31965R0174



Official Journal 226 , 31/12/1965 P. 3309 - 3309
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0028
Danish special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0077
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0028
English special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0086
Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0096
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0112
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0112


Ir-Regolament Nru 174/65/KEE, 14/65 Euratom tal-Kunsill

tat-28 ta' Diċembru 1965

li jistabbilixxi t-tabelli tal-mortalità u tad-diżabilità u tal-liġi ta' varjazzjoni tas-salarji biex jintużaw għall-kalkolu tal-valuri attwarjali previsti fir-Regolament tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Komunitajiet

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

Il-Kunsill tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea:

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistibbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;

Wara li kkunsidraw ir-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA) [1] dwar ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' l-impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 39 ta' l-Anness VIII ta' dawk ir-Regolamenti tal-Persunal;

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Temporanju dwar ir-Regolamenti tal-Persunal;

Wara li kkunsidraw l-opinjoni ta' l-attwarji maħtura mill-Kunsilli:

Billi huma l-Kunsilli li jadottaw it-tabelli tal-mortalità u tad-diżabilità u l-liġi ta' varjazzjoni tas-salarji biex jintużaw għall-kalkolu tal-valuri attwarjali previsti fir-Regolamenti tal-Persunal u fl-Anness VIII tagħhom:

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Meta jiġu kkalkulati l-valuri attwarjali li hemm previsti fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u fl-Anness VIII tagħhom għandhom jintużaw dawn li ġejjin:

(a) It-Tabelli tal-mortalità u d-diżabilità Huebeck-Fischer (Richttafeln für die Pensionsversicherung 1956, René Fischer Verlag-Weissenburg/Bayern),

(b) Il-liġi ta' varjazzjoni tas-salarji bbażata fuq ir-rata ta' 1.88 % kull sena (R30 = 175).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b'effett retrospettiv mill-1 ta' Jannar 1962.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Diċembru 1965.

Għall-Kunsill

IL-PRESIDENT

E. Colombo

[1] ĠU C 45, ta' l-14.6.1962, pġ. 1385/62.

--------------------------------------------------