|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/850 |
5.5.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/850
tad-29 ta’ April 2025
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM Ukraine/1/2025)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta’ Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2014/486/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (“EUAM Ukraine”), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”). |
|
(2) |
Fl-14 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1353 (2), li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK u li testendi l-mandat tal-EUAM Ukraine - sal-31 ta’ Mejju 2027. |
|
(3) |
Fit-23 ta’ Mejju 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1567 (3), li testendi l-mandat tas-Sur Rolf Michael Hay Pereira HOLMBOE bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUAM Ukraine mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-31 ta’ Mejju 2025. |
|
(4) |
Fis-27 ta’ Marzu 2025, ir-Rappreżentant Għoli pproponiet li l-mandat tas-Sur Rolf Michael Hay Pereira HOLMBOE bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUAM Ukraine jiġi estiż mill-1 ta’ Ġunju 2025 sal-31 ta’ Mejju 2026, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Rolf Michael Hay Pereira HOLMBOE bħala l-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Ġunju 2025 sal-31 ta’ Mejju 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2025.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/486/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1353 tal-14 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L, 2024/1353, 15.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1353/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/1567 tat-23 ta’ Mejju 2024 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM Ukraine/1/2024) (ĠU L, 2024/1567, 30.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1567/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/850/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)