|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3314 |
18.6.2026 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Ġunju 2026
li tippermetti lil Spanja tiddevja mir-rati massimi ta' tkabbir tan-nefqa netta kif stabbiliti mill-Kunsill skont ir-Regolament (UE) 2024/1263 (attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali)
(C/2026/3314)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 121 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1263 dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali, flimkien mar-Regolament (KE) Nru 1467/97 emendat dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (2), u d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE emendata dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (3) huma l-elementi ewlenin tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE riformat. Il-qafas għandu l-għan li jippromwovi finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli, u tkabbir sostenibbli u inklużiv u r-reżiljenza permezz ta' riformi u investimenti, u li jipprevjeni defiċits eċċessivi tal-gvern. Huwa jippromwovi s-sjieda nazzjonali u jiffoka fuq it-terminu medju, flimkien ma' infurzar effettiv u koerenti tar-regoli. |
|
(2) |
Ir-rati massimi ta' tkabbir tan-nefqa netta kif stipulati f'rakkomandazzjoni tal-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 17(1), 19 jew 20 tar-Regolament (UE) 2024/1263 huma r-referenza operazzjonali unika għas-sorveljanza fiskali annwali ta' kull Stat Membru u huma fiċ-ċentru tal-qafas ta' governanza ekonomika l-ġdid. Ir-rati massimi ta' tkabbir tan-nefqa netta kif stipulati minn dik ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill jistabbilixxu restrizzjoni baġitarja għal erba' jew ħames snin, li hija bbażata fuq perjodu ta' aġġustament ta' erba' snin li jista' jiġi estiż b'perjodu addizzjonali ta' mhux aktar minn tliet snin. |
|
(3) |
Il-qafas jipprevedi flessibbiltà fl-applikazzjoni tar-regoli fil-każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali li ma jkunux fil-kontroll tal-Istati Membri u li għandhom impatt kbir fuq il-finanzi pubbliċi, f'konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2024/1263. Fil-każ tal-aħħar, wara talba minn Stat Membru u fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni bbażata fuq l-analiżi tagħha, fi żmien erba' ġimgħat mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill jista' jadotta rakkomandazzjoni li tippermetti lil Stat Membru jiddevja mir-rati massimi ta' tkabbir tan-nefqa netta tiegħu kif stabbilit mill-Kunsill, fejn (i) ċirkostanzi eċċezzjonali li ma jkunux fil-kontroll tal-Istat Membru, (ii) ikollhom impatt kbir fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istat Membru kkonċernat, u (iii) dment li tali devjazzjoni ma tkunx ta' periklu għas-sostenibbiltà fiskali fuq it-terminu medju. Il-Kunsill għandu jispeċifika limitu ta' żmien għal tali devjazzjoni. |
|
(4) |
Il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern, li ltaqgħu f'Versailles fl-10 u l-11 ta' Marzu 2022, ħadu l-impenn li jsaħħu l-kapaċitajiet Ewropej tad-difiża fid-dawl tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dawn l-għanijiet ġew imtennija fil-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża. Fil-Konklużjonijiet tiegħu dwar id-difiża Ewropea tas-6 ta' Marzu 2025, il-Kunsill Ewropew laqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrakkomanda l-attivazzjoni b'mod koordinat, tal-klawżola liberatorja nazzjonali skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, bħala miżura immedjata. |
|
(5) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Marzu 2025 (4), il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri kollha jagħmlu użu mill-flessibbiltà provduta mill-klawżola liberatorja nazzjonali b'mod koordinat bil-ħsieb li jimmassimizzaw l-impatt fuq il-mezzi tad-difiża tal-UE. Din il-flessibbiltà għandha l-għan li tiffaċilita t-tranżizzjoni għal livelli ogħla ta' nfiq fid-difiża dment li ma tipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fuq it-terminu medju. Dik il-Komunikazzjoni tiddeskrivi li l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali tippermetti lill-Istati Membri jiddevjaw mir-rati massimi ta' tkabbir tan-nefqa netta kif stabbiliti mill-Kunsill meta japprovaw il-pjanijiet fiskali-strutturali fuq terminu medju jew meta jistabbilixxu l-perkorsi korrettivi skont il-proċedura ta' defiċit eċċessiv, sakemm id-devjazzjoni tkun iġġustifikata minn żieda fl-infiq fid-difiża meta mqabbel mas-sena ta' referenza, u li l-eċċess annwali sal-2028 ma jaqbiżx 1,5 % tal-PDG. Żidiet lil hinn minn dak l-ammont ikunu soġġetti għall-valutazzjonijiet normali tal-konformità. Tali massimu huwa neċessarju biex jiġi żgurat li s-sostenibbiltà fiskali ma tkunx ipperikolata, filwaqt li l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-flessibbiltà hekk kif jimxu lejn livell ogħla ta' nefqa fid-difiża. L-ammonti preċiżi jiġu determinati meta ssir disponibbli d-data tal-eżitu, biex jiġi żgurat li l-flessibbiltà addizzjonali tintuża biss għall-iskop maħsub tagħha. |
|
(6) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2025 (5) approvat il-perkors tan-nefqa netta ta' Spanja. |
|
(7) |
Fit-13 ta' April 2026, Spanja ressqet talba lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex tattiva l-klawżola liberatorja nazzjonali. |
|
(8) |
Fit-talba tagħha, Spanja tissottolinja r-riperkussjonijiet tal-kontinwazzjoni tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tirrikjedi żieda sinifikanti fl-infiq fid-difiża. Din is-sitwazzjoni hija ċirkostanza eċċezzjonali barra mill-kontroll ta' kull Stat Membru. Barra minn hekk, Spanja tenfasizza l-ħtieġa li l-Ewropa ssir aktar sovrana, responsabbli għad-difiża u s-sigurtà tagħha stess u mgħammra aħjar biex taġixxi u tindirizza b'mod awtonomu sfidi u theddid immedjati u futuri. F'dan il-kuntest, Spanja tiġbed l-attenzjoni wkoll għall-implimentazzjoni rapida fl-2025 tal-Pjan Industrijali u Teknoloġiku għas-Sigurtà u d-Difiża, iffukat fuq il-modernizzazzjoni tat-tagħmir tal-forzi armati u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda. Fid-dawl ta' dan, Spanja qed titlob l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali għall-perjodu mill-2025 sal-2028, f'konformità mal-Istati Membri l-oħra li fir-rigward tagħhom il-Kunsill diġà attiva l-klawżola liberatorja nazzjonali għad-difiża. |
|
(9) |
Fit-talba tagħha, Spanja tirrapporta data dwar in-nefqa totali fid-difiża sal-2025 (Tabella 1). Barra minn hekk, Spanja tesprimi l-impenn tagħha għal livell ta' nfiq fid-difiża u s-sigurtà kompatibbli mat-twettiq tal-objettivi ta' Kapaċità tan-NATO għas-snin li ġejjin. Għalhekk, iż-żieda fin-nefqa fid-difiża għandha impatt kbir fuq il-finanzi pubbliċi ta' Spanja. Tabella 1: Infiq totali fid-difiża fi Spanja
|
||||||||||||||||||
|
(10) |
Spanja tistma li ż-żieda fin-nefqa totali fid-difiża bħala proporzjon mal-PDG mill-2024 sal-2025 kienet ta' madwar 0,1 punt perċentwali u għalhekk tikkontribwixxi għad-deterjorament tal-bilanċ tal-gvern u għaż-żieda tad-dejn tal-gvern. |
|
(11) |
Jekk il-kundizzjonijiet l-oħra jibqgħu l-istess, żieda fin-nefqa matul il-perjodu kopert mill-klawżola liberatorja nazzjonali twassal għal dejn ogħla tal-gvern u għal defiċit ogħla sa tmiem dak il-perjodu. Il-projezzjonijiet indikattivi mwettqa mill-Kummissjoni u jekk wieħed jassumi, sal-2028, adozzjoni lineari taż-żieda sħiħa fin-nefqa tal-gvern permessa minn din ir-rakkomandazzjoni jissuġġerixxu li l-proporzjon tad-defiċit mal-PDG u l-proporzjon tad-dejn għall-PDG fl-2028 ikunu 1,1 pps. u 1,5 pps. ogħla, rispettivament, milli kieku n-nefqa netta tikber f'konformità mal-perkors stabbilit mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill C/2025/643. Dan x'aktarx jirrikjedi aġġustament fiskali addizzjonali wara l-perjodu ta' attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-qafas fiskali, fosthom biex jiġi żgurat li l-proporzjon tad-dejn jitqiegħed jew jibqa' fuq perkors ta' tnaqqis plawżibbli, jew jibqa' f'livelli prudenti taħt is-60 % tal-PDG fuq it-terminu medju, u li d-defiċit jibqa' jew jinġieb taħt it-3 % tal-PDG u jinżamm taħt il-valur referenzjarju fuq it-terminu medju. Spanja tirrikonoxxi li, fil-futur, nefqa strutturali ogħla fid-difiża tista' tirrikjedi politiki biex jiġu preżervati s-sostenibbiltà fiskali u l-konformità mar-regoli fiskali fuq it-terminu medju. Iż-żieda limitata mbassra fil-livelli tad-defiċit u tad-dejn ikkawżata mill-klawżola liberatorja nazzjonali, flimkien mal-impenn ta' Spanja li timplimenta l-aġġustament meħtieġ biex tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-qafas fiskali fil-pjan li jmiss, tiżgura li s-sostenibbiltà fiskali tiġi ppreżervata fuq it-terminu medju. |
|
(12) |
Id-data dwar in-nefqa fid-difiża tal-gvern ġenerali tinġabar u tiġi rilaxxata mill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u mill-Eurostat skont il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Funzjonijiet tal-Gvern (COFOG) (6) fil-qafas tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali (ESA2010) (7). Din id-data hija xierqa biex jiġi vvalutat l-impatt tal-infiq fid-difiża fuq id-defiċit, id-dejn u n-nefqa netta tal-gvern, u kunċetti relatati. Il-Eurostat, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, qed jistabbilixxi proċess ta' ġbir ta' data. Il-punt tat-tluq għandu jkun il-kategoriji ta' difiża COFOG, filwaqt li titqies ukoll id-definizzjoni tan-NATO u tinżamm il-possibbiltà li jiġu indirizzati anomaliji li jistgħu jkunu attribwibbli għal differenzi fis-sistemi ta' rapportar annwali rispettivi. Il-proċess ta' ġbir ta' data jeħtieġ li jiġi allinjat mar-rekwiżiti ta' rapportar stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (8). |
|
(13) |
Barra minn hekk, jista' jkun li l-konsenja għal xi wħud mill-kuntratti għal tagħmir militari ffirmati matul il-perjodu ta' attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali ssir fi stadju aktar tard, u għaldaqstant l-impatt fuq il-finanzi pubbliċi jseħħ biss wara l-perjodu ta' attivazzjoni tal-klawżola. Biex tiġi indirizzata din l-eventwalità, il-flessibbiltà mogħtija skont il-klawżola liberatorja nazzjonali għandha tapplika wkoll għan-nefqa fid-difiża marbuta ma' tali konsenja aktar tard, dment li l-kuntratti korrispondenti kienu ffirmati matul il-perjodu ta' attivazzjoni tal-klawżola u li dan id-dewmien fl-infiq fid-difiża jibqa' fi ħdan il-limitu massimu ġenerali msemmi hawn fuq. |
|
(14) |
In-nefqa ffinanzjata minn self ipprovdut skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1106 tas-27 ta' Mejju 2025 li jistabbilixxi l-Istrument ta' Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża (9), tibbenefika awtomatikament mill-flessibbiltà msemmija hawn fuq. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jirrapportaw lill-Eurostat kull nefqa relatata mad-difiża li ssir fil-qafas tal-Istrument SAFE taħt il-kategoriji “prodotti tad-difiża” u “prodotti oħra għal finijiet tad-difiża” kif definiti fir-Regolament (UE) 2025/1106. |
|
(15) |
Din ir-rakkomandazzjoni ma timmodifikax id-definizzjonijiet ta' defiċit, dejn u nefqa netta tal-gvern, u kunċetti relatati. Id-data bbażata fuq dawn il-kunċetti għandha tiġi kkompilata u rrapportata minn Spanja f'konformità mar-Regolament (UE) 2024/1263, ir-Regolament (KE) Nru 479/2009 u r-Regolament (UE) Nru 549/2013. |
B'DAN JIRRAKKOMANDA:
|
1. |
Matul il-perjodu 2025-2028, Spanja titħalla tiddevja mir-rati massimi ta' tkabbir tan-nefqa netta kif stabbilit mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill C/2025/643 sa fejn in-nefqa netta li taqbeż dawn ir-rati massimi ta' tkabbir ma tkunx aktar minn:
|
|
2. |
Fis-snin wara l-2028, Spanja xorta tista' tiddevja mir-rati massimi ta' tkabbir tan-nefqa netta, u taqbiżhom, kif stabbilit minn Rakkomandazzjoni tal-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 17, 19 jew 20 tar-Regolament (UE) 2024/1263, sa fejn in-nefqa netta li taqbeż dawn ir-rati massimi ta' tkabbir tkun relatata mal-konsenji ta' tagħmir militari kkuntrattat qabel tmiem l-2028 u tibqa' fil-limitu massimu ġenerali msemmi hawn fuq. |
|
3. |
F'konformità mal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) 2024/1263, id-devjazzjonijiet mir-rati massimi ta' tkabbir tan-nefqa netta kif stabbiliti mill-Kunsill li huma permessi minn din ir-Rakkomandazzjoni mhux ser jiġu reġistrati bħala debiti fil-kont ta' kontroll ta' Spanja. |
|
4. |
Sabiex tiġi żgurata r-reġistrazzjoni korretta tan-nefqa addizzjonali, Spanja għandha tinkludi data attwali u ppjanata dwar in-nefqa totali fid-difiża (id-diviżjoni 02 tal-COFOG), inkluż dwar l-investiment fid-difiża (id-diviżjoni 02 P.51 tal-COFOG) u kwalunkwe nefqa li għandha tiġi ffinanzjata minn self SAFE li mhijiex koperta fil-COFOG-02:
|
Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KERAVNOS
(1) ĠU L, 2024/1263, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1263/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/1467/2024-04-30).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat- 8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/85/2024-04-30).
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (C(2025) 2000 final) tad-19 ta' Marzu 2025.
(5) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2025 li tapprova l-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju ta' Spanja (ĠU C, C/2025/643, 10.02.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/643/oj).
(6) Manual on sources and methods for the compilation of COFOG statistics – Classification of the Functions of Government (COFOG) – edizzjoni tal-2019.
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1106 tas-27 ta' Mejju 2025 li jistabbilixxi l-Istrument ta' Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża (ĠU L, 2025/1106, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1106/oj).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3314/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)