|
Tabella. ECAs tal-UE attivi fl-2022
|
|
Pajjiż
|
Isem u status tal-ECA
|
|
L-Awstrija
|
Oesterreichische Kontrollbank AG (OeKB) jaġixxi bħala ECA f’isem ir-Repubblika tal-Awstrija u akkont tagħha fl-ambitu tal-Att dwar il-Garanziji għall-Esportazzjoni.
|
|
Il-Belġju
|
Credendo, l-ECA tal-Belġju, hija istituzzjoni finanzjarja pubblika awtonoma b’personalità ġuridika, iggarantita mill-Istat Belġjan.
|
|
Il-Kroazja
|
Il-Bank Kroat għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (HBOR) jaġixxi bħala l-ECA nazzjonali u jipprovdi assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni akkont u f’isem ir-Repubblika tal-Kroazja.
|
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
Export Guarantee and Insurance Corporation (EGAP), kumpanija speċjalizzata tal-assigurazzjoni tal-kreditu tal-Istat, u ċ-Czech Export Bank (CEB), bank speċjalizzat li huwa kumpanija b’ishma konġunti proprjetà tal-Istat Ċek, it-tnejn li huma jaġixxu bħala ECAs u jipprovdu programmi differenti (prodotti bankarji u tal-assigurazzjoni).
|
|
Id-Danimarka
|
Fl-2022, Eksport Kredit Fonden (EKF) kienet l-ECA tad-Danimarka, u kumpanija pubblika indipendenti proprjetà tal-Istat Daniż u garantita minnu. (Mill-1 ta’ Jannar 2023, EKF ingħaqdet ma’ fondi oħra tal-Istat Daniż biex inħoloq il-Fond għall-Esportazzjoni u l-Investiment tad-Danimarka (EIFO).)
|
|
L-Estonja
|
Aktsiaselts KredEx Krediidikindlustus hija kumpanija tal-assigurazzjoni li taġixxi bħala ECA f’isem ir-Repubblika tal-Estonja u akkont tagħha bħala l-aġent tagħha abbażi tal-Att dwar il-Garanziji għall-Esportazzjoni tal-Istat.
|
|
Il-Finlandja
|
Finnvera Plc hija l-ECA nazzjonali Finlandiża, kumpanija speċjalizzata ta’ finanzjament proprjetà tal-Istat tal-Finlandja.
|
|
Franza
|
Bpifrance Assurance Export hija fergħa ta’ bank ta’ investiment pubbliku (Bpifrance SA) u timmaniġġja l-garanziji tal-Istat f’isem l-Istat Franċiż, għan-nom tiegħu u taħt il-kontroll tiegħu.
Natixis hija kumpanija privata li timmaniġġja skemi ta’ ffissar tal-imgħax għan-nom tal-Istat Franċiż, fil-qafas ta’ liġi u ta’ ftehim bejn l-Istat Franċiż u Natixis.
|
|
Il-Ġermanja
|
Il-Gvern Federali jġorr ir-responsabbiltà baġitarja għall-iskema ta’ garanzija ta’ kreditu għall-esportazzjoni tal-Ġermanja. Din hija ġestita f’isem ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja minn Euler Hermes Aktiengesellschaft (kumpanija tal-assigurazzjoni) b’mandat tal-Gvern Federali.
|
|
L-Ungerija
|
Hungarian Export-Import Bank Plc. (Eximbank) huwa bank speċjalizzat tal-istat. Hungarian Export Credit Insurance Plc. (MEHIB) hija kumpanija speċjalizzata tal-assigurazzjoni tal-kreditu tal-Istat. Il-bank u l-assiguratur joperaw f’qafas integrat u jaġixxu bħala ECA permezz ta’ programmi komplementari.
|
|
L-Italja
|
SACE, kumpanija b’ishma konġunti tal-Istat (100 % proprjetà ta’ Cassa Depositi e Prestiti), u SIMEST, kumpanija b’ishma konġunti kkontrollata minn Cassa Depositi e Prestiti permezz ta’ SACE, it-tnejn jaġixxu bħala ECA. Taħt programmi ta’ kreditu għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati, SACE tipprovdi prinċipalment garanziji u assigurazzjonijiet filwaqt li SIMEST tipprovdi krediti tax-xerrejja u tal-fornituri. Joffru wkoll firxa ta’ prodotti ta’ kreditu mhux għall-esportazzjoni.
|
|
Il-Lussemburgu
|
Office du Ducroire (ODL) hija l-ECA tal-Lussemburgu, istituzzjoni pubblika li topera bil-garanzija tal-Istat.
|
|
In-Netherlands
|
Atradius Dutch State Business hija l-ECA tal-gvern tan-Netherlands. Twettaq ftehimiet ta’ assigurazzjoni ta’ krediti għall-esportazzjoni u garanziji li l-Ministru tal-Finanzi jidħol fihom/joħroġ, u tirrappreżenta l-Istat tan-Netherlands.
|
|
Il-Polonja
|
KUKE hija kumpanija b’ishma konġunti li fiha s-sehem dominanti huwa tat-Teżor tal-Istat. KUKE ngħatat il-mandat permezz tal-Att tas-7 ta’ Lulju 1994 biex tamministra l-iskema ta’ kopertura pura tal-krediti għall-esportazzjoni.
|
|
Il-Portugall
|
COSEC (Companhia de Seguro de Créditos) hija kumpanija tal-assigurazzjoni privata li taġixxi għan-nom tal-Istat Portugiż, f’koordinazzjoni mad-Direttorat Ġenerali tat-Teżor u l-Finanzi, bħala ECA.
BPF (Banco Português de Fomento) huwa bank promozzjonali nazzjonali tal-Istat li, mill-2022, beda jaġixxi għan-nom u akkont tal-Istat għal programmi speċifiċi ta’ kreditu għall-esportazzjoni.
|
|
Ir-Rumanija
|
Banca de Export-Import a Romaniei — Eximbank SA (EximBank), l-ECA nazzjonali, hija kumpanija b’ishma konġunti bl-Istat Rumen bħala azzjonist ewlieni.
|
|
Is-Slovenja
|
SID Bank Inc. hija l-istituzzjoni awtorizzata mill-Istat li twettaq is-servizzi ta’ ECA. Topera għan-nom tar-Repubblika tas-Slovenja u akkont tagħha bħala l-aġent tagħha.
|
|
Ir-Repubblika Slovakka
|
EXIMBANKA SR hija l-ECA uffiċjali tar-Repubblika Slovakka, entità ġuridika stabbilita skont l-Att speċjali.
|
|
Spanja
|
Il-Compañía Española de Seguros de Crédito a la Exportación (CESCE) hija kumpanija b’kapital imħallat li fiha l-Istat għandu sehem maġġoritarju. Topera taħt mandat biex timmaniġġja assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għan-nom tal-Istat Spanjol. L-Instituto de Crédito Oficial (ICO) huwa involut fl-arranġament finanzjarju tat-tranżazzjonijiet għan-nom tal-Fond għall-Internazzjonalizzazzjoni tan-Negozji rigward il-finanzjament dirett u l-iskemi ta’ ffissar tal-imgħax li jaqgħu fir-responsabbiltà tal-Ministeru tal-Industrija, il-Kummerċ u t-Turiżmu.
|
|
L-Iżvezja
|
Il-Bord ta’ Garanzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni tal-Iżvezja (EKN, Swedish Export Credits Guarantee Board) u l-Korporazzjoni għall-Kreditu għall-Esportazzjoni tal-Iżvezja (SEK, Swedish Export Credit Corporation) għandhom mandati simili iżda jvarjaw fl-istruttura organizzazzjonali u fis-servizzi li joffru. L-EKN jassigura r-riskju ta’ kreditu u s-SEK tipprovdi rifinanzjament. L-EKN huwa aġenzija tal-gvern. L-SEK hija korporazzjoni kompletament proprjetà tal-Istat.
|