|
11.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 266/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 60/2007
tat-8 ta' Ġunju 2007
li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/2007 tat-27 ta' April 2007 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1366/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 fir-rigward tas-sena bażi għall-allokazzjoni tal-kwoti ta' idroklorofluworokarbonji fir-rigward ta' l-Istati Membri li aderew ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 21aa (Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX li jinsab mal-Ftehim:
|
“— |
32006 R 1366: Ir-Regolament (KE) Nru 1366/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-6 ta' Settembru 2006 (ĠU L 264, tal-25.9.2006, p. 12).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1366/2006 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-9 ta' Ġunju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 8 ta' Ġunju 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-Presiden
Alan SEATTER
(1) ĠU L 209, 9.8.2007, p. 65.
(2) ĠU L 264, 25.9.2006, p. 12.
(*1) Ebda ħtiġiet kostituzzjonali m'huma indikati.