25.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/813

tal-20 ta’ Mejju 2022

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għat-tonn f’arċipelagi speċifiċi għall-bastimenti tas-sajd artiġjanali li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2022.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet mill-istokk tat-tonn f’arċipelagi speċifiċi minn bastimenti tas-sajd artiġjanali li jtajru l-bandiera Portugiża jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2022.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2022 għall-Portugall għall-istokk tat-tonn f’arċipelagi speċifiċi msemmija fl-Anness għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti tas-sajd artiġjanali li jtajru l-bandiera Portugiża jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rrilokat, ittrażbordat jew li jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).


ANNESS

Nru

02/TQ109

Stat Membru

Il-Portugall (bastimenti tas-sajd artiġjanali)

Stokk

BFT/AVARCH

Speċi

Tonn (Thunnus Thynnus)

Żona

Arċipelagi speċifiċi fil-Greċja (il-Gżejjer Jonji), fi Spanja (il-Gżejjer Kanarji) u fil-Portugall (l-Azores u Madeira).

Data tal-għeluq

3.5.2022