|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/6027 |
16.11.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/6027)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Penedès”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A1551-AM07 — 18.8.2026
1. Isem il-prodott
Penedès
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Spanja
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel. Id-Direttorat Ġenerali għall-Ikel. Is-Sottodirettorat Ġenerali għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Ikel u l-Laboratorji Agroalimentari.
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-awtorità kompetenti jidhrilha li l-bidliet kollha li saru f’din l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għad-DOP Penedès jikkostitwixxu emenda standard tagħha, peress li ma tistax titqies bħala emenda tal-UE billi li ma tikkorrispondi għall-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament 2024/1143 dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi. Dan ifisser li ma jimplikawx: bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti deżinjati mill-indikazzjoni ġeografika; riskju li tixxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika; jew iktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
BIDLIET FIL-PRODUZZJONI TAL-INBEJJED SPUMANTI TA’ KWALITÀ.
Deskrizzjoni
Il-varjetà tal-għeneb abjad, Forcada, diġà awtorizzata, żdiedet mal-lista ta’ varjetajiet li jistgħu jintużaw biex jiġu prodotti l-inbejjed spumanti ta’ kwalità.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2.1.2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma taffettwax id-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
INKLUŻJONI TA’ VARJETAJIET ĠODDA.
Deskrizzjoni
Il-varjetà tal-għeneb abjad Marina Rión u l-varjetà tal-għeneb aħmar Belat żdiedu bħala varjetajiet awtorizzati għall-produzzjoni tal-inbejjed tad-DOP Penedès.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 8 tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid
“Penedès”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A1551-AM07 — 18.8.2026
1. Isem/Ismijiet
Penedès
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
Spanja
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb, għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
|
3. |
Inbid likur |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
|
8. |
Inbid semifrizzanti |
|
16. |
Inbid minn għeneb misjur iżżejjed |
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tad-dwieli
INBID – Inbid abjad u rożè
Karatteristiċi organolettiċi
ABJAD
Lewn isfar, bejn pallidu u skur. Jekk hemm kwalunkwe turbidità, din trid tkun speċifikata fit-tikkettar. Fil-każ tal-inbid prodott bl-użu tal-metodu dulce de frío (ice wine): lewn ambra, dehbi jew aħmar fil-kannella.
ROŻÈ
Lewn aħmar li jvarja minn roża pallidu għal aħmar lewn iċ-ċirasa. Jekk hemm kwalunkwe turbidità, din trid tkun speċifikata fit-tikkettar. L-ebda turbidità; ċar u jleqq.
ABJAD
Aromi primarji ta’ frott abjad tropikali. Jekk l-inbid inżamm fil-btieti, dan ikollu aromi ta’ frott misjur u aromi terzjarji.
Noti ta’ tqaddim u taż-żmien imqatta’ fil-btieti. Mingħajr irwejjaħ ħżiena jew difetti.
ROŻÈ
Aroma ta’ frott, ta’ frott aħmar. Mingħajr irwejjaħ ħżiena jew difetti.
ABJAD
Ta’ frott. Sensazzjoni moderatament aċiduża, lixxa u friska fil-palat. Noti ta’ tqaddim, meta jkun rilevanti. Mingħajr difetti.
ROŻÈ
Sensazzjoni ta’ frott, moderatament aċiduża, lixxa u friska fil-palat. Mingħajr difetti.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
9,5 |
|
Aċidità totali minima: |
— |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
11,67 |
|
Kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Il-qawwa alkoħolika effettiva skont il-volum ta’ nbid prodott bl-użu tal-metodu dulce de frío (ice wine): > 9,5 % vol.
Aċidità volatili:
L-inbejjed imqaddmin għal iktar minn sena u l-inbejjed prodotti fil-btieti tal-injam fl-istess sena, għall-fermentazzjoni u/jew għat-tqaddim: < 18 meq/l.
Għall-inbejjed prodotti b’livelli totali ta’ diossidu tal-kubrit taħt l-40 mg/l: < 18 meq/l.
L-inbid prodott bl-użu tal-metodu dulce de frío (ice wine): < 33,33 meq/l.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
INBID – Inbid aħmar
Karatteristiċi organolettiċi
Lewn granata għall-inbejjed mhux imqaddmin. Lewn aħmar fil-kannella għall-inbejjed imqaddmin. Jekk hemm kwalunkwe turbidità, din trid tkun speċifikata fit-tikkettar. Fil-każ tal-inbid prodott bl-użu tal-metodu dulce de frío (ice wine): lewn aħmar.
Aroma ta’ frott aħmar u/jew frott tal-bosk. Mingħajr irwejjaħ ħżiena jew difetti.
Sensazzjoni ta’ frott, moderatament aċiduża u lixxa fil-palat, u noti ta’ tqaddim, jekk applikabbli. Mingħajr difetti.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
11 |
|
Aċidità totali minima: |
— |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
11,67 |
|
Kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Il-qawwa alkoħolika effettiva skont il-volum ta’ nbid prodott bl-użu tal-metodu dulce de frío (ice wine): > 9,5 % vol.
Aċidità volatili:
L-inbejjed imqaddmin għal iktar minn sena u l-inbejjed prodotti fil-btieti tal-injam fl-istess sena, għall-fermentazzjoni u/jew għat-tqaddim: < 20 meq/l.
Għall-inbejjed prodotti b’livelli totali ta’ diossidu tal-kubrit taħt l-40 mg/l: < 20 meq/l.
L-inbid prodott bl-użu tal-metodu dulce de frío (ice wine): < 33,33 meq/l.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
INBID LIKUR
Karatteristiċi organolettiċi
Isfar, ambra, dehbi, aħmar, aħmar fil-kannella. Jekk hemm kwalunkwe turbidità, din trid tkun speċifikata fit-tikkettar.
Aromi ta’ konfettura, speċifiċi għall-varjetà. Noti ta’ tqaddim, jekk l-inbid qatta’ ż-żmien fil-btieti. Mingħajr irwejjaħ ħżiena jew difetti.
Sensazzjoni ta’ frott, moderatament aċiduża, sħuna u żejtnija fil-palat.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
15 |
|
Aċidità totali minima: |
— |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
33,33 |
|
Kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
—
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
INBID SPUMANTI TA’ KWALITÀ
Karatteristiċi organolettiċi
Lewn isfar jew aħmar pallidu, mingħajr ma jkun ambra jew aħmar lewn iċ-ċirasa. Bi tfexfix kontinwu iżda mhux tumultuż. L-ebda turbidità; ċar u jleqq.
Aromi primarji, frott abjad jew tropikali. Mingħajr irwejjaħ ħżiena jew difetti.
Sensazzjoni ta’ frott, moderatament aċiduża u lixxa fil-palat, u noti ta’ tqaddim, jekk applikabbli. Mingħajr difetti.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
11 |
|
Aċidità totali minima: |
5 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
13,33 |
|
Kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
185 |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
—
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
INBID SEMIFRIZZANTI
Karatteristiċi organolettiċi
Isfar pallidu jew roża ċar, bi tfexfix kontinwu u mhux tumultuż. L-ebda turbidità; ċar u jleqq.
Aromi primarji, frott abjad jew tropikali. Mingħajr irwejjaħ ħżiena jew difetti.
Sensazzjoni ta’ frott, moderatament aċiduża u lixxa fil-palat, u noti ta’ tqaddim, jekk applikabbli. Mingħajr difetti.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
9,5 |
|
Aċidità totali minima: |
— |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
— |
|
Kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
—
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
INBID MINN GĦENEB MISJUR IŻŻEJJED
Karatteristiċi organolettiċi
Isfar, ambra, dehbi, aħmar, aħmar fil-kannella. L-ebda turbidità; ċar u jleqq. Jekk hemm kwalunkwe turbidità, din trid tkun speċifikata fit-tikkettar.
Aromi ta’ frott misjur jew ta’ konfettura, speċifiċi għall-varjetà. Mingħajr irwejjaħ ħżiena jew difetti.
Sensazzjoni ta’ frott, moderatament aċiduża, sħuna u żejtnija fil-palat u mingħajr difetti.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
12 |
|
Aċidità totali minima: |
— |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
33,33 |
|
Kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
—
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
—
Restrizzjoni rilevanti għall-produzzjoni tal-inbid
It-tisqija tista’ ssir biss bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tal-għenba f’ċirkostanzi fejn il-provvista tal-ilma għall-irqajja’ art u l-kundizzjonijiet ambjentali tal-vinja ma jippermettux li jinkiseb l-aqwa livell ta’ kwalità, jiġifieri jkun hemm bżonn li jiġi żgurat li l-produzzjoni u r-rendimenti miksubin ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni. Jekk il-korp maniġerjali tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini jqis li din il-prattika tista’ taffettwa l-kwalità b’mod avvers jew li din tikkostitwixxi ksur tar-regoli, dan jista’ jipprojbixxi l-prattika f’roqgħa art speċifika. L-irqajja’ art tad-dwieli jistgħu jiġu bbilanċjati mill-ġdid f’termini ta’ provvista tal-ilma, f’konformità mal-kundizzjonijiet tat-tira tal-ħamrija kif ukoll mal-kundizzjonijiet ambjentali tal-vinja. It-tisqija fl-ebda każ ma tista’ tkun awtorizzata wara li l-għeneb ikun beda jsir.
L-għeneb maħsud fl-2025 u fis-snin ta’ wara jrid jiġi ċċertifikat bħala organiku.
—
Prattika enoloġika speċifika
Ir-rendiment tal-estrazzjoni ma jridx jaqbeż is-66,6 litru nbid għall-varjetajiet tal-għeneb abjad u s-70 litru nbid għall-varjetajiet tal-għeneb aħmar, għal kull 100 kg maħsud.
L-inbejjed kollha prodotti minn għeneb maħsud fl-2025 u fis-snin ta’ wara jrid jiġi ċċertifikat bħala organiku.
7.2. Rendimenti massimi
Varjetajiet tal-għeneb abjad u nbid spumanti ta’ kwalità
|
Rendiment massimu |
12 000 |
|
Rendiment massimu għal kull unità: |
kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
Varjetajiet tal-għeneb abjad u nbid spumanti ta’ kwalità
|
Rendiment massimu |
79,92 |
|
Rendiment massimu għal kull unità: |
ettolitri għal kull ettaru |
Vino de Mas u Gran Vino de Mas, varjetajiet tal-għeneb abjad u nbejjed spumanti ta’ kwalità
|
Rendiment massimu |
10 200 |
|
Rendiment massimu għal kull unità: |
kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
Vino de Mas u Gran Vino de Mas, varjetajiet tal-għeneb abjad u nbejjed spumanti ta’ kwalità
|
Rendiment massimu |
67,93 |
|
Rendiment massimu għal kull unità: |
ettolitri għal kull ettaru |
Varjetajiet ta’ għeneb aħmar
|
Rendiment massimu |
9 000 |
|
Rendiment massimu għal kull unità: |
kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
Varjetajiet ta’ għeneb aħmar
|
Rendiment massimu |
63 |
|
Rendiment massimu għal kull unità: |
ettolitri għal kull ettaru |
Vino de Mas u Gran Vino de Mas, varjetajiet tal-għeneb aħmar
|
Rendiment massimu |
7 650 |
|
Rendiment massimu għal kull unità: |
kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
Vino de Mas u Gran Vino de Mas, varjetajiet tal-għeneb aħmar
|
Rendiment massimu |
53,55 |
|
Rendiment massimu għal kull unità: |
ettolitri għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
|
— |
AGUDELO - CHENIN BLANC |
|
— |
ALARIJE - SUBIRANT PARENT |
|
— |
BELAT |
|
— |
CABERNET FRANC |
|
— |
CABERNET SAUVIGNON |
|
— |
CHARDONNAY |
|
— |
FORCADA |
|
— |
GARNACHA BLANCA |
|
— |
GARNACHA TINTA |
|
— |
GEWÜRZTRAMINER |
|
— |
MACABEO - VIURA |
|
— |
MALVASIA AROMÁTICA - MALVASÍA SITGES |
|
— |
MARINA RIÓN |
|
— |
MAZUELA - SAMSÓ |
|
— |
MERLOT |
|
— |
MERSEGUERA - SUMOLL BLANCO |
|
— |
MONASTRELL |
|
— |
MONEU |
|
— |
MOSCATEL DE ALEJANDRÍA |
|
— |
MOSCATEL DE GRANO MENUDO |
|
— |
PARELLADA |
|
— |
PETIT VERDOT |
|
— |
PINOT NOIR |
|
— |
RIESLING |
|
— |
SAUVIGNON BLANC |
|
— |
SUMOLL TINTO |
|
— |
SYRAH |
|
— |
TEMPRANILLO - ULL DE LLEBRE |
|
— |
VIOGNIER |
|
— |
XARELLO |
|
— |
XARELLO ROSADO |
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
Iż-żona tal-produzzjoni tikkostitwixxi l-muniċipalitajiet li ġejjin tal-Provinċji ta’ Barċellona u Tarragona kif indikati hawn taħt:
|
|
Abrera (1) |
|
|
Aiguamúrcia (2) |
|
|
Albinyana(2) |
|
|
L’Arboç(2) |
|
|
Avinyonet del Penedès (1) |
|
|
Banyeres del Penedès(2) |
|
|
Begues (1) |
|
|
Bellvei (2) |
|
|
La Bisbal del Penedès(2) |
|
|
Bonastre(2) |
|
|
Les Cabanyes (1) |
|
|
Calafell(2) |
|
|
Canyelles (1) |
|
|
Cabrera d’Igualada (1) |
|
|
Castellet i la Gornal (1) |
|
|
Castellví de la Marca (1) |
|
|
Castellví de Rosanes (1) |
|
|
Cervelló (1) |
|
|
Corbera de Llobregat (1) |
|
|
Cubelles (1) |
|
|
Cunit(2) |
|
|
Font-rubí (1) |
|
|
Gelida (1) |
|
|
La Granada (1) |
|
|
Els Hostalets de Pierola (1) |
|
|
La Llacuna (1) |
|
|
Llorenç del Penedès(2) |
|
|
Martorell (1) |
|
|
Masquefa (1) |
|
|
Mediona (1) |
|
|
Montmell(2) |
|
|
Olèrdola (1) |
|
|
Olesa de Bonesvalls (1) |
|
|
Olivella (1) |
|
|
Pacs del Penedès (1) |
|
|
Piera (1) |
|
|
El Pla del Penedès (1) |
|
|
Pontons (1) |
|
|
Puigdàlber (1) |
|
|
Sant Cugat Sesgarrigues (1) |
|
|
Sant Esteve Sesrovires (1) |
|
|
Sant Jaume dels Domenys(2) |
|
|
Sant Llorenç d’Hortons (1) |
|
|
Sant Martí Sarroca (1) |
|
|
Sant Pere de Ribes (1) |
|
|
Sant Pere de Riudebitlles (1) |
|
|
Sant Quintí de Mediona (1) |
|
|
Sant Sadurní d’Anoia (1) |
|
|
Santa Fe del Penedès (1) |
|
|
Santa Margarida i els Monjos (1) |
|
|
Santa Maria de Miralles (1) |
|
|
Santa Oliva (2) |
|
|
Sitges (1) |
|
|
Subirats (1) |
|
|
Torrelavit (1) |
|
|
Torrelles de Foix (1) |
|
|
Vallirana (1) |
|
|
El Vendrell (2) |
|
|
Vilafranca del Penedès (1) |
|
|
Vilanova i la Geltrú (1) |
|
|
Vilobí del Penedès (1) |
|
(1) |
Provinċja ta’ Barċellona |
|
(2) |
Provinċja ta’ Tarragona |
Skont l-oriġini tal-għeneb, il-fabbriki tal-inbid jistgħu jagħżlu li jinkludu dawn l-unitajiet ġeografiċi iżgħar addizzjonali/fakultattivi li ġejjin fit-tikkettar:
Alts d’Ancosa
Conca del Foix
Costers de l’Anoia
Costers de Lavernó
Costers del Montmell
Marina del Garraf
Massís del Garraf
Muntanyes d’Ordal
Turons de Vilafrana
Vall Bitlles-Anoia
Ara l-link li ġejja għal-lista tal-irqajja’ art inklużi fl-unitajiet ġeografiċi iżgħar imsemmija hawn fuq:
https://incavi.gencat.cat/ca/normativa/plecs-condicions-do-catalanes/do-penedes/
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
Sommarju tar-rabta
L-inbejjed bojod Penedès huma rinomati għat-togħma friska, aċiduża u ta’ frott tagħhom minħabba t-tip ta’ ħamrija u l-klima unika. Il-fattur uman, jiġifieri n-nies li jaħdmu l-vinji, hija raġuni waħda għalfejn ma jistgħux jitqabblu nbejjed prodotti mill-istess varjetajiet f’żoni oħra. Huwa biss fir-reġjun ta’ Penedès li l-varjetajiet ta’ għeneb abjad tar-reġjun ta’ Penedès jistgħu jiksbu l-aqwa maturazzjoni meħtieġa sabiex jiġu prodotti dawn l-inbejjed. Dan huwa minħabba l-kombinament uniku tal-ħamrija, tal-klima u tal-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid ta’ dan ir-reġjun. L-inbejjed rożè tar-reġjun ta’ Penedès huma rinomati għal-lewn, għall-aroma u għas-sensazzjoni ta’ frott li jħallu, li, grazzi għall-ħamrija u għall-klima, huma karatteristiċi tal-varjetajiet li jintużaw sabiex jiġu prodotti dawn l-inbejjed. Ix-xogħol tan-nies li jieħdu ħsieb il-vinji u l-fabbriki tal-inbid jikkontribwixxi wkoll sabiex l-inbejjed rożè tar-reġjun ta’ Penedès ikollhom dawn il-karatteristiċi uniċi. L-inbejjed ħomor tar-reġjun ta’ Penedès huma kkaratterizzati mill-istruttura u l-korporatura tagħhom, mill-antoċjanini, mit-tannini lixxi u, fuq kollox, mill-aroma intensa u minn togħma persistenti waqt ix-xorb kif ukoll wara. L-interazzjoni bejn il-klima u l-ħamrija tar-reġjun ta’ Penedès tippermetti maturazzjoni tajba. Id-differenza fit-temperatura minn billejl għal binhar f’Lulju u f’Awwissu taqdi rwol ukoll. Minħabba dawn il-fatturi kollha f’daqqa, l-għeneb aħmar imkabbar fir-reġjun ta’ Penedès għandu kontenut għoli ta’ antoċjanini u ta’ tannini meta jkun misjur, u huwa rikk ukoll fl-aromi ta’ frott aħmar. Dan ifisser li l-inbejjed ħomor prodotti fir-reġjun ta’ Penedès ma jistgħux jiġu rreplikati f’żoni oħra.
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
Sommarju tar-rabta
L-inbejjed spumanti ta’ kwalità tad-DOP Penedès huma uniċi u differenti ħafna minn dawk prodotti f’żoni oħra. Din id-differenza hija parzjalment dovuta għall-varjetajiet, iżda fuq kollox hija dovuta għall-klima, għax-xemx u għall-metodi ta’ produzzjoni li jintużaw fl-ewwel u fit-tieni fermentazzjoni. Ma huwiex possibbli li dawn l-inbejjed spumanti jiġu prodotti f’żoni oħra.
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
8. |
Inbid semifrizzanti |
Sommarju tar-rabta
L-inbejjed semifrizzanti huma tradizzjonali fir-reġjun ta’ Penedès. Dawn l-inbejjed huma adattati tajjeb ħafna għall-varjetajiet tar-reġjun kif ukoll għall-klima u għall-ħamrija tiegħu.
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
3. |
Inbid likur |
Sommarju tar-rabta
Il-klima tar-reġjun ta’ Penedès, kif ukoll it-tip u l-varjetajiet tal-ħamrija, jippermettu l-użu ta’ most misjur biex jiġu prodotti l-inbejjed likuri. It-tqaddim involut f’dan il-metodu u l-kundizzjonijiet klimatiċi fil-vinja jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed ħelwin, moderati u mqaddmin fejn jiġu ppreservati l-benna ta’ frott misjur u l-aromi tipiċi tal-proċess tat-tqaddim.
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
16. |
Inbid minn għeneb misjur iżżejjed |
Sommarju tar-rabta
Permezz tal-isforz uman, il-klima tar-reġjun ta’ Penedès, flimkien mat-tip u mal-varjetajiet tal-ħamrija jippermettu li l-għeneb isir iżżejjed, u jirriżulta fi nbejjed uniċi b’karatteristiċi esklużivi.
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
IMBALLAĠĠ ’IL BARRA MIŻ-ŻONA DEFINITA
Qafas legali
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga addizzjonali
Imballaġġ fiż-żona ġeografika definita
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
L-imballaġġ irid jitwettaq esklużivament fiż-żona tal-produzzjoni għall-inbejjed tad-DOP Penedès. Dan huwa dovut għall-fatt li l-inbejjed prodotti bl-ingrossa ma jistgħux jiġu ttrasportati fuq distanzi twal filwaqt li jiġi żgurat li jinżammu l-kwalità u l-karatteristiċi esklużivi tal-inbejjed tad-DOP. Ladarba jiġu bbottiljati, iżommu l-karatteristiċi u l-kwalità tagħhom, li jistgħu jiġu apprezzati mill-konsumaturi. Għalhekk, l-ibbottiljar irid isir fil-kundizzjonijiet adegwati.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
TIKKETTAR
Qafas legali
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga addizzjonali
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Id-daqs tal-karattri li jintużaw biex jindikaw Penedès irid ikun għoli minimu ta’ 3 mm u massimu ta’ 7 mm, u akbar minn 1,2 mm għall-kliem “Denominación de Origen” (Denominazzjoni ta’ Oriġini).
B’mod ġenerali, meta l-kliem obbligatorju jkun fuq wara tal-flixkun (fuq dik li hija magħrufa bħala t-tikketta sekondarja), inkluż il-kliem “PENEDÈS Denominación de Origen” (Denominazzjoni tal-Oriġini PENEDÈS), it-tikketta prinċipali bit-trademark għandha tinkludi l-isem Penedès b’ittri ta’ tul ta’ bejn 3 mm u 7 mm.
Meta tintuża l-marka ta’ spezzjoni rettangolari bil-qisien uffiċjali (60 x 13 mm) li tinkludi l-kliem “Penedès Denominación de Origin”, ir-rekwiżit li jiġi inkluż l-isem Penedès fuq it-tikketta prinċipali jista’ jiġi rrinunzjat. Dawn il-marki ta’ spezzjoni jkunu differenti għall-inbejjed li jkollhom it-termini “Vino de Mas” u “Gran Vino de Mas”.
Jekk il-kliem obbligatorju jinġabar fuq it-tikketta flimkien mat-trademark u mal-kliem PENEDÈS Denominación de Origen (Denominazzjoni ta’ Oriġini PENEDÈS), ma huwiex obbligatorju li l-kelma Penedès tkun inkluża wkoll fuq it-tikketta.
It-tikketti jistgħu jipprovdu wkoll informazzjoni dwar dawn li ġejjin: il-varjetajiet (uħud mill-varjetajiet biss jistgħu jiġu speċifikati fuq it-tikketta prinċipali, fil-każ ta’ nbejjed spumanti ta’ kwalità), il-vendemmja u t-terminu “Vino de Finca” (Inbid tal-azjenda), soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet.
It-tikketti jridu jiddikjaraw: id-dettalji tal-bottiljatur/esportatur, il-qawwa alkoħolika effettiva, il-preżenza ta’ sulfiti, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-bottiljatur, il-vendemmja u d-data tal-isbokkament fil-każ ta’ nbejjed spumanti ta’ kwalità, in-numru tal-lott, “Vino de Mas” jew “Gran Vino de Mas” (dejjem fuq in-naħa ta’ quddiem tat-tikketta u bid-dikjarazzjoni tal-vendemmja), “Classic Penedès” (soġġett għall-kundizzjonijiet tal-użu) u l-kliem “No degollado” (Mhux sbokkat) (fil-każ ta’ nbejjed spumanti ta’ kwalità prodotti skont il-metodu tradizzjonali u soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet). Meta l-prodotti jkollhom turbidità jew ikunu jappartjenu għall-kategoriji ta’ nbid, ta’ nbid likur jew ta’ nbid minn għeneb misjur iżżejjed, dan irid ikun speċifikat fit-tikkettar.
Hemm regoli estensivi dwar il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar u tat-termini “Vino de Mas” u “Gran Vino de Mas”.
Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://gencat.cat/agricultura/incavi/plecs/penedes/plec-condicions-penedes.pdf
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/6027/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)