<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-507/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0507</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:864">EU:C:2017:864</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza Tal-<DATE ISO="20171115">15.11.2017</DATE> – Kawża C-507/16</P><P>Entertainment Bulgaria System</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20171115">15 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 168(a) u Artikolu 169(a), Artikolu 214(1)(d) u (e) u Artikoli 289 u 290</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-input dovuta jew imħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjonijiet tal-output fi Stati Membri oħra</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa fl-Istat Membru li fih jiġi eżerċitat id-dritt ta’ tnaqqis</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-507/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (qorti amministrattiva tal-belt ta’ Sofija, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160912">12 ta’ Settembru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20160926">26 ta’ Settembru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Entertainment Bulgaria System EOOD</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> - Sofia,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot (Relatur), li qiegħed jaġixxi bħala President tal-Awla, S. Rodin u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Entertainment Bulgaria System EOOD, minn S. Georgieva, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għad-Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> ‑ Sofia, minn A. Georgiev, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Bulgaru, minn E. Petranova u M. Georgieva, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u P. Mihaylova, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 168(a) u (b), tal-Artikolu 169(a) u tal-Artikolu 214 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2006">ĠU 2006 L 347, p. 14</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/162/UE tat-<DATE ISO="20091222">22 ta’ Diċembru 2009</DATE>(<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="010" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 10, p. 14</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Direttiva 2006/112<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Entertainment Bulgaria System EOOD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>EBS<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u d-Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> ‑ Sofia (direttur tad-direttorat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>appell u prassi fil-qasam ta’ tassazzjoni u ta’ sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> ta’ Sofija, il-Bulgarija), dwar avviż ta’ aġġustament li jimponi fuq din l-impriża l-ħlas ta’ teħid lura ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (TVA) u l-interessi moratorji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-liġi tal-Unjoni Ewropea</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-transazzjonijiet, li tnaqqas mll-VAT li għandha tħallas dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti li sarulha ta’ merkanzija jew servizzi, li twettqu jew li għad iridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 169 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Minbarra t-tnaqqis msemmi fl-Artikolu 168, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata li tnaqqas l-VAT imsemmija hemmhekk, safejn il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għal finijiet ta’ dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>transazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-attivitajiet msemmijin fit–tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1), li twettqu barra mill-Istat Membru li fih dik it-taxxa hi dovuta jew imħallsa, li fir-rigward tiegħu il-VAT tista’ titnaqqas jekk dawn twettqu f’dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 214 ta’ din id-direttiva jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="214.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni li ġejjin huma identifikati permezz ta’ numru individwali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kull persuna taxxabbli, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-Artikolu 10(2), li fit-territorju tagħhom twettaq fornimenti ta’ merkanzija jew servizzi li fir-rigward tagħhom tista’ titnaqqas il-VAT, minbarra l-fornimenti ta’ merkanzija jew servizzi li għalihom il-VAT għandha titħallas biss mill-konsumatur jew mill-persuna li għaliha hija intenzjonata l-merkanzija jew is-servizzi, skond l-Artikoli 194 sa 197 u l-Artikolu 199;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>kull persuna taxxabbli li fit-territorju rispettiv tagħha tirċievi servizzi li għalihom għandha tħallas il-VAT skond l-Artikolu 196;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>kull persuna taxxabbli, stabbilita fit-territorju rispettiv tagħha, twettaq forniment ta’ servizzi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li għalihom għandha titħallas il-VAT unikament mir-riċevitur skond l-Artikolu 196<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 196 tal-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna taxxabbli, jew persuna ġuridika mhux taxxabbli li hi identifikata għall-finijiet tal-VAT, li lilha jiġu fornuti s-servizzi previsti fl-Artikolu 44, jekk s-servizzi jiġu fornuti minn persuna taxxabbli mhux stabbilita fit-territorju ta’ l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 282 tad-Direttiva 2006/112, l-eżenzjonijiet u l-ħelsien mit-taxxa gradwali previsti fit-Taqsima 2 ta’ din id-direttiva għandhom japplikaw għall-provvista ta’ merkanzija u servizzi mill-impriżi żgħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 287 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-Istati Membri li aderew wara l‑<DATE ISO="19780101">1 ta’ Jannar 1978</DATE> jistgħu jeżentaw lill-persuni taxxabbli li l-fatturat [dħul mid-dħul]’annwali tagħhom ma jkunx ogħla mill-eqwivalenti f’munita nazzjonali ta’ l-ammonti li ġejjin bir-rata tal-kambju fil-ġurnata ta’ adeżjoni tagħhom:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>17)</NO.P><TXT>Il-Bulgarija: [EUR] <FT TYPE="NUMBER">25600</FT>,</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 289 tad-Direttiva 2006/112 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Persuni taxxabbli eżenti mill-VAT m’għandhomx ikunu intitolati biex inaqqsu l-VAT skont l-Artikoli 167 sa 171 u l-Artikoli 173 sa 177, u ma jistgħux juru l-VAT fuq il-fatturi tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 290 tal-imsemmija direttiva jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Persuni taxxabbli intitolati għall-eżenzjoni mill-VAT jistgħu jagħżlu jew l-arranġamenti normali tal-VAT jew il-proċeduri simplifikati previsti fl-Artikolu 281. F’dan il-każ, huma għandhom ikunu intitolati għal kwalunkwe ħelsien gradwat mit-taxxa previst mil-leġislazzjoni nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt Bulgaru</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 70(4) taz-Zakon za danak varhu dobavenata stoynost (liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, DV Nru 63, tal-<DATE ISO="20060804">4 ta’ Awwissu 2006</DATE>, iktar ’il quddiem iz-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ZDDS<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) jipprevedi li persuna rreġistrata skont l-Artikolu 97a taz-ZDDS ma għandux id-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 94 taz-ZDDS jipprevedi, fil-paragrafu 3 tiegħu li r-reġistrazzjoni għall-finijiet tal-VAT titwettaq jew b’mod mandatorju jew b’mod fakultattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 96(1) taz-ZDDS jispeċifika li kull persuna taxxabbli li tkun għamlet dħul mill-bejgħ taxxabbli ta’ iktar minn jew ekwivalenti għal <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> lev Bulgara (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">25600</FT>) matul perijodu li ma jeċċedix tnax‑il xahar konsekuttiv qabel ix-xahar kurrenti għandha tippreżenta applikazzjoni għal reġistrazzjoni għall-finijiet ta’ din il-liġi fi żmien erbatax-il jum wara t-tmiem tas-sena fiskali li matulha nkiseb dan id-dħul mill-bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 97a taz-ZDDS jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="097A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna taxxabbli għandha tkun suġġetta għal reġistrazzjoni skont din il-liġi fis-sens tal-Artikolu 3(1), (5) u (6) li tkun irċeviet servizzi li l-post ta’ prestazzjoni tagħhom huwa t-territorju nazzjonali, li huma taxxabbli u li għalihom il-VAT titħallas mid-destinatarju skont l-Artikolu 82(2).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="097A.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna taxxabbli għandha tkun suġġetta għal reġistrazzjoni skont din il-liġi fis-sens tal-Artikolu 3(1), (5) u (6), stabbilita fit-territorju nazzjonali, li tipprovdi servizzi konformement mal-Artikolu 21(2) li l-post ta’ eżekuzzjoni huwa t-territorju ta’ Stat Membru ieħor.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="097A.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Persuna taxxabbli rreġistrata konforemement mal-paragrafu 1 għandha wkoll titqies bħala rreġistrata konformement mal-paragrafu 2 u viċi versa.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 100(1) taz-ZDDS:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Kull persuna taxxabbli li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ reġistrazzjoni obbligatorja konformement mal-Artikolu 96(1) għandu jkollha d-dritt li tirreġistra konformement ma’ din il-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 113(9) taz-ZDDS jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Persuni taxxabbli li ma humiex irreġistrati konformement ma’ din il-liġi jew li huma rreġistrati abbażi tal-Artikolu 97a(1) u (2) […], ma għandhomx id-dritt li jsemmu l-VAT fil-fatturi li joħorġu.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li EBS hija kumpannija stabbilita fil-Bulgarija, li tipprovdi servizzi fil-qasam tas-servizzi online bħalma huma d-disinn ta’ siti tal-internet, l-iżvilupp tal-multimedia jew id-disinn grafiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Mill-<DATE ISO="20101221">21 ta’ Diċembru 2010</DATE>, EBS ġiet identifikata għall-finijiet tal-VAT skont l-Artikolu 97a (2) taz-ZDDS, li jipprevedi r-reġistrazzjoni tal-persuni taxxabbli stabbiliti fil-Bulgarija li jipprovdi servizzi li l-post ta’ eżekuzzjoni tagħhom huwa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni tar-rinviju, EBS ibbenefikat minn provvista ta’ servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju ta’ Stati Membri oħra li ma humiex ir-Repubblika tal-Bulgarija, li hija użat biex tipprovdi servizzi fi Stati Membri oħra u fl-Isvizzera.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>EBS wettqet it-tnaqqis tal-VAT relatata mal-provvista ta’ servizzi tal-input hekk rċevuti, fil-kuntest ta’ skema ta’ reverse charges.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Waqt verifika fiskali, in-Natsionalnata agentsia za prihodite, (aġenzija nazzjonali tad-dħul pubbliku, il-Bulgarija) ikkonstatat li EBS laħqet, mit‑<DATE ISO="20131130">30 ta’ Novembru 2013</DATE>, il-fatturat li lil hinn minnu l-impriżi ma jibbenefikawx mill-iskema ta’ eżenzjoni mill-VAT f’dan l-Istat Membru u għandhom, skont id-dritt nazzjonali jirreġistraw ruħhom għall-VAT konformement mal-Artikolu 96(1) taz-ZDDS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ avviż ta’ aġġustament tas-<DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, l-aġenzija nazzjonali tad-dħul pubbliku, min-naħa, qieset li EBS eżerċitat indebitament id-dritt tagħha ta’ tnaqqis tal-VAT tal-input relatata mal-provvista li bbenefikat minnha, minħabba li l-Artikolu 70(4) taz-ZDDS jipprojbixxi l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt għall-persuni taxxabbli identifikati skont l-Artikolu 97a taż-ZDDS u, min-naħa l-oħra, imponiet fuq EBS il-ħlas tal-arretrati tal-VAT flimkien mal-interessi moratorji (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>avviż ta’ aġġustament<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20151130">30 ta’ Novembru 2015</DATE>, id-direttur tad-direttorat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>appell u prassi fil-qasam ta’ tassazzjoni u ta’ sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> ta’ Sofija parzjalment laqa’ t-talba għar-rettifika tal-avviż ta’ aġġustament, billi kkunsidra li l-projbizzjoni li titnaqqas il-VAT tal-input dovuta jew imħallsa ma setgħetx tiġi opposta lil EBS sakemm l-identifikazzjoni tal-VAT skont l-Artikolu 96(1) taz-ZDDS, iżda biss sad-data li fiha l-kundizzjonijiet għat-tressiq ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont dik id-dispożizzjoni ġew issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li kienet obbligata tħallas ammont ta’ BGN <FT TYPE="NUMBER">2094196</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1070741</FT>) ta’ VAT, flimkien mal-interessi moratorji, EBS adixxiet l-Administrativen sad Sofia-grad (qorti amministrattiva tal-belt ta’ Sofija, il-Bulgarija) b’talba għal annullament tal-avviż ta’ aġġustament hekk irrettifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Din il-qorti tistaqsi jekk l-Artikolu 70(4) taz-ZDDS huwiex konformi mad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Hija tirrileva li, jekk il-persuni taxxabbli rreġistrati għall-VAT skont l-Artikolu 97a taz-ZDDS, li għalih jagħmel riferiment l-Artikolu 70(4) taz-ZDDS, ma jistgħux isemmu l-VAT fil-fatturi tagħhom għal konsenji li huma jwettqu fil-Bulgarija, huma għandhom, min-naħa l-oħra, ikunu jistgħu jiffatturaw din it-taxxa għall-konsenji ta’ prodotti jew provvista ta’ servizzi li l-post ta’ eżekuzzjoni tagħhom jinsab barra mit-territorju ta’ dan l-Istat Membru. Hija tqis li dawn il-persuni taxxabbli jistgħu konsegwentement, inaqqsu l-VAT tal-input dovuta jew imħallsa għall-provvista ta’ servizzi li huma pprovdewlhom permezz ta’ persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju ta’ Stati Membri oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Administrativen sad Sofia-grad (qorti amministrattiva ta’ Sofija, il-Bulgarija) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 214 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li fil-kuntest tad-dritt għat-tnaqqis għandu jingħata piż differenti lill-ipoteżijiet ta’ identifikazzjoni għall-finijiet tal-VAT, jew, rispettivament, fis-sens li jipprekludu lill-Istati Membri milli jagħtu piż differenti lill-ipoteżijiet ta’ identifikazzjoni, bħalma huwa l-każ fid-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 97a u fl-Artikolu 70(4) taz-Zakon za danaka varhu dobavenata stoynost (Liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, iktar ’il quddiem iż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ZDDS<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 168(a) u tal-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna, identifikata skont l-Artikolu 214(1)(e) ta[l-imsemmija direttiva], ma għandhiex dritt li tnaqqas it-taxxa tal-input tal-VAT imħallsa minnha fir-rigward ta’ provvisti ta’ servizzi, imwettqa minn persuni taxxabbli minn Stati Membri oħra, f’sitwazzjoni fejn tuża dawn l-istess provvisti għat-twettiq ta’ provvisti ta’ servizzi fi Stati Membri oħra u fejn ikunu ssodisfatti r-rekwiżiti sostantivi u proċedurali l-oħra għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 168(a) u tal-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 70(4) taz-ZDDS, li fl-ebda każ ma jirriżulta dritt għal tnaqqis ta’ kreditu fiskali għal persuna taxxabbli, identifikata għall-finijiet tal-VAT fuq il-bażi tal-Artikolu 214(1)(d) jew (e), u mhux fuq il-bażi tal-Artiklu 214(1)(a) tad-Direttiva 2006/112?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tat-tliet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 168(a) u l-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112 jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi persuna taxxabbli stabbilita fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, li tnaqqas il-VAT tal-input dovuta jew imħallsa f’dan l-Istat Membru għal servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli stabbiliti fi Stati Membri oħra u użati sabiex jipprovdu provvista ta’ servizzi fi Stati Membri oħra, li ma humiex l-Istat Membru li fih hija stabbilita l-persuna taxxabbli, peress li din tkun identifikata għall-finijiet tal-VAT skont wieħed jew l-ieħor miż-żewġ każijiet imsemmija fl-Artikolu 214(1)(d) u (e) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat, qabelxejn, li l-Artikolu 214(1)(d) u (e) tad-Direttiva 2006/112 li jirrigwarda, rispettivament, il-każ fejn il-persuna taxxabbli tirċievi, fit-territorju ta’ Stat Membru, provvista ta’ servizzi li għalihom hija responsabbli li tħallas il-VAT skont l-Artikolu 196 ta’ din id-direttiva u dak il-każ li fih il-persuna taxxabbli hija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru u jipprovdi servizzi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, fejn biss il-klijent huwa responsabbli li jħallas il-VAT skont dan l-istess Artikolu 196. Mid-deċiżjoni ta’ rinviju jirriżulta li din id-dispożizzjoni ġiet trasposta fid-dritt Bulgaru fl-Artikolu 97a(1) u (2) taz-ZDDS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar sussegwentement li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-prinċipju fundamentali ta’ newtralità tal-VAT tal-input dovuta jew imħallsa tingħata jekk ir-rekwiżiti sostantivi jiġu ssodisfatti, anki jekk ċerti rekwiżiti formali jkunu tħallew barra mill-persuni taxxabbli (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Salomie u Oltean</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-183/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:454">EU:C:2015:454</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li identifikazzjoni għall-finijiet tal-VAT, prevista fl-Artikolu 214 tad-Direttiva 2006/112, hija biss rekwiżit formali għall-finijiet ta’ verifika, li ma jistax jikkontesta, b’mod partikolari, id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT, sa fejn il-kundizzjonijiet sostantivi li joħolqu dan id-dritt ikunu ssodisfatti (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Salomie u Oltean</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-183/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:454">EU:C:2015:454</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, b’mod partikolari, li persuna taxxabbli għall-finijiet tal-VAT ma tistax tiġi prekluża milli teżerċita d-dritt tagħha li tnaqqas il-VAT tal-input dovuta jew imħallsa peress li ma kinitx identifikata għall-finijiet tal-VAT qabel ma użat l-oġġetti akkwistati matul l-attività taxxabbli tagħha (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Salomie u Oltean</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-183/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:454">EU:C:2015:454</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta wkoll, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, li leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprekludix persuna taxxabbli li jeżerċita d-dritt tagħha għal tnaqqis tal-VAT tal-input dovuta jew imħallsa, peress li tkun identifikata għall-finijiet tal-VAT skont wieħed jew l-ieħor miż-żewġ każijiet imsemmija fl-Artikolu 214(1)(d) u (e) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Inkunsiderazzjoni ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, għandha tingħata risposta għad-domandi li saru li d-Direttiva 2006/112 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat li jipprojbixxi lil persuna taxxabbli, stabbilita fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, li jnaqqas il-VAT tal-input dovuta jew imħallsa f’dan l-Istat Membru għal servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli stabbiliti fi Stati Membri oħra u użati sabiex jipprovdu provvista ta’ servizzi fi Stati Membri oħra, li ma humiex l-Istat<?PAGE NO="7"?> Membru li fih hija stabbilita l-persuna taxxabbli, peress li din tkun identifikata għall-finijiet tal-VAT skont wieħed jew l-ieħor miż-żewġ każijiet imsemmija fl-Artikolu 214(1)(d) u (e) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li tista’ tinżamm ukoll interpretazzjoni differenti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li peress li EBS ma setgħetx tibqa’ tibbenefika mill-iskema ta’ eżenzjoni mit-taxxa fil-Bulgarija, inkunsiderazzjoni tal-livell ta’ fatturat tagħha, hija ma setgħetx tiġi identifikata għall-finijiet tal-VAT skont l-Artikolu 97a(1) u (2) taz-ZDDS, iżda kienet, min-naħa l-oħra, suġġetta għas-sistema ta’ reġistrazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>obbligatorja<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> skont l-Artikolu 96 taz-ZDDS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, jidher li jirriżulta li huma jistgħu biss jiġu identifikati għall-finijiet tal-VAT skont l-Artikolu 97a(1) u (2) taz-ZDDS dawk il-persuni taxxabbli suġġetti għall-iskema ta’ eżenzjoni mit-taxxa fil-Bulgarija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Jekk dan huwa l-każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, peress li għandha ġurisdizzjoni esklużiva li tinterpreta d-dritt nazzjonali, jekk id-domandi magħmula għandhomx jiġu fformulati mill-ġdid u li jiġi kkunsidrat jekk l-Artikolu 168(a) u l-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112 jipprekludux leġiżlazzjoni fi Stat Membru li tipprojbixxi lil persuna taxxabbli stabbilita fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru milli tibbenefika minn skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa, milli teżerċita d-dritt li tnaqqas il-VAT tal-input dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat għal servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli stabbiliti fi Stati Membri oħra li ma humiex l-Istat Membru li fih hija stabbilita l-persuna taxxabbli, u użati minnhom biex jipprovdu provvista ta’ servizzi fi Stati Membri oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112 jipprevedi li, sa fejn il-prodotti u s-servizzi jintużaw għall-finijiet ta’ dawn it-tranżazzjonijiet taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq it-tranżazzjonijiet tagħha, li tnaqqas l-ammont ta’ taxxa dovuta minnha, il-VAT dovuta jew imħallsa f’dan l-Istat Membru fir-rigward ta’ prodotti li ġew ikkonsenjati lilha jew li ser jiġu kkonsenjati lilha u għas-servizzi, li ġew ipprovduti jew li ser jiġu pprovduti minn persuna taxxabbli oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, impriża stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru u li tibbenefika mill-iskema ta’ eżenzjoni mit-taxxa f’dan l-Istat Membru ma tistax tinvoka d-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT tal-input dovuta jew imħallsa skont din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, l-Artikolu 289 tad-Direttiva 2006/112 tipprevedi li l-persuni taxxabbli suġġetti għal din l-iskema ta’ eżenzjoni mit-taxxa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>m’għandhomx ikunu intitolati biex inaqqsu l-VAT skond l‑Artikoli 167 sa 171 […] u ma jistgħux juru l-VAT fuq il-fatturi tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112 jippreċiża li, il-persuna taxxabbli għandha d-dritt li tnaqqas il-VAT hemm imsemmija sa fejn l-oġġetti jew is-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-tranżazzjonijiet tagħha li jaqgħu taħt l-attivitajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tal-istess direttiva, imwettqa barra mill-Istat Membru li fih tkun dovuta jew imħallsa dik it-taxxa, li fir-rigward tagħhom kien ikun hemm dritt għal tnaqqis li kieku dawn it-tranżazzjonijiet ikunu twettqu f’dak l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112, l-eżerċizzju tad-dritt ta’ tnaqqis, jiddependi, konsegwentement, fuq il-kwistjoni ta’ jekk tali dritt jeżistix meta t-tranżazzjonijiet kollha jitwettqu fl-istess Stat Membru (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>RBS Deutschland Holdings</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-277/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:810">EU:C:2010:810</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dritt għal tnaqqis jista’ jiġi implementat indipendentement kemm mill-issuġġettar effettiv għall-VAT tat-tranżazzjoni tal-output, fl-Istati Membri l-oħra (ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>RBS Deutschland Holdings</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑277/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:810">EU:C:2010:810</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, fejn impriża li tibbenefika mill-iskema ta’ eżenzjoni mit-taxxa fil-Bulgarija ma tistax tinvoka f’dan l-Istat Membru d-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT tal-input dovuta jew imħallsa għall-provvista ta’ servizzi pprovduti f’dak l-Istat Membru, waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112, biex tibbenefika mid-dritt tat-tnaqqis ta-VAT tal-input dovuta jew imħallsa, għall-provvista ta’ servizzi pprovduti barra dan l-Istat Membru, lanqas ma tkun issodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 168(a) u l-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni li tipprojbixxi lil persuna taxxabbli stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru milli tibbenefika minn skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa milli teżerċita d-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT tal-input dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat għall-provvista ta’ servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli stabbiliti fi Stati Membri oħra u użati biex jipprovdu servizzi fi Stati Membri oħra li ma humiex l-Istat Membru li fih hija stabbilita l-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula, għandha tkun li d-Direttiva 2006/112 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li jipprojbixxi persuna taxxabbli, stabbilita fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, li jnaqqas il-VAT tal-input dovuta jew imħallsa f’dan l-Istat Membru għal servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli stabbiliti fi Stati Membri oħra li ma humiex l-Istat Membru li fih hija stabbilita l-persuna taxxabbli u użati sabiex jipprovdu provvista ta’ servizzi fi Stati Membri oħra, peress li din tkun identifikata għall-finijiet tal-VAT skont wieħed jew l-ieħor minn żewġ każijiet imsemmija fl-Artikolu 214(1)(d) u(e) tad-Direttiva 2006/112. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 168(a) u l-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni li tipprojbixxi lil persuna taxxabbli stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru milli tibbenefika minn skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa milli teżerċita d-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT tal-input dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat għall-provvista ta’ servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli stabbiliti fi Stati Membri oħra u użati biex jipprovdu servizzi fi Stati Membri oħra li ma humiex l-Istat Membru li fih hija stabbilita l-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/162/UE, tat-<DATE ISO="20091222">22 ta’ Diċembru 2009</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi persuna taxxabbli, stabbilita fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, li jnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input dovuta jew imħallsa f’dan l-Istat Membru għal servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli stabbiliti fi Stati Membri oħra li ma humiex l-Istat Membru li fih hija stabbilita l-persuna taxxabbli, peress li din tkun identifikata għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud skont wieħed jew l-ieħor minn żewġ każijiet imsemmija fl-Artikolu 214(1)(d) u(e) tad-Direttiva 2006/112 kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/162/UE. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 168(a) u l-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112 kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/162/UE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni li tipprojbixxi lil persuna taxxabbli stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru milli tibbenefika minn skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa milli teżerċita<?PAGE NO="9"?> d-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat għal servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli stabbiliti fi Stati Membri oħra li ma humiex l-Istat Membru li fih hija stabbilita l-persuna taxxabbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>