19.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/8


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1923

tat-18 ta’ Novembru 2019

dwar l-istandards armonizzati għall-installazzjonijiet tar-rotot b’kablaġġ abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), is-subsistemi u l-komponenti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tar-rotot b’kablaġġ li huma konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iridu jkunu preżunti bħala konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom.

(2)

Bl-ittra M/300 tal-15 ta’ Frar 2000, il-Kummissjoni għamlet talba lis-CEN, lis-CENELEC u lill-ETSI biex jabbozzaw standards għall-komponenti tas-sikurezza tal-installazzjonijiet maħsuba biex iġorru l-persuni b’appoġġ għad-Direttiva 2000/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita bir-Regolament (UE) 2016/424 mingħajr ma saru emendi għar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza.

(3)

Abbażi tat-talba M/300, is-CEN abbozza diversi standards armonizzati relatati mar-rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tar-rotot b’kablaġġ iddisinjati għall-ġarr tal-persuni. B’mod partikolari, is-CEN abbozza EN 17064:2018 u l-istandards riveduti EN 1709:2004, EN 12927-1:2004, EN 12927-3:2004, EN 12927-4:2004, EN 12927-5:2004 u EN 12927-8:2004, li jibdilhom bl-istandards EN 1709:2019 u EN 12927:2019.

(4)

Il-Kummissjoni u s-CEN ivvalutaw jekk l-istandards EN 17064:2018, EN 1709:2019 u EN 12927:2019 abbozzati mis-CEN jikkonformawx mal-mandat M/300.

(5)

L-istandards EN 17064:2018, EN 1709:2019 u EN 12927:2019 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/424. Għaldaqstant jixraq li jiġu ppubblikati r-referenzi għal dawk l-istandards f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

L-istandard EN 1709:2019 jieħu post l-istandard EN 1709:2004, u l-istandard EN 12927:2019 jieħu post l-istandards EN 12927-1:2004, EN 12927-3:2004, EN 12927-4:2004, EN 12927-5:2004 u EN 12927-8:2004. Għaldaqstant jeħtieġ li r-referenzi għal dawk l-istandards jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Biex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards EN 1709:2019 u EN 12927:2019, hu meħtieġ li jiġi pospost l-irtirar tar-referenzi tal-istandards sostitwiti.

(7)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ dan l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk din id-Deċiżjoni jenħtieġ tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-installazzjonijiet tar-rotot b’kablaġġ abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/424 elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-installazzjonijiet tar-rotot b’kablaġġ abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/424 elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mid-dati stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2000/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular iddisinjati għat-trasport ta’ persuni (ĠU L 106, 3.5.2000, p. 21).


ANNESS I

Nru

Referenza tal-istandard

1.

EN 17064:2018

Rekwiżiti ta’ sigurtà għall-installazzjonijiet tar-rotot b’kablaġġ maħsuba għall-ġarr tal-persuni — Prevenzjoni u ġlieda kontra n-nar

Avviż: Ir-referenzi normattivi msemmija fil-punt 2 tal-istandard armonizzat EN 17064:2018 għandhom jinqraw bħala EN 1021-1:2014, EN 1021-2:2014, EN 1838:2013, EN 1907:2017, EN 12929-1:2015, EN 13243:2015, EN 13501-1:2007+A1:2009, EN 50172:2004, EN 50272-1:2010, EN 50272-2:2001, EN 60204-1:2006, EN 60695-11-10:2013, EN 61730-1:2007, EN 61730-2:2007, EN ISO 7010:2012, EN ISO 8528-13:2016

2.

EN 1709:2019

Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tar-rotot b’kablaġġ maħsuba għall-ġarr tal-persuni — Spezzjoni tal-prikummissjonar u struzzjonijiet għall-manutenzjoni u għal spezzjonijiet u kontrolli operazzjonali

Avviż: Ir-referenzi normattivi msemmija fil-punt 2 tal-istandard armonizzat EN 1709:2019 għandhom jinqraw bħala EN 1907:2017, EN 1908:2015, EN 1909:2017, EN 12397:2017, EN 12408:2004, EN 12927:2019, EN 12929:2015 (kull parti), EN 12930:2015, EN 13107:2015, EN 13223:2015, EN 13243:2015, EN 13796:2017 (kull parti)

3.

EN 12927:2019

Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tar-rotot b’kablaġġ maħsuba għall-ġarr tal-persuni —Ħbula

Avviż: Ir-referenzi normattivi msemmija fil-punt 2 tal-istandard armonizzat EN 12927:2019 għandhom jinqraw bħala EN 1559-2:2014, EN 1709:2019, EN 1907:2017, EN 1908:2015, EN 1909:2017, EN 10228-1:2016, EN 12385-2:2002+A1:2008, EN 12385-4:2002+A1:2008, EN 12385-8:2002, EN 12385-9:2002, EN 12397:2017, EN 12408:2004, EN 12929-1:2015, EN 12929-2:2015, EN 12930:2015, EN 13107:2015, EN 13223:2015, EN 13243:2015, EN 13411-2:2001+A1:2008, EN 13411-3:2004+A1:2008, EN 13411-4:2002+A1:2008, EN 13411-5:2003+A1:2008, EN 13411-6:2004+A1:2008, EN 13411-7:2006+A1:2008, EN 13796-1:2017, EN 13796-2:2017, EN 13796-3:2017, EN ISO 148-1:2016, EN ISO 5579:2013, EN ISO 9554:2019, EN ISO 10547:2009


ANNESS II

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

1.

EN 1709:2004 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tar-rotot b’kablaġġ maħsuba għall-ġarr tal-persuni — Spezzjoni tal-prikummissjonar, manutenzjoni, u spezzjonijiet u kontrolli operazzjonali

It-30 ta’ April 2021

2.

EN 12927-1:2004 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tar-rotot b’kablaġġ maħsuba għall-ġarr tal-persuni — Ħbula — Parti 1: Kriterji tal-għażla għall-ħbula u għall-apparati tat-truf tagħhom

It-30 ta’ April 2021

3.

EN 12927-3:2004 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tar-rotot b’kablaġġ maħsuba għall-ġarr tal-persuni — Ħbula — Parti 3: Iċċumbar fit-tul ta’ ħbula b’sitt itruf għall-ġbid, għall-ġbid tal-ġarr, u għall-irmonk

It-30 ta’ April 2021

4.

EN 12927-4:2004 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tar-rotot b’kablaġġ maħsuba għall-ġarr tal-persuni — Ħbula — Parti 4: Apparati tat-truf

It-30 ta’ April 2021

5.

EN 12927-5:2004 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tar-rotot b’kablaġġ maħsuba għall-ġarr tal-persuni — Ħbula — Parti 5: Ħżin, ġarr, installazzjoni u ġbid għall-kontroll tat-tensjoni

It-30 ta’ April 2021

6.

EN 12927-8:2004 Rekwiżiti tas-sikurezza għall-installazzjonijiet tar-rotot b’kablaġġ maħsuba għall-ġarr tal-persuni — Ħbula — Parti 8: Ittestjar tal-ħbula manjetiċi (MRT)

It-30 ta’ April 2021