|
29.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 365/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9882 — SAZKA Group/ÖBAG/Casinos Austria)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 365/08)
1.
Fl-20 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
SAZKA Group a.s (“SAZKA Group”, iċ-Ċekja), li tappartjeni għall-KKCG Group; |
|
— |
Österreichische Beteiligungs Aktiengesellschaft (“ÖBAG”, l-Awstrija), li hija proprjetà tal-istat Awstrijak; |
|
— |
Casinos Austria Aktiengesellschaft (“CASAG”, l-Awstrija), ikkontrollata esklużivament mis-SAZKA Group. |
SAZKA Group u ÖBAG jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ CASAG.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew kull mezz ieħor.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
SAZKA Group: il-kumpanija prinċipali ta’ grupp Ewropew tal-lotteriji. Hija prinċipalment kumpanija azzjonarja, iżda tipprovdi wkoll servizzi ta’ konsulenza dwar il-logħob tal-azzard. Is-sussidjarji tagħha jipprovdu servizzi ta’ lotterija, logħob tal-azzard u mħatri (kif ukoll servizzi oħra) fiċ-Ċekja, fil-Greċja, f’Ċipru u fl-Italja. |
|
— |
ÖBAG: kumpanija azzjonarja awtonoma tal-Istat, li tamministra 11-il investiment statali u hija attiva prinċipalment (i) fil-ġestjoni attiva tal-parteċipazzjoni, (ii) fl-akkwist ta’ drittijiet tal-ishma f’investimenti eżistenti u f’kumpaniji terzi, (iii) f’miżuri li jippromwovu l-iżvilupp tal-Awstrija bħala post ekonomiku, (iv) fil-ġestjoni tal-parteċipazzjoni esterna u (v) fil-ġestjoni tal-privatizzazzjoni. |
|
— |
CASAG: attiva fil-qasam tal-logħob tal-azzard fl-Awstrija permezz tat-tħaddim ta’ (i) casinos; (ii) lotteriji; (iii) Terminals tal-Lotterija bil-Video; (iv) imħatri fl-isports u (v) logħob tal-azzard online. Barra minn hekk, Casinos Austria Aktiengesellschaft topera permezz ta’ casinos sussidjarji fl-Awstralja, il-Belġju, id-Danimarka, l-Eġittu, il-Liechtenstein, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Palestina u l-Iżvizzera, kif ukoll operazzjoni ta’ terminal tal-lotterija bil-video fil-Maċedonja ta’ Fuq. CASAG hija kkontrollata esklużivament minn SAZKA Group qabel it-Tranżazzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
Il-Każ M.9882 — SAZKA Group/ÖBAG/Casinos Austria
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).