|
11.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/7 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/239
tas-6 ta' Frar 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2011/891/UE u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1211, (UE) 2017/1212, (UE) 2017/2449 u (UE) 2017/2450 fir-rigward tar-rappreżentant jew tad-detentur tal-awtorizzazzjoni
(notifikata bid-dokument C(2019) 736)
(It-testi bil-Franċiż u bl-Ingliż biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Dow AgroSciences Europe, ibbażata fir-Renju Unit, hija r-rappreżentat fl-Unjoni ta' Dow AgroSciences LLC, Mycogen Seeds u M.S. Technologies LLC, ibbażati fl-Istati Uniti, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/891/UE (2) u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1211 (3), (UE) 2017/2449 (4) u (UE) 2017/2450 (5) għall-ikel u l-għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(2) |
Dow AgroSciences Europe hija wkoll id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-prodotti ġenetikament modifikati awtorizzati skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1212 (6). |
|
(3) |
B'ittra tat-13 ta' Settembru 2018, Dow AgroSciences Europe talbet lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, li l-awtorizzazzjonijiet għall-ikel u l-għalf ġenetikament modifikat li għalihom il-kumpanija hija r-rappreżentant jew id-detentur tal-awtorizzazzjoni, jenħtieġ li jiġu ttrasferiti lil Dow AgroSciences Distribution S.A.S., ibbażata fi Franza. Dow AgroSciences Distribution S.A.S ikkonfermat il-qbil tagħha ma' dan it-trasferiment b'ittra tas-7 ta' Settembru 2018. |
|
(4) |
B'ittra tal-10 ta' Ottubru 2018, M.S. Technologies LLC ikkonfermat il-qbil tagħha mat-trasferiment tal-awtorizzazzjonijiet mingħand ir-rappreżentant attwali. |
|
(5) |
B'ittra tat-12 ta' Ottubru 2018, Dow AgroSciences LLC ikkonfermat ukoll il-qbil tagħha mat-trasferiment tar-rappreżentant u ċċarat li Mycogen Seeds hija sussidjarja ta' Dow AgroSciences LLC. |
|
(6) |
L-emendi proposti dwar id-detenturi tal-awtorizzazzjoni u konsegwentement id-destinatarji tad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni huma ta' natura purament amministrattiva u għalhekk ma jinvolvux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 2011/891/UE u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1211, (UE) 2017/1212, (UE) 2017/2449 u (UE) 2017/2450 jenħtieġ għalhekk li jiġu emendati skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda għad-Deċiżjoni 2011/891/UE
Id-Deċiżjoni 2011/891/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Dow AgroSciences Distribution S.A.S., Franza, li jirrappreżenta lil Mycogen Seeds, l-Istati Uniti.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza.”; |
|
(3) |
Il-punt (a) tal-Anness jinbidel b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1211
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1211 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Dow AgroSciences Distribution S.A.S., Franza, li jirrappreżenta lil Mycogen Seeds, l-Istati Uniti.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza.”; |
|
(3) |
Il-punt (a) tal-Anness jinbidel b'dan li ġej:
|
Artikolu 3
Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1212
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1212 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Dow AgroSciences Distribution S.A.S., Franza.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza.”; |
|
(3) |
Il-punt (a) tal-Anness jinbidel b'dan li ġej:
|
Artikolu 4
Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2449
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2449 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Dow AgroSciences Distribution S.A.S., Franza, f'isem Dow AgroSciences LLC.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza.”; |
|
(3) |
Fil-punt (a) tal-Anness, l-isem “Dow AgroSciences Europe” jinbidel bi “Dow AgroSciences Distribution S.A.S.”; l-indirizz “European Development Centre, 3 Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, United Kingdom” jinbidel bi “6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza”. |
Artikolu 5
Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2450
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2450 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Dow AgroSciences Distribution S.A.S., Franza, li jirrappreżenta lil Dow AgroSciences LLC, l-Istati Uniti, u M.S. Technologies LLC, l-Istati Uniti.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza.”; |
|
(3) |
Fil-punt (a) tal-Anness, l-isem “Dow AgroSciences Europe” jinbidel bi “Dow AgroSciences Distribution S.A.S.”; l-indirizz “European Development Centre, 3 Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, United Kingdom” jinbidel bi “6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza”. |
Artikolu 6
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/891/UE tat-22 ta' Diċembru 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jkollhom fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament immodifikat 281-24-236x3006-210-23 (DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 344, 28.12.2011, p. 51).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1211 tal-4 ta' Lulju 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (DAS-24236-5 × DAS-21Ø23-5 × MON-88913-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 6.7.2017, p. 38).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2449 tal-21 ta' Diċembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn fażola tas-sojja modifikata ġenetikament DAS-68416-4 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 346, 28.12.2017, p. 12).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2450 tal-21 ta' Diċembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn fażola tas-sojja modifikata ġenetikament DAS-44406-6 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 346, 28.12.2017, p. 16).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1212 tal-4 ta' Lulju 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 173, 6.7.2017, p. 43).