|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6275 |
19.12.2025 |
P10_TA(2025)0120
Drittijiet elettorali taċ-ċittadini mobbli tal-Unjoni fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2025 dwar l-abbozz għal direttiva tal-Kunsill li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (riformulazzjoni) (09789/2024 – C10-0001/2024– 2021/0372(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni mill-ġdid – riformulazzjoni)
(C/2025/6275)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (09789/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0732), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2023 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 22(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta mill-ġdid lill-Parlament (C10-0001/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tat-8 ta’ Novembru 2022 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali skont l-Artikolu 113(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 113, 84 u 86 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A10-0090/2025), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali; |
|
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif adattat għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li l-Kunsill, filwaqt li formalment kien f’konformità mal-Artikolu 22(2) tat-TFUE, ma kien involut bl-ebda mod sinifikanti fis-sustanza tal-opinjoni tal-Parlament; jirrimarka li din il-prattika tindika xejra usa’ f’dawn l-aħħar snin, li l-Kunsill u l-Kunsill Ewropew jirrifjutaw li jikkooperaw b’mod kostruttiv u in bona fide f’għadd ta’ proċeduri leġiżlattivi speċjali pendenti; ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2023, u jtenni l-appelli tiegħu lill-Kunsill u lill-Kunsill Ewropew biex jikkollaboraw b’mod kostruttiv ħalli jinstabu soluzzjonijiet ta’ politika li jaħdmu fl-interess taċ-ċittadini Ewropej; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b’mod sustanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6275/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)