliet Baski) u t-tliet Kunsilli Reġjonali Baski. |
|
(124) |
Fil-Konvenzjonijiet, l-amministrazzjoni Baska tirrikonoxxi li valuri bħall-aċċess universali għall-informazzjoni u l-pluralità tal-informazzjoni jeħtieġu l-universalizzazzjoni tat-televiżjoni mingħajr ħlas u timpenja ruħha li tissalvagwardja dawn il-valuri billi testendi l-kopertura tal-multiplexes tal-Istat (68). Madankollu, fil-Konvenzjonijiet ma hemm ebda dispożizzjoni li fil-fatt tissuġġerixxi li l-operat ta' netwerk terrestri jitqies bħala servizz pubbliku. Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kliem tal-Konvenzjonijiet mhuwiex biżżejjed sabiex jistabbilixxi b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-missjoni tas-servizz pubbliku u, abbażi ta' dan, ma jistax jiġi sostnut li t-trasmissjoni permezz tan-netwerks terrestri hija servizz pubbliku. |
|
(125) |
B'riżultat ta' dan, ma ġiex stabbilit li l-ewwel kondizzjoni ta' Altmark ġiet issodisfata. |
|
(126) |
Il-kriterji stabbiliti fis-sentenza ta' Altmark huma kumulattivi, jiġifieri huma għandhom jiġu ssodisfati kollha sabiex il-miżura ma titqiesx bħala għajnuna mill-Istat. F'każ li l-ewwel kriterju ma jiġix issodisfat, il-finanzjament mogħti lil Itelazpi mill-awtoritajiet tal-Pajjiż Bask ma jikkwalifikax bħala kumpens għall-provvista ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali. |
|
(127) |
Fin-nuqqas ta' sejħa għall-offerti, ir-raba' kondizzjoni ta' Altmark tesiġi li l-livell ta' kumpens meħtieġ għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika, immexxija tajjeb u mgħammra b'mezzi ta' trasport adegwati sabiex tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti neċessarji tas-servizz pubbliku, kien ikollha ssostni sabiex twettaq dawk l-obbligi. Għal dan l-għan, għandu jittieħed kont tad-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi. |
|
(128) |
Billi ma kien hemm ebda sejħa għall-offerti, l-awtoritajiet Baski jsostnu li l-kriterju ġie ssodisfat minħabba l-fatt li Itelazpi nnifisha hija kumpanija mmexxija tajjeb u mgħammra b'mod adegwat sabiex tkun tista' twettaq l-attivitajiet mitluba. Abbażi ta' tqabbil tal-ispejjeż, l-awtoritajiet Baski jikkonkludu li l-provvista tas-satellita kienet tkun aktar għalja mill-aġġornament tan-netwerk terrestri ta' Itelazpi (69). Madankollu, bil-għan li jiġi ssodisfat ir-raba' kriterju ta' Altmark, mhuwiex biżżejjed li n-netwerk terrestri ta' Itelazpi jitqabbel mat-teknoloġija tas-satellita sabiex jiġi stabbilit li huwa aktar effikaċi. Dan għaliex seta' jkun hemm ukoll operaturi ta' netwerks terrestri oħrajn li jwettqu u jipprovdu dan is-servizz b'inqas spejjeż. Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li fil-każ tal-Pajjiż Bask ukoll, ir-raba' kondizzjoni ta' Altmark ma ġietx issodisfata. Minħabba li dawn il-kondizzjonijiet huma kumulattivi, il-finanzjament mogħti lil Itelazpi mill-awtoritajiet tal-Pajjiż Bask ma jistax jitqies bħala li ma jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat minħabba li jissodisfa l-kondizzjonijiet sabiex jitqies bħala kumpens għall-provvista ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali. |
5.2.2.1. Distorsjoni tal-kompetizzjoni
|
(129) |
Spanja u Abertis isostnu li d-DTT u t-teknoloġija tas-satellita huma żewġ swieq differenti. Id-DTT hija l-pjattaforma ewlenija għat-televiżjoni terrestri mingħajr ħlas, fejn in-numru ta' operaturi fis-suq nazzjonali huwa ddeterminat min-numru ta' liċenzji mogħtija mill-gvern Spanjol. Il-finanzjament għall-istazzjonijiet tat-televiżjoni terrestri mingħajr ħlas ġej mir-reklamar. Fir-rigward tat-televiżjoni bis-satellita, numru kbir ta' stazzjonijiet huma disponibbli fuq l-unika pjattaforma tat-televiżjoni bi ħlas fi Spanja, li għaliha Astra huwa l-operatur tan-netwerk. Dawn l-istazzjonijiet huma ffinanzjati bl-abbonamenti, ġeneralment għal pakkett ta' stazzjonijiet. L-awtoritajiet Spanjoli jirrimarkaw ukoll li fi Spanja l-ispiża tad-distribuzzjoni bis-satellita għax-xandara hija ferm ogħla mill-ispiża tax-xandir terrestri u, għalhekk, ix-xandara “free-to-air”, inklużi x-xandara lokali u reġjonali, mhumiex interessati li jaqilbu għal din il-pjattaforma. |
|
(130) |
Għal bosta raġunijiet, ġie konkluż li l-pjattaformi terrestri u tas-satellita joperaw fl-istess suq. |
|
(131) |
L-ewwelnett, fl-2008, l-operatur Astra kkompeta għall-estensjoni tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali f'Cantabria u rebaħ is-sejħa għall-offerti. Fl-2008, Astra kellu serje ta' laqgħat mal-Komunitajiet Awtonomi sabiex jippreżenta l-offerta tiegħu li jxandar stazzjonijiet permezz tat-televiżjoni diġitali, li sa dak iż-żmien kienu jixxandru permezz ta' pjattaforma terrestri. Anki jekk aktar tard il-kuntratt ma' Cantabria ġie tterminat mill-awtoritajiet, l-interess tal-operatur tas-satellita li jipprovdi servizzi f'kompetizzjoni mal-pjattaforma terrestri jissuġġerixxi li hemm possibbiltà għall-operaturi tas-satellita sabiex jipprovdu servizzi simili. |
|
(132) |
It-tieni, l-operatur tas-satellita Hispasat (sussidjarju ta' Abertis) jipprovdi servizzi f'xi partijiet taż-Żona II (70) u l-pjattaforma tas-satellita tintuża esklussivament fiż-Żona III. Stati Membri oħrajn jużaw ukoll is-servizzi tas-satellita sabiex ikopru żoni aktar remoti tal-pajjiżi tagħhom bi stazzjonijiet mingħajr ħlas (71). |
|
(133) |
It-tielet, bosta stazzjonijiet pubbliċi u privati distribwiti permezz tal-pjattaforma terrestri jixxandru wkoll permezz ta' pjattaformi tas-satellita, inkluża dik ta' Astra stess (72). |
|
(134) |
Ir-raba', f'dak li għandu x'jaqsam mal-istazzjonijiet reġjonali, uħud minnhom huma disponibbli jew kienu disponibbli fil-passat riċenti permezz tal-pjattaforma tas-satellita. Dan jikkontradixxi d-dikjarazzjoni li x-xandara reġjonali mhumiex interessati fis-satellita. |
|
(135) |
Il-ħames, il-Kummissjoni tieħu nota wkoll tal-argument ta' Astra rigward il-kapaċità tas-satellita li tittrasmetti 1 380 stazzjon u li tiddelimitahom ġeografikament. L-operatur Astra jsostni li ma hemm ebda limitazzjoni għas-satellita sabiex ixxandar dan in-numru ta' stazzjonijiet. Barra minn hekk, il-figura ta' 1 380 stazzjon reġjonali tidher li hija kemmxejn esaġerata. Filwaqt li dan huwa n-numru massimu ta' frekwenzi disponibbli fi Spanja kollha għall-istazzjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali, in-numru ta' liċenzji mogħtija kien fil-fatt ferm inqas (ara n-nota 13 f'qiegħ il-paġna). Barra minn hekk, mhux ix-xandara kollha li rċevew liċenzja tabilħaqq ixandru fuq il-frekwenzi assenjati. |
|
(136) |
Is-sitt, kien hemm xi xandara li ddikjaraw il-preferenza tagħhom għat-trasmissjoni terrestri minħabba li kisbu drittijiet sabiex ixandru l-kontenut għall-pjattaforma terrestri biss. Madankollu, dan ma jfissirx li hemm swieq differenti għat-trasmissjoni terrestri u tas-satellita. Hekk kif kisbu d-drittijiet sabiex ixandru l-kontenut tagħhom permezz tal-pjattaforma terrestri, jekk ikun hemm bżonn, ix-xandara jistgħu jagħmlu l-istess għas-satellita. Barra minn hekk, jekk pjattaforma tas-satellita tintgħażel fuq il-bażi ta' sejħa pubblika għall-offerti, bħal fil-każ taż-Żona III, jista' jiġi impost “obbligu ta' trasmissjoni” fuq ix-xandara. |
|
(137) |
Fl-aħħarnett, skont id-dejta minn Mejju 2010 (73), il-kopertura tad-DTT fi Spanja tilħaq 98.85 % tal-popolazzjoni, filwaqt li 93.5 % biss tal-familji jaraw it-televiżjoni permezz tal-pjattaforma terrestri. B'hekk, 5 % tal-familji għandhom aċċess għad-DTT iżda jagħżlu li ma jużawhiex, billi l-maġġoranza tagħhom huma abbonati għat-televiżjoni bi ħlas permezz tas-satellita. |
|
(138) |
Fil-qosor, billi l-pjattaformi tax-xandir terrestri u bis-satellita huma f'kompetizzjoni ma' xulxin, il-miżura għat-tnedija, it-tħaddim u l-manutenzjoni tad-DTT fiż-Żona II tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn iż-żewġ pjattaformi. Ta' min jinnota li pjattaformi oħrajn, b'mod partikolari l-IPTV, huma wkoll żvantaġġjati minħabba din il-miżura. Għalkemm is-servizz tal-broadband għadu ma wasalx fiż-Żona II kollha, huwa probabbli ħafna li fil-ġejjieni dan is-servizz jestendi l-kopertura tiegħu b'mod sinifikanti. |
5.2.2.2. Effett fuq il-kummerċ
|
(139) |
Il-miżura għandha impatt fuq il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni. Skont il-każistika tal-Qrati Ewropej, meta “l-għajnuna finanzjarja mill-Istat jew l-għajnuna mir-riżorsi tal-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża kif imqabbla mal-impriżi li jikkompetu fil-kummerċ fi ħdan il-Komunità, tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala affettwati minn dik l-għajnuna” (74). |
|
(140) |
L-operaturi tan-netwerks huma attivi f'settur fejn jeżisti kummerċ bejn l-Istati Membri. Abertis jifforma parti minn grupp internazzjonali ta' kumpaniji, l-istess bħall-kwerelant, jiġifieri Astra. Għaldaqstant, il-miżura għat-tnedija, it-tħaddim u l-manutenzjoni tad-DTT fiż-Żona II taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
5.2.3. Konklużjonijiet dwar il-preżenza tal-għajnuna
|
(141) |
Fid-dawl tal-argumenti mressqa fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-miżura għandha titqies bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 (1) tat-TFUE. |
5.3. VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ
5.3.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
|
(142) |
Il-Kummissjoni tappoġġja b'mod attiv it-tranżizzjoni mix-xandir analogu għax-xandir diġitali. Il-vantaġġi tal-bidla diġitali ġew enfasizzati fil-Pjan ta' Azzjoni eEwropa 2005 u fiż-żewġ Komunikazzjonijiet dwar il-bidla diġitali (75). Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll li l-bidla diġitali tista' tiffaċċja dewmien jekk titħalla kompletament għall-forzi tas-suq. |
|
(143) |
L-Istati Membri jistgħu jużaw l-għajnuna sabiex jegħlbu nuqqas speċifiku tas-suq jew sabiex jassiguraw il-koeżjoni soċjali jew reġjonali (76). Madankollu, f'kull każ speċifiku għandu jintwera li l-għajnuna kkonċernata hija mezz addattat għall-indirizzar tal-problema, hija limitata għall-minimu meħtieġ u ma tfixkilx il-kompetizzjoni bla bżonn. B'mod simili, il-Komunikazzjoni dwar il-Bidla Diġitali tistabbilixxi li fiż-żona speċifika tad-diġitizzazzjoni, l-intervent pubbliku huwa ġustifikat taħt żewġ kondizzjonijiet: l-ewwelnett, meta l-interessi ġenerali jkunu f'riskju u, it-tieni, f'każ ta' falliment tas-suq, jiġifieri meta l-forzi tas-suq weħidhom ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fir-rigward tal-interess pubbliku kollettiv. Hija tispeċifika wkoll li fi kwalunkwe każ, l-intervent pubbliku għandu jiġi appoġġjat minn analiżi tas-suq magħmula bir-reqqa. |
|
(144) |
Il-Komunikazzjoni dwar il-Bidla Diġitali tindika wkoll li t-tranżizzjoni għax-xandir diġitali tirrappreżenta sfida industrijali kbira li għandha titmexxa mis-suq. Fil-prinċipju, kull netwerk għandu jikkompeti permezz tar-riżorsi tiegħu stess. Sabiex dan il-prinċipju jiġi ssalvagwardjat, kwalunkwe intervent pubbliku għandu jimmira li jkun teknoloġikament newtrali. L-eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju jistgħu jkunu previsti biss jekk l-intervent iservi bħala rimedju għal nuqqas speċifiku tas-suq jew sabiex jelimina żbilanċ u fl-istess ħin huwa xieraq, meħtieġ u proporzjonat sabiex jegħleb dawn id-diffikultajiet. |
|
(145) |
Jekk il-kwistjoni titħalla f'idejn is-suq, fid-dawl tas-sitwazzjoni soċjali żvantaġġjata tagħhom, hemm riskju li mhux il-partijiet kollha tal-popolazzjoni jkunu jistgħu jibbenifikaw mill-vantaġġi tat-televiżjoni diġitali. Fir-rigward ta' din il-problema ta' koeżjoni soċjali, l-Istati Membri jistgħu jkunu jridu jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għat-televiżjoni diġitali ladarba ssir id-diżattivazzjoni tat-televiżjoni analogu. Billi l-bidla diġitali ġġib magħha ċerti spejjeż għall-konsumaturi u teħtieġ bidla fid-drawwiet tal-konsumaturi, l-Istati Membri jkunu jridu jagħtu l-għajnuna, b'mod partikolari, lill-gruppi żvantaġġjati tas-soċjetà, bħal nies anzjani, familji bi dħul baxx jew persuni li jgħixu f'reġjuni periferali. |
|
(146) |
F'bosta deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat, li kienu bbażati fuq il-Komunikazzjonijiet dwar il-bidla diġitali, il-Kummissjoni applikat ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat f'dan is-settur (77). L-Istati Membri għandhom bosta possibbiltajiet biex jagħtu finanzjament pubbliku għall-bidla bil-għan li jiżguraw li ż-żoni ġeografiċi kollha jkomplu jgawdu minn kopertura tat-televiżjoni xierqa. Dan jinkludi finanzjament għat-tnedija ta' netwerk ta' trasmissjoni f'żoni fejn altrimenti jkun hemm kopertura tat-televiżjoni insuffiċjenti (78). Madankollu, tali finanzjament jista' jingħata biss jekk ma jikkawża ebda distorsjoni bla bżonn bejn it-teknoloġiji jew il-kumpaniji u jekk ikun limitat għall-minimu meħtieġ. |
5.3.2. Il-bażijiet legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura prevista
|
(147) |
L-awtoritajiet Spanjoli invokaw l-Artikoli 107(3)(c) u 106(2) tat-TFUE sabiex jiġġustifikaw il-miżura jekk tinstab li din tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Fil-paragrafi li ġejjin, il-Kummissjoni sejra tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżura fid-dawl ta' dawn id-dispożizzjonijiet, billi tieħu kont tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali li ġew deskritti aktar 'il fuq. |
5.3.3. L-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE
|
(148) |
Sabiex l-għajnuna tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107 (3)(c), il-Kummissjoni tibbilanċja l-effetti pożittivi u negattivi tal-għajnuna. Fl-applikazzjoni tat-test tal-ibbilanċjar, il-Kummissjoni tevalwa l-mistoqsijiet li ġejjin:
|
5.3.3.1. Objettiv ta' interess komuni
|
(149) |
L-iskema ta' għajnuna hija intiża biex tħaffef il-proċess tal-bidla diġitali fi Spanja u tiżgura l-kontinwità tar-reċezzjoni tat-televiżjoni fid-djar tar-residenti ta' ċerti żoni remoti u rurali. F'dan ir-rigward, il-miżura għandha l-għan li tagħti ċ-ċans lil dawk in-nies li jgħixu f'dawk iż-żoni jaraw it-televiżjoni. L-aċċess għall-mezzi tax-xandir, inkluża t-trasmissjoni tat-televiżjoni, huwa importanti għaċ-ċittadini sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt kostituzzjonali tagħhom tal-aċċess għall-informazzjoni. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-importanza u l-benefiċċji tat-trasmissjoni diġitali fil-Pjan ta' Azzjoni eEwropa 2005 (79), kif ukoll fiż-żewġ Komunikazzjonijiet tagħha dwar it-tranżizzjoni mix-xandir analogu għax-xandir diġitali (80). Fil-Komunikazzjoni tagħha i2010 — Soċjetà tal-Informazzjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi (81), il-Kummissjoni rrimarkat li l-bidla tat-televiżjoni analogu terrestri ppjanata għall-2012 għandha ttejjeb l-aċċess għall-ispettru fl-Ewropa. Billi x-xandir diġitali juża l-ispettru b'mod aktar effikaċi, dan jillibera l-kapaċità tal-ispettru għal utenti oħrajn, bħal servizzi ġodda tax-xandir u tat-telefonija mobbli, li għandhom jistimolaw l-innovazzjoni u t-tkabbir fl-industriji tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni elettronika. |
|
(150) |
Għaldaqstant, ġie konkluż li l-miżura hija mmirata lejn objettiv definit sewwa ta' interess komuni. |
5.3.3.2. Għajnuna definita sewwa
|
(151) |
Kif intqal mill-awtoritajiet Spanjoli, huwa rikonoxxut b'mod ġenerali li hemm riskju li mhux is-setturi kollha tal-popolazzjoni jistgħu jibbenifikaw mill-vantaġġi tat-televiżjoni diġitali (problema ta' koeżjoni soċjali u reġjonali). Jista' jkun hemm falliment tas-suq jekk il-parteċipanti tas-suq ma jagħtux biżżejjed kas tal-effetti pożittivi tal-bidla diġitali fuq is-soċjetà b'mod ġenerali minħabba li ma jkollhomx l-inċentivi ekonomiċi biex jagħmlu dan (esternalitajiet pożittivi). Barra minn hekk, fir-rigward tal-koeżjoni soċjali, l-Istati Membri jridu jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għat-televiżjoni diġitali ladarba ssir id-diżattivazzjoni tat-televiżjoni analogu u għalhekk jistgħu jikkunsidraw ukoll miżuri li jiżguraw li ż-żoni ġeografiċi kollha jkomplu jgawdu minn kopertura tat-televiżjoni xierqa. |
|
(152) |
Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li jeżisti falliment tas-suq minħabba li x-xandara mhumiex lesti li jġorru l-ispejjeż addizzjonali tal-estensjoni tal-kopertura 'lil hinn mill-obbligi statutorji tagħhom. Barra minn hekk, la l-pjattaformi tas-satellita u lanqas id-djar privati ma għamlu investimenti li jiżguraw ir-reċezzjoni ta' stazzjonijiet diġitali permezz tas-satellita mill-abitanti kollha taż-Żona II. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li n-nies li r-residenza solita tagħhom tinsab f'żona rurali jistgħu jkunu esklużi totalment mir-reċezzjoni tas-sinjali tat-televiżjoni diġitali mingħajr ħlas jekk il-kopertura diġitali titħalla kompletament f'idejn il-forzi tas-suq. Minbarra dan, hija tirrikonoxxi wkoll li l-intervent pubbliku jista' jkun ta' benefiċċju permezz tal-għajnuna finanzjarja li tingħata lill-individwi. |
|
(153) |
Fil-każijiet li jirrigwardjaw il-bidla diġitali, il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika huwa minqux sewwa f'bosta deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (82). Dan il-prinċipju ġie approvat mill-Qorti Ġenerali u mill-Qorti tal-Ġustizzja (83). |
|
(154) |
L-għażla tat-teknoloġija normalment għandha tiġi stabbilita permezz ta' sejħa għall-offerti li tkun teknoloġikament newtrali, kif ġara fi Stati Membri oħrajn (84). Fin-nuqqas ta' sejħa għall-offerti bħal din, l-għażla ta' teknoloġija partikolari tista' tiġi aċċettata jekk tkun ġiet iġġustifikata mis-sejbiet ta' studju ex-ante li juru li, f'termini ta' kwalità u spiża, setgħet tintgħażel biss soluzzjoni teknoloġika waħda (85). L-oneru tal-prova jaqa' fuq l-Istat Membru, li jrid juri li tali studju huwa robust biżżejjed u twettaq bl-aktar mod indipendenti (86). |
|
(155) |
Kif ġie rrimarkat fit-taqsima 2.2., il-maġġoranza vasta tas-sejħiet għall-offerti ma kinux teknoloġikament newtrali, minħabba li jirreferu, espliċitament permezz tad-definizzjoni tal-oġġett tas-sejħa għall-offerti jew impliċitament fid-deskrizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, għat-teknoloġija terrestri u għad-DTT. Huma biss l-operaturi tad-DTT li jistgħu jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti (u huma biss dawn l-operaturi li fil-fatt ipparteċipaw f'dawn is-sejħiet għall-offerti). Spanja ssostni li r-referenzi fis-sejħa għall-offerti għad-DTT, jew l-ispeċifikazzjonijiet li jirreferu għat-tagħmir tad-DTT u ċ-ċentri ta' trasmissjoni, ma jfissrux li l-użu ta' tali ċentri kien obbligatorju għall-offerenti. Dawn ir-referenzi ma jistgħux jiġu interpretati b'mod raġonevoli kif indikat minn Spanja. Fi kwalunkwe każ, anki jekk din kienet l-interpretazzjoni korretta, tali argument formali jinjora r-realtà kummerċjali. Il-parteċipazzjoni fis-sejħiet għall-offerti tirrekjedi ħafna riżorsi u għalhekk tiġi tiswa l-flus għal kwalunkwe offerent. Il-qasma tal-intervent fiż-Żona II f'bosta mijiet ta' sejħiet għall-offerti individwali mmultiplikat l-ispejjeż, li jammontaw għal ostakolu sinifikanti għad-dħul għal kwalunkwe offerent li jkun jixtieq ikopri ż-Żona II kollha. Il-kombinazzjoni tal-interventi mill-gvern ċentrali favur it-teknoloġija tad-DTT, kif spjegat fil-paragrafi 88 u 89, ir-referenzi speċifiċi tas-sejħiet għall-offerti għad-DTT u l-ħtieġa tal-parteċipazzjoni f'mijiet ta' proċeduri differenti ta' sejħiet għall-offerti bagħtu sinjal qawwi lil operaturi ta' pjattaformi oħrajn li l-parteċipazzjoni f'sejħiet għall-offerti bħal dawn mhijiex kummerċjalment ġustifikata. Għaldaqstant, ġie konkluż li, fil-maġġoranza vasta tal-każijiet, dawn ir-referenzi għamluha impossibbli għall-operaturi ta' pjattaformi oħrajn li jikkompetu (87). |
|
(156) |
L-istudju ex-ante pprovdut mill-awtoritajiet Spanjoli, kif diskuss fil-paragrafu (52), ma jurix biżżejjed is-superjorità tal-pjattaforma terrestri fuq is-satellita. Għall-kuntrarju, l-istudju jikkonkludi li l-għażla ta' soluzzjoni teknoloġika partikolari għall-estensjoni tal-kopertura għandha tiġi analizzata fuq bażi ta' reġjun b'reġjun, billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi topografiċi u demografiċi partikolari ta' kull reġjun. Minflok, din il-konklużjoni titkellem favur il-ħtieġa li titwettaq sejħa għall-offerti teknoloġikament newtrali sabiex jiġi stabbilit liema pjattaforma hija l-aktar waħda addattata. |
|
(157) |
Matul l-investigazzjoni, uħud mill-Komunitajiet Awtonomi ppreżentaw kalkoli interni li jqabblu l-ispejjeż tal-użu taż-żewġ teknoloġiji għall-estensjoni tal-kopertura. Madankollu, minbarra l-inċertezza dwar id-data ta' dawn il-kalkoli, l-ebda wieħed minnhom ma kien iddettaljat u robust biżżejjed sabiex jiġġustifika l-għażla ta' teknoloġija terrestri għall-estensjoni tal-kopertura. Barra minn hekk, l-ebda wieħed minn dawn il-kalkoli ma twettaq minn espert indipendenti. |
|
(158) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-istudji tal-ispejjeż ippreżentati minn Abertis, għandu jiġi nnotat li dawn twettqu fl-2010, żmien twil wara li kienu ddaħħlu fis-seħħ il-miżuri investigati. Irrispettivament minn jekk dawn jistgħux jitqiesu bħala indipendenti u robusti biżżejjed, il-fatt li ġew wara l-miżuri kkontestati jfisser li tali studji ma jistgħux jiġu invokati in sostenn tal-argument li l-gvern Spanjol naqas milli jorganizza sejħa għall-offerti li tkun teknoloġikament newtrali. Barra minn hekk, ir-riżultati ta' dawn l-istudji huma kkontestati mill-estimi tal-ispejjeż ipprovduti minn Astra, li juru li t-teknoloġija tas-satellita hija aktar kost-effikaċi. |
|
(159) |
Barra minn hekk, il-miżura investigata ma tistax titqies bħala xierqa. |
|
(160) |
Il-fatt li xi djar fiż-Żona II jirċievu stazzjonijiet mingħajr ħlas permezz tas-satellita (88) juri li t-teknoloġija terrestri mhux dejjem tkun l-aktar pjattaforma effikaċi u xierqa. Ta' min jinnota wkoll li s-soluzzjoni tas-satellita kienet qiegħda tintuża f'xi Stati Membri oħrajn (89). |
|
(161) |
Barra minn hekk, il-fatt li l-operatur Astra kkompeta u rebaħ is-sejħa għall-offerti teknoloġikament newtrali għall-estensjoni tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali f'Cantabria jissuġġerixxi, mill-inqas, li l-pjattaforma tas-satellita tista' tipprovdi dan is-servizz (90). |
|
(162) |
L-adegwatezza tal-miżura għadha qiegħda tiġi kkontestata. Filwaqt li t-tranżizzjoni mit-televiżjoni analogu għad-DTT fil-medda ta' 800 MHz tlestiet fi Spanja fit-3 ta' April 2010, fl-2011 ġie deċiż li l-frekwenzi fil-medda 800 MHz jiġu rkantati. B'riżultat ta' dan, jeħtieġ li x-xandiriet jiġu ttrasferiti għal stazzjonijiet oħrajn li jinsabu fuq frekwenzi f'medda taħt is-790 MHz, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2014. Minħabba li dan joħloq spejjeż addizzjonali, nhar il-5 ta' Novembru 2011, Spanja nnotifikat żewġ miżuri għad-djar u għax-xandara b'baġit ta' EUR 600 — 800 miljun fiż-Żona I (sa issa għadha ma ġiet innotifikata ebda miżura għaż-Żona II) (91). Tali spiża ma kinitx tinħoloq li kieku ntgħażlu pjattaformi oħrajn (IPTV, kejbil jew satellita). |
|
(163) |
Barra minn hekk, ġie rrimarkat li l-frekwenzi LTE tal-komunikazzjoni mobbli 4G jinterferixxu mas-sinjali tad-DTT u, b'riżultat ta' dan, id-djar iridu jixtru filters għaljin sabiex jipproteġu s-sinjal tad-DTT tagħhom mir-raġġi tal-LTE (92). Ma jistax jiġi eskluż li interferenzi simili huma problema aktar ġenerali li ddgħajjef l-adegwatezza futura tax-xandir terrestri, b'mod partikolari fil-kuntest tat-tnedija akbar u usa' tan-netwerks NGA. |
|
(164) |
Spanja ppreżentat żewġ argumenti oħrajn in sostenn tal-fehma li t-trasmissjoni bis-satellita tiġi tiswa aktar flus mid-DTT. L-ewwelnett, fil-ftehimiet tagħhom ma' ċerti fornituri, ix-xandara għandhom restrizzjonijiet territorjali. L-iżgurar ta' tali aċċess kondizzjonali jġib miegħu aktar spejjeż għat-teknoloġija tas-satellita. It-tieni, it-teknoloġija tas-satellita mhijiex mgħammra biex ixxandar numru kbir ta' stazzjonijiet reġjonali. Dawn l-allegazzjonijiet ma ġewx issostanzjati u huma kkontestati mill-fatt li l-kuntratt ta' Astra rigward Cantabria kien jinkludi sistema professjonali ta' aċċess kondizzjonali. Barra minn hekk, skont il-kalkoli tal-ispejjeż ta' Astra, it-teknoloġija tas-satellita xorta għandha tkun irħas anki li kieku kellhom isiru ftehimiet separati ma' kull wieħed mir-reġjuni Spanjoli. Fir-rigward tax-xandir reġjonali, Astra ssostni li n-numru ta' 1 380 stazzjon ikkwotat mill-gvern Spanjol huwa esaġerat ħafna (93). Għal darba oħra, skont il-kalkoli li saru, l-għażla tas-satellita għandha tkun irħas anki li kieku kellhom jiġu inklużi stazzjonijiet lokali u reġjonali. |
|
(165) |
Hemm evidenza wkoll li l-gvernijiet reġjonali kienu jafu li teżisti alternattiva teknoloġika għall-estensjoni tal-pjattaforma terrestri. L-investigazzjoni żvelat li, fil-bidu tal-proċess, xi reġjuni ltaqgħu ma' rappreżentanti ta' Astra. Waqt dawn il-laqgħat, l-operatur Astra ppreżentalhom proposta għal soluzzjoni tas-satellita li, madankollu, ma komplietx tiġi esplorata mill-gvernijiet reġjonali. |
|
(166) |
Fir-rigward tal-proporzjonalità, meta tfassal l-intervent għaż-Żona II, kien ikun xieraq li kieku l-gvern ċentrali wettaq eżerċizzju ta' tqabbil tal-ispejjeż (jew għamel sejħa għall-offerti) fil-livell nazzjonali. Billi l-ispiża prinċipali tan-netwerk tas-satellita ġejja mill-kapaċità satellitarja tiegħu, din il-pjattaforma topera b'ekonomiji ta' skala sinifikanti (94). In-negozjati ta' Astra mal-gvernijiet reġjonali juru li dan l-operatur lest joffri prezzijiet bi tnaqqis sinifikanti jekk ikun hemm diversi reġjuni li jkunu lesti jidħlu b'mod konġunt f'kuntratt. Għaldaqstant, wieħed seta' jistenna aktar tnaqqis fil-prezzijiet li kieku saret sejħa għall-offerti nazzjonali. Minflok, permezz tat-teħid ta' miżuri deċentralizzati u mhux armonizzati, xi drabi f'livell muniċipali, teknoloġija b'tali ekonomiji ta' skala kienet diġà fi żvantaġġ sinifikanti. Dan wassal għal żieda fl-ammont totali ta' għajnuna mill-Istat meħtieġa għall-provvista tas-servizzi tat-televiżjoni diġitali fid-djar fiż-Żona II. Filwaqt li hija Spanja li trid tiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni amministrattiva tagħha, meta jipprovdi finanzjament mill-gvern ċentrali, minflok jimbotta għall-użu tad-DTT, il-gvern Spanjol seta' tal-inqas iħeġġeġ lill-Komunitajiet Awtonomi sabiex fis-sejħiet għall-offerti tagħhom jikkunsidraw l-effiċjenzi possibbli fl-iffrankar tal-ispejjeż disponibbli minn pjattaformi partikolari. |
|
(167) |
Fi ftit kliem, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura investigata ma rrispettatx il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Kif ġie spjegat fuq, il-miżura mhijiex proporzjonali u mhijiex mezz xieraq għall-iżgurar tal-kopertura ta' stazzjonijiet mingħajr ħlas lir-residenti taż-Żona II. |
|
(168) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-finanzjament kontinwu mogħti għat-tħaddim u l-manutenzjoni tan-netwerks issussidjati, billi huwa anċillari għall-għajnuna intiża għall-iskjerament, tali finanzjament ma jistax jitqies bħala teknoloġikament newtrali. Dan il-finanzjament kien immirat għall-konservazzjoni taċ-ċentri li jxandru sinjal permezz ta' pjattaformi terrestri. Għaldaqstant, tali għajnuna hija wkoll inkompatibbli. |
|
(169) |
Kwalunkwe għajnuna futura għat-tħaddim u l-manutenzjoni għandha tiġi nnotifikata u għandha tirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. |
5.3.3.3. L-evitar ta' distorsjonijiet bla bżonn
|
(170) |
Filwaqt li l-intervent pubbliku jista' jkun iġġustifikat minħabba l-eżistenza ta' ċerti nuqqasijiet tas-suq u l-problemi ta' koeżjoni possibbli, il-mod kif inhi mfassla l-miżura jagħti lok għal distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni. |
|
(171) |
Ġie konkluż li l-miżura investigata, inkluża l-għajnuna kontinwa, mhijiex mezz addattat, meħtieġ u proporzjonat sabiex jirrimedja n-nuqqas identifikat fis-suq. |
5.3.4. L-Artikolu 106(2) tat-TFUE
|
(172) |
L-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 106(2) li tista' tapplika għall-kumpens tal-Istat għall-ispejjeż tal-provvista ta' servizz pubbliku ma tistax tiġi invokata la f'dan il-każ b'mod ġenerali u lanqas fil-każ tal-Pajjiż Bask b'mod partikolari. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-awtoritajiet nazzjonali (jew reġjonali) għandhom jiddefinixxu l-SGEI b'mod ċar u jafdawh lil impriża partikolari. Kif ġie evalwat fil-paragrafi 119 sa 122, huwa kkunsidrat li l-awtoritajiet Spanjoli u Baski naqsu milli jiddefinixxu b'mod ċar l-operat ta' pjattaforma terrestri bħala servizz pubbliku. |
5.3.5. L-għajnuna eżistenti
|
(173) |
Abertis jissuġġerixxi li l-iskjerament tan-netwerk tax-xandir terrestri fiż-Żona II kien iffinanzjat kważi għal kollox mir-reġjuni Spanjoli bl-użu ta' fondi pubbliċi abbażi ta' leġiżlazzjoni li tmur lura għall-1982, jiġifieri qabel id-data tal-adeżjoni ta' Spanja mal-Komunità Ekonomika Ewropea fl-1986. Għaldaqstant, skont Abertis, l-iskema tista' titqies bħala parti mill-finanzjament pubbliku kontinwu għall-operat tan-netwerks terrestri lokali u, għalhekk, tista' titqies bħala għajnuna eżistenti. |
|
(174) |
Intant, il-finanzjament tal-estensjoni tan-netwerk terrestri mir-reġjuni beda fil-bidu tat-tmeninijiet (1980s), iżda f'dak iż-żmien ma kienx hemm xandara privati fis-suq. Għaldaqstant, l-infrastruttura estiża serviet biss il-ħtiġijiet tax-xandar pubbliku li, fi kwalunkwe każ, kellu l-obbligu li jipprovdi s-sinjal tiegħu lill-maġġoranza tal-popolazzjoni. Barra minn hekk, f'dak iż-żmien, il-pjattaforma tat-televiżjoni terrestri kienet l-unika pjattaforma għat-trasmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni fi Spanja. B'riżultat ta' dan, l-estensjoni tal-uniku netwerk disponibbli ma ħolqot ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni ma' pjattaformi oħrajn. |
|
(175) |
Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-leġiżlazzjoni u t-teknoloġija komplew jiżviluppaw, tant li wasslu għal pjattaformi ta' xandir ġodda u għal parteċipanti ġodda fis-suq, b'mod partikolari xandara privati. Billi l-benefiċjajru u ċ-ċirkostanzi ġenerali tal-finanzjament pubbliku nbidlu b'mod sostanzjali, il-miżura investigata ma tistax titqies bħala alterazzjoni ta' natura purament formali jew amministrattiva. Minflok, hija pjuttost alterazzjoni li taffettwa s-sustanza proprja tal-iskema oriġinali u, għalhekk, għandha titqies bħala skema ta' għajnuna ġdida (95). Fi kwalunkwe każ, il-bidla mit-televiżjoni analogu għat-televiżjoni diġitali saret possibbli biss minħabba l-progress teknoloġiku riċenti u, għalhekk, hija fenomenu ġdid. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Spanjoli suppost li kellhom jinnotifikaw din l-għajnuna ġdida. |
5.4. KONKLUŻJONI
|
(176) |
Il-finanzjament mogħti minn Spanja (inkluża l-għajnuna mogħtija mill-Komunitajiet Awtonomi Spanjoli u mill-korporazzjonijiet lokali) lill-operaturi tan-netwerks terrestri għall-aġġornament u d-diġitizzazzjoni tan-netwerk tagħhom sabiex ikunu jistgħu jipprovdu stazzjonijiet tat-televiżjoni mingħajr ħlas fiż-Żona II huwa meqjus bħala li jikkostitwixxi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-għajnuna mhijiex kompatibbli mas-suq komuni, sal-punt li l-kriterji tan-newtralità teknoloġika ma ġewx issodisfati. Barra minn hekk, l-għajnuna ma ġietx innotifikata (96) lill-Kummissjoni kif mitlub mill-Artikolu 108(3) tat-TFUE u ddaħħlet fis-seħħ b'mod illegali mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, hija għandha tiġi rkuprata mingħand l-operaturi tan-netwerk terrestri. |
|
(177) |
Minbarra dan, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna kontinwa għat-tħaddim u l-manutenzjoni tan-netwerk diġitizzat mogħtija mingħajr sejħiet għall-offerti jew wara sejħiet għall-offerti teknoloġikament mhux newtrali hija wkoll inkompatibbli. Barra minn hekk, din l-għajnuna ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni kif mitlub mill-Artikolu 108(3) tat-TFUE u ddaħħlet fis-seħħ b'mod illegali mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
(178) |
Kwalunkwe għajnuna mill-Istat li tingħata fil-futur għall-manutenzjoni u t-tħaddim għandha tiġi nnotifikata u għandha tirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. |
6. IRKUPRU
6.1. IL-ĦTIEĠA LI TIĠI ELIMINATA L-GĦAJNUNA
|
(179) |
Skont it-TFUE u l-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni għandha l-kompetenza li tiddeċiedi li l-Istat ikkonċernat għandu jabolixxi jew ibiddel għajnuna (97) li tkun sabet li hija inkompatibbli mas-suq intern. Il-Qorti ddeċidiet b'mod konsistenti li l-obbligu li Stat jabolixxi għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal sabiex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel (98). F'dan il-kuntest, skont il-Qorti, dan l-għan jintlaħaq ladarba l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija fil-forma ta' għajnuna illegali, sabiex b'hekk jitlef il-vantaġġ li kellu fis-suq fil-konfront tal-kompetituri tiegħu u s-sitwazzjoni titreġġa' lura għal kif kienet qabel il-ħlas tal-għajnuna (99). |
|
(180) |
Skont dik il-każistika, l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (100) jgħid li “meta jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mingħand il-benefiċjarju”. |
|
(181) |
Għalhekk, minħabba li l-finanzjament tal-aġġornament u d-diġitizzazzjoni tal-pjattaforma terrestri u għat-tħaddim u l-manutenzjoni sussegwenti tagħha mogħti fi Spanja mis-snin 2008-2009 huwa meqjus bħala għajnuna illegali u inkompatibbli, Spanja għandha tintalab tirkupra l-għajnuna inkompatibbli, sabiex is-sitwazzjoni fis-suq titreġġa' lura għal kif kienet qabel l-għoti tal-għajnuna. |
6.2. IL-BENEFIĊJARJI TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT U L-KWANTIFIKAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
|
(182) |
L-operaturi tal-pjattaforma huma benefiċjarji diretti minħabba li huma jirċievu l-fondi direttament għall-aġġornament u l-estensjoni tan-netwerks tagħhom u/jew għat-tħaddim u l-manutenzjoni. Meta l-għajnuna tkun tħallset lil impriżi pubbliċi li sussegwentement ikunu għamlu sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura, l-operatur tal-pjattaforma magħżul jitqies bħala l-benefiċjarju indirett. L-għajnuna illegali u inkompatibbli għandha tiġi rkuprata mingħand l-operaturi tal-pjattaforma kemm jekk ikunu benefiċjarji diretti kif ukoll jekk ikunu benefiċjarji indiretti. |
6.2.1. Il-kwalifika tas-sejħiet għall-offerti
|
(183) |
F'każijiet fejn l-għajnuna illegali tkun ingħatat wara sejħa għall-offerti teknoloġikament mhux newtrali għall-estensjoni tal-kopertura, l-Istat Membru għandu jikkwalifika s-sejħiet għall-offerti bħala li jaqgħu f'kategorija ta' provvista tal-ħardwer jew estensjoni tal-kopertura, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt. |
|
(184) |
Is-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura jafdaw lill-kumpanija rebbieħa bil-missjoni li tipprovdi (inkluż tibni) netwerk operattiv tad-DTT. Għal dan l-għan, il-kompiti meħtieġa jinkludu d-disinn u l-inġinerija tan-netwerk, it-trasportazzjoni tas-sinjal, l-iskjerament tan-netwerk u l-provvista tat-tagħmir meħtieġ. |
|
(185) |
Fis-sejħiet għall-offerti għall-provvista ta' ħardwer, il-kumpanija rebbieħa tintalab tipprovdi t-tagħmir meħtieġ għall-aġġornament tan-netwerk. Għal dan l-għan, il-kompiti meħtieġa jinkludu l-provvista, l-installazzjoni u l-attivazzjoni tat-tagħmir, kif ukoll it-taħriġ tal-persunal. Ma huwa meħtieġ li jsir ebda rkupru għal dawn is-sejħiet għall-offerti għall-provvista tat-tagħmir. |
|
(186) |
Wara li tkun ikklassifikat dawn is-sejħiet għall-offerti għal estensjoni tal-kopertura, Spanja għandha tirkupra l-għajnuna kull meta sejħa għall-offerti ma tissodisfax żewġ kondizzjonijiet kumulattivi: (1) is-sejħa għall-offerti tirreferi għal estensjoni tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali (u mhux televiżjoni diġitali terrestri) u/jew tkun tinkludi klawżola ta' newtralità teknoloġika; u (2) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom jippermettu teknoloġiji oħrajn għajr dawk terrestri. Minbarra dawn is-sejħiet għall-offerti, li l-Kummissjoni nnifisha tqis li huma teknoloġikament newtrali, jekk Spanja tqis li jkun hemm sejħiet għall-offerti oħrajn li jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet, hija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bid-dokumenti relatati ma' tali sejħiet għall-offerti. Eżempju Fost is-sejħiet għall-offerti li ġew riveduti mill-Kummissjoni, dik organizzata mill-Komunità Awtonoma ta' Extremadura qiegħda tiġi pprovduta bħala eżempju ta' sejħa għall-offerti teknoloġikament mhux newtrali għall-estensjoni tal-kopertura (101). Minkejja t-titolu tas-sejħa għall-offerti, li jirreferi biss għall-provvista ta' ħardwer, l-oġġett tas-sejħa għall-offerti fil-fatt kien jinkludi d-disinn u l-iskjerament tan-netwerk (102). L-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti jagħmluha teknoloġikament mhux newtrali (103), minkejja l-inklużjoni ta' klawżola li mal-ewwel daqqa ta' għajn tidher li hija klawżola ta' newtralità teknoloġika (104). Eżempju ieħor ta' sejħa għall-offerti teknoloġikament mhux newtrali għall-estensjoni tal-kopertura huwa s-sejħa għall-offerti li ġiet organizzata mill-impriża pubblika (AICCM) fil-Komunità Awtonoma ta' Madrid (105). F'dan il-każ, kemm it-titolu kif ukoll il-kontenut tas-sejħa għall-offerti jimplikaw li din hija sejħa għall-offerti għal estensjoni (106) li hija intiża biss għall-pjattaforma terrestri (107). |
|
(187) |
Is-sejħiet għall-offerti għandhom ikunu kkwalifikati mhux biss skont it-titolu tagħhom, iżda fuq kollox skont il-kontenut tagħhom, billi t-titolu waħdu ma jagħmilhiex possibbli li ssir definizzjoni ċara tal-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. |
|
(188) |
L-għajnuna mogħtija wara s-sejħiet għall-offerti mhux newtrali għall-estensjoni tal-kopertura għandha mbagħad tkun soġġetta għal irkupru. |
6.2.2. Il-benefiċjarji tal-għajnuna mill-Istat u l-irkupru
|
(189) |
Hawn taħt qegħdin jiġu elenkati l-kategoriji differenti ta' benefiċjarji tal-għajnuna. Abbażi tal-informazzjoni rċevuta minn Spanja, il-Komunitajiet Awtonomi u l-kategoriji approssimattivi tal-għajnuna huma elenkati fit-tabelli. Billi Spanja ma pprovdietx informazzjoni sħiħa dwar il-benefiċjarji tal-għajnuna, Spanja għandha tikklassifika l-benefiċjarji fil-kategoriji differenti msemmija fuq u tipprovdi l-evidenza ta' sostenn rilevanti lill-Kummissjoni. Kif ġie enfasizzat diġà fil-paragrafu 138, is-sistema bħala tali hija diskriminatorja. |
|
(190) |
Barra minn hekk, il-maġġoranza vasta tas-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni li ġew riveduti mill-Kummissjoni kienu kklassifikati bħala li ma jirrispettawx il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Madankollu, il-Kummissjoni wriet ukoll li ma jistax jiġi eskluż li, f'xi każijiet individwali eċċezzjonali, is-sejħa għall-offerti kienet teknoloġikament newtrali. Għaldaqstant, Spanja għandha tindika u tipprovdi biżżejjed evidenza dwar sejħiet għall-offerti partikolari li kienu teknoloġikament newtrali, abbażi tal-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 186 fuq. |
|
(191) |
Meta l-Komunitajiet Awtonomi organizzaw sejħiet għall-offerti mhux newtrali għall-estensjoni tal-kopertura, bħal fil-każ ta' Extremadura msemmi fl-eżempju ta' fuq, ir-rebbieħa ta' tali sejħiet għall-offerti huma benefiċjarji diretti tal-għajnuna illegali soġġetta għal irkupru. Is-somma li għandha tiġi rkuprata hija ugwali għall-ammont sħiħ li jiġi rċevut mir-rebbieħa tas-sejħiet għall-offerti għall-estensjoni. Mill-informazzjoni li ġiet irċevuta minn Spanja, il-Kummissjoni sabet li (mill-inqas) il-Komunitajiet Awtonomi ta' Andalucía, Extremadura, Murcia, La Rioja u Valencia għamlu sejħiet għall-offerti bħal dawn.
|
|
(192) |
Fil-każijiet fejn l-għajnuna illegali tkun ingħatat lill-kunsilli tal-ibliet li jaġixxu bħala operaturi tan-netwerks bil-għan li jkunu jistgħu jaġġornaw u jtejbu n-netwerk terrestri, il-kunsilli tal-ibliet jitqiesu bħala benefiċjarji diretti tal-għajnuna. Is-somma li għandha tiġi rkuprata hija ugwali għall-ammont sħiħ irċevut mill-kunsilli tal-ibliet mingħand l-awtoritajiet ċentrali u reġjonali għall-estensjoni tal-kopertura tan-netwerk tagħhom. Abbażi tal-informazzjoni rċevuta minn Spanja, il-Kummissjoni sabet li dan japplika mill-inqas għall-kunsilli tal-ibliet li jinsabu fil-Komunitajiet Awtonomi ta' Andalucía, Canarias, Extremadura u Murcia (lista mhux eżawrjenti).
Eżempju F'Murcia, bl-użu tal-flus irċevuti mir-reġjun u mill-MITyC, il-kunsilli tal-ibliet organizzaw kważi l-143 sejħa għall-offerti kollha li ġew identifikati. Diment li ma jkunux de minimis, huma jaqgħu taħt din il-kategorija. |
|
(193) |
Fil-każijiet ta' dawk il-Komunitajiet Awtonomi fejn impriża pubblika li taġixxi bħala operatur tan-netwerk tkun wettqet l-estensjoni tal-kopertura tan-netwerk, tali impriża titqies bħala benefiċjarja diretta u tkun soġġetta għal irkupru. Il-Kummissjoni identifikat lil Aragón Telecom, Gestión de Infraestructuras Públicas de Telecomunicaciones del Principado de Asturias, S.A., Multimedia de les Illes Balears S.A., Instituto Tecnologico de Canarias, Sociedad Regional de Cantabria I+D+I (IDICAN), Fundación Centro Tecnológico en Logística Integral de Cantabria (CTL), Promoción de Viviendas, Infraestructuras y Logística, S.A ta' Castilla y León (Provilsa), Redes de Telecomunicación Galegas Retegal, S.A. (Retegal), Obras Publicas y Telecomunicaciones De Navarra, S.A. (Opnatel), Itelazpi S.A., Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació (CTTI) f'Cataluña u Agencia de Informática y Comunicaciones de la Comunidad de Madrid (AICCM) bħala kumpaniji li jaqgħu f'din il-kategorija. Is-somma li għandha tiġi rkuprata hija l-ammont sħiħ tal-fondi rċevuti mill-awtoritajiet għall-estensjoni. |
|
(194) |
Madankollu, f'dawn il-każijiet, mhuwiex eskluż li l-impriżi pubbliċi wettqu parti mill-estensjoni huma stess u parzjalment taw il-bqija tal-estensjoni b'kuntratt lil operatur tan-netwerk permezz ta' sejħa għall-offerti. Fil-każ tal-aħħar, l-għajnuna illegali fil-fatt ġiet ittrasferita lill-kumpaniji li rebħu s-sejħiet għall-offerti u li, għalhekk, huma benefiċjarji effettivi, għalkemm indiretti, tal-għajnuna. B'hekk, sabiex jiġi evitat irkupru doppju, l-għajnuna illegali għandha tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarji effettivi, jiġifieri (a) mill-impriża pubblika għall-ammont irċevut għall-estensjoni nieqes il-fondi ttrasferiti lill-operaturi tan-netwerk wara sejħiet għall-offerti teknoloġikament mhux newtrali għall-estensjoni tal-kopertura u (b) mill-operaturi tan-netwerk għall-ammonti li ngħataw b'kuntratt wara sejħa għall-offerti teknoloġikament mhux newtrali għall-estensjoni tal-kopertura organizzata mill-impriża pubblika kkonċernata.
Eżempju Fil-każ ta' Madrid, fejn sejħa għall-offerti organizzata mill-impriża pubblika (AICCM) ġiet ipprovduta bħala eżempju ta' sejħa għall-offerti teknoloġikament mhux newtrali għall-estensjoni tal-kopertura (ara l-paragrafu 186), l-ammont ta' EUR 3 622 744 mogħti lill-kumpanija li rebħet il-kuntratt, jiġifieri Retevision S.A., għandu jiġi rkuprat kollu kemm hu minn Retevision, bħala l-kumpanija li rebħet is-sejħa għall-offerti mhux newtrali, u jitnaqqas mill-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-AICCM, l-impriża pubblika li hija l-benefiċjarja diretta (108). |
|
(195) |
L-għajnuna kontinwa hija intiża għat-tħaddim u l-manutenzjoni tan-netwerks tad-DTT. L-operaturi ta' dawn in-netwerks huma l-benefiċjarji tal-għajnuna għat-tħaddim u l-manutenzjoni. Għaldaqstant, l-għajnuna għandha tiġi rkuprata mingħand dawk l-operaturi tan-netwerks. |
|
(196) |
Fil-każijiet fejn il-benefiċjarji individwali rċevew finanzjament li ma jaqbiżx il-livelli limiti speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 1998/2006, tali finanzjament ma jitqiesx bħala għajnuna mill-Istat jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti minn dan ir-Regolament u mhuwiex soġġett għal irkupru. |
|
(197) |
L-irkupru għandu jiġi effettwat mid-data meta ngħata l-vantaġġ lill-benefiċjarju, jiġifieri meta l-għajnuna tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, u għandu jeħel l-imgħax sakemm ikun sar l-irkupru kollu. |
7. KONKLUŻJONI
Il-Kummissjoni ssib li r-Renju ta' Spanja implimenta b'mod illegali l-għajnuna għall-operaturi tal-pjattaforma tat-televiżjoni terrestri għall-estensjoni tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali terrestri f'żoni remoti u inqas urbanizzati ta' Spanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-għajnuna, inkluża l-għajnuna (kontinwa) għat-tħaddim u l-manutenzjoni, għandha tiġi rkuprata mill-operaturi tal-pjattaforma, li huma l-benefiċjarji diretti jew indiretti. Dawn jinkludu korporazzjonijiet lokali meta jaġixxu bħala operaturi tal-pjattaforma.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-operaturi tal-pjattaforma tat-televiżjoni terrestri għat-tnedija, il-manutenzjoni u t-tħaddim tan-netwerk tat-televiżjoni diġitali terrestri fiż-Żona II u li ddaħħlet fis-seħħ b'mod illegali minn Spanja fi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE hija inkompatibbli mas-suq intern, għajr għall-għajnuna li ngħatat f'konformità mal-kriterju tan-newtralità teknoloġika.
Artikolu 2
L-għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 ma tikkostitwixxi ebda għajnuna jekk, fiż-żmien li tingħata, hija tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti mir-regolament li ġie adottat skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 (109) applikabbli fiż-żmien li tingħata l-għajnuna.
Artikolu 3
1. Spanja għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 mingħand l-operaturi tat-Televiżjoni Diġitali Terrestri, kemm jekk irċevew l-għajnuna direttament jew indirettament.
2. Fuq is-somom li jridu jiġu rkuprati għandu jiddekorri l-imgħax mid-data li fiha tpoġġew disponibbli għall-benefiċjarji sa meta jiġu rkuprati.
3. L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi ta' imgħax kompost skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (110).
4. Spanja għandha tikkanċella l-pagamenti kollha pendenti tal-għajnuna taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 b'effett mid-data tan-notifika ta' din id-deċiżjoni.
Artikolu 4
1. L-irkupru tal-għajnuna mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.
2. Spanja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tkun implimentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika tagħha.
3. Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, Spanja għandha tippreżenta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
(a) |
il-lista ta' benefiċjarji li rċevew għajnuna taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 u l-ammont totali ta' għajnuna rċevuta minn kull wieħed minnhom taħt l-iskema, maqsuma skont il-kategoriji indikati fit-taqsima 6.2 aktar 'il fuq; |
|
(b) |
l-ammont totali (kapital u imgħax tal-irkupru) li għandu jiġi rkuprat minn kull benefiċjarju; |
|
(c) |
deskrizzjoni fid-dettall tal-miżuri li ttieħdu diġà u ta' dawk li huma ppjanati sabiex ikun hemm konformità ma' din id-Deċiżjoni; |
|
(d) |
dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jħallsu lura l-għajnuna. |
4. Spanja għandha żżomm lill-Kummissjoni informata bil-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm tiġi rkuprata l-għajnuna kollha mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1. Hija għandha tibgħat minnufih, fuq it-talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu diġà u dwar il-miżuri ppjanati sabiex ikun hemm konformità ma' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni ddettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u l-imgħax li jkunu ġew irkuprati diġà mingħand il-benefiċjarji.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) (ĠU C 337, 14.12.2010, p. 17).
(2) http://www.boe.es/boe/dias/2005/06/15/pdfs/A20562-20567.pdf.
(3) http://www.boe.es/boe/dias/2005/07/30/pdfs/A27006-27014.pdf.
(4) ĠU C 335, 11.12.2010, p. 8.
(5) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.
(6) Minbarra li ssottomettiet il-kummenti tagħha rigward din il-kawża, Castilla-La Mancha sussegwentement issottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kawża C 24/2010.
(7) Astra kkontesta t-terminazzjoni tal-kuntratt quddiem qorti tal-ewwel istanza f'Santander (il-proċedura Nru. 1728/2009), li fit-23 ta' Diċembru 2011 ordnat lill-awtoritajiet ta' Cantabria sabiex jindennizzaw lil Astra għat-terminazzjoni mhux ġustifikata tal-kuntratt. Il-Qorti ma sabet li kien hemm ebda ksur tal-kuntratt min-naħa ta' Astra li seta' jiġġustifika t-terminazzjoni tal-kuntratt. Skont il-Qorti, id-Deċiżjoni tal-gvern ċentrali Spanjol li jiżviluppa l-istrateġija nazzjonali għad-DTT kienet waħda mir-raġunijiet għat-terminazzjoni tal-kuntratt. Ara s-sentenza 000313/2011 tal-Qorti tal-Ewwel Istanza ta' Santander.
(8) Il-konċessjoni tinkludi l-assenjazzjoni ta' frekwenza għax-xandir terrestri.
(9) It-termini 'operaturi tal-pjattaforma' u 'operaturi tan-netwerk' jintużaw b'mod alternanti fit-test tad-Deċiżjoni.
(10) “Xandir tat-televiżjoni diġitali permezz tal-protokoll tal-Internet” huwa terminu li jintuża sabiex jirreferi għas-sistemi ta' distribuzzjoni tas-sinjali tal-vidjo u tat-televiżjoni permezz ta' netwerk ta' komunikazzjoni elettronika bl-użu tal-Protokoll tal-Internet.
(11) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-trasformazzjoni tad-dividend diġitali f'benefiċċji soċjali u tkabbir ekonomiku (COM(2009) 586) irrakkomandat li l-Istati Membri jieqfu jużaw il-medda 800 MHz għas-servizzi ta' xandir ta' qawwa għolja u jimplimentaw b'mod sħiħ id-Deċiżjoni dwar l-armonizzazzjoni teknika tal-UE sa data partikolari maqbula fil-livell tal-UE.
(12) Ara, pereżempju, għall-għajnuna mill-Istat ta' Franza N666/09 — Emenda tal-iskema tal-għajnuna lil TNT N 111/2006, għall-għajnuna mill-Istat tas-Slovakja N671/09 — Il-bidla għax-xandir tat-televiżjoni diġitali fis-Slovakja, għall-għajnuna mill-Istat ta' Spanja SA.28685 (2011/NN) — Ir-riċezzjoni tat-televiżjoni diġitali f'Cantabria. Ta' min jinnota wkoll li fiż-żoni remoti u inqas żviluppati ta' Spanja li qegħdin jiġu investigati (“iż-Żona II”) mhux dejjem kien vijabbli li jiġu pprovduti sinjali tat-televiżjoni permezz tal-pjattaforma tad-DTT u, għalhekk, f'xi żoni ntgħażlet it-trasmissjoni bis-satellita.
(13) Għajnuna mill-Istat SA.32619, Kumpens tad-danni għal-liberazzjoni tad-dividend diġitali, (ĠU C 213, 19.7.2012, p. 41).
(14) Madwar 26 stazzjon nazzjonali bla ħlas (“free-to-air”) u madwar 30 stazzjon reġjonali.
(15) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 3.
(16) Huwa stabbilixxa l-obbligu tax-xandara privati li sa dik id-data jilħqu 96 % tal-popolazzjoni fiż-żoni ta' kopertura rispettivi tagħhom, filwaqt li x-xandara pubbliċi ġew mitluba jilħqu 98 % tal-popolazzjoni fiż-żoni ta' kopertura rispettivi tagħhom. F'din iż-Żona I, ix-xandara kellhom l-obbligu li jkopru dawn il-perċentwali tal-popolazzjoni bit-televiżjoni terrestri diġitali u kellhom iġorru l-ispejjeż tad-diġitizzazzjoni huma stess. B'hekk, ma kienet meħtieġa ebda għajnuna mill-Istat.
(17) http://www.televisiondigital.es/Documents/PlanNacionalTransicionTDT.pdf.
(18) Sussegwentement ikklassifikati fil-Fażijiet I, II u III.
(19) http://www.boe.es/boe/dias/2008/03/06/pdfs/A13832-13834.pdf.
(20) Id-Deċiżjoni li tirrigwardja d-distribuzzjoni tal-fondi għall-iżvilupp tal-broadband u d-diġitizzazzjoni tat-televiżjoni fiż-Żona II tħalliet għall-awtoritajiet reġjonali.
(21) Il-ftehimiet ta' qafas ġew iffirmati bejn l-MITyC u l-Komunitajiet Awtonomi fl-2006 fi ħdan il-qafas tal-Pjan Avanza.
(22) http://www.boe.es/boe/dias/2009/07/02/pdfs/BOE-A-2009-10972.pdf.
(23) Ara, pereżempju, l-Addendum ta' Andalucía http://www.boe.es/boe/dias/2009/10/28/pdfs/BOE-A-2009-17108.pdf.
(24) B'kollox, ġew konklużi aktar minn 600 ftehim — ftehimiet ta' qafas, addenda eċċ. — bejn l-awtoritajiet rigward l-estensjoni tal-kopertura.
(25) Pereżempju; Extremadura, Asturias, Canarias, Cataluña, Madrid.
(26) Pereżempju; Aragon.
(27) Bħal fil-każijiet ta' Aragón jew Asturias.
(28) Extremadura.
(29) Minn fost il-516-il sejħa għall-offerti li saru mir-reġjuni kollha għajr Castilla-La Mancha, il-Kummissjoni analizzat kampjun ta' 82, kemm għall-estensjoni (17) kif ukoll għall-provvista (65). Disgħa biss minn dawn ġew ikklassifikati bħala teknoloġikament newtrali: 3 sejħiet għall-offerti għal estensjoni (Castilla y Leon) u 6 sejħiet għall-offerti għal provvista (5 fil-Gżejjer Kanarji u waħda f'Cantabria).
(30) Minbarra Castilla-La Mancha.
(31) L-argumenti tal-awtoritajiet ċentrali u reġjonali huma ppreżentati flimkien bħala l-pożizzjoni ta' Spanja (jew tal-awtoritajiet Spanjoli), għajr għall-Pajjiż Bask, li talab li jiġu applikati r-regoli dwar il-kumpens ta' servizz pubbliku.
(32) Sentenza tal-QĠE tal-24 ta' Lulju 2003 fil-kawża C-280/00, Altmark Trans GMBH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GMBH, Ġabra 2003 1-7747.
(33) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi fdati bl-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67) u l-qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4) (“Qafas”).
(34) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5).
(*1) Id-dejta kunfidenzjali hija indikata fit-test tad-Deċiżjoni b'[…].
(35) Skont Astra, grazzi għall-fondi pprovduti mill-awtoritajiet skont il-miżuri taż-Żona II, Hispasat, fornitur satellitarju b'ko-proprjetà minn Abertis u li jservi ż-Żona III, jista' jipprovdi l-kapaċità satellitarja tiegħu lix-xandara mingħajr ebda spiża addizzjonali. Fl-aħħarnett, Astra jsostni li b'riżultat tal-miżura, Abertis kiseb l-użu esklussiv tal-obbligu ta' trasmissjoni fiż-Żona III.
(36) Dan l-operatur isostni li l-pjattaformi satellitarji għandhom numru għoli ħafna ta' utenti b'aċċess kondizzjonali madwar id-dinja u li l-kumplessità tal-aċċess kondizzjonali ma kinitx ostakolu għat-tnedija tiegħu.
(37) Abertis jirreferi għall-istudju dwar l-ispejjeż imwettaq minnu f'Jannar 2010 sabiex iqabbel l-ispejjeż rispettivi għall-użu tad-DTT u t-teknoloġija tas-satellita għall-provvista tas-servizzi tat-televiżjoni diġitali fiż-Żona II. Skont dan l-istudju, l-ispiża ġenerali għall-użu tat-teknoloġija DTT tirrappreżenta madwar EUR 286 miljun fuq perjodu ta' 10 snin, filwaqt li l-ispejjeż totali għall-użu tat-teknoloġija tas-satellita fl-istess perjodu jammontaw għal madwar EUR 532 miljun. Abertis ippreżenta dan l-istudju intern lil kumpanija tal-kontabbiltà esterna, li r-rapport tagħha kkonferma s-sejbiet tiegħu, filwaqt li rrimarka li l-estimi tal-ispejjeż għall-użu tas-satellita u tad-DTT kienu konservattivi. Fi kwalunkwe każ, iż-żewġ studji kkonfermaw l-adegwatezza tal-mezzi li jqabblu l-ispejjeż u l-konklużjoni li l-użu tat-teknoloġija tas-satellita għall-provvista ta' servizzi tat-televiżjoni diġitali fiż-Żona II kien ikun jiswa ferm aktar flus mill-użu tad-DTT, primarjament minħabba l-ispejjeż soċjali u ekonomiċi ogħla li jkunu jridu jinġarru mill-konsumaturi fil-każ tas-satellita.
(38) Skont dawk l-istudji, it-teknoloġija tas-satellita tinvolvi spejjeż ogħla għall-provvista tas-servizzi kkonċernati. Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu appoġġjati mix-xandara u mill-operaturi tan-netwerk lokali, kif ukoll mit-telespettaturi. L-istudju dwar l-ispejjeż imwettaq minn Abertis ikkonkluda wkoll li l-użu tat-teknoloġija tas-satellita jirrikjedi perjodu addizzjonali ta' madwar sitt xhur qabel tkun tista' sseħħ il-bidla diġitali, minħabba li l-konsumaturi fiż-Żona II ikollhom bżonn iż-żmien sabiex jixtru u jinstallaw id-decoders u d-dixxijiet tas-satellita, eċċ. Min-naħa l-oħra, dan jista' jwassal għal spejjeż addizzjonali relatati max-xandir hekk imsejjaħ “simulcast” (xandir permezz ta' pjattaformi analogue u diġitali fl-istess ħin) matul dak il-perjodu ta' żmien.
(39) Din il-gwida tista' tinstab fid-dokumenti rilevanti tal-gvern Ċentrali. B'mod partikolari, il-ftehimiet ta' qafas iffirmati f'Diċembru 2008, intitolati Ftehim ta' Kollaborazzjoni ta' Qafas bejn il-Ministeru tal-Industrija, it-Turiżmu u l-Kummerċ u l-Komunità Awtonoma ta' […] għall-Iżvilupp tal-Pjan ta' Tranżizzjoni Nazzjonali għad-DTT, jipprevedu lista ta' attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati mill-awtoritajiet ċentrali u reġjonali sabiex tintlaħaq kopertura tat-televiżjoni li tkun ugwali għall-kopertura eżistenti pprovduta bit-trasmissjoni analogue. Minn naħa waħda, huma jirreferu għaċ-ċentri ta' trasmissjoni eżistenti li ġew aġġornati mix-xandara (iċ-ċentri tad-DTT użati fiż-Żona I) u, min-naħa l-oħra, għal “estensjonijiet tal-kopertura” — ċentri addizzjonali li għandhom jintużaw sabiex tiġi żgurata l-istess penetrazzjoni tat-televiżjoni diġitali. Fid-dawl tal-fatt li hija biss it-teknoloġija DTT li teħtieġ l-eżistenza ta' ċentri tat-trasmissjoni, jidher ċar li l-azzjonijiet ippjanati jikkonċernaw biss it-teknoloġija DTT. Barra minn hekk, l-addenda għall-Ftehimiet ta' Qafas iffirmati bejn Ottubru u Diċembru 2009 jirreferu għall-finanzjament għall-estensjoni tal-kopertura. Huma jiddefinixxu dak li għandu jinftiehem minn “ azzjonijiet għall-estensjoni tal-kopertura ”, billi jagħmlu referenza espliċita biss għat-teknoloġija terrestri.
(40) Fil-laqgħat li saru mal-Komunitajiet Awtonomi, l-MITyC esprima l-għan tiegħu li jiżgura t-tranżizzjoni għad-DTT anki fiż-Żona II. Dan ġie kkonfermat permezz ta' preżentazzjoni, li hija disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet, u ffirmata mill-MITyC: http://www.fenitel.es/asamblea08/PONENCIAS/4SETSI.pdf. Dan ġie kkonfermat ukoll minn stqarrijiet li saru mill-Komunitajiet Awtonomi b'reazzjoni għat-talba tal-Kummissjoni għall-informazzjoni. Fit-tweġibiet tagħhom, il-Komunitajiet Awtonomi jirreferu b'mod espliċitu għall-Pjan ta' Tranżizzjoni Nazzjonali li ġie adottat permezz tad-Digriet Irjali 944/2005 u għall-Pjan Avanza. Ara, pereżempju, it-tweġiba minn Extremadura: “B'konformità ma'… id-Digriet Irjali 944/2005… li japprova l-Pjan Tekniku Nazzjonali għat-televiżjoni diġitali terrestri li jistabbilixxi l-inizjattiva lokali li tikkonċerna l-estensjoni tal-kopertura tad-DTT…”.
(41) Sejħa għall-offerti għall-provvista ta' tagħmir, li ġiet ippubblikata fit-30 ta' Lulju 2008 mill-Komunità Awtonoma ta' La Rioja u sejħa għall-offerti għall-estensjoni SE/CTTI/06/08, li ġiet ippubblikata fis-27 ta' Lulju 2008 mill-Komunità Awtonoma ta' Catalonia.
(42) Ara, pereżempju, ir-riżoluzzjoni tal-Awtoritajiet ta' Castilla y Leon: RESOLUCIÓN de 24 de septiembre de 2012, de la Dirección General de Telecomunicaciones, por la que se anuncia la licitación del servicio: Contrato de servicios para la conservación y renovación tecnológica de las infraestructuras de televisión digital de la Junta de Castilla y León. Expte.: Serv 05-4/12; BOCYL 10 Octubre 2012.
(43) Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni N622/2003 Digitalisierungsfonds Austria, C25/2004 DVB-T Berlin Brandenburg (il-paragrafu 62), C34/2006 DVB-T North-Rhine Westphalia (il-paragrafu 83), C52/2005 Mediaset (il-paragrafu 96).
(44) Il-kawża T-196/04 Ryanair Ltd. vs il-Kummissjoni Ewropea, [2007] Ġabra II-2379, il-paragrafu 88, il-kawża C-82/01P Aéroports de Paris vs il-Kummissjoni, [2002] Ġabra I-9297, il-paragrafi 107-109 u 121-125.
(45) Ara l-Kawżi Konġunti T-443/08 u T-455/08, Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt (T-443/08) u Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle GmbH (T-455/08) vs il-Kummissjoni Ewropea [2011] Ġabra II-01311, il-paragrafu 115, fejn il-Qorti tgħid: “Il-fatt li attività ma tkunx ipprovduta minn operaturi privati jew li ma tipprovdix qligħ mhumiex kriterji rilevanti fil-kuntest tal-klassifikazzjoni tagħha bħala attività ekonomika (…).”
(46) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħti għall-provvista ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, (ĠU C 8, 1.1.2012, p. 4).
(47) Il-kawża C-364/92, SAT/Eurocontrol, [1994] il-paragrafi 19 sa 30, Ġabra I-43, C-113/07 P, Selex, [2009], Ġabra I-2207.
(48) Il-kawża C-343/95, Calì & Figli, [1997], Ġabra I-1547, il-paragrafu 22.
(49) Il-kawża T-155/04 Selex, [2006] Ġabra II-4797, il-paragrafi 73-82, ikkonfermata mill-kawża C-113/07, Selex [2009] Ġabra I-2307.
(50) Kif ġie stabbilit fit-taqsima 2.1.3., ix-xandara pubbliċi għandhom obbligu ta' kopertura ta' 98 % u għalhekk kellhom ikopru ż-Żona II bil-mezzi tagħhom stess. Barra minn hekk, l-istazzjonijiet televiżivi pubbliċi u nazzjonali ta' RTVE u l-istazzjonijiet pubbliċi reġjonali jixxandru permezz ta' netwerk differenti. Filwaqt li x-xandara privati jużaw is-sinjal tan-Netwerk bi Frekwenza Waħda (SFN), ix-xandara pubbliċi jużaw in-netwerk ta' Red Global Española (RGE). B'riżultat ta' dawn id-differenzi, il-faċilitajiet terrestri jeħtieġu tagħmir differenti għal kull wieħed miż-żewġ netwerks.
(51) Pereżempju, Aragon telecom, Gestión de Infraestructuras Públicas de Telecomunicaciones del Principado de Asturias, S.A., Multimedia de les Illes Balears S.A., Instituto Tecnologico de Canarias, Sociedad Regional de Cantabria I+D+I (IDICAN), RETEGAL u Itelazpi huma kumpaniji pubbliċi li kienu inkarigati bil-kompitu tal-estensjoni u, għal dik ir-raġuni, huma organizzaw sejħiet għall-offerti għall-provvista tat-tagħmir meħtieġ għad-diġitizzazzjoni taċ-ċentri tax-xandir. Fundación Centro Tecnológico en Logística Integral de Cantabria, Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació in Catalunya u Agencia de Informatica y Comunicaciones de la Comunidad de Madrid kienu inkarigati mill-organizzazzjoni ta' sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura tad-DTT, għalhekk, l-estensjoni kienet esegwita mill-offerenti li rebħu s-sejħiet għall-offerti. OPNATEL f'Navarra kienet inkarigata mit-twettiq tal-estensjoni u hija kisbet it-tagħmir meħtieġ mingħajr ebda sejħa għall-offerti.
(52) Pereżempju; Andalucía, Castilla y León, Extremadura, Murcia, La Rioja u Valencia.
(53) Kif ġie spjegat aktar 'il fuq fil-paragrafu 33, fil-każ ta' sejħiet għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura, il-kumpanija rebbieħa kienet inkarigata bil-missjoni li tipprovdi, u f'ħafna każijiet tibni, netwerk operattiv tad-DTT. Għal dan l-għan, il-kompiti meħtieġa kienu jinkludu d-disinn u l-inġinerija tan-netwerk, it-trasportazzjoni tas-sinjal, l-iskjerament tan-netwerk u l-provvista tat-tagħmir meħtieġ. Barra minn hekk, fil-każ tan-netwerks li diġà kienu jeżistu, ġew organizzati sejħiet għall-offerti għall-provvista ta' ħardwer. Il-kumpanija rebbieħa ta' tali sejħiet għall-offerti kienet mistennija li taġġorna bit-tagħmir meħtieġ, jiġifieri li tforni, tinstalla u tattiva t-tagħmir.
(54) Pereżempju, Abertis u Retevision rebħu sejħiet mhux newtrali għall-offerti għall-estensjoni tal-kopertura f'Extremadura u Castilla y Leon għas-somma totali ta' EUR […] miljun.
(55) Andalucía, Canarias, Extremadura, Murcia.
(56) Kif ġie stabbilit fil-paragrafu 21, Abertis jiddomina s-suq għat-trasmissjoni ta' sinjali tat-televiżjoni mingħajr ħlas fuq il-pjattaforma terrestri fiż-Żona I u permezz tas-sussidjarju tiegħu Hispasat fiż-Żona III. Permezz tal-estensjoni tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali terrestri għaż-Żona II, il-provvista ta' sinjali tat-televiżjoni mingħajr ħlas mal-pajjiż kollu tibqa' taħt il-kontroll ta' Abertis. Barra minn hekk, fil-ġejjieni, id-dħul ta' Astra fiż-Żona II jista' jiġġenera wkoll aktar kompetizzjoni fuq il-pjattaforma fiż-Żoni I u III. Permezz ta' analoġija, hemm għadd numeruż ta' studji li juru l-benefiċċji f'termini tat-tnaqqis tal-prezzijiet u ż-żieda fil-kwalità tas-servizz meta s-satellita daħlet fis-suq tat-televiżjoni fl-Istati Uniti. Qabel id-dħul tas-satellita, l-impriżi tal-kejbil kienu jgawdu minn poter ta' monopolju fiż-żoni ġeografiċi lokali. Qabbel, pereżempju, Chenghuan Sean Chu, The effect of satellite entry on cable television prices and product quality, RAND Journal of Economics Vol. 41, Nru. 4, ix-xitwa tal-2010, pp. 730-764.
(57) Dan kien il-każ ta' Retevision, li hija proprjetà sħiħa ta' Abertis, li rebħet is-sejħiet għall-offerti mhux newtrali għall-estensjoni li ġew organizzati f'Madrid u Catalonia għas-somma totali ta' EUR […] miljun.
(58) C52/05 — Id-decoders diġitali fl-Italja, (ĠU C 118, 19.5.2006, p. 10 u ĠU L 147, 8.6.2007, p. 1).
(59) Sabiex nagħtu ftit eżempji ta' kumpaniji li rebħu sejħiet għall-offerti, Tredess huwa manifattur ta' tagħmir intiż għat-trasmissjoni diġitali li jappartjeni għal Televes Group, li jimmanifattura wkoll receivers tat-televiżjoni, antenni u dixxijiet tat-televiżjoni diġitali (Qabbel: http://www.tredess.com u http://www.televes.es.) Simili: Mier (http://www.mier.es), Elecnor (http://www.elecnor.es/es.negocios.infraestructuras/telecomunicaciones) Itelsis, BTESA, Axion, Retegal, Itelazpi, Telecom CLM.
(60) Is-sejħiet għall-offerti fiż-Żona II rigward l-estensjoni tal-kopertura ta' spiss jitolbu għal soluzzjonijiet fuq bażi turnkey li jkunu jirrikjedu l-integrazzjoni, l-installazzjoni u l-forniment ta' bosta komponenti ta' tagħmir (dixx, antenna, transmitter, receiver tas-satellita). Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, is-soluzzjoni pprovduta kienet tinkludi tagħmir ta' receiver tas-satellita sabiex jiġi rċevut is-sinjal diġitali diġà distribwit permezz tas-satellita mix-xandara.
(61) Kif ġie ddikjarat fil-protokoll dwar is-sistema tax-xandir pubbliku tal-Istati Membri li huwa anness mat-Trattat ta' Amsterdam.
(62) Fost l-oħrajn, Ley 31/1987, de 18 diciembre, de Ordenación de las Telecomunicaciones; id-Digriet Irjali Ley 529/2002 tal-14 ta' Lulju, li jirregola l-provvista ta' servizz essenzjali li jirrigwardja n-netwerk ta' appoġġ għas-servizzi ta' xandir televiżiv waqt strajk; Deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema (il-Qorti ta' Reviżjoni Ġudizzjarja, it-tielet Sezzjoni) tat-23 ta' Lulju 2009 (JUR 2009\381376), il-Bażi Legali Tnejn; u tat-18 ta' Diċembru 2009 (RJ 2010\2313), il-Bażi Legali Tlieta: “Huwa mingħajr ebda dubju ta' interess pubbliku li jiġu garantiti l-estensjoni u l-kopertura universali tal-istazzjonijiet televiżivi tal-Istat f'żoni remoti u iżolati tal-pajjiż (li għandhom ikunu f'parità ma' dawk li ma għandhomx dawn il-karatteristiċi) li mhumiex koperti mill-impenn li sar mill-operaturi tat-televiżjoni”.
(63) Ley 11/1998, de 24 de abril, General de Telecomunicaciones.
(64) Dawn jinkludu servizzi relatati mad-difiża pubblika u l-protezzjoni ċivili u mal-operat tan-netwerk tat-telefonija.
(65) Ley 32/2003, de 3 de noviembre, General de Telecomunicaciones.
(66) L-Artikolu 2(1) tal-Liġi jgħid: “Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni huma servizzi ta' interess ġenerali pprovduti skont ir-regoli tal-kompetizzjoni ħielsa”.
(67) L-anness II tal-liġi 32/2003 jinkludi definizzjonijiet preċiżi u teknoloġikament newtrali tan-netwerk tat-telekomunikazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika. “Telekomunikazzjoni: kwalunkwe trasmissjoni, emissjoni jew reċezzjoni ta' sinjali, kitba, stampi u ħsejjes jew informazzjoni ta' kwalunkwe natura bil-wajer, bir-radju, b'mezzi ottiċi jew b'sistemi elettromanjetiċi oħrajn”. “Netwerk ta' komunikazzjoni elettronika tfisser sistemi ta' trasmissjoni u, fejn applikabbli, tagħmir ta' switching jew routing u riżorsi oħrajn li jippermettu t-trasportazzjoni ta' sinjali bil-wajer, bir-radju, b'mezzi ottiċi jew b'mezzi elettromanjetiċi oħrajn, inklużi netwerks tas-satellita, netwerks terrestri fissi (circuit- and packet-switched, inkluż l-Internet) u netwerks terrestri mobbli, sistemi ta' kejbil tal-elettriku, sal-punt li jintużaw għall-finijiet tat-trasmissjoni tas-sinjali, netwerks użati għax-xandir fuq ir-radju u t-televiżjoni, kif ukoll netwerks tat-televiżjoni bil-kejbil, irrispettivament mit-tip ta' informazzjoni mwassla”.
(68) Il-premessi 6 u 7 u l-Artikolu 5 tal-Konvenzjonijiet.
(69) L-istudju ma tpoġġiex disponibbli għall-Kummissjoni.
(70) Hispasat jipprovdi dawn is-servizzi b'appoġġ għan-netwerk tad-DTT fiż-Żona II.
(71) Bħal, pereżempju, Franza.
(72) Pereżempju, Antena 3, la Cuatro, Telecinco, La Sexta, La Siete, Teledeporte, TVE, La2, Canal 24 horas.
(73) Analiżi tas-suq tat-televiżjoni sottomessa minn Spanja fin-notifika tal-miżura: Kumpens għad-danni għal-liberazzjoni tad-dividend diġitali fi Spanja, SA.32619 (2011/N).
(74) T-55/99, Confederación Espanola de Transporte de Mercancias (CETM) vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, [2000] Ġabra II-3207.
(75) COM(2002)263 finali, eEwropa 2005: Soċjetà tal-informazzjoni għal kulħadd, COM(2003)541 finali, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-tranżizzjoni mix-xandir analogue għax-xandir diġitali (minn “qalba” diġitali għal “diżattivazzjoni” tal-analogue) u COM(2005)204 finali, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-tħaffif tat-tranżizzjoni mix-xandir analogue għax-xandir diġitali.
(76) Ara Għajnuna mill-Istat li hija inqas fl-ammont u mmirata aħjar: pjan direzzjonali għar-riforma tal-għajnuna mill-Istat 2005-2009, COM(2005)107 finali.
(77) Ara, fost l-oħrajn, N622/03 Digitalisierungsfonds — l-Awstrija (ĠU C 228, 17.9.2005, p. 12); C25/04 L-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) f'Berlin-Brandenburg — il-Ġermanja (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 14); C24/04 It-televiżjoni diġitali terrestri fl-Isvezja, (ĠU L 112, 30.4.2007, p. 77); C52/05 Decoders diġitali fl-Italja (ĠU L 147, 8.6.2007, p. 1); N270/06 Sussidji għad-decoders diġitali bl-API — l-Italja (ĠU C 80, 13.4.2007, p. 3); N107/07 Sussidji għall-IdTV — l-Italja (ĠU C 246, 20.10.2007, p. 2); C34/06 L-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) f'Nordrhein-Westfalen, (ĠU L 236, 3.9.2008, p. 10); SA.28685 Captación de Televisión Digital en Cantabria — Spanja (ĠU C 119, 24.4.2012, p. 1).
(78) Ara l-paragrafu 132 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C25/04, L-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) f'Berlin-Brandenburg — il-Ġermanja (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 14).
(79) COM(2002)263 finali, eEwropa 2005: Soċjetà tal-informazzjoni għal kulħadd.
(80) COM(2003)541 finali, Komunikazzjoni dwar it-tranżizzjoni mix-xandir analogue għax-xandir diġitali (minn “bidla” diġitali għal “diżattivazzjoni” tal-analogue) u COM(2005)204 finali, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-tħaffif tat-tranżizzjoni mix-xandir analogue għax-xandir diġitali.
(81) COM(2005)229 finali, l-1 ta' Ġunju 2005.
(82) Ara aktar 'il fuq, in-nota 77 f'qiegħ il-paġna.
(83) Il-kawżi T-8/06 — FAB Fernsehen aus Berlin GmbH vs il-Kummissjoni, Sentenza tas-6 ta' Ottubru 2009, [2009] Ġabra II-00196; C-544/09P — Il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, Sentenza tal-15 ta' Settembru 2011, li għadha ma ġietx ippubblikata; T-177/07, Mediaset SpA vs il-Kummissjoni, Sentenza tal-15 ta' Ġunju 2010, [2010] Ġabra II-02341; u C-403/10 P — Mediaset SpA vs il-Kummissjoni, Sentenza tat-28 ta' Lulju 2011, li għadha ma ġietx ippubblikata.
(84) Ara n-nota 12 f'qiegħ il-paġna.
(85) Tali studju serva bħala ġustifikazzjoni għal għażla ta' teknoloġija partikolari f'każ ta' broadband. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N222/06 — Għajnuna biex tingħalaq il-qasma diġitali f'Sardinja (ĠU C 68, 24.3.2007, p. 6).
(86) Ir-Renju Unit għażel id-DTT għall-provvista tat-televiżjoni lokali fuq il-bażi ta' studju ex ante mwettaq mir-regolatur OFCOM u fuq il-bażi ta' konsultazzjoni ex ante tal-parteċipanti tas-suq. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni ma insistietx li twettaq sejħa għall-offerti teknoloġikament newtrali. SA.33980 (2012/N) — It-televiżjoni lokali fir-Renju Unit, http://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/244689/244689_1425664_116_2.pdf.
(87) Għalkemm fis-sejħa għall-offerti teknoloġikament newtrali inizjali ta' Cantabria kien hemm tliet konsorzji li ressqu offerta li nbniet fuq soluzzjoni satellitarja (Castilla-La-Mancha Telecom, Telefónica u Astra), l-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji — jew xi operatur ieħor ta' pjattaforma mhux DTT — ma reġgħet ipparteċipat fi kwalunkwe waħda mis-sejħiet għall-offerti sussegwenti.
(88) Hispasat, li jappartjeni b'mod konġunt għal Abertis u l-gvern Spanjol, jipprovdi servizzi f'ċerti Komunitajiet Awtonomi f'partijiet taż-Żona II. Pereżempju, fil-Gżejjer Kanarji, 16-il villaġġ li jinsabu fiż-Żona II jirċievu s-servizz tat-televiżjoni mingħajr ħlas permezz tas-satellita. F'Castilla y Leon, l-istess japplika għal madwar 9000 ruħ. Minħabba li Abertis huwa inkarigat mill-kontroll tar-riċevituri tas-satellita fis-siti terrestri kollha u ma jippermettix lil operaturi oħrajn tas-satellita jagħmlu interkonnessjoni ma' dawn ir-riċevituri, huwa Hispasat biss li jista' joffri tali servizzi ta' trasportazzjoni tad-DTT lejn it-torrijiet ta' fuq l-art.
(89) Pereżempju; Franza, ir-Renju Unit, l-Italja, is-Slovakja.
(90) Kif enfasizzat aktar mis-sentenza tal-qorti nazzjonali. Ara aktar 'il fuq, in-nota f'qiegħ il-paġna 7.
(91) Ara n-nota ta' qiegġ il-paġna 13.
(92) http://stakeholders.ofcom.org.uk/consultations/second-coexistence-consultation/.
(93) Skont l-estimi ta' Astra, in-numru totali ta' stazzjonijiet lokali li qegħdin jixxandru bħalissa huwa limitat għal 415-il stazzjon.
(94) Is-sinjal tas-satellita jista' jixxandar fit-territorju Spanjol kollu. Madankollu, fil-każ tal-pjattaforma terrestri, l-estensjoni ġeografika teħtieġ l-installazzjoni ta' repeaters u/jew relay towers addizzjonali.
(95) Il-kawżi T-195/01 u T-207/01, Il-Ġibiltà [2002] Ġabra II-2309, il-paragrafi 109-111.
(96) Bl-eċċezzjoni ta' Murcia, li nnotifikat il-miżura wara li diġà kienet ġiet implimentata.
(97) Il-kawża C-70/72 Il-Kummissjoni vs il-Ġermanja [1973] Ġabra 00813, il-punt 13.
(98) Il-kawżi konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs il-Kummissjoni [1994] Ġabra I-4103, il-paragrafu 75.
(99) Il-kawża C-75/97 Il-Belġju vs il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-3705, il-paragrafi 64-65.
(100) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.
(101) Il-provvista, l-installazzjoni u l-attivazzjoni tat-tagħmir meħtieġ għall-provvista tas-servizz ta' trasportazzjoni u xandir tad-DTT, għal 6 multiplexes nazzjonali (netwerk globali tal-Istat, netwerk bi frekwenza waħda) u għal multiplex ta' komunità awtonoma, f'postijiet f'Extremadura taħt it-Tieni Fażi tal-Pjan Nazzjonali għat-Tranżizzjoni għad-DTT. Kawża SU-28/2009.
(102) Il-provvista, l-installazzjoni u l-attivazzjoni tat-tagħmir meħtieġ għall-provvista tas-servizz ta' trasportazzjoni u xandir tad-DTT, għal 6 multiplexes nazzjonali (Red Global Estatal (netwerk globali tal-Istat) Red de Frecuencia Unica (netwerk bi frekwenza waħda) u għal multiplex ta' komunità awtonoma (minn hawn 'il quddiem RGE, SFN u AUT) f'postijiet taħt it-Tieni Fażi tal-Pjan Nazzjonali għat-Tranżizzjoni għad-DTT. Dan jinkludi l-attivitajiet li ġejjin: (a) id-disinn tan-netwerks tekniċi għax-xandir u d-distribuzzjoni li għandhom jappoġġjaw is-servizz; (b) l-ippjanar tal-provvista tat-tagħmir meħtieġ għan-netwerk propost; (c) it-tnedija tan-netwerk, inklużi l-installazzjoni u l-attivazzjoni tat-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa. Din il-provvista għandha ssir fuq bażi ta' turnkey.
(103) Paġna 2, il-paragrafu 5 — L-għan ewlieni li għandu jiġi segwit jirrigwardja l-estensjoni u l-garanzija ta' perċentwal mill-aktar qrib possibbli għal 100 % tal-kopertura tat-Televiżjoni Diġitali Terrestri (DTT) liċ-ċittadini kollha fid-distretti li jaqgħu taħt it-Tieni Fażi ta' Extremadura. Ma ġiet stabbilita ebda limitazzjoni fir-rigward tal-arkitettura tan-netwerk jew tat-teknoloġija/i li għandhom jintużaw diment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi stabbiliti.
Paġna 10, il-paragrafu 7 — Fl-offerti tagħhom, l-offerenti għandhom jinkludu l-arkitettura tan-netwerk tad-distribuzzjoni propost, li għandu jkun konsistenti man-netwerk tax-xandir. Għal kull multiplex, għandha titfittex l-aqwa soluzzjoni għal dan is-servizz, soġġetta dejjem għall-kriterji ta' ottimizzazzjoni ekonomika u teknoloġika.
(104) Sejħiet għall-offerti oħrajn li ġew identifikati mill-Kummissjoni bħala li jaqgħu fl-istess kategorija huma s-sejħa għall-offerti 2009/000127 organizzata mill-Junta de Andalucía u s-sejħa għall-offerti S-004/10/10 organizzata mill-Junta de Extremadura.
(105) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kuntratt għal “L-abbozzar tal-proġetti, il-provvista, l-installazzjoni u l-attivazzjoni tal-infrastruttura u l-mezzi ta' komunikazzjoni meħtieġa għall-estensjoni tal-kopertura tas-sinjali tat-Televiżjoni Diġitali Terrestri (DTT) fil-komunità awtonoma ta' Madrid.” Dawn għandhom jiġu konklużi permezz tal-proċedura ssimplifikata ordinarja fuq bażi ta' bosta kriterji. Kawża ECON/000572/2008.
(106) Paġna 3, il-paragrafu 3 — “(…)il-provvista, l-installazzjoni u l-attivazzjoni tal-infrastruttura u l-mezzi ta' komunikazzjoni meħtieġa għall-estensjoni tal-kopertura tas-sinjali tat-Televiżjoni Diġitali Terrestri (DTT) fil-komunità awtonoma ta' Madrid, inkluża l-ħidma kollha relatata mal-eżekuzzjoni tal-proġetti tekniċi relatati, il-kejl, il-manutenzjoni, it-tħaddim u l-ġestjoni tal-installazzjonijiet li jagħmlu parti mis-servizz għall-infrastruttura użata, kif ukoll il-ħidma meħtieġa għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni istituzzjonali għall-promozzjoni tat-Televiżjoni Diġitali Terrestri.”
Paġna 9, il-paragrafu 8 — “Għandu jiġi speċifikat in-netwerk tax-xandir propost għall-provvista tal-kopertura tat-televiżjoni diġitali terrestri, abbażi tal-iskeda ta' żmien għad-diżattivazzjoni u l-allokazzjoni baġitarja disponibbli.”
(107) Paġna 4, il-paragrafi 2 u 8 — “L-għan ewlieni li għandu jiġi segwit permezz tat-twettiq tal-ħidma ddettaljata hawn taħt jirrigwardja l-estensjoni u l-garanzija ta' perċentwal mill-aktar qrib possibbli għal 100 % tal-kopertura tat-Televiżjoni Diġitali Terrestri (DTT) liċ-ċittadini kollha fil-komunità awtonoma ta' Madrid. Sabiex tiġi ffaċilitata r-reċezzjoni tad-DTT fiż-żoni tal-kopertura, huwa rrakkomandat li ċ-ċentri tax-xandir ikollhom siti li jkunu kompatibbli mal-orjentazzjoni tad-dixxijiet tas-satellita eżistenti fil-bini, sabiex iċ-ċittadini ma jkollhomx bżonn jinstallaw dixxijiet ġodda jew jorjentaw mill-ġdid id-dixxijiet eżistenti. Għaldaqstant, l-offerenti għandhom jgħidu kif sejrin jindirizzaw din il-kwistjoni fis-soluzzjoni proposta.” Paġna 12, il-paragrafu 4 — “Il-micro broadcaster/micro transmitter għandu jiġi ddisinjat skont l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin”…
(108) Sejħiet għall-offerti oħrajn li ġew identifikati mill-Kummissjoni bħala li jaqgħu fl-istess kategorija huma, fost l-oħrajn, żewġ sejħiet għall-offerti li ġew organizzati minn Provilsa f'Marzu 2009 u li ntrebħu minn Retevision SA u Telvent Energía S.A.; is-sejħa għall-offerti SE/CTTI/06/08, li ġiet organizzata minn CTTI u mirbuħa minn Abertis S.A., is-sejħa għall-offerti Contratación del suministro de la fase II y III para la extensión de la TDT en Aragón, li ġiet organizzata f'Ġunju 2009 minn Aragón Telecom u mirbuħa minn Abertis.
ANNESS
In-nefqa pubblika fiż-Żona II fuq l-introduzzjoni tad-DTT, skont ir-reġjuni Spanjoli (il-Komunitajiet Awtonomi, minbarra Castilla La Mancha)
|
BAĠIT (f'EUR) |
||||||||
|
Reġjun (Komunità Awtonoma) |
Sussidji diretti mill-MYTIC (*1) |
Self b'imgħax baxx mill-MYTIC (*1) |
Fondi reġjonali (*1) |
Fondi lokali (*1) |
Spiża rikorrenti (2009-2011) (*1) |
Fondi totali |
Ammont totali ta' sejħiet għall-offerti organizzati (*2) |
Total public spending (*3) |
|
ANDALUCIA |
4 668 500,00 |
1 220 690,00 |
8 712 873,00 |
491 203,00 |
2 250 479,00 |
15 093 266,00 |
3 678 242,17 |
15 093 266,00 |
|
ARAGON |
5 900 000,00 |
8 700 000,00 |
5 400 000,00 |
— |
5 000 000,00 |
20 000 000,00 |
16 281 754,30 |
20 000 000,00 |
|
ASTURIAS |
— |
13 430 787,00 |
353 535,00 |
— |
2 129 698,00 |
13 784 322,00 |
13 784 322,00 |
13 784 322,00 |
|
BALEARES |
— |
— |
913 034,00 |
— |
763 034,00 |
913 034,00 |
3 294 429,02 |
3 294 429,02 |
|
CANARIAS |
2 905 766,26 |
1 130 595,85 |
1 792 402,57 |
— |
— |
5 828 764,68 |
5 284 331,67 |
5 828 764,68 |
|
CANTABRIA |
3 229 500,00 |
3 851 949,80 |
622 449,00 |
— |
860 850,00 |
7 703 898,80 |
6 355 613,68 |
7 703 898,80 |
|
CASTILLA Y LEON |
13 830 850,00 |
20 316 585,73 |
10 324 906,71 |
— |
6 716 000,00 |
37 756 342,44 |
37 756 342,44 |
37 756 342,44 |
|
CATALUÑA |
13 838 368,00 |
26 024 223,00 |
EBDA DEJTA |
EBDA DEJTA |
— |
39 862 591,00 |
52 316 794,34 |
52 316 794,34 |
|
CEUTA |
54 000,00 |
91 786,17 |
10 000,00 |
— |
EBDA DEJTA |
155 786,17 |
50 000,00 |
155 786,17 |
|
EXTREMADURA |
2 238 250,00 |
7 800 000,00 |
18 718,00 |
— |
— |
10 056 968,00 |
9 549 379,74 |
10 056 968,00 |
|
GALICIA |
6 083 300,00 |
5 000 000,00 |
6 003 336,00 |
— |
873 000,00 |
17 086 636,00 |
12 644 112,98 |
17 086 636,00 |
|
MADRID |
554 200,00 |
— |
3 068 444,00 |
— |
— |
3 622 644,00 |
3 622 744,00 |
3 622 644,00 |
|
MELILLA |
254 000,00 |
EBDA DEJTA |
2 000,00 |
EBDA DEJTA |
EBDA DEJTA |
256 000,00 |
— |
256 000,00 |
|
MURCIA |
135 750,00 |
— |
2 478 700,00 |
40 188,00 |
212 371,00 |
2 654 638,00 |
2 788 407,32 |
2 788 407,32 |
|
NAVARRA |
316 850,00 |
— |
6 675 028,00 |
— |
4 256 508,39 |
6 991 878,00 |
6 991 878,00 |
6 991 878,00 |
|
LA RIOJA |
1 229 350,00 |
3 000 000,00 |
3 737 425,00 |
— |
944 000,00 |
7 966 775,00 |
5 766 775,00 |
7 966 775,00 |
|
PAIS VASCO |
2 487 800,00 |
— |
9 802 703,00 |
2 425 000,00 |
1 508 308,00 |
14 715 503,00 |
179 000,00 |
14 715 503,00 |
|
VALENCIA |
1 822 250,00 |
13 384 248,94 |
818 280,30 |
586 234,17 |
679 500,00 |
16 611 013,41 |
15 412 499,00 |
16 611 013,41 |
Informazzjoni dwar l-ammonti ta' għajnuna rċevuta, li għandha tiġi rkuprata u li diġà ġiet irkuprata
|
L-identità tal-benefiċjarju |
Ammont totali tal-għajnuna rċevuta taħt l-iskema (*4) |
Ammont totali tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata (*4) (Kapital) |
Ammont totali tal-għajnuna li diġà ġiet irrimborżata (*4) |
|
|
Kapital |
Imgħax tal-irkupru |
|||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(*1) Ammonti rrappurtati mill-awtoritajiet ċentrali u reġjonali Spanjoli matul l-investigazzjoni.
(*2) Somma tal-fondi ttrasferiti lejn l-offerenti magħżula wara l-offerti sottomessi lill-Kummissjoni.
(*3) Hija biss id-dejta li ġejja minn erba' Reġjuni (bl-aħdar) tipermetti li jiġi stabbilit bi preċiżjoni l-ammont ta' għajnujna mill-Istat, peress li kemm (i) is-somma ddikjarata ta' fondi mogħtija mill-awtoritajiet kif ukoll (ii) it-total tal-fondi ttrasferiti skont l-offerti sottomessi lill-Kummissjoni jikkoinċidu. Minħabba d-diffikultà li tinkiseb informazzjoni preċiża minn Reġjuni oħra, jitqies li l-ammont ta' għajnuna mill-Istat mogħtija f'reġjun partikolari huwa l-ogħla wieħed miż-żewġ ammonti ddikjarati: (i) it-total tal-fondi mogħtija mill-awtoritajiet jew (ii) it-total tal-fondi ttrasferiti wara l-offerti sottomessi lill-Kummissjoni.
(*4) F'miljuni tal-munita nazzjonali