European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3598

13.7.2026

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2026/3598)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Metliška črnina”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-SI-A1579-AM01 — 17.4.2026

1.   Isem il-prodott

Metliška črnina

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☑

DOP

☐

IĠP

3.   Settur

☐

Prodotti agrikoli

☑

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Is-Slovenja

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Titolu

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għall-Forestrija u għall-Ikel

6.   Kwalifika bħala emenda standard

L-emendi proposti (i) ma jikkonċernawx l-isem jew l-użu tiegħu jew il-kategorija tal-prodott bid-denominizzazzjoni ta’ oriġini protetta, (ii) jippreservaw ir-rabta maż-żona ġeografika fid-dokument uniku, u (iii) ma jinkludux restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott, u għalhekk huma meqjusin bħala standard f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024. Minħabba li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata fuq eAmbrosia kienet imfassla abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, li tħassar 11-il sena ilu, u diversi biċċiet oħrajn tal-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali li ma għadhomx aktar fis-seħħ, il-format u l-kontenut tal-ispeċifikazzjoni ġew adattati għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 applikabbli u din ġiet aġġornata biex tirrifletti r-regolamenti applikabbli l-oħrajn. Il-grammatika u l-istil tat-test ġew reveduti wkoll.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

Titolu

Emenda standard biex l-entrata fl-eAmbrosia tikkonforma mar-regoli nazzjonali u biex isiru korrezzjonijiet tekniċi minuri

Deskrizzjoni

L-applikant qiegħed jissottometti applikazzjoni għal emenda standard għaliex l-ispeċifikazzjoni ppubblikata fir-reġistru online tal-Kummissjoni Ewropea, eAmbrosia, ma hijiex l-istess bħal dik irregolata bir-Regoli nazzjonali applikabbli dwar l-inbid bl-isem tradizzjonali rikonoxxut Metliška črnina u l-inbid bl-isem tradizzjonali rikonoxxut Belokranjec (Uradni list RS (UL RS; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja) Nru 112/22, minn hawn ’il quddiem “ir-Regoli”).

L-applikant ma emendax it-test bażiku tal-ispeċifikazzjoni, ħlief biex jikkoreġi l-iżbalji stilistiċi u grammatikali. L-applikant biddel it-test sa fejn huwa neċessarju biss biex jintroduċi l-bidliet meħtieġa mir-Regoli nazzjonali applikabbli. Apparti l-emendi msemmija hawn fuq abbażi tar-Regoli (il-produzzjoni medja massima permessa ta’ għeneb ta’ kull varjetà għal kull ettaru, il-perċentwal meħtieġ u permess ta’ kull varjetà, il-valuri permissibbli tal-parametri kimiċi għall-alkoħol effettiv u għall-aċidità totali), l-applikant għamel l-emendi tekniċi li ġejjin fl-ispeċifikazzjoni:

—

fir-rigward tal-varjetajiet l-oħrajn li jistgħu jiżdiedu mal-Metliška črnina abbażi ta’ eċċezzjoni, l-applikant speċifika b’mod espliċitu li huma biss il-varjetajiet ta’ għeneb AĦMAR awtorizzati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-erja tal-vitikultura ta’ Bela Krajina li jistgħu jintużaw, għaliex id-dispożizzjoni ta’ qabel kienet wisq ġenerali (“varjetajiet oħrajn”)

—

l-applikant ħa f’idu [...] mil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli;

—

l-applikant neħħa mil-lista ta’ prattiċi enoloġiċi mhux awtorizzati l-prattika tal-istabbilizzazzjoni tat-tartrat permezz tal-elettrodijaliżi u t-trattament bl-iskambjaturi ta’ katjoni;

—

l-applikant żied “borża f’kaxxa” b’kapaċità sa 5 L bħala imballaġġ permess għall-kundizzjonament;

—

l-applikant neħħa l-projbizzjoni fuq l-introduzzjoni tal-prodott fis-suq qabel it-30 ta’ Novembru tas-sena tal-produzzjoni.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid

“Metliška črnina”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-SI-A1579-AM01 — 17.4.2026

1.   Isem/Ismijiet

Metliška črnina

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☑

DOP

☐

IĠP

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita

Is-Slovenja

4.   Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

2204 — Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

5.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

1.

Inbid

6.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

Prodott tad-dwieli

Aħmar

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Inbid aħmar bla gass, ta’ kulur aħmar intens għal lewn ir-rubin

Aroma

L-aroma primarja tal-varjetajiet ħomor fl-ewwel sena ta’ wara l-ħsad, sussegwentement issupplimentata minn aromi misjurin tipiċi tal-kompożizzjoni varjetali.

Togħma

L-aroma primarja tal-varjetajiet ħomor fl-ewwel sena ta’ wara l-ħsad, sussegwentement issupplimentata minn aromi misjurin tipiċi tal-kompożizzjoni varjetali. Qawwa medja tat-tannini, li tagħti lill-inbid astrinġenza pjaċevoli.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

Il-Metliška črnina għandu l-kompożizzjoni varjetali li ġejja bbażata fuq id-dikjarazzjonijiet għall-varjetajiet individwali f’konformità mar-regolament li jirregola d-dikjarazzjonijiet tal-ħsad tal-għeneb:

—

sa massimu ta’ 60 % Modra Frankinja N;

—

20 % sa 40 % Zametovka N;

—

bejn 5 % u 20 % tal-varjetajiet l-oħra kollha flimkien (Portugalka N, Šentlovrenka N, Gamay N, Modri Pinot N, Zweigelt N).

Irrispettivament mill-paragrafu preċedenti, il-Metliška črnina jista’ jiġi prodott ukoll minn għeneb ta’ varjetajiet ta’ għeneb aħmar oħrajn, li, fil-firxa ta’ varjetajiet ta’ għeneb tar-Repubblika tas-Slovenja li tapplika fi kwalunkwe ħin, huma denominati bħala varjetajiet awtorizzati u rakkomandati għar-reġjun tal-vitikultura ta’ Bela Krajina. Għeneb ta’ dawn il-varjetajiet jistgħu jintużaw skont il-proporzjon indikat għall-varjetajiet l-oħrajn kollha fit-tielet inċiż tal-paragrafu preċedenti.

Irrispettivament mid-dispożizzjoni tat-tieni paragrafu ta’ dan il-punt, il-proporzjon tal-varjetajiet imsemmija fil-paragrafu preċedenti, inkluż għeneb li ma jiġix iddikjarat separatament minn varjetà individwali, ma jistax jaqbeż l-10 % fil-Metliška črnina.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

12,5

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

10,5

Aċidità totali minima:

4,5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

130

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

L-analiżijiet kimiċi li jintużaw biex jitkejlu l-proprjetajiet karatteristiċi tal-Metliška črnina, u l-kontenut meħtieġ tal-komponenti tiegħu huma kif ġej:

—

alkoħol effettiv: bejn 10,5 % vol. u 12,5 % vol.;

—

zokkor totali (espress f’termini ta’ fruttożju u glukożju): mhux aktar minn 3,0 g għal kull litru;

—

estratt mingħajr zokkor: mill-inqas 20 g/l;

—

irmied: mill-inqas 1,6 g/l;

—

aċidità totali (espressa bħala aċidu tartariku): bejn 4,5 g/l u 7,0 g/l;

—

aċidità volatili (espressa bħala aċidu aċetiku): mhux aktar minn 0,8 g għal kull litru; u

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

7.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

7.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Kontenut minimu ta’ zokkor tal-għeneb

Tip ta’ prattika enoloġika

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Deskrizzjoni

Il-kontenut minimu ta’ zokkor, ikkalkulat bħala l-medja tal-kontenut ta’ zokkor tal-għeneb li minnu huwa magħmul il-Metliška črnina, huwa kif ġej għall-varjetajiet ta’ għeneb ikkonċernati:

—

Modra Frankinja N u Zweigelt N: 169,3 g/l;

—

Modri Pinot N u Šentlovrenka N: 163,7 g/l;

—

Portugalka N u Gamay N: 158,1 g/l; u

—

Zametovka N: 142,6 g/l.

—

l-alkoħol naturali medju tal-varjetajiet kollha: minimu ta’ 9,0 % vol.

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Maċerazzjoni

Tip ta’ prattika enoloġika

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Deskrizzjoni

Meta jiġi prodott il-Metliška črnina, l-għeneb l-ewwel jitneħħielu z-zokk u mbagħad jiġi mmaċerat.

Matul il-maċerazzjoni, il-parti solida tal-maxx trid tibqa’ dejjem f’kuntatt mal-most tal-għeneb.

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Projbizzjonijiet fil-produzzjoni tal-inbid

Tip ta’ prattika enoloġika

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Deskrizzjoni

Dawn li ġejjin mhumiex permessi fil-produzzjoni tal-Metliška črnina:

—

l-interruzzjoni tal-fermentazzjoni alkoħolika;

—

it-taħlil tal-inbejjed; u

—

iż-żieda tas-sorbat tal-potassju.

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Arrikkiment

Tip ta’ prattika enoloġika

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Deskrizzjoni

Fis-snin meta l-kundizzjonijiet tat-temp għas-sajran tal-għeneb ma jkunux favorevoli u l-għeneb ma jirnexxilux isir, il-most għall-produzzjoni tal-Metliška črnina jista’ jiġi arrikkit b’massimu ta’ 2 % vol. ta’ alkoħol.

7.2.   Rendimenti massimi

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Zametovka N, Portugalka N, Gamay N, varjetajiet imħallta

Rendiment massimu:

Rendiment massimu:

11 000

Unità ta’ rendiment massimu:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Modra Frankinja N, Šentlovrenka N, Modri Pinot N, Zweigelt N

Rendiment massimu:

Rendiment massimu:

10 000

Unità ta’ rendiment massimu:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

8.   Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed

—

Gamay N

—

Merlot

—

Modra Frankinja N - Frankinja

—

Modri Pinot N

—

Portugalka N

—

Rdeca Zlahtnina Rs

—

Scheurebe

—

Zweigelt N

—

Šentlovrenka N

—

Zametovka N

9.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita

Kemm il-Metliška črnina nnifsu kif ukoll l-għeneb li minnu jsir jiġu prodotti esklużivament fit-territorju tar-reġjun tal-vitikultura ta’ Bela Krajina.

Il-konfini tar-reġjun tal-vitikultura ta’ Bela Krajina jibda mill-fruntiera naturali mal-Kroazja fl-għoljiet ta’ Gorjanci tul il-linja ta’ kontorn ta’ 500 m ’il fuq mill-insedjamenti ta’ Ravnace, Drage u Dole, qabel ma jaqsam it-triq Novo Mesto-Metlika taħt l-insedjament ta’ Mačkovec pri Suhorju u jkompli tul il-linja ta’ kontorn ta’ 500 m maġenb l-insedjamenti ta’ Maline pri Štrekljevcu, Osojnik u Sv. Lovrenc pri Semiču sal-għolja ta’ Semenič, li warajha jinżel għat-triq li twassal għall-insedjament ta’ Gaber pri Semiču, qabel ma jgħaddi tul ix-xaqliba ta’ Kočke rebri ’l fuq mill-insedjament ta’ Kot pri Semiču, jaqsam għal-linja ta’ kontorn ta’ 400 m u jimxi matulha sal-konfini tat-Tramuntana tal-muniċipalità katastali ta’ Talčji Vrh, jgħaddi tul dak il-konfini madwar il-muntanja Vinska, jaqsam għal-linja ta’ kontorn ta’ 400 m u jimxi tulha ’l fuq mill-insedjamenti ta’ Rožič Vrh, Stražnji Vrh u Mavrlen sat-triq ta’ Bistrica-Dobliče, imbagħad jimxi tul dik it-triq sal-insedjament ta’ Grič pri Dobličah, u mbagħad tul il-linja ta’ kontorn ta’ 350 m sal-knisja ta’ Sv. Ana, u mbagħad tul it-triq Sv. Ana - Tanča Gora - Kvasica - Dragovanja Vas - Anjeli - Dobliče - Jelševnik - Tušev Dol - Talčji Vrh - Otovec, tul il-linja ferrovjarja Črnomelj-Semič sat-triq Rožanec-Mihelja Vas, u mbagħad tul dik it-triq sat-triq Črnomelj-Semič, imbagħad tul dik it-triq sal-konfini tan-Nofsinhar tal-muniċipalità katastali ta’ Kot, tul il-konfini tal-Lvant tal-muniċipalità katastali ta’ Kot sal-konfini tan-Nofsinhar tal-muniċipalità katastali ta’ Semič, imbagħad jgħaddi madwar l-insedjament ta’ Vavpča Vas, jimxi tul it-triq lejn il-lokalità ta’ Semič, imbagħad tul it-triq Semič-Vrtača pri Semiču, tul il-passaġġ taħt il-villaġġ ta’ Oskoršnica, tul it-triq lejn Črešnjevec pri Semiču, tul it-triq Črešnjevec pri Semiču-Krvavčji Vrh-Metlika, ikopri Krvavčji Vrh u l-kantina tal-inbid KZ Metlika, isegwi t-triq lejn l-insedjament ta’ Drašiči, jaqbad rotta oħra qabel l-insedjament tul il-linja ta’ kontorn ta’ 220 m f’direzzjoni lejn ix-Xlokk, ikopri l-insedjament ta’ Drašiči, isegwi t-triq lejn l-insedjament ta’ Krmačina, jinkludi dak l-insedjament, jimxi tul it-triq sal-fruntiera nazzjonali mal-Kroazja u jsegwi dik il-fruntiera.

Ir-reġjun tal-vitikultura ta’ Bela Krajina jinkludi wkoll iż-żoni li ġejjin:

—

Vinji Vrh pri Semiču, li tkopri ż-żona ta’ madwar il-knisja ta’ Sv. Trojica li tinsab ’l fuq mit-triq;

—

Velika Plešivica, li l-konfini tagħha jsegwi l-linja ta’ kontorn ta’ 240 m lejn it-Tramuntana tal-passaġġ li jgħaddi taħt l-għolja ta’ Velika Plešivica mill-insedjament ta’ Dolenjci lejn l-insedjament ta’ Pribinci, tul il-linja ta’ kontorn ta’ 240 m lejn it-Tramuntana, qabel ma jikser lejn ix-Xlokk, u jgħaddi taħt il-kappella fit-tarf tal-foresta u jerġa’ lura għall-passaġġ ta’ Dolenjci-Pribinci;

—

Preložnik, li l-konfini tagħha jgħaddi madwar l-għolja ta’ Preložnik tul il-linja ta’ kontorn ta’ 260 m u, lejn in-Nofsinhar, jimxi tul il-passaġġ ta’ Purga-Velika Sela;

—

Mala Plešivica, li l-konfini tagħha jgħaddi mill-fergħa tal-passaġġ mill-insedjament ta’ Gorenjci pri Adlešičih li jwassal għall-insedjament ta’ Mala Sela lejn il-Punent u t-Tramuntana tul il-linja ta’ kontorn ta’ 250 m qabel ma jikser lejn ix-Xlokk u jinkludi x-xaqlibiet tan-Nofsinhar tal-għolja ta’ Mala Plešivica;

—

Preloka, li l-konfini tagħha jgħaddi mit-triq Vinica-Adlešiči taħt il-quċċata ta’ Krtinjek tul il-linja ta’ kontorn ta’ 230 m lejn il-Lvant u t-Tramuntana, jgħaddi madwar l-insedjament ta’ Preloka u jdur lejn il-Punent minn naħa għal oħra tal-quċċata ta’ Krtinjek lejn it-triq Vinica-Adlešiči;

—

Perudina-Žeželj, li l-konfini tagħha jgħaddi mill-villaġġ ta’ Golek tul il-linja ta’ kontorn ta’ 230 m lejn il-Majjistral tul it-triq Vinica-Perudina lejn l-insedjament ta’ Perudina, u wara dan jikser lejn it-Tramuntana sa ma tasal sal-foresta qabel ma jimxi f’direzzjoni lejn ix-Xlokk taħt il-quċċata ta’ Žeželj sal-villaġġ ta’ Podklanec, u mbagħad jikser f’direzzjoni lejn in-Nofsinhar u jimxi tul il-linja ta’ kontorn ta’ 230 m sal-villaġġ ta’ Golek;

—

Radenci, li l-konfini tagħha jgħaddi mit-triq Stari Trg-Vinica tul it-triq li tagħti lejn l-insedjament ta’ Gornji Radenci, f’direzzjoni lejn il-Punent, u tul il-passaġġ ’il fuq mill-insedjamenti f’direzzjoni lejn it-Tramuntana u l-Lvant sat-triq Stari Trg-Vinica;

—

Stari Trg, li l-konfini tagħha jgħaddi mill-insedjament ta’ Sodevci f’direzzjoni lejn il-Lvant u t-Tramuntana, jinkludi l-insedjament u jimxi f’direzzjoni lejn il-Grigal taħt l-insedjament ta’ Stari Trg, jgħaddi madwar l-insedjament ta’ Kot, jingħaqad mat-triq Stari Trg-Kot u jimxi tulha sal-insedjament ta’ Kot u f’direzzjoni lejn ix-Xlokk sal-insedjament ta’ Sodevci.

Ir-reġjun tal-vitikultura ta’ Bela Krajina huwa maqsum fi tliet subżoni tal-vitikultura, kif ġej:

—

is-subżona tal-vitikultura ta’ Metlika,

—

is-subżona tal-vitikultura ta’ Črnomelj,

—

is-subżona tal-vitikultura ta’ Semič.

10.   Rabta maż-żona ġeografika

Kategorija tal-prodott tad-dwieli

1.

Inbid

Sommarju tar-rabta

F’termini ġeoloġiċi, it-territorju ta’ Bela Krajina huwa karst baxx, li fil-Lvant jaqsam fruntiera max-xmara Kolpa, fit-Tramuntana mal-għoljiet ta’ Gorjanci u fil-Punent u fin-Nofsinhar mal-plateau Roška. Il-vinji jinsabu l-aktar fuq it-trufijiet tan-Nofsinhar tal-għoljiet ta’ Gorjanci, u jibqgħu sejrin f’ċirku nofs tond lejn Semič u mbagħad tul it-trufijiet tal-Lvant tal-plateau Roška lejn Maverlen u Dobliče. Hemm ukoll xi żoni tal-vinji funzjonali relattivament żgħar li għadhom jiffunzjonaw fuq it-trufijiet xemxin ta’ Velika u Mala Plešivica, qrib Adlešiči u f’Perudina (Žeželj), fi Preloka u f’Vinji Vrh pri Semiču.

Il-ġeoloġija u l-morfoloġija tat-trufijiet tal-baċir ta’ Bela Krajina, fejn jinsabu l-vinji, huma pjuttost distintivi. Il-varjetà wiesgħa ta’ inklinazzjonijiet u ta’ espożizzjoni hija riflessa fid-diversità kbira ta’ kundizzjonijiet tal-mikroklima. Il-vinji jilħqu l-aktar punt baxx tagħhom qrib il-qiegħ tal-baċir ta’ Bela Krajina f’madwar 210 m ’il fuq mil-livell tal-baħar, u l-ogħla punt tagħhom f’madwar 390 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. Ladarba dan huwa territorju karstiku, ma huwiex rari li jinstabu blokok tal-ġebla tal-ġir preżenti f’nofs il-vinji.

Il-karst baxx ta’ Bela Krajina huwa magħmul minn ġebel tal-ġir Kretaċju, li f’xi postijiet huwa mgħotti minn saff oħxon ta’ lom Plejstoċen, filwaqt li t-truf tal-baċir ta’ Bela Krajina, fejn jinsabu ħafna mill-vinji, huma magħmula minn ġebel tal-ġir u minn dolomiti tal-perjodu Ġurassiku. Huwa biss fit-tarf li jinsab l-aktar fil-Lvant, taħt l-għoljiet ta’ Gorjanci fuq il-fruntiera tas-Slovenja u l-Kroazja, li jinsabu l-marls Terzjarji f’ċerti postijiet. L-ammont ta’ xita, il-kundizzjonijiet tat-temperatura, id-dawl tax-xemx u fatturi klimatiċi oħrajn għandhom impatt sinifikanti fuq it-tkabbir u fuq il-fertilità tad-dwieli. Il-vinji spiss ikollhom karatteristiċi mesoklimatiċi differenti ħafna minħabba n-natura ferm varjata tar-riljiev (iddominat mir-ridge ta’ Gorjanci, fuq kollox), l-espożizzjoni, l-altitudni u l-inklinazzjoni tat-terren, il-foresti, eċċ. It-temperatura effettiva akkumulata medja matul l-istaġun tat-tkabbir fir-reġjun tal-vitikultura ta’ Bela Krajina tvarja minn 1 245,7 oC (Dobliče) sa 1 329,0 oC (Metlika), u l-medja hija ta’ 1 287,4 oC. It-temperatura effettiva akkumulata fil-postijiet tal-vitikultura esposti hija maħsuba li hija 15–20 % ogħla (bejn 1 480 oC u 1 545 oC), b’medja ta’ madwar 750 mm xita – jew 64 % tal-preċipitazzjoni annwali totali – li tinżel matul l-istaġun tat-tkabbir.

Din id-diversità ġeoloġika u klimatika kollha tal-erja tal-vitikultura ta’ Bela Krajina hija riflessa fid-diversità kbira ta’ varjetajiet li jitkabbru, li lkoll għandhom freskezza u potabbiltà tipiċi. Il-kombinament xieraq tal-varjetajiet u tal-karatteristiċi tagħhom jipproduċi nbid Metliška črnina tipiku.

11.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Sistema ta’ tħarriġ

Qafas legali

Minn organizzazzjoni li timmaniġġja d-DOP/l-IĠP, fejn prevista mill-Istati Membri.

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

-

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Biex jiġu kkultivati l-varjetajiet ta’ għeneb li minnhom isir il-Metliška črnina jistgħu jintużaw biss il-metodu ta’ kultivazzjoni guyot u l-varjanti tiegħu.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Għadd ta’ vinji għal kull ettaru

Qafas legali

Minn organizzazzjoni li timmaniġġja d-DOP/l-IĠP, fejn prevista mill-Istati Membri.

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

-

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Għall-produzzjoni tal-Metliška črnina, l-għadd ta’ dwieli għal kull unità ta’ żona netta tal-vinji ma jistax jaqbeż l-4 000 għal kull ettaru, ikkalkulat abbażi tad-distanzi tat-tħawwil iddeterminati f’konformità mar-Regoli li jirregolaw ir-Reġistru ta’ Azjendi Agrikoli.

Minkejja l-paragrafu preċedenti, fuq iż-żoni mtarrġin fejn l-inklinazzjoni taqbeż l-20 %, in-numru ta’ dwieli ma jistax jaqbeż it-3 100 għal kull ettaru.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Valutazzjoni organolettika

Qafas legali

Minn organizzazzjoni li timmaniġġja d-DOP/l-IĠP, fejn prevista mill-Istati Membri.

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Il-Metliška črnina jrid jikseb mill-inqas 16,5 punt fil-valutazzjoni organolettika. Qabel ma l-assaġġaturi jwettqu valutazzjoni organolettika, dawn iridu jiġu infurmati li jkunu qegħdin jivvalutaw inbid li, abbażi tad-data fir-reġistru tal-produtturi tal-għeneb u tal-inbid u tar-riżultati tal-analiżi kimika, jissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex jissejjaħ Metliška črnina jekk jgħaddi mill-valutazzjoni organolettika.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Il-kundizzjonament tal-inbid u l-introduzzjoni tiegħu fis-suq

Qafas legali

Minn organizzazzjoni li timmaniġġja d-DOP/l-IĠP, fejn prevista mill-Istati Membri.

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Imballaġġ fi ħdan iż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Il-Metliška črnina fl-imballaġġ oriġinali tiegħu biss jista’ jiġi introdott fis-suq.

Il-Metliška črnina jiġi kkundizzjonat fi fliexken b’kapaċità ta’ 1,5 l, f’imballaġġ ta’ borża f’kaxxa b’kapaċità ta’ 5 l jew f’kontenituri akbar. Il-kontenituri akbar (bettiji tal-azzar inossidabbli) użati għall-kundizzjonament jista’ jkollhom kapaċità sa 50 litru. Dan l-imballaġġ irid jippermetti li l-inbid jiġi estratt permezz ta’ dispensur bl-użu ta’ pressjoni miżjuda jew pompa xierqa għall-prevenzjoni tal-ossidazzjoni tal-inbid.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Denominazzjoni tas-subżona tal-vitikultura u l-vinja

Qafas legali

Minn organizzazzjoni li timmaniġġja d-DOP/l-IĠP, fejn prevista mill-Istati Membri.

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

F’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (ĠU L 269, 23.10.2019, p. 13, kif emendat) u mar-regoli li jirregolaw il-lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid, mal-Metliška črnina li jkun ingħata mill-inqas 17,5 punt fil-valutazzjoni organolettika tista’ tiżdied waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin jew it-tnejn li huma:

—

l-indikazzjoni ġeografika tas-subżona tal-vitikultura fejn tkabbar l-għeneb;

—

l-indikazzjoni ġeografika tal-vinja fejn tkabbar l-għeneb.

Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.gov.si/novice/2026-03-31-ministrstvo-je-potrdilo-spremembo-specifikacije-za-vino-metliska-crnina-in-belokranjec/


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3598/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)