|
21.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 19/2012
tal-10 ta’ Frar 2012
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IX ta’ mal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż segwenti jiddaħħal fil-punt 14 (id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fil-punt 31 (id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX ta’ mal-Ftehim:
|
“— |
32010 L 0076: Id-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 329, 14.12.2010, p. 3).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2010/76/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 341, 22.12.2011, p. 81.
(2) ĠU L 329, 14.12.2010, p. 3.
(*1) Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.