Official Journal L 150 , 25/06/1996 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1125/96 tal-24 ta’ Ġunju 1996 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 97/95 li jipprovdi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 f'dak li għandu x'jaqsam mal-prezz minimu u ħlas kompensatorju li għandhom jitħallsu lill-produtturi tal-patata u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 li jistabbilixxi sistema ta' kwota f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni tal-lamtu tal-patata Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċerejali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 923/96 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 (5) tiegħu, Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi sistema ta’ kwota f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni tal-lamtu tal-patata [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 206/96 [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 97/95 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 206/96, li jipprovdi regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 f'dak li għandu x'jaqsam mal-prezz minimu u ħlas kompensatorju li għandhom jitħallsu lill-produtturi tal-patata u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 li jistabbilixxi sistema ta’ kwota f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni tal-lamtu tal-patata; Billi r-Regolament (KE) Nru 97/95 jiffissa, fost affarijiet oħra, il-kontenut minimu tal-lamtu tal-patata imqassma lil impriżi li jimmanufatturaw il-lamtu għal 13 %; billi iżda, r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2953/95 tal-20 ta’ Diċembru 1995 li jiffissa l-kontenut minimu tal-lamtu tal-patata f'ċerti Stati Membri fis-sena ta' suq [6] 1995/96 jidderoga minn din ir-regola fuq il-bażi tat-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 6 (2) tar-Regolament (KE) Nru 97/95 billi jiffissa l-kontenut minimu tal-lamtu għall-Awstrija, Franza, l-Olanda, il-Ġermanja w d-Danimarka għal 12,8 %; Billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza, din id-deroga għandha tkun introdotta b'mod permanenti fir-Regolament (KE) Nru 97/95, li tħalli produtturi tal-lamtu jaċċettaw kunsinni ta’ patata b'kontenut tal-lamtu ta’ inqas minn 13 % sakemm il-kwantità tal-lamtu li tista’ tkun immanufatturata minn dik il-patata ma taqbiżx 1 % tas-subkwota tagħhom; billi l-penali talli jkunu aċċettati kunsinni b'kontenut tal-lamtu ta’ inqas mill-kontenut minimu permess għandhom ikunu stabbiliti billi jiżdied l-Artikolu 13; Billi d-definizzjoni ta’ patata fl-Artikolu 1 (f) għandha tkun riveduta; Billi l-kondizzjonijiet għal għoti ta’ ħlas kompensatorju għandhom ikunu ċċarati billi jiżdied l-Artikolu 7 u l-kondizzjonijiet għal li jingħata l-kumpens għandhom ikunu ċċarati billi jiżdied l-Artikolu 11; Billi l-Kumitat ta’Ġestjoni għaċ-Ċerejali ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien iffissat mill-president tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 97/95 hu emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1 (f) jinbidel b'dan li ġej: "(f) patata: patata maħsuba għall-manufattura tal-lamtu tal-patata msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 u b'kontenut tal-lamtu ta' anqas minn 13 %; minbarra fejn japplika t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6 (2)."; 2. L-Artikolu 6 (2) hu mibdul b'dan li ġej: "2. Kunsinni aċċettati għandu jkollhom kontenut tal-lamtu ta’ inqas minn 13 %. Iżda, impriżi li jipproduċu l-lamtu jistgħu jaċċettaw kunsinni ta’ patata b'kontenut tal-lamtu inqas minn 13 % sakemm il-kontenut tal-lamtu li jista’ jkun immanufatturat minn din il-patata ma jaqbiżx il-1 % tas-subkwota. il-prezz minimu li għandu jitħallas f'dan il-każ għandu jkun dak validu għal kontenut tal-lamtu ta’ 13 %"; 3. is-sentenza li ġejja għandha tiżdied ma’ l-aħħar ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7 (1): "M'għandu jingħata l-ebda kumpens la għal lamtu prodott minn patata li m'hiex ta’ kwalità tajba u tajba għall-bejgħ u lanqas għal-lamtu prodott minn patata li l-kontenut tal-lamtu hu inqas minn 13 %, minbarra fejn japplika t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6 (2)."; 4. l-Artikolu 7 (a) li ġej hu miżjud: "Artikolu 7(a) Il-ħlas kompensatorju għandu jingħata lil produtturi għal patata ta’ kwalità tajba u tajjeb għall-bejgħ, fuq il-bażi tal-kontenut tal-lamtu tal-patata konsenjata, skond ir-rati ffissati fl-Anness II. 'M'għandu jingħata l-ebda ħlas kumpensatorju la għal lamtu prodott minn patata li m'hiex ta’ kwalità tajba u tajba għall-bejgħ u lanqas għal lamtu prodott minn patata li l-kontenut tal-lamtu hu inqas minn 13 %, minbarra fejn japplika t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6 (2)."; 5. L-Artikolu 11 (1) (b) hu mibdul b'dan li ġej: "(b) Fil-każ tal-kumpens li għalih hemm referenza fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1868/94, fuq il-kondizzjonijiet li: - l-impriża li tipproċessa tagħti prova li pproduċiet il-lamtu partikolari matul is-sena ta’ suq ikkonċernata, - l-impriża tagħti prova li ħalset prezz mhux inqas minn dak li għalih hemm referenza fl-Artikolu 8 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, fil-fażi ta’ tqassim fil-fabbrika għall-kwantità kollha ta’ patata prodotta fil-Komunità, użata għall-produzzjoni tal-lamtu, - li l-impriża tagħti prova li l-lamtu partikolari ġie prodott minn patata koperta minn kuntratti ta' kultivazzjoni li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 4."; 6. fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 13 (4), il-kliem "persentaġġ partikolari" huwa mibdul b' "persentaġġ reġistrat"; 7. il-paragrafu li ġej hu mdaħħal wara l-Artikolu 13 (4): "4 (a) Jekk, għal kuntrarju ta’ l-Artikolu 6 (2), il-lamtu li jista’ jiġi prodott minn kunsinni aċċettati b'kontenut tal-lamtu inqas minn 13 %: - jaqbeż 1 % tas-subkwota ta’ l-impriża li tipproċessa, m'għandu jingħata l-ebda kumpens fuq il-kwantità maqbuża. Barra minn dan, il-kumpens mogħti għas-subkwota għandu jkun imnaqqas b'għaxar darbiet il-persentaġġ maqbuż reġistrat; - jaqbeż 11 % tas-subkwota ta’ l-impriża li tipproċessa, m'għandu jingħata l-ebda kumpens għas-sena ta’ suq partikolari. Barra minn dan, l-impriża li tipproċessa m'għandiex tkun eliġibbli għall-kumpens għas-sena ta’ suq ta’ wara."; Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata ta’ wara li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 1996. Dan ir-Regolament għandu jorbot kollu kemm hu u jkun applikabbli direttament fl-iStati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, l-24 ta’ Ġunju 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21. [2] ĠU L 126, ta’ l-24.5.1996, p. 37. [3] ĠU L 197, tat-30.7.1994, p. 1. [4] ĠU L 27, tat-3.2.1996, p. 7. [5] ĠU L 16, ta’ l-24.1.1995, p. 3. [6] ĠU L 308, tal-21.12.1995, p. 44. --------------------------------------------------