2004R0026 — MT — 19.07.2014 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 005, 9.1.2004, p.25) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1799/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 |
L 314M |
406 |
1.12.2007 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 741/2014 tat-8 ta' Lulju 2014 |
L 200 |
3 |
9.7.2014 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 26/2004
tat-30 ta' Diċembru 2003
dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd taħt il-politika komuni dwar is-sajd ( 1 ), u b'mod partikolari Artikolu 15 (3) u (4) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Fl-applikazzjoni tar-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd, skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, kull Stat membru huwa meħtieġ li jżomm reġistru tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u l-Kummissjoni hija meħtieġa li tistabbilixxi reġistru tal-flotta tal-Komunità fuq il-bażi tar-reġistri nazzjonali. |
|
(2) |
Sabiex din tkun għodda komprensiva u effettiva għall-implimentazzjoni tar-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd, ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità għandu jinkludi l-bastimenti tas-sajd kollha tal-Komunità, inklużi dawk użati esklussivament fl-akwakultura. |
|
(3) |
Sabiex tkun tista' ssir disponibbli l-informazzjoni essenzjali għall-amministrazzjoni tal-kapaċità tal-flottot tas-sajd u l-attività tagħhom, l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-bastiment li għandha tidher fir-reġistru għal kull Stat Membru skond l-Artikolu 15 (1) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 għandha tkun identifikata. |
|
(4) |
It-tifsira tal-proċeduri biex tintbagħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni li tidher fir-reġistru ta' kull Stat Membru hija meħtieġa biex tiżgura aġġornar regolari tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità. |
|
(5) |
Il-karatteristiċi u l-immarkar esterni rekordjati fir-reġistru miżmum minn kull Stat Membru għandhom ikunu speċifikati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2930/86 tat-22 ta' Settembru ta' l-1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi għall-bastimenti tas-sajd ( 2 ), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3259/94 ( 3 ), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 ta' l-20 ta' Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-immarkar u d-dokumentazzjoni ta' bastimenti tas-sajd ( 4 ). |
|
(6) |
L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-ħin kollu l-kwalità ta' l-informazzjoni mogħtija fir-reġistri nazzjonali tagħhom u jiżguraw li tiġi verifikata mill-Kummissjoni malli tiġi rċevuta. |
|
(7) |
Sabiex jiġu segwiti l-movimenti ta' bastimenti bejn Stati Membri u biex tiġi żgurata l-rabta mhix ekwivoka bejn l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità u d-data minn sistemi oħra ta' informazzjoni li tirrelata ma' attivitajiet tas-sajd, huwa importanti li jiġi allokat numru uniku ta' identifikazzjoni għal kull bastiment tas-sajd tal-Komunità, li ma jista' taħt l-ebda ċirkostanza jiġi assenjat mill-ġdid jew jinbidel. |
|
(8) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament u tiġi simplifikata l-amministrazzjoni ta' l-informazzjoni, l-għodda tal-komunikazzjoni li għandhom jintużaw bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni iridu jkunu definiti. |
|
(9) |
Għandu jiġi stipulat li l-Kummissjoni għandha tiżgura l-aċċess mill-Istati Membri għall-informazzjoni kollha fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità bl-osservanza tad-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-protezzjoni tad-data personali stipulata fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ). |
|
(10) |
Fid-dawl tal-bidliet magħmula permezz tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-metodu għall-amministrazzjoni tar-reġistri tal-bastimenti tas-sajd, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 tat-30 ta' Settembru 1998 dwar ir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità ( 6 ), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 839/2002 ( 7 ), għandu jitħassar. |
|
(11) |
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament:
(a) jistabbilixxi l-informazzjoni minima dwar il-karatteristiċi u l-attività li għandhom jidhru fir-reġistru li kull Stat Membru għandu jżomm dwar il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu (hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejjaħ “ir-reġistru nazzjonali”);
(b) jippreskrivi l-obbligi ta' l-Istati membri fir-rigward tal-ġbid, validazzjoni u trasmissjoni ta' data mir-reġistru nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni;
(ċ) jippreskrivi l-obbligi tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-amministrazzjoni tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejjaħ “ir-reġistru tal-Komunità”).
2. Id-data mir-reġistru tal-Komunità għandha sservi bħala referenza għall-applikazzjoni tar-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd.
Artikolu 2
Skop
Dan ir-Regolament għandu jgħodd għall-bastimenti kollha tas-sajd tal-Komunità, inklużi dawk użati esklussivament fl-akwakultura kif definit fil-punt 2.2 tal-Anness III li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 ( 8 )
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:
1. “avveniment”: kull dħul jew ħruġ mill-flotta ta' bastiment jew reġistrazzjoni jew bidla fil-karatteristiċi tiegħu kif definiti fl-Anness I;
2. “transmissjoni”: it-trasferiment diġitali ta' avveniment wieħed jew aktar tan-network ta' telekomunikazzjonijiet stabbilit bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-Kummissjoni;
3. “stampa”: il-ġrajjiet kollha rekordjati għall-bastimenti li jikkomprendu l-flotta ta' Stat membru bejn iċ-ċensiment imsemmi fl-Anness I u d-data tat-trasmissjoni;
4. “data personali”: l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-aġenti u l-proprjetarji ta' bastimenti tas-sajd.
Artikolu 4
Ġbid ta' data
Kull Stat membru għandu jiġbor mingħajr dewmien id-data msemmija fl-Anness II għall-bastimenti tal-Komunità li jtajru l-bandiera tiegħu.
Artikolu 5
Rekordjar fir-reġistru nazzjonali
Kull Stat Membru għandu jivvalida d-data miġbura skond Artikolu 4 u jirrekordjha fir-reġistru nazzjonali tiegħu.
Artikolu 6
Trasmissjoni perjodika
Kull Stat membru għandu jittrasmetti stampa lill-Kummissjoni fl-ewwel jum utli ta' Marzu, Ġunju, Settembru u Diċembru ta' kull sena.
Artikolu 7
Rekordjar fir-reġistru tal-Komunità
1. Malli tirċievi l-istampa, l-Komunità għandha tivverifika d-data li jkun fiha u ddaħħalha fir-reġistru tal-Komunità. Jekk ma jinkixef ebda żball din l-istampa għandha tissostitwixxi dik ta' qabel.
Jekk jinkixfu żbalji, l-Kummissjoni għandha tibgħat il-kummenti tagħha lill-Istat Membru li għandu jagħmel il-korrezzjonijiet meħtieġa fir-reġistru nazzjonali tiegħu u jibgħat lill-Kummissjoni stampa ġdida fi żmien għaxart ijiem utli min-notifikazzjoni tal-Kummissjoni.
2. Wara li tirċievi u tivverifika l-istampa l-ġdida, l-Kummissjoni għandha tirreġistraha jew tirrifjutaha jekk l-istampa jkun fiha żbalji mhux kompatibbli mal-politika komuni dwar is-sajd.
Jekk l-istampa aċċettata jkun għad fiha l-iżbalji, dawn għandhom jiġu notifikati lill-Istat membru li għandu jimpenja ruħu li jikkoreġihom minnufih skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 8.
3. Ir-reġistru tal-Komunità għandu jkun disponibbli għall-Istati Membri, skond ir-regoli stabbiliti bl-Artikolu 11, madwar xi 20 jum utli wara d-data tat-trasmissjoni perjodika ta' l-istampa.
Artikolu 8
Trasmissjoni temporanja
1. Fejn l-implimentazzjoni ta' miżuri speċjali taħt il-politka komuni dwar is-sajd hekk teħtieġ, l-Istat Membru, jew minn jeddu, jew fuq it-talba tal-Kummissjoni, għandu jittrasmetti mingħajr dewmien mir-reġistru nazzjonali tiegħu it-tagħrif aġġornat għall-bastimenti konċernati.
2. It-tagħrif trasmess għandu jkun fih għal kull bastiment il-partikolaritajiet tal-ġrajjiet kollha mid-data tad-daħla tiegħu fil-flotta sad-data tat-trasmissjoni.
3. Malli tirċievi l-istampa, l-Kummissjoni għandha tivverifika t-tagħrif u tissostitwih fir-reġistru tal-Komunità.
Artikolu 9
Għodda ta' komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri
1. It-trasmissjoni ta' data bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandha tkun immaniġġata permezz ta' l-applikazzjoni tal-IT żviluppata mill-Kummissjoni.
2. Ir-reġistru tal-Komunità u d-data li tikkonċerna l-verifiki u l-moniteragg tat-trasmissjonijiet għandhom ikunu aċċessibbli għall-Istati membri fuq l-Internet.
Artikolu 10
Numru ta' identifikazzjoni “CFR”
In-numru CFR imsemmi fl-Anness I għandu jidentifika l-bastimenti tas-sajd b'mod uniku. Dan għandu jkun inkluż fit-trasmissjonijiet kollha ta' data bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li tikkonċerna l-karatteristiċi u l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd.
In-numru għandu jiġi assenjat definittavament meta bastiment jiġi reġistrat għall-ewwel darba fir-reġistru nazzjonali. Dan ma jistax jinbidel jew jiġi assenjat mill-ġdid lil xi bastiment ieħor.
Artikolu 11
Aċċess
1. L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha li tkun tinsab fir-reġistru tal-Komunità bil-kundizzjoni li dawn josservaw id-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-protezzjoni ta' data personali li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 45/2001, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu.
2. Il-pubbliku għandu jkollu aċċess għal verżjoni tar-reġistru tal-Komunità li ma jkunx fih data personali.
3. Talbiet għall-aċċess għad-data personali fir-reġistru tal-Komunità għandhom jiġu trattati mill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 12
Tħassir
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 huwa b'dan imħassar.
Artikolu 13
Dhul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2004.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
DEFINIZZJONI TA' DATA U DESKRIZZJONI TA' REĠISTRAZZJONI
|
Isem taż-żona |
Numru massimu ta' karattri |
Allinjament (1) L(xellug)/R (lemin) |
Definizzjoni u kummenti |
|
Pajjiż ta' reġistrazzjoni |
3 |
— |
Stat Membru (Kodiċi Alpha-3 ISO) li fih il-bastiment huwa reġistrat għas-sajd skond ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dejjem il-pajjiż li jirrapporta. |
|
CFR (2) |
12 |
— |
(Numru tar-reġistru tal-flotta tal-Komunità). Numru uniku ta' identifikazzjoni ta' bastiment tas-sajd. Stat Membru (Kodiċi Alpha-3 ISO) segwit b'serje ta' identifikazzjoni (disa' karattri). Fejn serja jkollha anqas minn disa' karattri, għandhom jiddaħħlu żerijiet addizzjonali man-naħa tax-xellug. |
|
Kodiċi ta' incident |
3 |
— |
Kodiċi li tidentifika t-tip ta' incident rapportat. (Tabella 1) |
|
Data ta'l-incident (3) |
8 |
— |
Data (SSSSXXJJ) meta jkun seħħ |
|
Indikatur tal-liċenza |
1 |
— |
Bastiment b'liċenza tas-sajd skond ir-Regolament (KE) Nru 3690/93: I(iva)/L(le) |
|
Numru tar-reġistrazzjoni |
14 |
L |
|
|
Immarkar estern |
14 |
L |
Skond ir-Regolament (KEE) Nru 1381/87 |
|
Isem tal-bastiment |
40 |
L |
|
|
Port ta' reġistrazzjoni |
5 |
L |
Kodiċi nazzjonali (4) |
|
Indikatur IRCS |
1 |
— |
Bastiment b'radju internazzjonali abbord: I(Iva)/L(Le)/MM(Mhux magħruf) (7) |
|
IRCS |
7 |
L |
(Sinjal tas-sejħa internazzjonali bir-radju). Sinjal tas-sejħa internazzjonali bir-radju |
|
Indikatur VMS |
1 |
— |
(Sistema ta' moniteragg tal-bastiment) Bastiment b'sistema ta' moniteragg permezz tas-satellita skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002: I(iva)/L(le) |
|
Tagħmir prinċipali tas-sajd (5) |
3 |
L |
Kodiċi tat-tagħmir prinċipali (Tabella 3) |
|
Tagħmir tas-sajd sussidjarju |
3 |
L |
Kodiċi tat-tagħmir tas-sajd sussidjarju (Tabella 3) |
|
LOA |
6 |
R |
(Tul kollu) It-tul kollu f'metri definit skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. |
|
LBP |
6 |
R |
(It-tul bejn il-perpendikolari) It-tul bejn il-perpendikolari f'metri, skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. |
|
Tunnellaġġ TG |
8 |
R |
Fit-TG, definit skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. |
|
Tunellaġġ ieħor (6) |
8 |
R |
F'tunnellati metriċi skond il-Konvenzjoni ta' Oslo jew skond id-definizzjoni li għandha tiġi preskritta mill-Istat Membru. |
|
TG (6) |
7 |
R |
Fit-TG, żieda fit-tunnellaġġ permessa fuq il-bażi ta' sigurezza skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. |
|
Saħħa tal-makna prinċipali (6) |
8 |
R |
F'kW, skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. |
|
Saħħa tal-makna awżiljari (6) |
8 |
R |
F'kW. Tinkludi s-saħħa kollha tal-makni stallati mhix taħt l-intestatura “Saħħa tal-makna prinċipali.” |
|
Materjal tal-buq |
1 |
— |
Kodiċi (Tabella 4) |
|
Sena li fih ġie kummissjonat |
4 |
— |
Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. |
|
Xahar li fih ġie kummissjonat |
2 |
— |
Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. |
|
Jum li fih ġie kummissjonat |
2 |
— |
Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. |
|
Segment |
3 |
— |
Kodiċi (Tabella 5) |
|
Pajjiż ta' importazzjoni/esportazzjoni |
3 |
— |
Kodiċi Alpha-3 ISO għall-pajjiż importatur jew esportatur. |
|
Tip ta' esportazzjoni |
2 |
— |
Kodiċi (Tabella 6) |
|
Kodiċi għal għajnuna pubblika |
2 |
— |
Kodiċi (Tabella 7) |
|
Data tad-deċiżjoni amministrattiva |
8 |
— |
Data (SSSSXXJJ) tad-deċiżjoni amministrattiva msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1438/2003, Artikolu 6. |
|
Segment kopert bid-deċiżjoni amministrattiva |
3 |
— |
Kodiċi tas-segment MAGP li għandu jiġi notifikat skond ir-Regolament (KE) Nru 1438/2003. |
|
Sena ta' kostruzzjoni |
4 |
— |
|
|
Lok ta' kostruzzjoni |
100 |
L |
Test liberu. L-isem tat-tarznar, belt u pajjiż fejn inbena l-buq. |
|
L-isem ta'l-aġent tal-bastiment |
100 |
L |
Aġent tal-bastiment: Persuna naturali: kunjom, isem, Persuna ġuridika: isem |
|
Indirizz ta'l-aġent tal-bastiment |
100 |
L |
Test liberu. L-indirizz għandu jkun ċar biżżejjed biex jippermetti li l-aġent jiġi kuntattjat: triq, numru, kaxxa, kodiċi postali, belt u pajjiż. |
|
Indikatur tal-proprjetarju |
1 |
— |
Bastiment li l-aġent tiegħu huwa wkoll il-proprjetarju I(iva)/L(le) |
|
Isem tal-proprjetarju |
100 |
L |
Proprjetarju tal-bastiment: Persuna naturali: kunjom, isem Persuna ġuridika: isem |
|
Indirizz tal-proprjetarju |
100 |
L |
Test liberu. L-indirizz għandu jkun ċar biżżejjed biex jippermetti li l-proprjetarju jiġi kkuntattjat: triq, numru, kaxxa, kodiċi postali, belt u pajjiż. |
|
(1) Informazzjoni rilevanti għat-trasmissjoni ta' data permezz ta' formattjar b'tul fiss. (2) Numru Intern ta' qabel. (3) Fil-każ ta' ċensiment tal-flotta din hija id-data taċ-ċensiment fl-Istat Membru (Tabella 2). Għat-tipi l-oħra kollha ta' incidenti, d-data tad-dokument uffiċjali li jirrekordja l-ġrajja għandha tiġi notifikata. (4) Il-bidliet kollha fil-kodiċi nazzjonali jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. (5) It-tagħmir tas-sajd kunsidrat li huwa l-aktar wieħed li jintuża ta' spiss abbord il-bastiment għall-perjodu ta' sena jew għal kamppanja tas-sajd. (6) Valur numeriku b'żewġ punti deċimali mhux obbligatorji. Is-separatur għall-figuri deċimali huwa l-punt. Ebda separatur ma huwa aċċettat għall-eluf. Valur numeriku b'żewġ punti deċimali mhux obbligatorji. Is-separatur għall-figuri deċimali huwa l-punt. Ebda separatur ma huwa aċċettat għall-eluf. (7) Mhux validu għall-bastimenti kollha tal-flotta jew rapportat mill-1 ta' Jannar 2003. |
|||
Tabella 1 Kodiċi tat-tip ta' incident
|
Daħla tal-flotta |
Censiment |
CEN |
|
Kostruzzjoni ġdida |
CST |
|
|
Bdil ta' attività |
CHA |
|
|
Importazzjoni intra-Komunitarja, trasferiment |
IMP |
|
|
Fi ħdan il-flotta |
Modifikazzjoni |
MOD |
|
Ħruġ mill-flotta |
Tkissir, għarqa |
DES |
|
Bdil ta' attività |
RET |
|
|
Esportazzjoni intra-Komunitarja, trasferiment |
EXP |
Tabella 1a Kodiċijiet tal-pajjiż għall-Istati Membri
|
Stati Membri |
Kodiċi tal-pajjiż |
|
Belgique/België |
BEL |
|
България |
BGR |
|
Danmark |
DNK |
|
Deutschland |
DEU |
|
Eesti |
EST |
|
Éire/Ireland |
IRL |
|
Ελλάδα |
GRC |
|
España |
ESP |
|
France |
FRA |
|
Hrvatska |
HRV |
|
Italia |
ITA |
|
Κύπρος |
CYP |
|
Latvija |
LVA |
|
Lietuva |
LTU |
|
Malta |
MT |
|
Nederland |
NLD |
|
Polska |
POL |
|
Portugal |
PRT |
|
România |
ROM |
|
Slovenija |
SVN |
|
Suomi/Finland |
FIN |
|
Sverige |
SWE |
|
United Kingdom |
GBR |
Tabella 2 Data taċ-ċensiment iffissata skond il-pajjiż
|
BEL, DNK, FRA, GBR, PRT |
1.1.1989 |
|
NLD |
1.9.1989 |
|
DEU, ESP |
1.1.1990 |
|
IRL |
1.10.1990 |
|
ITA |
1.1.1991 |
|
GRC |
1.7.1991 |
|
SWE, FIN |
1.1.1995 |
|
CYP, EST, LTU, LVA, MLT, POL, SVN |
1.5.2004 |
|
Stati Membri msieħba wara l-1 ta’ Mejju 2004 |
Data ta’ l-adeżjoni |
Tabella 3 Kodiċijiet għal irkapti
|
Kategoriji tal-irkapti |
Irkaptu |
Kodiċi |
Irkaptu statiku (S) jew irmunkat (T) jew mobbli (M) |
Pelaġiċi (P) jew speċijiet li jgħixu qrib qiegħ il-baħar (D) |
|
Xbieki tad-tidwir |
Purse seines |
PS |
M |
P |
|
Xbieki tal-lampara |
LA |
M |
P |
|
|
Tartaruni |
Tartaruni tal-ixtut |
SB |
T |
D/P |
|
Tartaruni Daniżi |
SDN |
T |
D/P |
|
|
Tartaruni Skoċċiżi |
SSC |
T |
D/P |
|
|
Tartaruni bil-par |
SPR |
T |
D/P |
|
|
Xbieki tat-tkarkir |
Xibka tat-tkarkir bit-travu |
TBB |
T |
D |
|
Xibka tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti |
OTB |
T |
D |
|
|
Xbieki tal-qiegħ bil-par |
PTB |
T |
D |
|
|
Xbieki tat-tkarkir għal nofs l-ilma bid-diriġenti |
OTM |
T |
D/P |
|
|
Xbieki tat-tkarkir pelaġiku bil-par |
PTM |
T |
D/P |
|
|
Xbieki tat-tkarkir tal-par bid-diriġenti |
OTT |
T |
D/P |
|
|
Dragi |
Dragi bid-dgħajsa |
DRB |
T |
D |
|
Dragi tal-idejn li jintużaw fuq bastiment |
DRH |
T |
D |
|
|
Dragi mekkanizzati inklużi dragi bl-aspirazzjoni |
HMD |
T |
D |
|
|
Xbieki tal-irfigħ |
Xbieki tal-irfigħ imħaddma permezz ta' dgħajjes |
LNB |
M |
P |
|
Xbieki tal-irfigħ stazzjonarji imħaddma mix-xatt |
LNS |
M |
P |
|
|
Għeżula u xbieki tat-tħabbil |
Għeżula fissi (ankrati) |
GNS |
S |
D |
|
Għażel tat-tisqif |
GND |
S |
D/P |
|
|
Għeżula tat-tidwir |
GNC |
S |
D/P |
|
|
Pariti |
GTR |
S |
D/P |
|
|
Pariti u għeżula kkumbinati |
GTN |
S |
D/P |
|
|
Xbieki nassa |
Kontenituri (nases) |
FPO |
S |
D |
|
Snanar u xolfa |
Xolfa tal-idejn u xolfa tal-qasba (imħaddma bl-idejn) |
LHP |
S |
D/P |
|
Xolfa tal-idejn u xolfa tal-qasba (mekkanizzati) |
LHM |
S |
D/P |
|
|
Lenzi twal fissi |
LLS |
S |
D |
|
|
Lenzi twal (mitluqa mal-kurrent) |
LLD |
S |
P |
|
|
Lenzi għas-sajd bir-rixa |
LTL |
M |
P |
|
|
Irkapti tal-Igganċjar u Feriment |
Ħarpuni |
HAR |
M |
P |
|
Irkapti mhux magħrufa (1) |
NK |
|||
|
L-ebda rkapti (2) |
NO. |
|||
|
(1) Mhux validu għall-bastimenti kollha fil-flotta jew rappurtati mill-1 ta' Jannar 2003. (2) Validu biss għal irkaptu tas-sajd sussidjarju. |
||||
Tabella 4 Kodiċi għall-materjal tal-buq
|
Injam |
1 |
|
Metall |
2 |
|
Fibra tal-ħġieġ/plastik |
3 |
|
Oħrajn |
4 |
|
Mhux magħruf (1) |
5 |
|
(1) Mhux validu għall-bastimenti kollha tal-flotta jew rapportat mill-1 ta' Jannar 2003. |
|
Tabella 5 Kodifikazzjoni tas-segmenti
|
1. Data tal-avveniment qabel il-31.12.2002 |
|
|
Flotta |
Kodiċijiet tas-segmenti |
|
Stati Membri |
Kodiċijiet tal-MAGP |
|
2. Data tal-avveniment mill-1.1.2003 |
|
|
Segmenti tal-flotta |
Kodiċijiet tas-segmenti |
|
Il-kontinent |
MFL |
|
Akkwakultura |
AQU |
|
Spanja — ir-reġjuni l-aktar imbiegħda: |
|
|
Il-Gżejjer Kanarji. Tul < 12-il m. Ibħra tal-UE |
CA1 |
|
Il-Gżejjer Kanarji. Tul > 12-il m. Ibħra tal-UE |
CA2 |
|
Il-Gżejjer Kanarji. Tul > 12-il m. Ibħra internazzjonali u ibħra ta' pajjiżi terzi |
CA3 |
|
Franza — ir-reġjuni l-aktar imbiegħda: |
|
|
Réunion. Speċijiet li jgħixu qrib qiegħ il-baħar u pelaġiċi. Tul < 12-il m |
4FC |
|
Réunion. Speċijiet pelaġiċi. Tul > 12-il m |
4FD |
|
Il-Gujana Franċiża. Speċijiet li jgħixu qrib qiegħ il-baħar u pelaġiċi. Tul < 12-il m |
4FF |
|
Il-Gujana Franċiża. Bastimenti tal-gambli. |
4FG |
|
Il-Gujana Franċiża. Speċijiet pelaġiċi. Bastimenti lil hinn mill-kosta. |
4FH |
|
Martinique. Speċijiet li jgħixu qrib qiegħ il-baħar u pelaġiċi. Tul < 12-il m |
4FJ |
|
Martinique. Speċijiet pelaġiċi. Tul > 12-il m |
4FK |
|
Il-Gwadelup. Speċijiet li jgħixu qrib qiegħ il-baħar u pelaġiċi. Tul < 12-il m |
4FL |
|
Il-Gwadelup. Speċijiet pelaġiċi. Tul > 12-il m |
4FM |
|
Il-Majott. Bastimenti tas-sajd bil-purse seine. |
4FN |
|
Il-Majott. Bastimenti tas-sajd mekkaniċi bil-konz < 23 m. |
4FO |
|
Il-Majott. Speċijiet li jgħixu qrib qiegħ il-baħar u pelaġiċi. Bastimenti < 10 m |
4FP |
|
Il-Portugall — ir-reġjuni l-aktar imbiegħda: |
|
|
Madejra. Speċijiet li jgħixu qrib qiegħ il-baħar. Tul < 12-il m |
4K6 |
|
Madejra. Speċijiet li jgħixu qrib qiegħ il-baħar u pelaġiċi. Tul > 12-il m |
4K7 |
|
Madejra. Speċijiet pelaġiċi. Tul > 12-il m |
4K8 |
|
L-Azores. Speċijiet li jgħixu qrib qiegħ il-baħar. Tul < 12-il m |
4K9 |
|
L-Azores. Speċijiet li jgħixu qrib qiegħ il-baħar u pelaġiċi. Tul > 12-il m |
4KA |
Tabella 6 Kodiċi għat-tipi ta' esportazzjoni
|
Esportazzjoni intra-Komunitarja jew trasferiment |
EX |
|
Esportazzjoni fi ħdan negozju bi sħab |
SM |
Tabella 7 Kodiċijiet għall-għajnuna pubblika
|
Għajnuna mhux iffinanzjata parzjalment mill-Komunità |
AE |
|
Għajnuna ffinanzjata parzjalment mill-Komunità |
AC |
|
L-ebda għajnuna pubblika |
PA |
|
Għajnuna għas-sostituzzjoni tal-magna bil-kundizzjoni li titnaqqas is-saħħa (għażla individwali) |
EI |
|
Għajnuna għas-sostituzzjoni tal-magna bil-kundizzjoni li titnaqqas is-saħħa (għażla għal grupp) |
EG |
ANNESS II
DATA LI GĦANDHA TIĠI PROVDUTA SKOND IT-TIP TA INCIDENT DEFINIT FL-ANNESS I, IT-TABELLA 1
|
Dħul tal-flotta |
Fi ħdan il-flotta |
Ħruġ mill-flotta |
||||||
|
CEN |
CST |
CHA |
IMP |
MOD |
DES |
RET |
EXP |
|
|
Pajjiż ta' reġistrazzjoni |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
CFR |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Kodiċi ta l-incident |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Data ta l-incident |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Indikatur tal-liċenza (1) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Numru tar-reġistrazzjoni |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Immarkar estern |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Isem tal-bastiment |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Port ta' reġistrazzjoni |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Indikatur IRCS |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
IRCS (2) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Indikatur VMS (1) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Tagħmir prinċipali tas-sajd |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Tagħmir tas-sajd sussidjarju |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
LBP (3) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
Tunellaġġ ieħor (4) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
TG |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Saħħa tal-makni |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Saħħa tal-makna awżiljari |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Materjal tal-buq |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Sena li fih ġie kummissjonat (6) |
X |
X |
X |
X |
X |
|||
|
Xahar li fih ġie kummissjonat |
X |
X |
X |
X |
X |
|||
|
Jum li fih ġie kummissjonat |
X |
X |
X |
X |
X |
|||
|
Segment |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Pajjiż ta' importazzjoni/esportazzjoni |
— |
— |
— |
X |
— |
— |
— |
X |
|
Tip ta' esportazzjoni (1) |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
X |
|
Kodiċi għal għajnuna pubblika |
— |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
Data tad-deċiżjoni amministrattiva (12) |
— |
X |
X |
X |
— |
— |
— |
— |
|
Segment kopert b'decizjoni amministrattiva (10) |
— |
X |
X |
X |
— |
— |
— |
— |
|
Sena ta’ kostruzzjoni (6) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
Indikatur tal-proprjetarju |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
(1) Tagħrif mandatorju għall-bastimenti kollha fil-flotta jew rapportat mill-1 ta' Jannar 2003. (2) Ħalli vojta jekk “l-indikatur IRCS” huwa “L”. (3) Wieħed miż-żewġ tulijiet għandu jiġi rapportat għall-incidenti kollha qabel il-31 ta' Diċembru 2002. (4) Wieħed miż-żewġ tunellaġġi grossi għandu jiġi rapportat għall-ġrajjiet kollha qabel il-31 ta' Diċembru 2003. (5) Tagħrif mandatorju għall-bastimenti kollha fil-flotta qabel l-1 ta' Jannar 2004. (6) Is-sena li fiha l-bastiment ġie kummissjonat jew mibni għandha tiġi rapportata għall-incidenti kollha qabel il-31 ta' Diċembru 2002. (7) Tagħrif mandatorju għall-bastimenti kollha fil-flotta jew rapportati mill-1 ta' Jannar 2003 b'tul sħiħ ta' mhux anqas minn 15-il metru jew ta' tul bejn il-perpendikulari ta‘ mhux anqas minn 12-il metru. (8) Tagħrif mandatorju għall-bastimenti kollha fil-flotta jew rapportati mill-1 ta' Jannar 2003 b'tul sħiħ ta' mhux anqas minn 27-il metru jew ta' tul bejn il-perpendikulari ta‘ mhux anqas minn 24 metru. (9) Halli vojta jekk “l-indikatur tal-proprjetarju” huwa “I”. (10) Għandha timtela biss għal daħliet fil-flotta mill-1 ta' Jannar 2003 wara deċiżjoni amministrattiva meħuda bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Dicembru, 2002. (11) Tagħrif mandatorju biss fejn żieda fit-tunnellaġġ tiġi awtorizzata għal raġunijiet ta’ sigurezza. (12) Timtela biss għal dħul fil-flotta mill-1 ta' Jannar 2003 wara deċiżjoni amministrattiva meħuda mill-1 ta' Jannar 2000. |
||||||||
( 1 ) ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59.
( 2 ) ĠU L 274 25.9.1986, p. 1.
( 3 ) ĠU L 339, 29.12.1994, p. 11.
( 4 ) ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9.
( 5 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
( 6 ) ĠU L 266, 1.10.1998, p. 27.
( 7 ) ĠU L 134, tat-22.5.2002, p. 5.
( 8 ) ĠU L 337, 30.12.1999, p. 10.