|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/689 |
23.3.2026 |
LINJA GWIDA (UE) 2026/689 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ Jannar 2026
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (BĊE/2026/1)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2), l-ewwel inċiż, tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1, l-ewwel inċiż, l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3 u 18.2, u l-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu,
Filwaqt li:
|
(1) |
Il-kisba ta’ politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-għodod, l-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali ta’ dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar ’il quddiem il-“BĊNi”), sabiex dik il-politika tiġi implimentata b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. |
|
(2) |
Fid-29 ta’ Novembru 2024, il-Kunsill Governattiv iddeċieda dwar ċerti miżuri mmirati lejn it-trawwim ta’ armonizzazzjoni akbar tal-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema. L-ewwelnett, ċerti tipi ta’assi aċċettati taħt il-qafas temporanju għandhom jiġu integrati fil-qafas kollaterali ġenerali, temporanji, jiġifieri (a) assi negozjabbli ddenominati f’dollari Amerikani, liri sterlini u yen Ġappuniż; u (b) titoli ggarantiti b’assi bit-tieni l-aħjar klassifikazzjoni tal-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu fuq l-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema u li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà stipulati fil-qafas kollaterali temporanju. It-tieni, is-sistemi statistiċi ta’ valutazzjoni tal-kreditu interni tal-BĊNi (S-ICASs) għandhom jiġu aċċettati bħala sors ta’ valutazzjoni tal-kreditu flimkien mas-sistemi ta’ valutazzjoni tal-kreditu interni (ICASs) tal-BĊNi li bħalissa huma aċċettati, u konsegwentement dawn tal-aħħar għandhom ikunu magħrufa bħala “sistemi ta’ valutazzjoni tal-kreditu interni sħaħ” (F-ICASs), biex jiddistingwuhom minn S-ICASs. It-tielet, fir-rigward tal-proċedura biex jiġu aċċettati l-S-ICASs bħala t-tielet sors ta’ valutazzjoni tal-kreditu tal-kontroparti, huwa xieraq li jitneħħa r-rekwiżit għas-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni motivata appoġġata minn argument adegwat għall-vijabbiltà sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-S-ICASs. Fl-aħħar nett, il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn sostnuti minn ipoteki bl-imnut (RMBDs) u strumenti ta’ dejn mhux negozjabbli sostnuti minn pretensjonijiet ta’ kreditu eliġibbli (DECCs) bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema għandha titwaqqaf minħabba użu storiku limitat u domanda baxxa, sabiex jiġi ssimplifikat il-qafas kollaterali tal-Eurosistema. |
|
(3) |
Wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ tranżizzjoni fir-rigward tal-użu tal-mudelli ta’ rapportar tad-data tal-livell ta’ self tal-BĊE u t-tneħħija gradwali tal-proċess ta’ deżinjazzjoni tal-Eurosistema għar-repożitorji tad-data tal-livell ta’ self, kif deċiż mill-Kunsill Governattiv fit-22 ta’ Marzu 2019, huma meħtieġa emendi konsegwenzjali għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema. |
|
(4) |
Fir-rigward tal-kriterji ta’ eliġibbiltà applikati għal titoli sostnuti minn assi bħala kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, huwa meħtieġ irfinar ulterjuri biex jiġu esklużi b’mod espliċitu titoli ggarantiti b’assi fejn l-emittent ta’ dawk it-titoli huwa soġġett għal riskju ta’ valur residwu. |
|
(5) |
Għat-trattament ta’ entitajiet li għalihom ġiet adottata skema ta’ riżoluzzjoni bbażata fuq strateġija ta’ riżoluzzjoni bankarja miftuħa, hija meħtieġa kjarifika tal-qafas tal-kontroparti tal-Eurosistema sabiex jiġu riflessi l-proċessi u l-iskadenzi applikabbli meta tiġi vvalutata s-solidità finanzjarja. |
|
(6) |
Kjarifika ulterjuri hija pprovduta fir-rigward tal-valutazzjoni tas-solidità finanzjarja ta’ kontroparti fil-każ ta’ miżuri diskrezzjonarji meħuda mill-Eurosistema għal raġunijiet ta’ prudenza. |
|
(7) |
Il-kriterji ta’ eliġibbiltà applikati għall-kupuni varjabbli li huma marbuta ma’ rata ta’ referenza tal-indiċi tal-inflazzjoni jeħtieġ li jiġu definiti permezz ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi li jiddistingwuhom minn dawk li japplikaw għal strumenti b’kupuni varjabbli oħra u jipprovdu aktar ċarezza. |
|
(8) |
Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-kriterji ta’ eliġibbiltà dwar il-forma tal-ħruġ ta’ strumenti ta’ dejn internazzjonali għandhom japplikaw biss għal strumenti ta’ dejn internazzjonali li huma maħruġa permezz ta’ depożitarji ċentrali tat-titoli internazzjonali (ICSDs) f’forma ta’ nota globali u rrappreżentati b’ċertifikat fiżiku (karta) jew b’kopja elettronika (diġitali) ta’ nota karta globali. Madanakollu, għal strumenti ta’ dejn maħruġa permezz ta’ ICSDs f’forma totalment dematerjalizzata l-Eurosistema għandha tirriżerva d-dritt li tivverifika li tali strumenti (a) ma jagħtux lok għal riskji materjali li jistgħu jaffetwaw d-drittijiet tal-Eurosistema bħala detentur tal-kollateral u (b) huma kkostitwiti b’mod validu taħt il-liġi li tirregolahom, irrispettivament mit-teknoloħija li tappoġġa l-ħruġ tagħhom. |
|
(9) |
Il-kriterji ta’ eliġibbiltà applikati għall-pretensjonijiet ta’ kreditu bħala kollateral eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema għandhom jiġu ċċarati billi jiġu esklużi b’mod espliċitu l-pretensjonijiet ta’ kreditu mhux produttivi, sabiex jiġi żgurat li l-Eurosistema tkun protetta mir-riskji li jippreżentaw u li jiġi aċċettat biss kollateral adegwat għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema. |
|
(10) |
Minħabba l-varjazzjonijiet kbar fl-għadd, fil-valur u fit-tipi ta’ assi, kif ukoll iċ-ċirkostanzi li jistgħu jkunu involuti f’okkażjoni ta’ nuqqas ta’ konformità, jeħtieġ li jsiru aġġustamenti biex tkun permessa applikazzjoni aktar effiċjenti u flessibbli ta’ penali finanzjarji u mhux finanzjarji imposti fuq kontropartijiet li jonqsu milli jikkonformaw ma’ ċerti regoli fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja. |
|
(11) |
Fit-23 ta’ Lulju 2025, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jintroduċi “fattur klimatiku” fil-qafas kollaterali tal-Eurosistema. L-Eurosistema twettaq operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ kontropartijiet eliġibbli biex tilħaq l-objettiv primarju tagħha ta’ stabbiltà tal-prezzijiet, li huwa definit mill-Kunsill Governattiv bħala mira simetrika ta’ inflazzjoni ta’ 2 % fuq terminu medju. Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, dawn l-operazzjonijiet għandhom jiġu garantiti b’kollateral adegwat. Riskju ewlieni f’dawn l-operazzjonijiet huwa t-tnaqqis potenzjali fil-valur tal-kollateral fil-każ ta’ inadempjenza ta’ kontroparti u l-Eurosistema ssir is-sid legali tal-kollateral għal perjodu ta’ żmien inċert. |
|
(12) |
L-Eurosistema tuża diversi miżuri fil-qafas kollaterali attwali tagħha biex ittaffi r-riskji finanzjarji assoċjati mal-operazzjonijiet ta’ self tagħha, madankollu l-impatt finanzjarju potenzjali tal-inċertezzi relatati mat-tranżizzjoni klimatika għadu ma ġiex indirizzat. Ir-riskji finanzjarji assoċjati għall-Eurosistema jirriżultaw mill-potenzjal għall-ipprezzar mill-ġdid tal-assi minħabba xokkijiet mhux mistennija fit-tranżizzjoni klimatika hekk kif l-ekonomija timxi lejn futur b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, xprunat minn bidliet fil-politika, fit-teknoloġija, fid-dinamika tas-suq, u fil-preferenzi tal-konsumatur. Il-Kunsill Governattiv għalhekk iddeċieda li jintroduċi “fattur klimatiku”, li huwa miżura addizzjonali ta’ kontroll tar-riskju mmirata lejn il-mitigazzjoni tal-impatt finanzjarju potenzjali tal-inċertezzi relatati mat-tranżizzjoni klimatika billi jaġġusta l-valur assenjat lill-assi negozjabbli eliġibbli maħruġa minn ċerti korporazzjonijiet mhux finanzjarji u l-affiljati tagħhom, u mobilizzati bħala kollateral skont il-punt sa fejn jistgħu jiġu affettwati minn inċertezzi relatati mat-tranżizzjoni klimatika li jħarsu ’l quddiem. |
|
(13) |
L-aġġustament tal-valur assenjat lill-assi eliġibbli mobilizzati bħala kollateral jenħtieġ li jkun ibbażat fuq sett ta’ kriterji oġġettivi bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-miżura tkun xierqa biex jintlaħaq l-objettiv iddikjarat tagħha ta’ mitigazzjoni tar-riskju finanzjarju u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv. Il-fattur klimatiku għandu jiġi derivat minn punteġġ ta’ inċertezza magħmul minn tliet elementi: (a) stressor speċifiku għas-settur: “fattur tas-suq” uniformi derivat min-nuqqas mistenni fix-xenarju avvers tat-test tal-istress klimatiku tal-Eurosistema, li japplika għall-assi kollha maħruġa minn kumpaniji f’settur speċifiku; (b) skopertura speċifika għall-emittent: kejl tal-iskopertura ta’ emitteni għal inċertezzi relatati mat-tranżizzoni, abbażi tal-metodoloġija żviluppata għax-xaqlib tax-xiri taħt il-Programm ta’ Xiri mis-Settur Korporattiv (CSPP); u (c) vulnerabbiltà speċifika għall-assi: valutazzjoni ta’ kemm il-prezz tas-suq ta’ assi huwa sensittiv għal xokkijiet klimatiċi futuri mhux mistennija, filwaqt li titqies il-maturità residwa tiegħu. Abbażi tal-punteġġ ta’ inċertezza, l-Eurosistema għandha tassenja fattur klimatiku lil kull assi negozjabbli eliġibbli fl-ambitu tal-miżura tal-ġestjoni tar-riskju, li jista’ jkompli jaġġusta l-valur kollaterali tiegħu wara l-applikazzjoni ta’ miżuri tal-kontroll tar-riskju oħra. L-assi li jsiru eliġibbli bejn żewġ eżerċizzji annwali ta’ aġġornament fir-rigward tal-fattur klimatiku jenħtieġ li inizjalment jiġu assenjati fattur klimatiku medjan tat-tip ta’ assi li jappartjenu għalih, speċifikament bond, nota fuq terminu medju jew karta kummerċjali.ġusta l-valur tal-kollateral tiegħu wara l-applikazzjoni ta’ miżuri oħra ta’ kontroll tar-riskju. L-applikazzjoni ta’ fattur klimatiku medjan ibbażat fuq it-tip ta’ assi tirrifletti d-differenzi inerenti fis-sensittività tal-prezz għal xokkijiet simili fost it-tipi ta’ assi, u tibbilanċja l-ġestjoni tar-riskju ma’ kunsiderazzjonijiet ta’ effiċjenza sal-eżerċizzju ta’ aġġornament annali li jmiss. |
|
(14) |
Il-fattur klimatiku għandu jiġi kkalibrat b’tali mod li l-abilità tal-Eurosistema li timplimenta politika monetarja permezz ta’ disponibilità wiesgħa ta’ kollateral tibqa’ bla mittiefsa. |
|
(15) |
Il-fattur klimatiku għandu jirrifletti inċertezzi fil-klima relatati mat-tranżizzjoni li għalihom assi negozjabbli maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif ukoll entitajiet affiljati tagħhom jistgħu jkunu esposti. Il-fokus fuq dawn l-assi neozjabbli huwa xprunat b’disponibilità tad-data aħjar f’dan is-settur u l-esperjenza li l-Eurosistema kisbet bl-integrazzjoni tar-riskju tranżitorji klimatiċi fis-CSPP. Il-fattur klimatiku, inkluż l-ambitu, il-metodoloġija u l-kalibrazzjoni tiegħu, għandhom jiġu rieżaminati regolarment mill-Kunsill Governattiv u aġġornati kif meħtieġ biex (a) jirriflettu ż-żieda fid-disponibilità tad-data u mudelli rilevanti u (b) jittieħed kont tal-iżviluppi u l-avvanzi regolatorji rilevanti fil-kapaċitajiet tal-valutazzjoni tar-riskju. |
|
(16) |
Permezz tal-introduzzjoni tal-fattur klimatiku bħala miżura addizzjonali tal-kontroll tar-riskju, l-Eurosistema tkompli tiżgura li tikkonforma mal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jirrikjedi li rekwiżiti dwar il-protezzjoni ambjentali huma integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u attivitajiet tal-Unjoni, bl-inklużjoni tal-politika monetarja tal-Unjoni. Bl-istess mod, huwa jiżgura li s-CSPP jikkonforma mal-obbligi tal-Eurosistema skont l-Artikolu 7 tat-Trattat, li jirrikjedi li l-Unjoni tiżgura konsistenza bejn il-politiki u l-attivitajiet tagħha. |
|
(17) |
Fid-dawl tal-implimentazzjoni teknika tal-fattur klimatiku fi ħdan is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kollateral tal-Eurosistema (ECMS), jeħtieġ li d-data tal-applikazzjoni tal-fattur klimatiku tiġi allinjata mad-data tal-ħruġ tal-ECMS li sseħħ fit-tieni kwart tal-2026, u għaldaqstant il-fattur klimatiku għandu jiġi applikat mill-15 ta’ Ġunju 2026. |
|
(18) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “5. Tranżazzjonijiet bil-maqlub li jassorbu l-likwidità għandhom ikunu bbażati fuq assi pprovduti mill-Eurosistema. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà ta’ dawk l-assi għandhom ikunu identiċi għal dawk applikati għal assi eliġibbli użati fi tranżazzjonijiet bil-maqlub li jipprovdu likwidità, skont il-Parti Erbgħa. Ebda haircuts ta valutazzjoni ma għandhomx jintużaw fi tranżazzjonijiet bil-maqlub li jassorbu l-likwidità.” |
|
(3) |
l-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 63, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “1. Sabiex ikunu eliġibbli, l-istrumenti ta’ dejn għandu jkollhom waħda minn dawn l-istrutturi ta’ kupun li ġejjin sal-fidi finali:
(*5) Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016. p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1011/oj).”;" |
|
(5) |
l-Artikolu 65 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 65 Munita tad-denominazzjoni tal-assi negozjabbli Sabiex ikunu eliġibbli, l-istrumenti ta’ dejn għandhom ikunu ddenominati f’waħda mill-muniti li ġejjin: euro, waħda mill-muniti preċedenti tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan.” |
|
(6) |
l-Artikolu 66 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
jiddaħħal l-Artikolu 66a li ġej: “Artikolu 66a Forma ta’ ħruġ ta’ ċerti assi negozjabbli 1. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin għandhom japplikaw biss għal strumenti ta’ dejn negozjabbli li huma maħruġa permezz tal-ICSDs f’forma ta’ nota globali u rrappreżentati b’ċertifikat fiżiku (karta) jew b’kopja elettronika (diġitali) ta’ nota karta globali.
2. Strumenti ta’ dejn internazzjonali f’forma ta’ nota individwali li huma rrappreżentati minn ċertifikati fiżiċi (karta) individwali ma għandhomx ikunu eliġibbli sakemm ma jkunux inħarġu f’forma ta’ nota individwali qabel l-1 ta’ Ottubru 2010. 3. Għal strumenti ta’ dejn internazzjonali li huma maħruġa permezz ta’ ICSDs f’forma totalment dematerjalizzata, l-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tivverifika li tali strumenti ma jagħtux lok għal riskji materjali li jistgħu jaffetwaw id-drittijiet tal-Eurosistema bħala detentur tal-kollateral u huma kostitwiti b’mod validu skont il-liġi li tirregola tali strumenti, irrispettivament mit-teknoloġija li tappoġġa l-ħruġ tagħhom.” |
|
(8) |
l-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
l-Artikolu 72 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 72 Kriterji ta’ eliġibbiltà għal titoli sostnuti minn assi 1. Sabiex ikunu eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, ABSs b’valutazzjoni tal-kreditu li tikkorrispondi, bħala minimu, għall-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu fuq l-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ (a) il-kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà relatati mat-tipi kollha ta’ assi negozjabbli stabbiliti fit-Taqsima 1, ħlief għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 62 relatati mal-ammont prinċipali, u (b) il-kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 73 sa 79a. 2. Sabiex ikunu eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, ABSs b’valutazzjoni tal-kreditu li tikkorrispondi għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu fuq l-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u mal-kriterji ta’ eliġibbiltà speċifiċi addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 79b.” |
|
(10) |
l-Artikolu 73 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
l-Artikolu 78 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 78 Disponibbiltà ta’ data tal-livell ta’ self għat-titoli ggarantiti minn assi 1. Sabiex l-ABSs isiru jew jibqgħu eliġibbli, id-data komprensiva u standardizzata tal-livell ta’ self dwar l-aggregazzjoni ta’ assi li jiġġeneraw fluss ta’ flus li jappoġġaw l-ABSs għandha ssir disponibbli mill-partijiet rilevanti għal repożitorju ta’ titolizzazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu. 1a. Id-data tal-livell ta’ self għandha tiġi sottomessa għal kull tranżazzjoni individwali bl-użu tal-mudelli rilevanti speċifikati fl-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2017/2402. Il-formola rilevanti li għandha tiġi sottomessa tiddependi fuq it-tip ta’ assi li jappoġġa l-ABS, kif speċifikat fl-Artikolu 73(1), il-punti (a) sa (f). 1b. Id-data dwar il-livell ta’ self għandha tiġi rappurtata tal-anqas fuq bażi trimestrali, iżda mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha hu dovut il-ħlas ta’ imgħax fuq l-ABSs rilevanti. Għall-fini tal-mudelli msemmija fil-paragrafu 1a, id-‘data tal-qtugħ tal-aggregat’ għandha tkun id-data li fiha ttieħdet stampa tal-prestazzjoni tal-assi sottostanti għar-rapport rispettiv li huwa meħtieġ li jiġi ppreżentat u d-‘data tas-sottomissjoni tar-rapport’ rispettiva ma tridx tkun aktar minn xahrejn wara tali data tal-qtugħ tal-aggregat. 1c. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafi 1, 1a u 1b, jitwettqu kontrolli awtomatizzati tal-konsistenza u tal-preċiżjoni fuq ir-rapporti fuq id-data tal-livell ta’ self ġdida u aġġornata kollha għal kull tranżazzjoni mir-repożitorju tad-data tal-livell ta’ self.” |
|
(12) |
l-Artikolu 79b li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 79b Kriterji ta’ eliġibbiltà addizzjonali għal titoli ggarantiti b’assi b’valutazzjoni tal-kreditu ugwali għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu 1. Sabiex ikunu eliġibbli, ABSs b’valutazzjoni tal-kreditu ugwali għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu fuq l-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà speċifiċi addizzjonali li ġejjin:
2. Kontroparti ma tistax tissottometti bħala kollateral ABS li jikkonforma mal-kriterji ta’ eliġibbiltà speċifiċi addizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 1 jekk il-kontroparti, jew kwalunkwe parti terza li magħha għandha rabtiet mill-qrib, taġixxi bħala fornitur ta’ ħeġġ tar-rata tal-imgħax fir-rigward tal-ABS. 3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
|
|
(13) |
fl-Artikolu 82(1), il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
|
|
(14) |
fl-Artikolu 87, tiżdied it-tabella li ġejja: “Tabella 9 Valutazzjonijiet tal-kwalità tal-kreditu impliċiti għal emittenti jew garanti mingħajr valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu ECAI
|
|
(15) |
fl-Artikolu 89, jiżdied il-paragrafu 6 li ġej: “6. Pretensjonijiet ta’ kreditu kklassifikati bħala skoperturi mhux produttivi fl-Artikolu 47a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandhomx ikunu tipi ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu eliġibbli; anke jekk koperti minn garanzija li hija aċċettabbli taħt it-Titolu IV.” |
|
(16) |
fil-Parti Erbgħa, it-Titolu III, il-Kapitolu 1, it-Taqsima 3 “Kriterji ta’ eliġibbiltà għall-RMBDs”, li fiha l-Artikolu 107, titħassar; |
|
(17) |
fil-Parti Erbgħa, it-Titolu III, il-Kapitolu 1, it-Taqsima 4 “Kriterji ta’ eliġibbiltà għad-DECCs”, li fiha l-Artikoli 107a sa 107f, titħassar; |
|
(18) |
fl-Artikolu 108, jitħassar il-punt (b); |
|
(19) |
fl-Artikolu 109, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 89(6) u l-Artikolu 92, il-kontropartijiet għandhom fi żmien ġurnata tax-xogħol li jmiss jinformaw lill-BĊN relevanti b’kull avveniment ta’ kreditu, inkluż dewmien fil-ħlasijiet mid-debituri tat-talbiet ta’ kreditu mmobilizzati bħala kollateral, li huwa magħruf lill-kontroparti u, jekk mitlub mill-BĊN relevanti, jirtiraw jew jissostitwixxu l-assi.” |
|
(20) |
l-Artikolu 110 huwa emendat kif ġej:
|
|
(21) |
it-Taqsima 2 “Rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema għall-RMBDs” tal-Parti Erbgħa, it-Titolu III, il-Kapitolu 2, li fiha l-Artikolu 112, titħassar; |
|
(22) |
it-Taqsima 3 “Ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema għad-DECCs” tal-Parti Erbgħa, it-Titolu III, il-Kapitolu 2, li fiha l-Artikolu 112a, titħassar; |
|
(23) |
l-Artikolu 119 huwa emendat kif ġej:
|
|
(24) |
l-Artikolu 121 huwa emendat kif ġej:
|
|
(25) |
l-Artikolu 128(1) huwa emendat kif ġej:
|
|
(26) |
fl-Artikolu 136, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. Jekk, wara l-valutazzjoni, haircuts u, kif applikabbli, fatturi klimatiċi, l-assi mobilizzati ma jaqblux mar-rekwiżiti kif ikkalkolati f’dak il-jum, is-sejħiet għall-marġni għandhom jitwettqu skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 11 tal-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22). Jekk il-valur tal-assi eliġibbli mobilizzati bħala kollateral mill-kontroparti, wara r-rivalwazzjoni tagħhom, jeċċedi l-ammont dovut mill-kontroparti flimkien, meta rilevanti, mal-marġni ta’ varjazzjoni, il-BĊN jista’ jirritorna l-flus kontanti żejda li l-kontroparti jkun ipprovda għas-sejħa ta’ marġni.” |
|
(27) |
fl-Artikolu 138(3), il-punt (c) jitħassar; |
|
(28) |
fl-Artikolu 141, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “1. Kontroparti m’għandhiex tissottometti jew tuża bħala kollateral strumenti ta’ dejn mhux iggarantiti maħruġa minn istituzzjoni ta’ kreditu, jew minn entità oħra li magħha l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha rabtiet mill-qrib sal-punt li l-valur ta’ dak il-kollateral maħruġ minn dik l-istituzzjoni ta’ kreditu jew entità oħra li magħha għandha rabtiet mill-qrib meħudin flimkien jaqbeż l-2,5 % tal-valur totali tal-assi użati bħala kollateral minn dik il-kontroparti wara l-haircut applikabbli u, kif applikabbli, il-fattur klimatiku. Dan il-livell limitu ta’ 5 % m’għandux japplika fil-każijiet li ġejjin:
|
|
(29) |
l-intestatura tal-Parti Ħamsa hija ssostitwita b’dan li ġej: “SANZJONIJIET GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITà MAL-OBBLIGI TAL-KONTROPARTI”; |
|
(30) |
l-Artikolu 155 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 155 Penali finanzjarji għan-nuqqas ta’ konformità ma’ ċerti regoli operazzjonali 1. Jekk kontroparti tonqos li tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mill-obbligi msemmija fl-Artikolu 154(1), l-Eurosistema għandha timponi penali finanzjarja għal kull każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Għall-finijiet tal-Parti Ħamsa, kull assi individwali mobilizzat bħala kollateral li huwa affettwat minn okkażjoni ta’ nuqqas ta’ konformità għandu jikkostitwixxi każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Il-penali finanzjarja applikabbli għandha tinkludi dan li ġej:
2. Il-penali finanzjarja applikabbli totali kkalkulata f’konformità mal-paragrafu 1 u l-Anness VII għandha titnaqqas b’ 50 % fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin ta’ nuqqas ta’ konformità awtodikjarat:
|
|
(31) |
l-Artikolu 156 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 156 Penali mhux finanzjarji għan-nuqqas ta’ konformità ma’ ċerti regoli operazzjonali 1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità minn kontroparti ma’ obbligu tal-istess tip kif imsemmi fl-Artikolu 154(1), il-punt (a) jew il-punt (b), għandu japplika dan li ġej:
2. Kwalunkwe sospensjoni imposta mill-Eurosistema skont il-paragrafu 1 għandha tapplika fir-rigward ta’ kull operazzjoni tas-suq miftuħ sussegwenti li hija tal-istess tip bħall-operazzjoni tas-suq miftuħ li wasslet biex tiġi imposta penali finanzjarja kif imsemmi fil-paragrafu 1. 3. Il-perjodu ta’ sospensjoni impost skont il-paragrafu 1 għandu jkun determinat skont l-Anness VII. 4. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità minn kontroparti ma’ obbligu tal-istess tip kif imsemmi fl-Artikolu 154(1), il-punt (c), għandu japplika dan li ġej:
5. F’każijiet eċċezzjonali, l-Eurosistema tista’ tissospendi kontroparti għal perijodu ta’ tliet xhur fir-rigward tal-operazzjonijiet futuri kollha tal-politika monetarja tal-Eurosistema fil-każ ta’ kwalunkwe okkażjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 154(1). F’dan il-każ, l-Eurosistema għandha tikkunsidra s-serjetà tal-każ u, b’mod partikolari, għall-ammonti involuti u għall-frekwenza u d-dewmien tan-nuqqas ta’ konformità.” |
|
(32) |
l-Artikolu 157 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 157 Applikazzjoni ta’ penali mhux finanzjarja għal fergħat għal nuqqas ta’ konformità ma’ ċerti regoli operazzjonali Meta l-Eurosistema tissospendi kontroparti skont l-Artikolu 156(5), dik is-sospensjoni tista’ tiġi applikata wkoll għall-fergħat ta’ dik il-kontroparti stabbiliti fi Stati Membri oħra li l-munita tagħhom hija l-euro.” |
|
(33) |
l-Artikolu 158 huwa emendat kif ġej:
|
|
(34) |
l-Annessi II, VII u VIII huma emendati skont l-Anness I għal din il-Linja Gwida; |
|
(35) |
it-test stabbilit fl-Anness II għal din il-Linja Gwida jiddaħħal bħala Anness XIIb ġdid. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi.
2. Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mit-30 ta’ Marzu 2026. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Marzu 2026.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2015/510/oj).
(*6) Informazzjoni dwar il-passi tal-kwalità tal-kreditu hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.”
ANNESS I
L-Annessi II, VII u VIII għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, jiżded il-ount (v) li ġej:
|
|
(2) |
l-Anness VII huwa ssostitwit b’dan li ġej: “ ANNESS VII KALKOLU TA’ SANZJONIJIET LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI B’KONFORMITÀ MA’ PARTI ĦAMSA U PENALITAJIET FINANZJARJI LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI SKONT IL-PARTI SEBGĦA I. KALKOLU TA’ PENALITAJIET FINANZJARJI LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI SKONT IL-PARTI ĦAMSA
II. KALKOLU TA’ PENALITAJIET MHUX FINANZJARJI LI GĦANDHOM JIĠU IMPOSTI SKONT IL-PARTI ĦAMSA Sospensjoni għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 154(1), il-punt (a), jew il-punt (b)
III. KALKOLU TA’ PENALITAJIET FINANZJARJI LI GĦANDHOM JIĠU IMPOSTI SKONT IL-PARTI SEBGĦA
|
|
(3) |
l-Anness VIII huwa mħassar. |
ANNESS II
Jiddaħħal l-Anness XIIb il-ġdid li ġej:
“ANNESS XIIB
DETERMINAZZJONI TA’ FATTURI KLIMATIĊI APPLIKABBLI GĦAL ASSI NEGOZJABBLI GĦALL-MITIGAZZJONI TA’ INĊERTEZZI KLIMATIĊI RELATATI MA’ TRANŻIZZJONI
|
1. |
Il-fattur klimatiku msemmi fl-Artikolu 128(1), il-punt (e), ta’ din il-Linja Gwida japplika għal strumenti ta dejn negozjabbli maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji u l-gruppi korporattivi emittenti rispettivi tagħhom, bl-eċċezzjoni ta’:
|
|
2. |
Għal kull assi i, ta’ korporazzjoni j fis-settur s, marka li tivvaluta s-sensittività tiegħu għall-inċertezzi klimatiċi relatati ma’ tranżizzjoni (il-‘marka ta’ inċertezza’) hija kkalkulata bl-użu ta’ din il-formola:
bil-varjabbli li ġejjin:
|
|
3. |
Il-marka tal-inċertezza għal kull assi hija mibdula f’ ‘fattur klimatiku’ (CF) għal kull assi, bl-użu ta’ din il-formola:
biż-żewġ parametri li ġejjin:
|
|
4. |
Il-valur kollaterali ta’ kull assi, jew l-ammont ta’ kreditu li jista’ jingħata kontra l-assi pprovdut minn kontropoarti, huwa kkalkulat billi jiġi mmultiplikat il-valur tiegħu, aġġustat għall-haircuts, u kif applikabbli, mill-fattur klimatiku korrispondenti. |
|
5. |
Il-marka ta’ inċertezza u l-fattur klimatiku applikabbli għal kull assi jiġu aġġornati kull sena. Assi li jsiru eliġibbli bejn żewġ aġġornamenti annwali jiġu assenjati inizjalment fattur klimatiku medjan bl-użu tal-formula li ġejja:
fejn |
(*1) Id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16) (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/948/oj).’
ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2026/689/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)