European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3514

31.5.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11522 — CERBERUS / VELOBANK)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/3514)

1.   

Fit-23 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Fondi u kontijiet ġestiti jew li jingħataw pariri minn Cerberus Capital Management, L.P. u l-affiljati tagħha (“Cerberus”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

VeloBank S.A. (“VeloBank”, il-Polonja) ikkontrollat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni Pollakka, jiġifieri l-Fond ta’ Garanzija Bankarja (“BGF”, Bank Guarantee Fund).

Cerberus se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ VeloBank kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Cerberus hija ditta tal-investiment privat li hija involuta fl-offerta ta’ investimenti alternattivi fi pjattaformi tal-kreditu komplementari, tal-ekwità privata u tal-proprjetà immobbli f’diversi industriji madwar id-dinja. Għalkemm l-ebda industrija partikolari ma tikkostitwixxi proporzjon sinifikanti mill-fatturat ta’ Cerberus, xi wħud mis-setturi ewlenin li fihom l-impriżi kkontrollati minn Cerebrus jiġġeneraw fatturat huma s-servizzi finanzjarji, il-manifattura, il-materjali tal-bini, il-bejgħ bl-imnut, u l-proprjetà immobbli.

—

VeloBank huwa bank universali li joffri prodotti fil-qasam tal-finanzjament, it-tfaddil u l-investiment kif ukoll spettru ta’ servizzi addizzjonali. Dawn jiġi pprovduti lill-klijenti li jużaw varjetà ta’ kanali, inklużi fergħat bankarji tradizzjonali u pjattaforma online. Is-sussidjarja tiegħu, ProEkspert, twettaq attivitajiet tal-intermedjazzjoni assigurattiva għal għadd ta’ kumpanija tal-assigurazzazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11522 — CERBERUS / VELOBANK

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet’”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3514/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)