|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1195 |
2.7.2025 |
PROTOKOLL DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA FIS-SETTUR TAS-SAJD BEJN IR-REPUBBLIKA TAL-KOSTA TAL-AVORJU U L-KOMUNITÀ EWROPEA (2025-2029)
WARA LI KKUNSIDRAW il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Partijiet, b’mod partikolari fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn l-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (OSAKP) u l-Unjoni Ewropea, u x-xewqa komuni tagħhom li jintensifikaw din ir-relazzjoni,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (1),
Il-Partijiet ta’ dan il-PROTOKOLL jaqblu kif ġej:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejħa flimkien “il-Partijiet” u individwalment “il-Parti”. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“Ftehim”: tfisser il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea; |
|
(2) |
“Ftehim ta’ Samoa”: tfisser il-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku min-naħa l-oħra (2); |
|
(3) |
“awtoritajiet tal-Unjoni”: tfisser il-Kummissjoni Ewropea, jekk ikun il-każ permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Kosta tal-Avorju, ekwivalenti għat-terminu “awtoritajiet tal-Komunità” kif definiti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim; |
|
(4) |
“awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju”: il-Ministeru inkarigat mir-riżorsi tas-sajd; |
|
(5) |
“appoġġ settorjali”: l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni mogħti għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd u tal-akkwakultura tal-Kosta tal-Avorju; |
|
(6) |
“qabdiet”: speċijiet akkwatiċi tal-baħar maqbuda minn irkaptu tas-sajd użat minn bastiment tas-sajd; |
|
(7) |
“ħatt”: il-ħatt ta’ kwalunkwe kwantità ta’ prodotti tas-sajd minn bastiment tas-sajd għal fuq l-art; |
|
(8) |
“Delegazzjoni”: id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kosta tal-Avorju; |
|
(9) |
“irkaptu biex jinġema’ l-ħut”: oġġetti artifiċjali jew naturali fuq il-wiċċ li taħthom jinġemgħu diversi speċijiet attirati minnhom, u b’hekk tiżdied il-kapaċità ta’ qbid ta’ dawk l-ispeċijiet; |
|
(10) |
“il-Kosta tal-Avorju”: ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju; |
|
(11) |
“leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju”: il-leġiżlazzjoni dwar l-attivitajiet tas-sajd fil-Kosta tal-Avorju; |
|
(12) |
“liċenzja tas-sajd”: awtorizzazzjoni amministrattiva maħruġa mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju lil operatur għal bastiment tal-Unjoni li tagħti d-dritt lil dak l-operatur li jwettaq operazzjonijiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju għal perjodu speċifikat; dawn it-termini huma ekwivalenti għat-termini “awtorizzazzjoni tas-sajd” kif definiti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; |
|
(13) |
“bastiment tal-Unjoni”: bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni; |
|
(14) |
“bastiment ta’ appoġġ”: bastiment, minbarra inġenju li jinġarr abbord, li ma jkunx mgħammar bi rkaptu tas-sajd operazzjonali maħsub biex jaqbad jew jattira l-ħut u li jiffaċilita, jassisti jew iħejji l-operazzjonijiet tas-sajd; |
|
(15) |
“osservatur”: kwalunkwe persuna awtorizzata minn awtorità nazzjonali responsabbli, f’konformità mal-Anness, biex tosserva l-implimentazzjoni tar-regoli applikabbli għall-operazzjonijiet tas-sajd, jew għall-osservazzjoni ta’ tali operazzjonijiet għal finijiet xjentifiċi; |
|
(16) |
“operatur”: kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmaniġġja jew għandha impriża li twettaq attività relatata ma’ kwalunkwe stadju tal-ktajjen ta’ produzzjoni, ipproċessar, kummerċjalizzazzjoni, distribuzzjoni u bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; |
|
(17) |
“operazzjoni tas-sajd”: l-attivitajiet kollha relatati mat-traċċar tal-ħut, il-kalar, l-użu u l-irfigħ tal-irkapti attivi, it-tqegħid, l-immersjoni, it-tneħħija jew it-tqegħid lura ta’ rkaptu passiv u t-tneħħija ta’ kwalunkwe qabda mill-irkaptu, mix-xbieki jew mill-gaġġa tat-trasport lejn il-gaġeġ tat-tismin u tat-tkabbir; |
|
(18) |
“sajd sostenibbli”: is-sajd skont l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fil-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO, Food and Agriculture Organisation) fl-1995; |
|
(19) |
“sajjied”: kwalunkwe persuna impjegata jew involuta fi kwalunkwe kapaċità jew li teżerċita attività professjonali abbord bastiment tas-sajd, inklużi l-persuni li jaħdmu abbord li jitħallsu separatament, iżda bl-esklużjoni tal-bdoti, tal-ekwipaġġi tal-flotta tal-gwerra, ta’ persuni oħra li jservu b’mod permanenti lill-gvern, ta’ persuni bbażati fuq l-art responsabbli mit-twettiq ta’ xogħol abbord bastiment tas-sajd u tal-osservaturi; il-baħrin tal-pajjiżi AKP kif definiti fil-Ftehim jinftiehmu bħala sajjieda skont it-tifsira ta’ din id-definizzjoni; |
|
(20) |
“opportunitajiet tas-sajd”: drittijiet tas-sajd kwantifikati, espressi f’termini ta’ qabdiet jew sforz tas-sajd; |
|
(21) |
“dan il-Protokoll”: dan il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim, kif ukoll l-Anness u l-appendiċijiet tiegħu; |
|
(22) |
“skartar”: qabdiet mhux miżmuma abbord; |
|
(23) |
“trażbord”: it-trasferiment dirett ta’ kwalunkwe kwantità ta’ ħut miżmuma abbord bastiment lejn bastiment ieħor irrispettivament mill-post tal-manuvra, mingħajr ma l-ħut jiġi rreġistrat bħala li nħatt l-art; |
|
(24) |
“l-Unjoni”: l-Unjoni Ewropea, li tissostitwixxi u tissuċċedi l-Komunità Ewropea. |
Artikolu 2
Objettiv
L-objettiv ta’ dan il-Protokoll huwa li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim billi jispeċifika b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju kif ukoll id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tas-sħubija dwar is-sajd sostenibbli.
Artikolu 3
Perjodu ta’ applikazzjoni
Dan il-Protokoll għandu japplika għal perjodu ta’ 4 snin, mid-data tal-iffirmar tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 20.
Artikolu 4
Relazzjoni bejn dan il-Protokoll u l-Ftehim
Dan il-Protokoll għandu jiġi interpretat u applikat fil-kuntest tal-Ftehim u b’mod kompatibbli miegħu.
Jekk Ftehim ġdid jissostitwixxi jew jemenda l-Ftehim eżistenti, il-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-possibbiltà, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, li jemendaw dan il-Protokoll kif meħtieġ biex jinġieb f’konformità mal-Ftehim il-ġdid jew mal-Ftehim emendat.
Artikolu 5
Prinċipji
Il-Partijiet għandhom jaġixxu u jimplimentaw dan il-Protokoll f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:
|
(1) |
L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari t-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd, għandha ssir b’tali mod li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-benefiċċji li jirriżultaw minnu. |
|
(2) |
Il-Partijiet għandhom jimplimentaw dan il-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Samoa. |
|
(3) |
Skont il-prinċipju tat-trasparenza, il-Kosta tal-Avorju għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Unjoni, fil-qafas tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim (il-“Kumitat Konġunt”), l-informazzjoni relatata ma’ kwalunkwe ftehim li jawtorizza l-aċċess tal-bastimenti tat-tonn barranin għaż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju u l-lista tal-bastimenti tat-tonn awtorizzati f’dan il-kuntest. |
|
(4) |
Skont il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, il-Kosta tal-Avorju tintrabat li tapplika l-istess miżuri tekniċi u ta’ konservazzjoni għall-flotot industrijali barranin kollha tat-tonn li joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju li għandhom l-istess karatteristiċi bħal dawk koperti minn dan il-Protokoll. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-istokkijiet transżonali jew l-istokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna, il-Partijiet għandhom iqisu kif xieraq il-valutazzjonijiet xjentifiċi mwettqa fil-livell reġjonali u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (ORGP, organisation régionale de gestion de la pêche) kompetenti. |
|
(6) |
Il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol tas-sajjieda abbord il-bastimenti tal-Unjoni ma għandhomx imorru kontra l-istrumenti applikabbli għas-sajjieda tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO, International Labour Organisation) u tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI, Organisation maritime internationale), b’mod partikolari d-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol (1998), kif emendata fl-2022, u l-Konvenzjoni Nru 188 tal-ILO dwar ix-Xogħol fis-Sajd. Dan jinkludi b’mod partikolari r-rispett għal-libertà ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema, l-eliminazzjoni tax-xogħol furzat u tat-tħaddim tat-tfal, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol, kif ukoll ambjent tax-xogħol sikur u tajbin għas-saħħa u kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol deċenti abbord il-bastimenti tal-Unjoni. |
|
(7) |
Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu r-ratifika tal-Konvenzjonijiet tal-ILO u tal-OMI dwar is-Sajd. Huma jimpenjaw ruħhom ukoll li jippromwovu taħriġ adegwat għas-sajjieda, b’mod partikolari dak previst fil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd (STCW-F Convention, Standards of Training, Certification and Watchkeeping for Fishing Vessel Personnel) tal-OMI. |
Artikolu 6
Ir-relazzjoni bejn dan il-Protokoll u ftehimiet u strumenti legali oħra dwar is-sajd
Dan il-Protokoll għandu jiġi interpretat u applikat f’konformità mal-atti li ġejjin u b’mod kompatibbli magħhom:
|
(a) |
ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT, Commission internationale pour la conservation des thonidés de l’Atlantique) jew ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd rilevanti oħra, bħall-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (COPACE, Comité des pêches pour l'Atlantique Centre-Est) u l-Kumitat għas-Sajd fil-Golf tal-Guinea tal-Punent (CPCO, Comité des Pêches du Centre Ouest du Golfe de Guinée); |
|
(b) |
il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħażniet ta’ Ħut tal-1995; |
|
(c) |
il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO għal Sajd Responsabbli tal-1995; |
|
(d) |
il-Ftehim tal-FAO dwar Miżuri tal-Istat tal-Port tal-2009; |
|
(e) |
il-linji gwida volontarji tal-FAO biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sajd fuq skala żgħira fil-kuntest tas-sigurtà tal-ikel u l-qerda tal-faqar ippubblikati fl-2015. |
Artikolu 7
Aċċess għall-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju
1. L-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim għandu jkun possibbli għall-bastimenti tal-Unjoni sa limitu ta’:
|
(a) |
bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni bil-friża: 25 bastiment; |
|
(b) |
bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ: 7 bastimenti. |
Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom jiġu awtorizzati fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness u f’konformità mar-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-ICCAT.
2. L-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonċernaw l-ispeċijiet migratorji ħafna (speċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1982) bl-eċċezzjoni ta’ speċijiet protetti jew li l-qabda tagħhom hija pprojbita fil-qafas tal- ICCAT jew konvenzjonijiet internazzjonali oħra jew il-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju, b’mod partikolari l-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi 2 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll.
3. Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika soġġett għall-Artikoli 11 u 12.
4. Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu operazzjonijiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju biss jekk ikollhom liċenzja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju skont dan il-Protokoll.
5. L-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom joħorġu liċenzji tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni biss fil-qafas ta’ dan il-Protokoll. Il-ħruġ ta’ kwalunkwe liċenzja tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni barra mill-qafas ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari fil-forma ta’ liċenzja tas-sajd dirett, għandu jkun ipprojbit.
6. Il-koordinati ġeografiċi taż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju huma stipulati fl-Appendiċi 1 tal-Anness.
Artikolu 8
Kontribuzzjoni finanzjarja — metodi ta’ pagament
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għandha tkun ta’ EUR 740 000 fis-sena, jiġifieri ammont globali ta’ EUR 2 960 000 għall-perjodu ta’ applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ta’ dan il-Protokoll.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tikkonsisti minn:
|
(a) |
ammont annwali għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju ta’ EUR 305 000 li jikkorrispondi għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 6 100 tunnellata fis-sena; u |
|
(b) |
ammont annwali speċifiku ta’ EUR 435 000 bħala kontribut għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju. |
3. Barra minn hekk, l-operaturi għandhom iħallsu kontribuzzjoni finanzjarja annwali għall-aċċess tal-bastimenti tagħhom għaż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju f’konformità mal-Kapitolu II tal-Anness.
4. Il-paragrafu 2 għandu japplika soġġett għall-Artikoli 9, 11, 12, 17 u 18 ta’ dan il-Protokoll u tal-Artikoli 12 u 13 tal-Ftehim.
5. Jekk il-qabdiet tal-bastimenti tal-Unjoni f’sena jaqbżu t-tunnellaġġ ta’ referenza annwali, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għandu jiġi ssupplimentat b’pagament ta’ EUR 50 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Il-ħlas ta’ dawn il-qabdiet addizzjonali għandu jsir ladarba l-qabdiet tas-sena jkunu ġew approvati mill-Partijiet f’konformità mal-Kapitolu II tal-Anness. Madankollu, meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni jaqbżu d-doppju tat-tunnellaġġ ta’ referenza annwali, il-ħlas tal-ammont dovut għall-qabdiet li jaqbżu dak il-limitu għandu jiġi riportat b’sena.
6. Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-paragrafu 2, il-punt (a), għandu jiġi mħallas mhux aktar tard minn 90 jum wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll għall-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju ta’ dan il-Protokoll għas-snin ta’ wara.
7. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas lit-Teżor pubbliku tal-Kosta tal-Avorju.
8. Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandha titħallas f’kont tat-Teżor pubbliku ddedikat għall-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali. Il-ħlas tagħha għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(10).
9. Il-Kosta tal-Avorju għandha tikkomunika kull sena lill-Unjoni r-referenzi tal-kont jew tal-kontijiet li għandhom jużaw għall-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafi 7 u 8.
10. Kull komponent tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiddaħħal fil-baġit tal-Istat u għandu jkun soġġett għar-regoli u għall-proċeduri tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tal-Kosta tal-Avorju.
Artikolu 9
Appoġġ settorjali
1. Programm ta’ appoġġ settorjali huwa definit fil-qafas ta’ dan il-Protokoll. Huwa għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd u tal-akkwakultura fil-Kosta tal-Avorju billi jappoġġa b’mod partikolari:
|
(a) |
it-titjib tal-għarfien u l-kapaċitajiet xjentifiċi dwar ir-riżorsi tas-sajd; |
|
(b) |
miżuri ta’ ġestjoni u żvilupp ta’ sajd u akkwakultura artiġjanali sostenibbli; |
|
(c) |
il-komunitajiet tas-sajd, b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ għall-impjiegi u t-taħriġ vokazzjonali, b’attenzjoni partikolari għan-nisa u għaż-żgħażagħ; |
|
(d) |
fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki għall-kontroll u l-ispezzjoni tal-attivitajiet tas-sajd li għandhom bħala għan b’mod partikolari l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU, illegal, unreported and unregulated fishing) u l-iskoraġġiment u s-sanzjonar ta’ ksur relatat mas-sajd IUU. |
2. L-Unjoni u l-Kosta tal-Avorju għandhom jaqblu fi ħdan il-Kumitat Konġunt, sa mhux aktar tard minn 3 xhur wara l-bidu tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll, dwar il-programm ta’ appoġġ settorjali pluriennali li jinkludi b’mod partikolari:
|
(a) |
il-linji gwida li għalihom tintuża l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 8(2), il-punt; |
|
(b) |
l-għanijiet li għandhom jintlaħqu sabiex jiġi promoss sajd sostenibbli u responsabbli; |
|
(c) |
il-kriterji ta’ valutazzjoni tar-riżultati u l-kundizzjonijiet li taħthom isiru l-pagamenti (linji gwida). |
3. Il-programm ta’ appoġġ settorjali għandu jkun soġġett għal konsultazzjonijiet pubbliċi mal-Partijiet interessati fil-Kosta tal-Avorju.
4. Għandu jitfassal programm annwali li jistabbilixxi għal kull proġett jew attività:
|
(a) |
il-ħtiġijiet li dawk il-proġetti jew attivitajiet huma maħsuba li jissodisfaw; |
|
(b) |
l-objettivi; |
|
(c) |
ir-riżultati mistennija u l-indikaturi li jistgħu jitkejlu; |
|
(d) |
l-istimi tal-ispejjeż; |
|
(e) |
l-iskeda ta’ żmien provviżorja tar-rendimenti; din l-iskeda ta’ żmien tista’ tipprevedi li l-kisbiet tal-programm ta’ appoġġ settorjali jinfirxu fuq diversi snin. |
5. Il-Partijiet għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-appoġġ settorjali u tal-intervent tal-Unjoni fis-sħubija mal-Kosta tal-Avorju. Din il-viżibbiltà hija waħda mill-objettivi msemmija fil-paragrafu 4.
6. bidla sostanzjali proposta fil-programm ta’ appoġġ settorjali jew fl-ammonti speċifiċi allokati għall-proġetti li għandhom jitwettqu trid tiġi nnotifikata minn qabel lill-Unjoni u approvata mill-Partijiet fil-Kumitat Konġunt.
7. Kull sena, il-Kosta tal-Avorju għandha tibgħat rapport bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-programm ta’ appoġġ settorjali u rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja lill-Kumitat Konġunt, li jivvaluta r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programm settorjali pluriennali. Il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi dwar il-ħlas ta’ pagament parzjali ulterjuri fid-dawl tal-kisba tal-objettivi msemmija fil-paragrafu 4 fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ settorjali.
8. Rapport finali li jkopri l-programm pluriennali kollu għandu jiġi ppreżentat ukoll mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-aħħar pagament tal-ammont speċifiku previst fl-Artikolu 8(2), il-punt (b). Huwa jippreżenta rieżami tal-implimentazzjoni tal-programm għall-pagamenti kollha li saru skont dan il-Protokoll.
9. Il-Partijiet għandhom ikomplu jimmonitorjaw il-programm tal-appoġġ settorjali sakemm il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 8(2), il-punt (b), tkun intużat kompletament, jekk ikun meħtieġ wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.
10. Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 8(2), il-punt (b), ta’ dan il-Protokoll għandha titħallas:
|
(a) |
għall-ewwel pagament parzjali wara l-validazzjoni mill-Kumitat Konġunt tal-programm ta’ appoġġ settorjali, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2; |
|
(b) |
għall-pagamenti parzjali sussegwenti, wara l-evalwazzjoni tar-riżultati msemmija fil-paragrafu 4, abbażi tal-progress fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet li għandhom jiġu vvalutati mill-Kumitat Konġunt. |
Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 8(2), il-punt (b), ma jistax isir wara perjodu ta’ 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.
11. Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu linji gwida relatati mal-metodi ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ tal-appoġġ settorjali. Dawn il-linji gwida għandhom jiġu vvalidati waqt l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt u jiġu riveduti kif meħtieġ.
12. Il-verifiki u l-kontrolli fuq l-użu tal-fondi tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 8(2), il-punt (b), jistgħu jitwettqu mill-korpi tal-awditjar u tal-kontroll ta’ kull Parti, inklużi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi. Dan jinkludi dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni, għad-dokumenti, għas-siti u għall-faċilitajiet tal-benefiċjarji.
Artikolu 10
Kooperazzjoni xjentifika u teknika għal sajd sostenibbli
1. Il-Partijiet għandhom jimpenjaw ruħhom favur kooperazzjoni xjentifika u teknika skont il-prinċipji u l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Ftehim.
2. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jippromwovu l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd sostenibbli fil-livell tas-sottoreġjun, b’mod partikolari fil-qafas tal-ICCAT u ta’ kwalunkwe organizzazzjoni subreġjonali jew internazzjonali rilevanti oħra. Il-Partijiet għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT.
3. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex isaħħu l-mekkaniżmi ta’ kontroll, spezzjoni u ġlieda kontra s-sajd IUU fil-Kosta tal-Avorju.
4. Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim, il-Partijiet jistgħu jlaqqgħu laqgħa xjentifika għal kwalunkwe evalwazzjoni xjentifika, biex jirrakkomandaw miżuri mmirati lejn ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, u biex jimplimentaw l-Artikolu 12 ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 11
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bi qbil reċiproku
1. L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 8(2), il-punt (a), ta’ dan il-Protokoll jistgħu jiżdiedu bi ftehim reċiproku wara l-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim, sakemm tali żieda ma taffettwax il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-Kosta tal-Avorju. F’każ bħal dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 8(2), il-punt (a), ta’ dan il-Protokoll għandha tiżdied proporzjonalment u pro rata temporis.
2. Jekk, min-naħa l-oħra, il-Partijiet jaqblu dwar l-adozzjoni ta’ tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 8(2), il-punt (a), il-komponent tal-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti għandha titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis.
Artikolu 12
Opportunitajiet ġodda ta’ sajd u sajd esploratorju
1. Jekk l-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni jkunu interessati f’attivitajiet tas-sajd li ma humiex indikati fl-Artikolu 7(1) jew (2), l-Unjoni għandha tikkonsulta lill-Kosta tal-Avorju dwar awtorizzazzjoni possibbli relatata ma’ dawk l-attivitajiet il-ġodda. F’dawn il-konsultazzjonijiet, il-Partijiet għandhom iqisu l-pariri xjentifiċi rilevanti, b’mod partikolari dawk maħruġa mill-organizzazzjonijiet tas-sajd reġjonali jew sottoreġjonali.
2. Il-Kumitat Konġunt jista’ jordna lil-laqgħa xjentifika prevista fl-Artikolu 10(4) sabiex tistabbilixxi:
|
(a) |
rakkomandazzjonijiet għall-esplorazzjoni ta’ sajd ġdid, b’mod partikolari fil-forma ta’ staġun tas-sajd esploratorju; |
|
(b) |
il-kundizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-opportunitajiet tas-sajd ġodda bħall-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni pluriennali. |
3. Il-Partijiet jaqblu fil-Kumitat Konġunt li jagħmlu l-emendi meħtieġa għal dan il-Protokoll.
4. Jekk ikun irrakkomandat mil-laqgħa xjentifika, il-Partijiet jistgħu jawtorizzaw staġuni tas-sajd esploratorju fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju sabiex jittestjaw il-fattibbiltà teknika u l-profittabbiltà ekonomika tas-sajd il-ġdid.
5. Għal dan l-għan, l-Unjoni għandha tikkomunika lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd esploratorju abbażi ta’ fajl tekniku li jispeċifika:
|
(a) |
il-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment; |
|
(b) |
il-livell ta’ għarfien tal-uffiċjali tal-bastiment fis-sajd ikkonċernat; |
|
(c) |
il-proposta dwar il-parametri tekniċi tal-istaġun (tul ta’ żmien, irkaptu, żoni ta’ esplorazzjoni, eċċ.). |
6. L-istaġuni tas-sajd esploratorju għandhom idumu skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-laqgħa xjentifika u ma jistgħux jaqbżu total ta’ 6 xhur. Huma għandhom ikunu soġġetti għall-ħlas ta’ tariffa ffissata mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju.
7. Osservatur xjentifiku mill-Istat tal-bandiera u osservatur xjentifiku mill-Kosta tal-Avorju għandhom ikunu preżenti abbord matul l-istaġun kollu. Il-Protokolli ta’ osservazzjoni tagħhom għandhom jiġu armonizzati skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-laqgħa xjentifika.
8. Il-qabdiet li jsiru skont l-istaġun tal-esplorazzjoni u matulu għandhom jinħattu l-art u jinbiegħu fil-Kosta tal-Avorju.
9. Ir-riżultati dettaljati tal-istaġun għandhom jiġu analizzati mil-laqgħa xjentifika u l-konklużjonijiet għandhom jiġu pprovduti lill-Kumitat Konġunt għall-kunsiderazzjoni.
Artikolu 13
Leġiżlazzjonijiet applikabbli
1. L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni li joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju għandhom ikunu rregolati minn dan il-Protokoll u, għal kwalunkwe kwistjoni mhux koperta minnu, mil-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju.
2. Il-Kosta tal-Avorju għandha tipprovdi lill-Unjoni l-leġiżlazzjoni applikabbli qabel l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll.
3. L-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom jinfurmaw lill-Unjoni malajr kemm jista’ jkun bi kwalunkwe bidla jew leġiżlazzjoni ġdida li taffettwa s-Settur tas-Sajd. Il-bidliet għandhom jibdew japplikaw għall-bastimenti tal-Unjoni fi żmien 60 jum minn meta ssir din in-notifika.
4. L-Unjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju bi kwalunkwe bidla jew leġiżlazzjoni ġdida relatata mal-attivitajiet tas-sajd tal-flotta ta’ distanzi twal tal-Unjoni .
Artikolu 14
Skambju elettroniku ta’ data
1. Il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni għandhom jimplimentaw sistemi tal-IT siguri li jawtomatizzaw l-iskambji f’ħin reali ta’ data relatata mal-awtorizzazzjonijiet u mal-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni, jew skambji b’mezzi elettroniċi skont dan il-Protokoll.
2. L-Unjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni regolari tal-informazzjoni li ġejja lill-Kosta tal-Avorju:
|
(a) |
fejn jikkonċernaw attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju:
|
|
(b) |
fil-każ tal-portijiet fil-Kosta tal-Avorju:
|
3. Il-verżjoni elettronika ta’ dokument skambjat għandha f’kull aspett titqies ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.
4. Il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni għandhom jinnotifikaw lil xulxin mingħajr dewmien dwar kwalunkwe ħsara fis-sistemi tal-IT imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jimplimentaw il-proċeduri meħtieġa għall-kontinwità tal-iskambji ta’ informazzjoni.
5. L-arranġamenti tat-trażmissjoni tad-data, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tal-iskambji ta’ informazzjoni, huma stabbiliti fl-Anness.
6. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jibdew jittrażmettu d-data ERS (sistema elettronika ta’ rappurtar), kif imsemmi fil-Kapitolu III tal-Anness, fil-format UN/FLUX fi żmien massimu ta’ 12-il xahar mill-iffirmar ta’ dan il-Protokoll.
7. F’każ ta’ diffikultajiet tekniċi, il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li tinstab soluzzjoni alternattiva u li jieħdu miżuri biex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 6 malajr kemm jista’ jkun.
Artikolu 15
Protezzjoni tad-data
1. Il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni għandhom jiżguraw li d-data skambjata skont il-Ftehim tintuża mill-awtorità kompetenti esklużivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u, b’mod partikolari, għall-finijiet ta’ ġestjoni kif ukoll għall-monitoraġġ, għall-kontroll u għas-sorveljanza tas-sajd.
2. Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li d-data kollha kummerċjalment sensittiva u personali relatata mal-bastimenti tal-Unjoni u mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba skont il-Ftehim, kif ukoll l-informazzjoni kummerċjali sensittiva kollha relatata mas-sistemi ta’ komunikazzjoni użati mill-Unjoni, jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata biss id-data aggregata dwar l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju.
3. Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’mod legali, ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data.
4. Id-data personali skambjata skont il-Ftehim għandha tiġi pproċessata f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 6 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll. Aktar salvagwardji u rimedji fir-rigward tad-data personali u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.
5. Id-data skambjata skont il-Ftehim għandha tkompli tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Appendiċi 6 tal-Anness, anke wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 16
Prerogattivi tal-Kumitat Konġunt
1. Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddelibera jew jieħu deċiżjonijiet permezz ta’ skambji ta’ ittri jew permezz ta’ laqgħa mill-bogħod.
2. F’konfomrità mal-proċeduri speċifiċi għal kull waħda mill-Partijiet, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta l-emendi għal dan il-Protokoll relatati ma’:
|
(a) |
l-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 7(1) u 8(1), u konsegwentement mal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 8(2), il-punt (a); |
|
(b) |
il-metodi ta’ implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali msemmija fl-Artikolu 9; |
|
(c) |
il-patti u l-kundizzjonijiet tekniċi li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni; |
|
(d) |
is-salvagwardji addizzjonali għall-protezzjoni tad-data personali previsti fl-Artikolu 15(4); |
|
(e) |
l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4. |
Tali emendi għal dan il-Protokoll għandhom jiġu rreġistrati f’minuti ffirmati mill-Partijiet li għandhom jispeċifikaw id-data li fiha tali emendi għandhom ikunu applikabbli.
Artikolu 17
Reviżjoni ta’ nofs it-terminu
Fil-laqgħa annwali tiegħu fl-2026, il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina d-dispożizzjonijiet tekniċi ta’ dan il-Protokoll u tal-Anness tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 4.
Artikolu 18
Sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll
1. L-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jekk jiġi stabbilit li seħħet waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ċirkostanzi anormali, fis-sens tal-Artikolu 2, il-punt (h), tal-Ftehim, li jipprevjenu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju; |
|
(b) |
bidliet sinifikanti fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd minn kwalunkwe Parti li jipprevjenu attivitajiet bħal dawn milli jseħħu; |
|
(c) |
jekk jiġu skattati l-mekkaniżmi previsti fl-Artikolu 101(6) u (7) tal-Ftehim ta’ Samoa fil-każ ta’ ksur tal-elementi essenzjali jew f’każijiet serji ta’ korruzzjoni kif definit f’dak il-Ftehim; |
|
(d) |
nuqqas mill-Unjoni li tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 8(2), il-punt (a), f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(e) |
tilwima serja u mhux solvuta fi ħdan il-Kumitat Konġunt dwar interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll jew fil-każ ta’ nonkonformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu stabbiliti minn waħda mill-Partijiet. |
2. Meta s-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll isseħħ għal raġunijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), din għandha tkun bil-kundizzjoni li l-Parti kkonċernata tinnotifika l-intenzjoni tagħha bil-miktub mill-inqas 3 xhur qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ tali sospensjoni.
3. In-nuqqas ta’ ħlas mill-Unjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d), jista’ jitqies bħala tali biss wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ 60 jum wara n-notifika mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju lill-awtoritajiet tal-Unjoni li jistabbilixxu n-nuqqas ta’ ħlas.
4. F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima bejniethom. Meta din it-tilwima tiġi solvuta, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha terġa’ tibda u l-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li jidentifikaw l-ammonti u l-metodi tal-kumpens.
Artikolu 19
Terminazzjoni
1. F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm dan il-Protokoll mill-inqas 6 xhur qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni.
2. Meta tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinfetħu konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.
Artikolu 20
Applikazzjoni provviżorja
Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju mill-1 ta’ Jannar 2025, soġġett għall-iffirmar tiegħu mill-Partijiet, jew mid-data tal-iffirmar tiegħu jekk jiġi ffirmat wara l-1 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan ikunu tlestew.
Artikolu 22
Testi awtentiċi
Dan il-Protokoll għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Iżvediż, b’kull test ugwalment awtentiku.
(1) ĠU UE L 48, 22.2.2008, p. 41, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree__internation/2008/147(1)/oj.
(2) ĠU UE L 2023/2862, 28.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree__internation/2023/2862/oj.
ANNESS
Kundizzjonijiet għas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju
Il-koordinati ġeografiċi tal-linji bażi u l-punti li jiddeterminaw il-konfini taż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju huma stabbiliti fl-Appendiċi 1.
Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, soġġett għall-punt 2.
2. Żoni fejn huma pprojbiti n-navigazzjoni u s-sajd
Il-Kosta tal-Avorju għandha tinnotifika lill-operaturi u lill-Unjoni l-konfini taż-żoni pprojbiti għan-navigazzjoni u s-sajd meta tinħareġ il-liċenzja tas-sajd. Kull bidla f’dawn iż-żoni trid tiġi kkomunikata lill-Unjoni malajr kemm jista’ jkun.
3. Kont bankarju
Il-Kosta tal-Avorju għandha tikkomunika lill-Unjoni, qabel l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll, id-dettalji tal-kont tat-Teżor Pubbliku li fih jitħallsu l-ammonti finanzjarji pagabbli mill-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni skont il-Ftehim. L-ispejjeż marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu mill-operaturi.
4. Dettalji ta’ kuntatt
Id-dettalji ta’ kuntatt meħtieġa għall-komunikazzjonijiet previsti f’dan l-Anness huma indikati fl-Appendiċi 3.
KAPITOLU II
LIĊENZJI TAS-SAJD
TAQSIMA 1
PROĊEDURI APPLIKABBLI
1. Prerekwiżiti biex tinkiseb liċenzja tas-sajd - bastimenti eliġibbli
Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jingħataw liċenzja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju. Biex jagħmlu dan, iridu jkunu rreġistrati fir-reġistru tal-bastimenti tal-Unjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu pproċessati f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Biex bastiment ikun eliġibbli, l-operatur, il-kaptan (jiġifieri s-sajjied inkarigat mill-kmand tal-bastiment tas-sajd) u l-bastiment tal-Unjoni nnifsu ma jistgħux ikunu ġew ipprojbiti milli joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju u l-bastiment tal-Unjoni ma jridx ikun elenkat formalment bħala bastiment tas-sajd IUU. Dawn iridu jkunu regolari fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-Kosta tal-Avorju, jiġifieri jridu jkunu ssodisfaw l-obbligi preċedenti kollha li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Kosta tal-Avorju skont il-ftehimiet tas-sajd konklużi mal-Unjoni.
2. Applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd
L-Unjoni għandha tippreżenta, b’mezzi elettroniċi lill-Kosta tal-Avorju, l-applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd ta’ kull bastiment, mill-inqas 21 jum tax-xogħol qabel id-data tal-bidu tal-operazzjonijiet mixtieqa.
It-trażmissjoni elettronika tal-applikazzjonijiet għall-liċenzji tas-sajd u l-indikazzjoni tal-aċċettazzjoni tagħhom għandhom jużaw is-sistema LICENCE, jiġifieri s-sistema elettronika sigura għall-ġestjoni tal-liċenzji tas-sajd disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea.
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd għandhom jiġu ppreżentati bl-informazzjoni msemmija fl-Appendiċi 4, flimkien mad-dokumenti li ġejjin:
|
— |
il-prova tal-pagament antiċipat b’rata fissa għall-perjodu ta’ validità kkonċernat, |
|
— |
kopja taċ-ċertifikat ta’ navigabbiltà tal-bastiment, |
|
— |
kopja taċ-ċertifikat ta’ assigurazzjoni tal-bastiment, |
|
— |
ritratt diġitali riċenti bil-kulur tal-bastiment, b’riżoluzzjoni adegwata, meħud mill-ġenb, li juri b’mod ċar l-isem tal-bastiment u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu, |
|
— |
illustrazzjoni u deskrizzjoni dettaljata tal-irkapti tas-sajd użati, |
|
— |
iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment. |
|
3. |
Mat-tiġdid ta’ liċenzja tas-sajd skont dan il-Protokoll, għal bastiment li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid ta’ liċenzja tas-sajd tista’ tkun akkumpanjata sempliċiment mill-prova tal-ħlas tat-tariffa. |
4. Perjodu ta’ validità tal-liċenzji tas-sajd
Il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji tas-sajd huwa perjodu annwali definit kif ġej:
|
(a) |
għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-perjodu jgħodd mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu sal-31 ta’ Diċembru tal-istess sena; |
|
(b) |
wara, il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru; |
|
(c) |
għall-aħħar sena tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-perjodu jgħodd mill-1 ta’ Jannar sad-data tal-iskadenza ta’ dan il-Protokoll. |
5. Tariffa b’rata fissa
L-ammont tat-tariffa b’rata fissa għal kull bastiment ta’ kull kategorija huwa stabbilit fit-Taqsima 2.
It-tariffa għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku indikat mill-Kosta tal-Avorju qabel l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.
Għall-ewwel u l-aħħar sena ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, it-tariffi b’rata fissa u t-tunnellati assoċjati għall-bastimenti msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punti (a) u (b), ta’ dan il-Protokoll għandhom jitnaqqsu pro rata temporis.
6. Lista tal-bastimenti awtorizzati li jistadu
Ladarba tinħareġ il-liċenzja tas-sajd, il-Kosta tal-Avorju għandha tistabbilixxi l-lista aġġornata tal-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju. Din il-lista għandha tiġi kkomunikata lill-awtorità nazzjonali għall-kontroll tas-sajd u lill-Unjoni.
7. Ħruġ tal-liċenzji tas-sajd
Il-liċenzji tas-sajd oriġinali għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju fi żmien 21 jum tax-xogħol minn meta jirċievu d-dokumentazzjoni kollha msemmija fil-punt 2. Dawn għandhom jingħataw lill-operaturi jew lir-rappreżentanti tagħhom, jekk ikun il-każ permezz tad-Delegazzjoni.
Il-Kosta tal-Avorju għandha tindika l-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni ta’ liċenzja tas-sajd u ttella’ kopja elettronika tal-oriġinal iffirmat fis-sistema LICENCE meta din tkun kompletament operazzjonali. Sadanittant, il-Kosta tal-Avorju għandha tibgħat kopja skennjata tal-liċenzji tas-sajd maħruġa bil-posta elettronika lill-Unjoni.
8. Ħsara fis-sistema LICENCE
F’każ ta’ diffikultajiet fit-trażmissjoni tal-informazzjoni fis-sistema LICENCE bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kosta tal-Avorju, l-iskambji elettroniċi tal-liċenzji tas-sajd għandhom isiru permezz tal-posta elettronika sakemm is-sistema terġa’ tkun operazzjonali.
Ladarba s-sistema terġa’ tiġi stabbilita, l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata fis-sistema LICENCE minn kull Parti.
9. Trasferiment ta’ liċenzja tas-sajd
Il-liċenzja tas-sajd għandha tinħareġ f’isem bastiment speċifiku u ma għandhiex tkun trasferibbli. Madankollu, fuq talba tal-Unjoni u f’każ ta’ ċirkostanzi anormali ppruvati bħat-telf jew l-immobilizzazzjoni fit-tul ta’ bastiment minħabba ħsara teknika serja, il-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment għandha tiġi sostitwita b’liċenzja tas-sajd ġdida maħruġa f’isem bastiment ieħor tal-istess kategorija, mingħajr ma tkun dovuta tariffa ġdida. F’dan il-każ, il-kalkolu tal-livell tal-qabdiet biex jiġi stabbilit kwalunkwe ħlas addizzjonali eventwali għandu jqis l-għadd tal-qabdiet totali taż-żewġ bastimenti kkonċernati.
L-operatur tal-bastiment li se jiġi sostitwit, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jibgħat lura l-oriġinal tal-liċenzja tas-sajd ikkanċellata lill-Kosta tal-Avorju, jekk xieraq permezz tad-Delegazzjoni tal-UE.
Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-liċenzja tas-sajd il-ġdida hija d-data tal-kunsinna mill-operatur tal-liċenzja tas-sajd ikkanċellata lill-Kosta tal-Avorju.
Il-Partijiet għandhom jaġġornaw il-lista tal-bastimenti awtorizzati u l-informazzjoni fis-sistema LICENCE.
10. Żamma abbord tal-liċenzja tas-sajd
Il-kopja oriġinali tal-liċenzja tas-sajd trid tinżamm abbord il-ħin kollu. Madankollu, sakemm ikun possibbli li dan id-dokument jinżamm abbord verżjoni elettronika tal-liċenzja tas-sajd tista’ tintuża għal perjodu massimu ta’ 60 jum kalendarju mid-data tal-ħruġ ta’ dik il-liċenzja tas-sajd. Matul dan il-perjodu, il-kopja għandha titqies ekwivalenti għall-oriġinal tal-liċenzja tas-sajd.
11. Bastimenti ta’ appoġġ
Il-Kosta tal-Avorju għandha tawtorizza lill-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom liċenzja tas-sajd biex ikunu assistiti minn bastimenti ta’ appoġġ f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT.
Il-bastimenti ta’ appoġġ ma jistgħux ikunu mgħammra għas-sajd. Dan l-appoġġ la jista’ jinkludi l-provvista tal-fjuwil u lanqas it-trażbord tal-qabdiet.
Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom ikunu soġġetti għall-istess proċedura li tirregola t-trażmissjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd imsemmija f’dan il-Kapitolu, sa fejn ikunu applikabbli għalihom. Il-Kosta tal-Avorju għandha tistabbilixxi l-lista tal-bastimenti ta’ appoġġ awtorizzati u tikkomunikaha lill-Unjoni.
F’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ liċenzja tas-sajd għal bastiment ta’ appoġġ qabel ma tkun inħarġet il-liċenzja tas-sajd mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju jew qabel ma l-bastiment ikun beda jopera fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, l-ammont imħallas għandu jiġi rimborżat. Jista’ jiġi kkreditat ukoll lill-operatur jew lill-assoċjazzjoni tal-produtturi u jintuża għal pagament ieħor.
TAQSIMA 2
TARIFFI U ĦLASIJIET BIL-QUDDIEM
|
1. |
It-tariffa għal kull tunnellata mistada fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u għall-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ għandha tkun ta’ EUR 80 għall-ewwel żewġ perjodi annwali u ta’ EUR 85 wara dawn. |
|
2. |
Il-liċenzji tas-sajd għandhom jinħarġu wara l-ħlas tat-tariffi annwali b’rata fissa bil-quddiem li ġejjin:
|
|
3. |
Kundizzjonijiet relatati mal-ispeċijiet li jixbhu lit-tonn:
|
|
4. |
L-Unjoni għandha toħroġ għal kull bastiment dikjarazzjoni tal-qbid u dikjarazzjoni tat-tariffi li jridu jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu mwettaq fis-sena kalendarja preċedenti. Hija għandha tibgħat dawn id-dikjarazzjonijiet lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju mhux aktar tard mill-aħħar ta’ April tas-sena attwali. Il-Kosta tal-Avorju tista’ tikkontesta dawn id-dikjarazzjonijiet, abbażi ta’ evidenza dokumentata, fi żmien 30 jum minn meta tirċevihom. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt. Jekk il-Kosta tal-Avorju ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien 30 jum, id-dikjarazzjonijiet jiġu kkunsidrati bħala approvati. |
|
5. |
Jekk id-dikjarazzjoni finali turi bilanċ ogħla mit-tariffa fissa mħallsa biex tinkiseb il-liċenzja tas-sajd, l-operatur għandu jħallas il-bilanċ lill-Kosta tal-Avorju fil-kont imsemmi fil-Kapitolu I, il-punt 4, fi żmien 45 jum, sakemm il-Kosta tal-Avorju ma toġġezzjonax. Madankollu, jekk id-dikjarazzjoni finali tkun turi bilanċ ogħla mill-ammont tal-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-punt 2 ta’ din it-Taqsima, l-ammont residwu korrispondenti ma għandux ikun jista’ jiġi rkuprat mill-operatur. |
KAPITOLU III
DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET
Dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-bastimenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punti (a) u (b), ta’ dan il-Protokoll u għad-detenturi ta’ liċenzja tas-sajd maħruġa skont dan il-Protokoll.
TAQSIMA 1
REĠISTRAZZJONI FIL-ĠURNAL TA’ ABBORD TAS-SAJD U RAPPURTAR TAL-QABDIET PERMEZZ TAL-ERS
|
1. |
Il-kaptan tal-bastiment għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tas-sajd f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-ICCAT. Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd. |
|
2. |
Kull bastiment tal-Unjoni irid ikun mgħammar b’sistema elettronika (is-“sistema ERS”) li tkun kapaċi tirreġistra u tittrażmetti data dwar l-attività tas-sajd tal-bastiment (id-“data tal-ERS”). |
|
3. |
Bastiment tal-Unjoni li ma jkunx mgħammar b’sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma tkunx funzjonali, ma għandux ikun awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha. |
|
4. |
Ir-rekwiżiti tekniċi għall-komunikazzjonijiet permezz tal-ERS huma speċifikati fit-Taqsimiet 1 u 3 tal-Appendiċi 5. |
|
5. |
Id-data tal-ERS għandha tiġi trażmessa bl-użu tal-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea għall-iskambji standardizzati tad-data dwar is-sajd. |
|
6. |
F’każ ta’ nonkonformità ma’ dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju jirriżervaw id-dritt li jissospendu l-liċenzja tas-sajd tal-bastiment li jkun ġie rikonoxxut li wettaq ksur, sakemm tinkiseb il-konformità u li japplikaw lill-operatur tal-bastiment il-proċedura ta’ ksur u l-penali previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju. L-Unjoni u l-Istat tal-bandiera għandhom jiġu infurmati b’dan. |
TAQSIMA 2
RAPPURTAR TRIMESTRALI TAD-DATA DWAR IL-QABDIET
|
1. |
L-Unjoni għandha tipprovdi lill-Kosta tal-Avorju, qabel tmiem it-tielet xahar ta’ kull trimestru, id-data dwar il-qabdiet li jkunu saru matul it-trimestru preċedenti. Din id-data għandha tiġi ppreżentata kull xahar, skont il-kategorija tas-sajd, il-bastiment u l-ispeċi indikati bil-kodiċi tal-FAO tiegħu. |
|
2. |
Id-data aggregata mill-ġurnali ta’ abbord dwar is-sajd għandha tkun provviżorja sakemm l-awtoritajiet tal-Unjoni jinnotifikaw dikjarazzjoni annwali finali tal-qabdiet f’konformità mal-Kapitolu II, it-Taqsima 2. |
|
3. |
Kosta tal-Avorju għandha tuża din id-data u tirrapporta kull inkonsistenza mad-data li tirċievi l-ERS f’konformità mat-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu. |
KAPITOLU IV
MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI
|
1. |
Il-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni applikabbli għall-bastimenti li jkollhom liċenzja tas-sajd, li jirrigwardaw iż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, għall-irkaptu tas-sajd u għall-ispeċijiet ipprojbiti għandhom jiġu ddefiniti fl-iskeda teknika li tinsab fl-Appendiċi 2. |
|
2. |
Il-bastimenti għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT għar-reġjun għal dak li għandu x’jaqsam mal-irkaptu tas-sajd u mal-irkaptu biex jinġema’ l-ħut, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika ta’ konservazzjoni oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom. |
|
3. |
F’konformità ma’ dawn il-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex inaqqsu l-livelli ta’ qabdiet inċidentali ta’ fkieren, għasafar tal-baħar u speċijiet oħra mhux fil-mira. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jiżguraw li jinħelsu dawk il-qabdiet u li l-opportunitajiet ta’ sopravivenza ta’ dawk l-ispeċijiet jiġu massimizzati. |
KAPITOLU V
MONITORAĠĠ, KONTROLL U SORVELJANZA
TAQSIMA 1
MONITORAĠĠ, KONTROLL U SPEZZJONI
1. Notifiki ta’ dħul fiż-żona tas-Sajd tal-Kosta tal-Avorju u ħruġ minnha
|
(a) |
L-operatur ta’ bastiment tal-Unjoni għandu jinnotifika, mill-inqas 3 sigħat qabel, lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju responsabbli mis-sorveljanza tas-sajd dwar id-dħul ippjanat fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju jew il-ħruġ ippjanat minnha mill-bastiment ikkonċernat. |
|
(b) |
Jekk il-ħruġ jiġi kkanċellat, dan irid jiġi nnotifikat ukoll malajr kemm jista’ jkun. |
|
(c) |
Meta jinnotifika d-dħul jew il-ħruġ tiegħu, l-operatur tal-bastiment għandu jikkomunika b’mod partikolari:
|
|
(d) |
Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun innotifika d-dħul tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Kosta tal-Avorju għandu jitqies bħala bastiment li qed iwettaq ksur. |
2. Proċedura ta’ spezzjoni
|
(a) |
L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, jew fil-port, tal-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom liċenzja tas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi uffiċjali tal-Kosta tal-Avorju (“spetturi tal-Kosta tal-Avorju”) awtorizzati kif xieraq u identifikabbli bħala assenjati biex jispezzjonaw l-attivitajiet tas-sajd. |
|
(b) |
Qabel ma jittellgħu abbord, l-ispetturi tal-Kosta tal-Avorju għandhom jgħarrfu lill-bastiment tal-Unjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha titwettaq minn massimu ta’ erba’ spetturi tal-Kosta tal-Avorju, li għandhom juru l-identità u l-kwalifika tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. |
|
(c) |
Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom liċenzja tas-sajd għandhom jissottomettru ruħhom għat-twettiq tad-dmirijiet tal-ispetturi tal-Kosta tal-Avorju u jiffaċilitaw l-imbark u x-xogħol tagħhom. |
|
(d) |
L-immaġnijiet (ritratti jew vidjos) li jittieħdu matul l-ispezzjonijiet għandhom ikunu maħsuba biss għall-awtoritajiet responsabbli għall-kontroll u għas-sorveljanza tas-sajd. Dawn ma jistgħux isiru pubbliċi sakemm il-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju ma tipprevedix mod ieħor, filwaqt li jiġi żgurat li d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jiġu rispettati. |
|
(e) |
Dawn l-ispetturi tal-Kosta tal-Avorju ma għandhomx ikunu preżenti abbord għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Huma għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd tiegħu u l-merkanzija. |
|
(f) |
Fit-tmiem ta’ kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Kosta tal-Avorju għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu d-dritt li jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur tal-Kosta tal-Avorju li jkun fasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni. Il-firma tar-rapport tal-ispezzjoni mill-kaptan għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tad-difiża tal-operatur matul il-proċedura relatata ma’ kwalunkwe ksur misjub. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma d-dokument, jeħtieġlu jispeċifika r-raġunijiet għal dan bil-miktub, u l-ispettur tal-Kosta tal-Avorju jrid iniżżel l-indikazzjoni “nirrifjuta li niffirma”. L-ispetturi tal-Kosta tal-Avorju għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni qabel ma jħallu l-bastiment. |
|
(g) |
Il-Kosta tal-Avorju għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni fi żmien 8 ijiem mill-ispezzjoni. |
|
(h) |
Abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jwettqu spezzjonijiet konġunti tal-bastimenti tal-Unjoni, b’mod partikolari matul l-operazzjonijiet ta’ ħatt l-art u ta’ trażbord, sabiex jiżguraw il-konformità kemm mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kif ukoll mal-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju. Fit-twettiq ta’ dmirijiethom, l-ispetturi mibgħuta mill-Partijiet fil-kuntest ta’ dawn l-ispezzjonijiet konġunti għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar it-twettiq tal-ispezzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u f’dik tal-Kosta tal-Avorju rispettivament. Il-Kosta tal-Avorju, l-Unjoni u l-Istati Membri tal-Unjoni, fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom bħala Stat kostali jew tal-bandiera, jistgħu jikkooperaw fit-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ segwitu għall-ispezzjonijiet, f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom. |
|
(i) |
Barra minn hekk, fuq talba tal-Unjoni, l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju jistgħu jawtorizzaw lill-ispetturi tas-sajd tal-Unjoni jwettqu spezzjonijiet tal-bastimenti tal-Unjoni fir-rigward tal-ħatt l-art, tat-trażbord u tal-użin tal-qabdiet, fil-limiti tal-kompetenza tagħhom skont il-liġi tal-Istat Membru tagħhom, fil-preżenza tal-ispetturi tal-Kosta tal-Avorju. |
|
(j) |
F’każ ta’ nonkonformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom jirriżervaw id-dritt li jissospendu l-liċenzja tas-sajd tal-bastiment tal-Unjoni li jkun ġie rikonoxxut li wettaq ksur, sakemm tinkiseb il-konformità mal-obbligu impost fuqu u li japplikaw il-proċeduri ta’ ksur u s-sanzjoni previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju. L-Unjoni u l-Istat tal-bandiera għandhom jiġu infurmati b’dan. |
3. Sorveljanza parteċipattiva marbuta mal-ġlieda kontra s-sajd IUU
Sabiex jissaħħaħ il-monitoraġġ tas-sajd fl-ibħra internazzjonali u l-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jirrappurtaw il-preżenza fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju ta’ kwalunkwe bastiment issuspettat li jwettaq attivitajiet ta’ sajd IUU billi jiġbru kemm jista’ jkun informazzjoni dwar dak ir-rapport. Ir-rapporti ta’ osservazzjoni għandhom jintbagħtu minnufih lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu, li għandha tibgħathom minnufih lill-Unjoni jew lill-organizzazzjoni maħtura minnha. L-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom jibagħtu lill-Unjoni kwalunkwe rapport ta’ osservazzjoni li jkollhom dwar il-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed iwettqu attivitajiet li jistgħu jikkostitwixxu sajd IUU fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju.
4. Ħatt l-art u trażbordi
|
(a) |
Kull operatur ta’ bastiment tal-Unjoni li jwettaq ħatt l-art jew trażbord fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju għandu jagħmel dan esklużivament fil-portijiet jew madwar il-portijiet tal-Kosta tal-Avorju. It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit. |
|
(b) |
L-operatur tal-bastiment għandu jipprovdi lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju, fiż-żmien stipulat:
|
|
(c) |
Il-Kosta tal-Avorju għandha tikkontrolla l-operazzjonijiet ta’ trażbord u ta’ ħatt l-art fil-portijiet tagħha f’konformità mal-obbligi tagħha skont il-Ftehim dwar il-Miżuri tal-Istat tal-Port tal-FAO. Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni involuti f’operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew ta’ trażbord fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju għandhom jissottomettu ruħhom il-verifiki ta’ dawk l-operazzjonijiet. Għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ spezzjoni stabbiliti fil-punt 2. |
5. Metodi ta’ komunikazzjoni tan-notifiki u tad-dikjarazzjonijiet
Il-komunikazzjoni tan-notifiki u tad-dikjarazzjonijiet imsemmija f’din it-taqsima għandhom, bħala prijorità, isiru b’mod prijoritarju permezz tal-ERS bejn l-Istat tal-bandiera u l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju u skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 5. Madankollu, jekk l-informazzjoni kollha prevista f’dawn in-notifiki u d-dikjarazzjonijiet ma tiġix trażmessa mill-ERS, l-informazzjoni kollha dwar l-avveniment ikkonċernat għandha tintbagħat bil-posta elettronika mill-operatur lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju. F’każ bħal dan, huma għandhom jikkonfermaw li rċevewha. Id-dikjarazzjonijiet tad-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju u tal-ħruġ minnha għandhom jintbagħtu lill-Kosta tal-Avorju kemm permezz tal-posta elettronika fl-indirizz stabbilit fl-Appendiċi 3 kif ukoll permezz tal-ERS.
TAQSIMA 2
SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ TAL-BASTIMENTI (VMS, VESSEL MONITORING SYSTEM)
6. Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment
|
(a) |
Il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom liċenzja tas-sajd fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS - Vessel Monitoring System) li tippermettilhom li jiġu lokalizzati u identifikati awtomatikament minn apparat ta’ lokalizzazzjoni, permezz tat-trażmissjoni awtomatika tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti f’intervalli regolari. |
|
(b) |
Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li l-VMS tal-bastiment tiegħu tkun kompletament operazzjonali u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ċentru ta’ monitoraġġ tas-sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera. |
|
(c) |
Il-punti ta’ kuntatt, li d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom għandhom jiġu kkomunikati qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni utli dwar it-tagħmir tal-bastimenti tal-Unjoni, il-Protokolli tat-trażmissjoni jew kwalunkwe funzjoni oħra meħtieġa għall-monitoraġġ bis-satellita. |
|
(d) |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li l-provvista awtomatika f’ħin reali, liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju, il-pożizzjonijiet tal-VMS għall-perjodu li matulu l-bastiment tal-Unjoni jkun fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju. |
|
(e) |
Għandu jkun ipprojbit li l-apparat ta’ lokalizzazzjoni kontinwa jiċċaqlaq, jiġi skonnettjat, jinqered, issirlu ħsara jew isir inoperattiv bl-użu ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita mqiegħda abbord il-bastiment għat-trażmissjoni tad-data jew li tiġi alterata, iddevjata jew iffalsifikata intenzjonalment id-data maħruġa jew irreġistrata minn dik is-sistema. |
|
(f) |
Il-kaptan għandu jitqies responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel il-funzjonament tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun soġġett għas-sanzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju fis-seħħ. |
7. Difett tekniku jew ħsara li taffettwa t-tagħmir ta’ traċċar abbord il-bastiment tal-Unjoni
|
(a) |
It-tagħmir difettuż irid jinbidel fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta l-Istat tal-bandiera jinnotifika liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju dwar id-difett tiegħu. Wara dak il-perjodu, il-bastiment tal-Unjoni kkonċernat irid jirritorna f’port magħżul mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju responsabbli mill-kontroll tas-sajd għas-segwitu u t-tiswija regolatorji jew irid jitlaq miż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, dment li r-rapport tal-ispezzjoni dwar it-tagħmir difettuż u r-raġunijiet għad-difett jiġu kkomunikati mill-Istat tal-bandiera liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju. |
|
(b) |
Sakemm it-tagħmir jiġi sostitwit, il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jibgħat manwalment liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju, permezz ta’ mezzi elettroniċi, bir-radju jew bil-faks, rapport tal-pożizzjoni globali kull 4 sigħat, inklużi r-rapporti tal-pożizzjoni kif irreġistrati mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni. |
|
(c) |
Il-messaġġi kollha li ma jiġux trażmessi waqt il-perjodu ta’ waqfien għandhom jiġu trażmessi mill-ġdid hekk kif terġa’ tiġi stabbilita l-komunikazzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera kkonċernat u ċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju. |
8. Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Kosta tal-Avorju
Il-metodi ta’ komunikazzjoni sigura huma stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Appendiċi 5.
9. Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni
Iċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju jista’ jitlob liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, flimkien ma’ kopja lill-Unjoni, biex inaqqas l-intervall biex bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għal 30 minuta għal perjodu speċifiku tal-investigazzjoni, filwaqt li jżid l-elementi ta’ prova li juru ksur. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastiment mingħajr dewmien skont il-frekwenza l-ġdida.
Fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni stabbilit, il-Kosta tal-Avorju għandha tinforma liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni bir-riżultat tal-investigazzjonijiet tagħha u bi kwalunkwe segwitu meħtieġ possibbli.
KAPITOLU VI
IMPJIEG TA’ SAJJIEDA ABBORD BASTIMENTI TAL-UNJONI
1. Għadd meħtieġ ta’ sajjieda tal-AKP li għandhom jittellgħu abbord
|
1.1. |
L-operatur ta’ bastiment tal-Unjoni awtorizzat f’konformità ma’ dan il-Protokoll għandu jtella’ abbord sajjieda tal-AKP biex jaħdmu abbord il-bastiment tiegħu bħala membri tal-ekwipaġġ għat-tul tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment fil-qafas ta’ dan il-Protokoll. |
|
1.2 |
L-għadd ta’ sajjieda Avorjani li jittellgħu abbord f’konformità mal-punt 1.1 għandu jiġi mmonitorjat regolarment mal-amministrazzjoni kompetenti tal-Kosta tal-Avorju, bl-għan li jintlaħaq 30 % tas-sajjieda tal-AKP fuq il-bastimenti kollha tal-kategorija tal-bastimenti tas-sajd bit-tartarun, inklużi l-maġġoranza tas-sajjieda Avorjani. |
|
1.3 |
Is-sajjieda li għandhom jittellgħu abbord skont il-punt 1.1 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159 (2), inkluż fir-rigward tal-passaport, il-ktieb tal-baħħara, iċ-ċertifikat mediku, il-ktieb internazzjonali tat-tilqim u ċ-ċertifikat tat-taħriġ bażiku. Il-lista tar-rekwiżiti li jirriżultaw minn din il-leġiżlazzjoni għandha tiġi kkomunikata biżżejjed minn qabel lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju mill-Istat tal-bandiera. Is-sajjieda li għandhom jittellgħu abbord f’konformità mal-punt 1.1 għandhom ikunu kapaċi jifhmu, jagħtu ordnijiet u struzzjonijiet u jirrappurtaw fil-lingwa ta’ ħidma stabbilita abbord il-bastiment tas-sajd. |
|
1.4. |
Sabiex jiffaċilitaw l-imbark tas-sajjieda Avorjani, l-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta tal-Avorju għandhom jistabbilixxu, jaġġornaw regolarment u jikkomunikaw lill-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni lista tas-sajjieda kompetenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 1.3. |
|
1.5. |
Il-kaptan għandu jfassal lista tal-ekwipaġġ, iniżżel id-data fuqha u jiffirmaha skont il-ormola 5 tal-Konvenzjoni dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali tal-OMI (il-Konvenzjoni FAL) u jibgħat kopja ta’ dik il-lista lill-awtoritajiet maħtura tal-Kosta tal-Avorju qabel ma l-bastiment jitlaq miż-żona tal-port. |
|
1.6. |
L-operatur tal-bastiment tal-Unjoni jew il-kaptan f’isem l-operatur tal-bastiment tal-Unjoni għandu jirrifjuta l-imbark ta’ sajjied Avorjan abbord il-bastiment tiegħu jekk il-bastiment ma jikkonformax mar-rekwiżiti msemmija fil-punt 1.3. |
2. Kundizzjonijiet tax-xogħol tas-sajjieda
Il-kundizzjonijiet li taħthom jittellgħu abbord il-sajjieda Avorjani għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2017/159, inkluż fir-rigward tas-sigħat tax-xogħol jew tal-mistrieħ, id-drittijiet għar-ripatrijazzjoni u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
3. Ftehim ta’ ħidma tas-sajjieda
|
3.1. |
Għal kull sajjied imħaddem abbord bastiment tal-Unjoni f’konformità mal-punt 1.1, għandu jiġi nnegozjat u ffirmat ftehim ta’ ħidma bil-miktub kemm mis-sajjied kif ukoll minn min iħaddem. Il-ftehim ta’ ħidma bil-miktub iffirmat miż-żewġ Partijiet irid ikun soġġett b’mod obbligatorju għall-approvazzjoni tal-awtorità marittima tal-Kosta tal-Avorju f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju. |
|
3.2. |
Il-ftehim ta’ ħidma bil-miktub għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2017/159 (l-Anness I ta’ dik id-Direttiva). |
4. Remunerazzjoni tas-sajjieda
|
4.1. |
Il-kost tar-remunerazzjoni u l-kostijiet lavorattivi addizzjonali għandhom jitħallsu direttament jew, fil-każ fejn l-impjegatur tas-sajjied ikun servizz tas-suq tax-xogħol privat, indirettament mis-sid tal-bastiment tas-sajd. |
|
4.2. |
Trid titħallas remunerazzjoni garantita ta’ kull xahar jew regolari lis-sajjieda tal-AKP, preferibbilment permezz ta’ trasferiment bankarju, irrispettivament mill-qabdiet u/jew mill-bejgħ tal-ħut effettivament imwettqa. Din għandha tiġi ddeterminata bi ftehim reċiproku bejn l-operaturi jew l-aġenti tagħhom u s-sajjieda u/jew it-trade unions jew ir-rappreżentanti tagħhom. Fejn ma jkunux ġew konklużi ftehimiet kollettivi, il-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni mogħtija lis-sajjieda tal-AKP ma għandhomx ikunu inqas minn dawk applikati għall-ekwipaġġi tal-pajjiżi AKP rispettivi tagħhom u, taħt l-ebda ċirkostanza, dawk iddeterminati mis-Sottokumitat dwar is-Salarji tal-Baħħara tal-Kumitat Marittimu Konġunt tal-ILO, fin-nuqqas ta’ tali standard għas-sajjieda, li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi l-iżgurar ta’ garanzija ta’ kontinġenza internazzjonali għall-protezzjoni ta’ xogħol deċenti tas-sajjieda u jikkontribwixxi għalih. |
|
4.3. |
Is-sajjieda ma għandhomx għalfejn iġarrbu l-kostijiet potenzjali tal-pagamenti riċevuti. Is-sajjieda għandu jkollhom mezz biex jibagħtu lill-familji tagħhom mingħajr ħlas il-pagamenti kollha li jirċievu jew Parti minnhom, inklużi pagamenti bil-quddiem. |
|
4.4. |
Is-sajjied jeħtieġlu jirċievi rendikont tal-paga għal kull ħlas tar-remunerazzjoni tiegħu u, jekk jitlob dan, prova tal-ħlas tas-salarju. |
5. Sigurtà soċjali
Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura li s-sajjieda li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju tagħha u d-dipendenti tagħhom, sa fejn previst mil-liġi tal-Kosta tal-Avorju, ikunu intitolati għall-protezzjoni soċjali b’kundizzjonijiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk applikabbli għall-ħaddiema l-oħra, b’mod partikolari l-impjegati, li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju tagħha.
6. Servizzi privati tas-suq tax-xogħol
|
6.1. |
Is-servizzi privati tas-suq tax-xogħol jikkonsistu minn:
|
|
6.2. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta tal-Avorju għandhom jiżguraw li l-aġenti lokali li jipprovdu servizzi privati tas-suq tax-xogħol kemm lis-sajjieda kif ukoll lill-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni:
|
|
6.3. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta tal-Avorju għandhom jiżguraw li l-aġenti lokali li jimpjegaw sajjieda biex jistazzjonawhom abbord il-bastimenti tal-Unjoni jiżguraw li l-ftehimiet ta’ ħidma tas-sajjieda li jiffirmaw ma’ dawn is-sajjieda jindikaw b’mod ċar li s-sajjieda kkonċernati huma impjegati mill-aġenti lokali bl-għan li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni li jassenjawil-kompiti tagħhom u jissorveljaw it-twettiq ta’ dawk il-kompiti. |
|
6.4. |
B’deroga mill-punt 6.2(b), l-ispejjeż għall-kisba ta’ ktieb tal-baħħara, ċertifikat mediku u passaport għandhom jitħallsu mis-sajjied jew minn persuna jew organizzazzjoni oħra kif determinat mil-leġiżlazzjoni applikabbli, mill-ftehim ta’ ħidma tas-sajjieda jew mill-ftehim kollettiv, jekk meħtieġ. L-ispejjeż għall-kisba ta’ viża u ta’ permess tax-xogħol, jekk meħtieġ, għandhom jitħallsu mill-impjegatur. |
7. Konformità ma’ dan il-kapitolu
|
7.1. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni applikabbli għas-sajjieda tkun faċilment aċċessibbli u mingħajr ħlas, b’mod komprensiv u trasparenti. |
|
7.2. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta tal-Avorju għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni korretta ta’ dan il-Kapitolu f’konformità mal-obbligi tagħhom skont il-liġi internazzjonali u f’konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu. |
|
7.3. |
L-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tal-punti 1, 2 u 3 abbord il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Huma għandhom jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom f’konformità mal-Linji Gwida tal-ILO għall-ispezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fuq il-bastimenti tas-sajd. |
|
7.4. |
Ir-rekwiżiti tal-imbark stabbiliti fil-punt 1.2 għandhom jitnaqqsu b’mod proporzjonali fil-każijiet li ġejjin:
|
|
7.5. |
Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu fi ħdan il-Kumitat Konġunt. |
KAPITOLU VII
OSSERVATURI
1. Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd
|
1.1. |
Sakemm tiġi implimentata sistema ta’ osservaturi reġjonali, il-bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju fil-qafas tal-Ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT. |
|
1.2. |
Kull osservatur abbord bastiment tal-Unjoni jeħtieġlu jkun irċieva t-taħriġ meħtieġ biex jiżgura s-sikurezza tiegħu abbord u biex iwettaq id-dmirijiet ta’ osservazzjoni li jridu jitwettqu. |
|
1.3. |
Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura t-taħriġ tal-osservaturi tagħha. It-taħriġ tal-osservaturi għandu jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-proċeduri stabbiliti għall-osservazzjoni abbord il-bastimenti tal-Unjoni, bl-għan li jiġu armonizzati u kkoordinati l-programmi nazzjonali tal-osservaturi bl-appoġġ tal-Unjoni. |
|
1.4. |
Il-Partijiet għandhom jaqblu li jesploraw l-użu possibbli ta’ sistema elettronika ta’ sorveljanza fil-kuntest tal-programmi ta’ osservazzjoni tagħhom. Il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni għandhom jikkollaboraw mal-Istati kostali l-oħra fil-Lvant tal-Oċean Atlantiku, bl-għan li jappoġġaw l-implimentazzjoni reġjonali miftiehma tal-programmi ta’ osservazzjoni, fil-qafas tal-ICCAT.
L-imbark tal-osservaturi magħżulin mill-Kosta tal-Avorju għandu jsir fuq il-bastimenti tal-Unjoni, f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dan il-Kapitolu. |
2. Bastimenti u osservaturi magħżulin
|
2.1. |
Il-Kosta tal-Avorju għandha tistabbilixxi lista tal-osservaturi magħżulin biex jitqiegħdu abbord il-bastimenti tal-Unjoni, taġġornaha u tikkomunikaha lill-operaturi u lill-Unjoni. L-osservaturi f’din il-lista għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-taħriġ deskritti fil-punt 1. |
|
2.2. |
Sabiex il-Kosta tal-Avorju tkun tista’ tottimizza l-ipprogrammar tagħha, l-operaturi kollha għandhom jikkomunikaw direttament lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju, meta jressqu l-applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd tagħhom, skeda indikattiva provviżorja tal-waqfiet fil-port għas-sena ta’ wara. |
|
2.3. |
Il-Kosta tal-Avorju għandha tfassal programm għall-bastimenti tal-osservaturi li taħtar u tikkomunikah lill-operaturi kif ukoll lill-Unjoni. |
|
2.4. |
Il-Kosta tal-Avorju għandha tinforma lill-operaturi kkonċernati jew lir-rappreżentanti tagħhom bl-isem tal-osservatur maħtur biex jitqiegħed abbord il-bastiment fil-mument tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sajd, jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista għall-imbark tal-osservatur. |
|
2.5. |
L-osservatur għandu jibqa’ abbord il-bastiment għal vjaġġ tas-sajd wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita tal-Kosta tal-Avorju, il-perjodu li matulu l-osservatur jibqa’ abbord jista’ jiġi estiż għal diversi vjaġġi skont it-tul taż-żmien medju tal-vjaġġi tas-sajd previsti għal bastiment ikkonċernat. Din it-talba għandha ssir mill-Kosta tal-Avorju meta jiġi notifikat l-isem tal-osservatur maħtur biex jitla’ abbord il-bastiment ikkonċernat. |
3. Kundizzjonijiet tal-imbark u tal-iżbark
|
3.1. |
Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur għandhom jiġu definiti bi qbil komuni bejn l-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju. |
|
3.2. |
L-osservatur għandu jittella’ abbord fil-port magħżul mill-operatur fil-bidu tal-vjaġġ tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju. |
|
3.3. |
L-operaturi kkonċernati għandhom jikkonfermaw, fi żmien ġimagħtejn u b’avviż minn qabel ta’ 10 ijiem, id-dati u l-portijiet għall-imbark tal-osservaturi. |
|
3.4. |
Jekk l-osservatur jittella’ abbord f’pajjiż differenti mill-Kosta tal-Avorju, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-operatur. |
|
3.5. |
F’każ ta’ assenza mhux ġustifikata tal-osservatur fil-post u l-ħin miftiehma, fi żmien 12-il siegħa, l-operatur għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella’ lill-osservatur abbord. |
|
3.6. |
Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jassigura s-sigurtà fiżika u l-benessri ġenerali tal-osservatur waqt l-eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu. |
|
3.7. |
L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa biex iwettaq d-dmirijiet tiegħu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ dmirijietu, għad-dokumenti relatati direttament mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, inkluż b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-Partijiet tal-bastiment meħtieġa biex jiffaċilita t-twettiq ta’ dmirijietu. |
|
3.8. |
L-operatur għandu jipprovdi akkomodazzjoni u ikel għall-osservaturi bi spejjeż għalih taħt il-kundizzjonijiet mogħtija lill-uffiċjali, f’konformità mal-possibbiltajiet prattiċi tal-bastiment. |
|
3.9. |
Is-salarju u l-ispejjeż soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-Kosta tal-Avorju. |
4. Kompiti tal-osservatur
|
4.1. |
Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. |
|
4.2. |
Meta jkun qed jistad fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, il-bastiment għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
|
5. Obbligi tal-osservatur
Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:
|
— |
jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kundizzjonijiet tal-imbark tiegħu, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, ma jinterrompux u lanqas itellfu l-operazzjonijiet tas-sajd, |
|
— |
jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jinstabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument tal-imsemmi bastiment, |
|
— |
għal kull perjodu ta’ osservazzjoni abbord bastiment tal-Unjoni, l-osservatur għandu jħejji rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu u jibagħtu lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju, lill-operatur tal-bastiment, flimkien ma’ kopja lill-Unjoni; il-kaptan jista’ jindika l-osservazzjonijiet li jqis utli. |
6. Kontribuzzjoni finanzjarja b’rata fissa
Meta jitħallas il-ħlas bil-quddiem annwali biex tinkiseb il-liċenzja tas-sajd, l-operatur għandu jħallas lill-Kosta tal-Avorju kontribuzzjoni finanzjarja annwali b’rata fissa ta’ EUR 400 għal kull bastiment, maħsuba biex tikkontribwixxi għar-riċeviment tal-osservaturi tal-Kosta tal-Avorju li jkunu se jittellgħu abbord il-bastimenti tal-Unjoni.
KAPITOLU VIII
KSUR
1. Trattament tal-ksur
|
1.1 |
Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-Unjoni fl-fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju jrid jiġi kkomunikat lill-Unjoni mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju bi kwalunkwe mezz xieraq fi żmien 24 siegħa tax-xogħol. |
|
1.2 |
Wara li l-infrazzjoni tkun ġiet stabbilita fir-rapport imħejji mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-Kosta tal-Avorju, il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jiffirma dak ir-rapport. Jekk il-kaptan jirrifjuta jew ma jkunx jista’ jiffirma, dan għandu jinkiteb fir-rapport imsemmi. |
|
1.3. |
Il-firma jew in-nuqqas ta’ firma mill-kaptan ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tiegħu u l-mezzi li jista’ juża biex jikkontesta l-ksur tar-regoli li bih ikun qed jiġi akkużat. |
|
1.4. |
Ir-rapport dwar dan il-ksur għandu jintbagħat lill-Unjoni u lill-Istat tal-bandiera fi żmien 7 ijiem tax-xogħol. |
2. Ridirezzjonar ta’ bastiment - laqgħa ta’ informazzjoni
|
2.1. |
Kull bastiment tal-Unjoni ssuspettat bi ksur, jista’ jkun obbligat iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u, fejn xieraq, jekk il-bastiment ikun fuq il-baħar, li jirritorna lejn port tal-Kosta tal-Avorju indikat mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-Kosta tal-Avorju. Il-bastimenti tal-Unjoni li jiksru r-regolamenti tal-Kosta tal-Avorju għandhom jinżammu fil-port sakemm jitlestew il-formalitajiet previsti f’dawk ir-regolamenti. |
|
2.2. |
Il-Kosta tal-Avorju għandha tinnotifika lill-Unjoni fi żmien 24 siegħa b’kull ridirezzjonar ta’ bastiment tal-Unjoni. Din in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn evidenza dokumentata tal-ksur tar-regoli li bih ikun qed jiġi akkużat. |
|
2.3. |
Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura kontra l-bastiment ikkonċernat, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, bl-eċċezzjoni tal-miżuri mmirati lejn il-preservazzjoni tal-evidenza, il-Kosta tal-Avorju għandha torganizza, fuq talba tal-Unjoni, fi żmien 48 siegħa min-notifika tar-ridirezzjonar tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni biex tiċċara l-fatti u tispjega kwalunkwe segwitu. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni. |
|
2.4. |
Is-sid tal-bastiment, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jiġi informat bl-eżitu tal-laqgħa u bi kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-imbark jew mid-detenzjoni. |
3. Rapport ta’ ksur
|
3.1. |
F’każ ta’ ksur, id-dikjarazzjoni ta’ ksur għandha tiġi rreġistrata f’rapport imħejji mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-Kosta tal-Avorju. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jiffirma dak ir-rapport. Jekk il-kaptan jirrifjuta jew ma jkunx jista’ jiffirma, dan għandu jinkiteb fir-rapport imsemmi. |
|
3.2. |
Il-firma jew in-nuqqas ta’ firma mill-kaptan ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tiegħu u l-mezzi li jista’ juża biex jikkontesta l-ksur tar-regoli li bih ikun qed jiġi akkużat. |
4. Piena għall-ksur - proċedura ta’ kompromess
|
4.1. |
Il-piena għall-ksur iddikjarat għandha tiġi stabbilita mill-Kosta tal-Avorju f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju. |
|
4.2. |
Meta r-riżoluzzjoni tal-ksur tinvolvi proċedura legali, qabel ma tinbeda, u sakemm il-ksur ma jinvolvix att kriminali, tista’ tinbeda proċedura ta’ kompromess bejn il-Kosta tal-Avorju u l-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu biex jiġu ddeterminati t-termini u l-livell tal-piena. F’din il-proċedura ta’ kompromess jistgħu jieħdu sehem rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment u tal-Unjoni. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm mhux aktar tard minn 3 ijiem tax-xogħol wara n-notifika tar-ridirezzjonar tal-bastiment. |
5. Proċedura ġudizzjarja - garanzija bankarja
|
5.1. |
Jekk il-proċedura ta’ kompromess tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, l-operatur tal-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul mill-Kosta tal-Avorju, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-Kosta tal-Avorju, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mar-ridirezzjonar u d-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe konċessjoni kumpensatorja possibbli. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma tkun ġiet konkluża l-proċedura ġuddizzjarja. |
|
5.2. |
Il-garanzija bankarja għandha tiġi rilaxxata u rritornata lill-operatur mingħajr dewmien wara li tkun ingħatat is-sentenza:
|
|
5.3. |
Meta l-ammont tal-piena imposta jaqbeż l-ammont tal-garanzija bankarja, l-operatur għandu jħallas il-kumplament. |
|
5.4. |
Il-Kosta tal-Avorju għandha tinforma lill-Unjoni bir-riżultat tal-proċedura ġudizzjarja fi żmien 7 ijiem tax-xogħol minn meta tinqata’ s-sentenza. |
6. Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ
Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati li jitilqu mill-port:
|
— |
meta jitwettqu l-obbligi li jirriżultaw mill-proċedura ta’ kompromess, |
|
— |
jew mad-depożitu tal-garanzija bankarja. |
Lista tal-appendiċijiet
|
Appendiċi 1 |
Koordinati ġeografiċi tal-linji bażi u taż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju | 27 |
|
Appendiċi 2 |
Skeda teknika ta’ aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni | 29 |
|
Appendiċi 3 |
Dettalji ta’ kuntatt għall-komunikazzjonijiet previsti f’dan il-Protokoll | 30 |
|
Appendiċi 4 |
Informazzjoni li għandha tingħata meta ssir applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd fil-qafas ta’ dan il-Protokoll | 31 |
|
Appendiċi 5 |
Rekwiżiti tekniċi għall-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) u s-Sistema Elettronika ta’ Reġistrazzjoni tal-Attivitajiet tas-Sajd (ERS) | 33 |
|
Appendiċi 6 |
Ipproċessar ta’ data personali | 37 |
(1) Ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU UE L 347, 28.12.2017, p. 81, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2403/oj).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li timplimenta l-Ftehim li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd, 2007, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol konkluż fil-21 ta’ Mejju 2012 bejn il-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Kooperattivi Agrikoli fl-Unjoni Ewropea (COGECA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) u l-Assoċjazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Intrapriżi tas-Sajd fl-Unjoni Ewropea (Europêche) (ĠU UE L 25, 31.1.2017, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/159/oj).
Appendiċi 1
Koordinati ġeografiċi tal-linji bażi u taż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju
Punti tal-linji bażi:
|
ID |
Latitudni |
Lonġitudni |
|
1 |
4.359901 |
-7,49759 |
|
2 |
4,3539 |
-7,48091 |
|
3 |
4,35372 |
-7,47834 |
|
4 |
4,36306 |
-7,45668 |
|
5 |
4,37798 |
-7,41153 |
|
6 |
4,38404 |
-7,39734 |
|
7 |
4,42568 |
-7,31199 |
|
8 |
4,45146 |
-7,25577 |
|
9 |
4,46686 |
-7,23731 |
|
10 |
4,53104 |
-7,11615 |
|
11 |
4,53818 |
-7,05595 |
|
12 |
4,5475 |
-7,03168 |
|
13 |
4,58922 |
-6,97921 |
|
14 |
4,65527 |
-6,83202 |
|
15 |
4,68612 |
-6,72211 |
|
16 |
1,096355 |
0,971844 |
|
17 |
4,363102 |
-7,52385 |
|
ID |
Latitudni |
Lonġitudni |
|
1 |
5,089777778 |
-3,105888889 |
|
2 |
5,089916667 |
-3.107111111 |
|
3 |
5,090472222 |
-3,109805556 |
|
4 |
5,095361111 |
-3,134694444 |
|
5 |
5,102694444 |
-3,173138889 |
Punti tad-delimitazzjonijiet marittimi
|
ID |
Lat |
Lon |
Isem |
|
1 |
5,0898 |
-3,1059 |
CIV_GHA_BP55 |
|
2 |
5,0177 |
-3,1218 |
CIV_GHA_A |
|
3 |
4,9664 |
-3,1337 |
CIV_GHA_B |
|
4 |
4,4449 |
-3,2491 |
CIV_GHA_C |
|
5 |
3,2037 |
-3,4984 |
CIV_GHA_D |
|
6 |
2,9847 |
-3,5445 |
CIV_GHA_E |
|
7 |
2,6768 |
-3,6101 |
CIV_GHA_F |
|
8 |
1,0021 |
-7,5400 |
CIV_LBR |
|
9 |
4,1594 |
-7,5430 |
CIV_LBR |
|
10 |
4,3012 |
-7,5346 |
CIV_LBR |
|
11 |
4,3313 |
-7,5328 |
CIV_LBR |
|
12 |
4,3606 |
-7,5311 |
CIV_LBR |
|
13 |
4,3620 |
-7,5308 |
CIV_LBR |
|
14 |
4,1580 |
-7,5450 |
CIV_LBR |
|
15 |
4,0930 |
-7,5400 |
CIV_LBR |
|
16 |
4,0780 |
-7,5400 |
CIV_LBR |
|
17 |
3,0610 |
-7,5400 |
CIV_LBR |
|
18 |
2,0440 |
-7,5400 |
CIV_LBR |
|
19 |
1,0270 |
-7,5400 |
CIV_LBR |
Appendiċi 2
Skeda teknika – aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni
BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUN BIL-FRIŻA U BASTIMENTI LI JISTADU BIL-KONZ TAL-WIĊĊ
1. Żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju:
Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi.
2. Irkaptu awtorizzat:
|
— |
Tartarun |
|
— |
Konz tal-wiċċ |
3. Speċijiet ipprojbiti:
F’konformità mal-Konvenzjoni dwar l-ispeċijiet migratorji (CMS) u mar-riżoluzzjonijet tal-ICCAT, is-sajd għall-gabdoll (Cetorhinus maximus), għall-kelb abjad (Carcharodon carcharias), għall-pixxivolpi għajnu kbira (Alopias superciliosus), għall-kurazzi tal-familja Sphyrnidae (ħlief il-kurazza tiburo), għall-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus), għall-kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis), għat-tawru (Carcharias taurus) u għall-kelb il-baħar (Galeorhinus galeus) huwa pprojbit.
Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt sabiex jaġġornaw din il-lista fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjonijiet xjentifiċi.
4. Tariffi tal-operaturi:
|
4.1. |
Tariffa għal kull tunnellata: EUR 80 għall-ewwel żewġ perjodi annwali u EUR 85 wara dawn. |
|
4.2. |
Tariffa annwali b’rata fissa:
|
|
4.3. |
Tariffa b’rata fissa għall-osservaturi: EUR 400/bastiment/sena |
|
4.4. |
Tariffa għall-bastiment ta’ appoġġ: EUR 3 500/bastiment/sena |
5. Għadd ta’ bastimenti awtorizzati biex jistadu:
|
— |
25 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, |
|
— |
7 bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ |
Appendiċi 3
Dettalji ta’ kuntatt għall-komunikazzjonijiet previsti f’dan il-Protokoll
Għall-Unjoni:
Liċenzji tas-sajd:
Applikazzjoni LICENCE: https://webgate.ec.europa.eu/licence
MARE-LICENCES@ec.europa.eu
Qabdiet aggregati:
MARE-CATCHES@ec.europa.eu
Helpdesk tal-UN/FLUX:
MARE-FISH-IT-SUPPORT@ec.europa.eu
Għall-Kosta tal-Avorju: il-Kosta tal-Avorju għandha tikkomunika d-dettalji ta’ kuntatt qabel l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll
Appendiċi 4
Informazzjoni li għandha tingħata meta ssir applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd fil-qafas ta’ dan il-Protokoll
Trid tingħata b’mod obbligatorju l-informazzjoni li ġejja dwar l-applikant, is-sid tal-bastiment, l-identifikazzjoni tal-bastiment, id-data teknika tiegħu u l-perjodu kkonċernat, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Isem tal-applikant
Nru tat-telefon tal-applikant
Email tal-applikant:
Isem tas-sid tal-bastiment
Il-belt u l-pajjiż ta’ residenza tas-sid tal-bastiment:
Isem tas-sid jew ta’ massimu ta’ ħames sidien ewlenin effettivi/benefiċjarji tal-bastiment
Belt u pajjiż ta’ residenza tas-sid jew ta’ massimu ta’ ħames sidien ewlenin effettivi/benefiċjarji tal-bastiment:
Isem tal-kaptan
Nazzjonalità tal-kaptan:
Email tal-kaptan:
Isem u indirizz tal-aġent lokali
Isem tal-bastiment
Stat tal-bandiera
Port tar-reġistrazzjoni
IRCS
Immarkar ta’ barra
MMSI
Nru tal-IMO (jekk applikabbli)
Nru tal-ICCAT
Data tar-reġistrazzjoni tal-bandiera attwali
Bandiera preċedenti (jekk applikabbli)
Post tal-kostruzzjoni
Data tal-kostruzzjoni
Frekwenza tas-sejħa bir-radju
Numru tat-telefon bis-satellita
Tul totali (metri)
Tunnellaġġ (espress bħala GT)
Tip ta’ magna
Potenza tal-magna (f’KW)
Għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ
Metodu ta’ konservazzjoni abbord
Kapaċità ta’ pproċessar kuljum (24 siegħa) f’tunnellati
Għadd ta’ stivi tal-ħut
Kapaċità totali tal-istivi tal-ħut (f’m3)
Manifattur tal-VMS
Mudell tal-VMS
Numru tas-serje tal-VMS
Verżjoni tas-software tal-VMS
Operatur tas-satelliti
Irkaptu tas-sajd awtorizzat
Post tal-ħatt l-art tal-qabdiet
Data tal-bidu tal-awtorizzazzjoni mitluba
Data tat-tmiem tal-awtorizzazzjoni mitluba
Appendiċi 5
Rekwiżiti tekniċi għall-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) u s-Sistema Elettronika ta’ Reġistrazzjoni tal-Attivitajiet tas-Sajd (ERS)
TAQSIMA 1
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI GĦAT-TRAŻMISSJONI TAD-DATA DWAR IL-POŻIZZJONI TAL-BASTIMENTI U GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-ERS MILL-PARTIJIET; KONTINWITÀ TAL-OPERAZZJONIJIET
|
1. |
Jekk isseħħ ħsara teknika li taffettwa t-trażmissjoni bejn iċ-ĊMS tal-Partijiet tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti jew it-trażmissjoni tad-data dwar l-attivitajiet tas-sajd (“data ERS”), il-bastimenti tal-Unjoni affettwati minn dak id-difett ma għandhomx jitqiesu bħala mhux konformi. |
|
2. |
Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu konnessjoni bl-użu tas-software FLUX Transportation Layer ipprovdut mill-Kummissjoni Ewropea u jimplimentaw il-format UN/FLUX. Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura li t-tagħmir elettroniku tagħha jkun kompatibbli mas-sistema tal-Unjoni. |
|
3. |
Il-Partijiet għandhom jimplimentaw ambjent ta’ aċċettazzjoni għal skopijiet ta’ ttestjar qabel ma jużaw l-ambjent tal-produzzjoni. L-Unjoni se tibgħat messaġġi ta’ ttestjar liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju fl-ambjent ta’ aċċettazzjoni. Ladarba jgħaddu mit-testijiet, il-Partijiet għandhom jaqblu dwar id-data li minnha d-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment u d-data tal-ERS għandhom jintbagħtu awtomatikament permezz tas-software FLUX Transportation Layer u fil-format UN/FLUX. |
|
4. |
Sa dik id-data, id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti tal-Unjoni u d-data tal-ERS għandha tintbagħat bl-użu tal-formati u l-metodi diġà fis-seħħ meta dan il-Protokoll jibda japplika. |
|
5. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Kosta tal-Avorju u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt u jinfurmaw lil xulxin mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla f’dawk l-indirizzi. |
|
6. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Kosta tal-Avorju, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea, għandhom jinfurmaw lil xulxin malajr kemm jista’ jkun bi kwalunkwe interruzzjoni tal-komunikazzjonijiet awtomatiċi, jew fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li jdumu aktar minn 48 siegħa, għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta biex jerġgħu jistabbilixxu l-komunikazzjonijiet awtomatiċi u għandhom jinnotifikaw lill-Parti l-oħra li jkunu ġew restawrati. Il-Kumitat Konġunt se jkun obbligat li jsolvi kwalunkwe tilwim possibbli. |
|
7. |
Jekk l-interruzzjoni ddum aktar minn 48 siegħa, id-data għandha sadanittant tiġi pprovduta miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera permezz tal-posta elettronika kull 24 siegħa sakemm jerġgħu jibdew il-komunikazzjonijiet awtomatiċi. Dan l-iskambju jista’ jintalab liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera miċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju jekk il-ħsara tikkonċerna s-sistema ta’ dan tal-aħħar u minkejja l-isforzi li jkunu saru biex dan jissolva, il-ħsara tippersisti wara 48 siegħa. |
|
8. |
Id-data affettwata mill-interruzzjoni għandha tiġi rritornata wkoll bl-użu tas-sistemi ta’ komunikazzjoni awtomatiċi ladarba dawn jiġu restawrati. |
|
9. |
L-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom jinfurmaw lis-servizzi ta’ sorveljanza kompetenti tagħhom sabiex il-bastimenti tal-Unjoni ma jiġux kriminalizzati minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni ta’ data. |
|
10. |
Kull wieħed mill-Partijiet għandu jiżgura l-konsistenza tad-data u b’mod partikolari jiżgura li l-filtri xierqa jiġu integrati fis-sistemi tagħhom u applikati għad-data sabiex titqies biss id-data relatata mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju. |
TAQSIMA 2
REKWIŻITI TEKNIĊI GĦAT-TRAŻMISSJONIJIET TAD-DATA TAL-VMS
1. Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti
|
1.1. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u t-trażmissjoni elettronika tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti bl-użu tal-konnessjoni ċentralizzata pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea. Id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti għandha tiġi rreġistrata u maħżuna b’mod sigur mill-Partijiet għal perjodu ta’ 3 snin. |
|
1.2. |
Il-pożizzjonijiet tal-bastimenti għandhom jiġu pprovduti b’marġni ta’ żball ta’ inqas minn 100 metru u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %. |
|
1.3. |
L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT” (NAF) jew “ENTRY” (UN/FLUX). Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, bl-eċċezzjoni tal-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI” (NAF) jew “EXIT” (UN/FLUX). |
2. Trażmissjoni mill-bastiment f’każ ta’ ħsara fl-apparat ta’ monitoraġġ tal-bastiment
Il-bastimenti li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju b’apparat ta’ monitoraġġ tal-bastiment difettuż għandhom jikkomunikaw il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz ta’ ittra elettronika liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull 4 sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jinforma liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju b’din il-bidla. Id-data dwar il-pożizzjoni mbagħad għandha tiġi trażmessa f’din il-frekwenza.
Iċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju għandu jinforma liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni ta’ bastiment li jkollu liċenzja tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju.
3. Struttura ta’ messaġġ fil-format NAF li jikkomunika d-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment lill-Kosta tal-Avorju
|
Data |
Kodiċi |
Obbligatorju (O)/Fakultattiv (F) |
Kontenut |
|
Bidu tar-reġistrazzjoni |
SR |
O |
Dettall tas-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
|
Destinatarju |
AD |
O |
Dettall tal-messaġġ – Destinatarju Kodiċi 3-Alfa tal-pajjiż (ISO-3166) |
|
Speditur |
MT |
O |
Dettall tal-messaġġ – Speditur Kodiċi 3-Alfa tal-pajjiż (ISO-3166) |
|
Stat tal-bandiera |
FS |
O |
Dettall tal-messaġġ – Bandiera tal-Istat Kodiċi 3-Alfa (ISO-3166) |
|
Tip ta’ messaġġ |
TM |
O |
Dettall tal-messaġġ – Tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI, MAN) |
|
Sinjal tas-sejħa bir-radju (IRCS, International Radio Call Sign) |
RC |
O |
Dettall tal-bastiment – Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS) |
|
Numru ta’ referenza interna tal-Parti |
IR |
F |
Dettall tal-bastiment – Numru uniku assenjat mill-Parti li jidentifika l-bastiment |
|
Identifikatur uniku tal-bastiment (numru tal-IMO) |
IM |
O |
Dettall dwar il-bastiment - numru tal-IMO Obbligatorju jekk il-bastiment għandu tali numru |
|
Numru ta’ reġistrazzjoni esterna |
XR |
O |
Dettall dwar il-bastiment – Numru mmarkat mal-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1) |
|
Latitudni |
LT |
O |
Dettalji tal-pożizzjoni tal-bastiment – Latitudni tal-pożizzjoni espressa fi gradi deċimali (WGS84) +/- DD.ddd. Numri pożittivi għall-emisferu tat-Tramuntana; valuri negattivi għall-emisferu tan-Nofsinhar. Is-sinjal (+) ma jridx jiġi trażmess. Iż-żerijiet insinifikanti jistgħu jitħallew barra. Il-valur irid ikun bejn - 90 u + 90. |
|
Lonġitudni |
LG |
O |
Dettalji tal-pożizzjoni tal-bastiment – Lonġitudni tal-pożizzjoni espressa fi gradi deċimali (WGS84) +/- DDD.ddd. Numri pożittivi għall-emisferu tat-Tramuntana; valuri negattivi għall-emisferu tan-Nofsinhar. Is-sinjal (+) ma jridx jiġi trażmess. Iż-żerijiet insinifikanti jistgħu jitħallew barra. Il-valur irid ikun bejn –180 u + 180. |
|
Rotta |
CO |
O |
Rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360 grad |
|
Veloċità |
SP |
O |
Veloċità tal-bastiment f’għexieren ta’ mili nawtiċi |
|
Data |
DA |
O |
Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – Data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ) |
|
Ħin |
TI |
O |
Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM) |
|
Tmiem tar-reġistrazzjoni |
ER |
O |
Dettall tas-sistema li jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni |
4. Mill-implimentazzjoni effettiva tal-format il-ġdid UN/FLUX u t-trażmissjoni bil-FLUX Transportation Layer, id-data tal-VMS għandha tiġi trażmessa f’konformità mal-format u mal-proċessi deskritti fid-dokument ta’ implimentazzjoni disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.
5. Protezzjoni tad-data tal-VMS
|
5.1. |
d-data ta’ sorveljanza kollha kkomunikata minn Parti għall-oħra, f’konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet, huma destinati esklussiviment:
|
|
5.2. |
Tali data ma tistax tiġi kkomunikata lil Partijiet terzi, sakemm Parti minnhom ma tkunx legalment obbligata tagħmel dan. |
TAQSIMA 3
REKWIŻITI TEKNIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SISTEMA TA’ REĠISTRAZZJONI TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD U GĦAR-RAPPURTAR TAD-DATA TAL-ERS
|
1. |
Meta jkun fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni li jkollu liċenzja tas-sajd maħruġa skont dan il-Protokoll jeħtieġlu:
|
|
2. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jqiegħed id-data tal-ERS għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u mingħajr dewmien il-messaġġi istantanji (notifika tad-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, notifika tal-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, notifika tal-wasla fil-port) mill-ERS liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju. Huwa għandu jittrażmetti awtomatikament darba kuljum fil-każ tal-messaġġi l-oħra tal-ERS mingħand il-bastiment. |
|
3. |
Sa tmiem il-fażijiet tat-testijiet previsti fit-Taqsima 1:
|
|
4. |
Mill-implimentazzjoni effettiva tal-format UN/FLUX u mit-trażmissjoni mill-FLUX Transportation Layer:
|
|
5. |
Iċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju għandu jikkonferma li rċieva d-data istantanja tal-ERS li tkun intbagħtitlu permezz ta’ messaġġ ta’ ritorn li jikkonferma l-wasla u l-validità tal-messaġġ li jkun irċieva. Għall-iskambju tad-data tal-ERS permezz tad-DEH, ma għandha tintbagħat l-ebda konferma tal-wasla tad-data li ċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju jirċievi bi tweġiba għal talba li jkun għamel huwa stess. |
|
6. |
Meta t-trażmissjoni bejn bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tfalli, dan iċ-ĊMS għandu jinnotifika lill-kaptan jew lill-operatur tal-bastiment jew lir-rappreżentant(i) tagħhom b’dan mingħajr dewmien. Malli jirċievi din in-notifika, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat id-data nieqsa kuljum lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera, bi kwalunkwe mezz xieraq ta’ telekomunikazzjoni, sa mhux aktar tard minn 24:00. |
|
7. |
F’każ ta’ ħsara tas-sistema ta’ trażmissjoni elettronika installata abbord il-bastiment, il-kaptan jew l-operatur tal-bastiment għandhom jiżguraw it-tiswija jew is-sostituzzjoni tas-sistema ERS tissewwa fi żmien 10 ijiem minn meta tinstab il-ħsara. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju u jrid jitlaq jew jidħol f’port fil-Kosta tal-Avorju fi żmien 24 siegħa. Il-bastiment għandu jkun awtorizzat li jitlaq minn dak il-port jew jerġa’ jidħol fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju biss meta ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu jkun iddikjara li l-ERS qed terġa’ taħdem kif suppost. |
(1) Dokumentazzjoni teknika fuq is-sit web Europa.eu https://circabc.europa.eu/faces/jsp/extension/wai/navigation/container.jsp
Appendiċi 6
Ipproċessar ta’ data personali
1. Definizzjonijiet u kamp ta’ applikazzjoni
1.1. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-Appendiċi, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 1 tal-Ftehim, fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll kif ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“data personali”: kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, data ta’ lokalizzazzjoni; |
|
(b) |
“ipproċessar”: kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta’ data personali, sew jekk b’mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-konservazzjoni, l-adattament jew il-bidliet, l-estrazzjonoi, il-konsultazzjoni, l-użu, il-komunikazzjoni bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni fi kwalunkwe forma oħra, l-allinjament jew l-interkonnessjoni, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda; |
|
(c) |
“awtorità trasferenti”: l-awtorità pubblika li tibgħat id-data personali; |
|
(d) |
“awtorità destinatarja”: l-awtorità pubblika li tirċievi d-data personali; |
|
(e) |
“ksur tad-data”: ksur tas-sigurtà li jwassal, b’mod aċċidentali jew illegali, għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, l-iżvelar mhux awtorizzat tad-data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b’xi mod ieħor, jew l-aċċess mhux awtorizzat għal din id-data; |
|
(f) |
“trasferiment ulterjuri”: tfisser trasferiment ta’ data personali minn Parti destinatarja lil entità li ma hijiex Parti firmatarja ta’ dan il-Protokoll (“Parti terza”); |
|
(g) |
“awtorità ta’ sorveljanza”: tfisser awtorità pubblika indipendenti responsabbli għas-sorveljanza tal-applikazzjoni tal-punt 1, sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. |
1.2. Kamp ta’ applikazzjoni
Is-suġġetti tad-data ta’ dan il-Protokoll huma b’mod partikolari persuni fiżiċi li huma sidien ta’ bastimenti tal-Unjoni, ir-rappreżentanti tagħhom, il-kaptan u l-ekwipaġġ li jservu abbord bastimenti tal-Unjoni li joperaw skont dan il-Protokoll.
Fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari l-applikazzjonijiet għall-għotjiet, il-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd IUU, id-data li ġejja tista’ tiġi skambjata u pproċessata b’mod ulterjuri:
|
— |
l-identifikazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-bastiment; |
|
— |
l-attivitajiet ta’ bastiment jew relatati miegħu, il-pożizzjoni u l-movimenti tiegħu, l-attività tas-sajd tiegħu jew l-attività tiegħu marbuta mas-sajd, miġbura permezz ta’ kontrolli, spezzjonijiet jew osservaturi; |
|
— |
id-data dwar is-sid(ien) tal-bastiment jew tar-rappreżentant tiegħu/tagħhom, bħall-isem, in-nazzjonalità, id-dettalji ta’ kuntatt professjonali u l-kont bankarju professjonali; |
|
— |
id-data dwar l-aġent lokali, bħall-isem, in-nazzjonalità u d-dettalji ta’ kuntatt professjonali; |
|
— |
id-data dwar il-kaptani u l-membri tal-ekwipaġġ, bħall-isem, in-nazzjonalità, il-pożizzjoni u, fil-każ tal-kaptan, id-dettalji ta’ kuntatt; |
|
— |
id-data dwar is-sajjieda abbord, bħall-isem, id-dettalji ta’ kuntatt, it-taħriġ, iċ-ċertifikat tas-saħħa. |
1.3. Awtoritajiet responsabbli
L-awtorità responsabbli għall-ipproċessar tad-data hija, għall-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea u l-awtorità tal-Istat tal-bandiera u, għall-Kosta tal-Avorju, l-Awtorità Regolatorja għat-Telekomunikazzjoni tal-Kosta tal-Avorju (ARTCI, autorité de régulation des télécommunications de Côte d’Ivoire).
2. Salvagwardji għall-protezzjoni tad-data personali
2.1. Limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data
Id-data personali mitluba u ttrasferita skont dan il-Protokoll għandha tkun adegwata, rilevanti u limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll jiġifieri għall-ipproċessar tal-liċenzji tas-sajd u għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-attivitajiet imwettqa mill-bastimenti tal-Unjoni. Il-Partijiet għandhom jiskambjaw data personali skont dan il-Protokoll biss għall-finijiet speċifiċi stabbiliti f’dan il-Protokoll.
Id-data riċevuta ma għandhiex tiġi pproċessata għal finijiet oħra għajr dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu, jew inkella għandha tiġi anonimizzata.
Fuq talba, l-awtorità destinatarja għandha tinforma lill-awtorità trasferenti mingħajr dewmien dwar l-użu tad-data pprovduta.
2.2. Preċiżjoni
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data personali trasferita skont dan il-Protokoll tkun preċiża, attwali u, fejn xieraq, aġġornata regolarment skont l-għarfien tal-awtorità trasferenti kkonċernata. Jekk waħda mill-Partijiet issib li d-data personali trasferita jew riċevuta ma hijiex preċiża, hija għandha tinforma lill-Parti l-oħra mingħajr dewmien u għandha tikkoreġiha u taġġornaha kif meħtieġ.
2.3. Limitazzjoni tal-ħżin
Id-data personali ma għandhiex tinżamm għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-iskop li għalih tkun ġiet skambjata, u għandha tinżamm għal massimu ta’ sena wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll ħlief jekk id-data personali ma tkunx meħtieġa biex tippermetti s-segwitu ta’ reat, spezzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi. F’dak il-każ, id-data tista’ tinżamm sakemm ikun meħtieġ biex il-ksur jew l-ispezzjoni jkunu jistgħu jiġu segwiti jew sakemm il-proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi jkunu ngħalqu b’mod definittiv.
Jekk id-data personali tinħażen għal perjodu itwal, din għandha tiġi anonimizzata.
2.4. Sigurtà u kunfidenzjalità
Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’mod li jiżgura s-sigurtà xierqa tagħha, filwaqt li jitqiesu r-riskji speċifiċi tal-ipproċessar, inkluża l-protezzjoni kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali. L-awtoritajiet inkarigati mill-ipproċessar se jindirizzaw kwalunkwe ksur tad-data u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jindirizzaw kwalunkwe effett negattiv ta’ ksur ta’ data personali u jtaffu l-effetti negattivi possibbli tiegħu. L-awtorità destinatarja għandha tinnotifika tali ksur lill-awtorità trasferenti kkonċernata mingħajr dewmien żejjed u dawn għandhom jagħtu lil xulxin il-kooperazzjoni meħtieġa u f’waqtha sabiex kull waħda minn dawk l-awtoritajiet tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi tagħha li jirriżultaw minn ksur tad-data personali skont il-qafas legali nazzjonali tagħhom.
Il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw il-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiggarantixxu li l-ipproċessar jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.
2.5. Rettifika jew tħassir
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-awtorità trasferenti u l-awtorità destinatarja jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw mingħajr dewmien ir-rettifika jew it-tħassir, kif xieraq, ta’ data personali meta l-ipproċessar ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari minħabba li tali data ma tkunx adegwata, rilevanti, preċiża jew tkun eċċessiva fir-rigward tal-iskop tal-ipproċessar.
Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bi kwalunkwe rettifika jew tħassir.
2.6. Trasparenza
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li s-suġġetti tad-data jiġu infurmati, permezz ta’ notifika individwali u pubblikazzjoni ta’ dan il-Protokoll fuq is-siti web tagħhom, dwar il-kategoriji ta’ data trasferita u pproċessata b’mod ulterjuri, il-mod li bih tiġi pproċessata d-data personali, l-għodda rilevanti użata għat-trasferiment, l-iskop tal-ipproċessar, il-Partijiet terzi jew il-kategoriji ta’ Partijiet terzi li lilhom l-informazzjoni tista’ tiġi ttrasferita b’mod ulterjuri, id-drittijiet individwali u l-mekkaniżmi disponibbli għalihom biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu rimedju, u dettalji dwar fejn jistgħu jibdew tilwim jew iressqu lmenti.
2.7. Trasferiment ulterjuri
L-awtorità destinatarja ma għandhiex tittrasferixxi d-data personali riċevuta skont dan il-Protokoll lil Parti terza stabbilita f’pajjiż li ma huwiex Stat Membru tal-bandiera:
|
— |
ħlief jekk dan ikun iġġustifikat minn objettiv importanti ta’ interess pubbliku, rikonoxxut ukoll fil-qafas legali applikabbli għall-awtorità trasferenti, u |
|
— |
ħlief jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti l-oħra ta’ dan l-Appendiċi (b’mod partikolari fir-rigward tal-limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data); u |
|
— |
ħlief jekk il-pajjiż fejn tinsab il-Parti terza jew fejn tinsab l-organizzazzjoni internazzjonali tbbenefika minn deċiżjoni ta’ adegwatezza adottata mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 45 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (UE) 2016/679 li tkopri t-trasferiment ulterjuri; jew |
|
— |
f’każijiet speċifiċi, jekk tali trasferiment ikun meħtieġ biex l-awtorità trasferenti tissodisfa l-obbligi tagħha lejn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd; jew |
|
— |
b’mod eċċezzjonali u fejn jitqies meħtieġ, jekk il-Parti terza timpenja ruħha li tipproċessa d-data biss għall-iskop(ijiet) speċifiku/speċifiċi li għalih(om) tiġi sussegwentement trasferita u li tħassarha immedjatament ladarba l-ipproċessar ma jibqax meħtieġ għal dak l-għan. |
3. Drittijiet tas-suġġetti tad-data
3.1. Aċċess għad-data personali
Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtorità destinatarja għandha:
|
— |
tikkonferma lis-suġġett tad-data jekk id-data personali dwaru hijiex qed tiġi pproċessata jew le, |
|
— |
tipprovdi informazzjoni dwar l-iskop tal-ipproċessar, il-kategoriji ta’ data personali, il-perjodu ta’ ħżin (jekk possibbli), id-dritt li tintalab rettifika jew it-tħassir, id-dritt li jitressaq ilment, eċċ., |
|
— |
tipprovdi kopja tad-data personali, |
|
— |
tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar il-garanziji applikabbli. |
3.2. Korrezzjoni tad-data personali
Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtorità destinatarja għandha tirrettifika d-data personali tiegħu li ma tkunx kompluta, preċiża jew valida.
3.3. Tħassir tad-data personali
Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtorità destinatarja għandha:
|
— |
tħassar id-data personali dwaru li tkun ġiet ipproċessata b’mod li ma jkunx konformi mas-salvagwardji stabbiliti f’dan il-Protokoll; |
|
— |
tħassar id-data personali li tikkonċernah li ma tkunx għadha meħtieġa għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipproċessata legalment; |
|
— |
twaqqaf l-ipproċessar tad-data personali jekk is-suġġett tad-data joġġezzjona għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi, id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data. |
3.4. Arranġamenti
L-awtorità destinatarja għandha twieġeb fi żmien raġonevoli u xieraq, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar mit-talba, għal talbiet minn suġġett tad-data dwar l-aċċess għad-data personali tiegħu, jew ir-rettifika jew it-tħassir tagħha. L-awtorità destinatarja tista’ tieħu l-miżuri xierqa, bħall-impożizzjoni ta’ tariffi raġonevoli biex tkopri l-kostijiet amministrattivi jew ir-rifjut li tiġi ssodisfata talba li tkun manifestament bla bażi jew eċċessiva.
Jekk it-talba ta’ suġġett tad-data tiġi rrifjutata, l-awtorità destinatarja għandha tinforma lis-suġġett tad-data bir-raġunijiet għal dan ir-rifjut.
3.5. Limitazzjoni
Id-drittijiet previsti fil-punt 3 jistgħu jiġu limitati jekk tali restrizzjoni tkun prevista fil-liġi u tkun meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni, għas-sejbien u għall-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.
Dawk id-drittijiet jistgħu jiġu ristretti wkoll sabiex tiġi ssalvagwardjata funzjoni ta’ sorveljanza, spezzjoni jew regolazzjoni marbuta, anki jekk okkażjonalment, mal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika.
Jistgħu jkunu ristretti wkoll, taħt l-istess kundizzjonijiet, għall-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.
4. Rimedju u sorveljanza indipendenti
4.1. Sorveljanza indipendenti
Il-konformità tal-ipproċessar tad-data personali ma’ dan il-Protokoll għandha tkun soġġetta għal sorveljanza indipendenti minn korp estern jew intern li jeżerċita sorveljanza indipendenti u li jkollu setgħat ta’ investigazzjoni u ta’ rimedju.
4.2. Awtoritajiet ta’ sorveljanza
Għall-Unjoni, il-kontroll independenti għandu jiġi eżerċitat mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD), meta l-ipproċessar jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll tal-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri tal-Unjoni fejn l-ipproċessar jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Istat tal-bandiera.
Għall-Kosta tal-Avorju, l-ARTCI hija kompetenti.
Skont il-każ, il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu se jittrattaw b’mod effettiv u f’waqtu l-ilmenti mis-suġġetti tad-data dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont dan il-Protokoll.
4.3. Dritt għal rimedju
Kull Parti għandha tiżgura li, skont l-ordni ġuridiku tagħha, suġġett tad-data li jqis li, skont il-każ, il-Kummissjoni Ewropea jew awtorità msemmija fil-punt 4.2 tkun naqset milli tikkonforma mas-salvagwardji stabbiliti fl-Artikolu 15 ta’ dan il-Protokoll u f’dan l-Appendiċi, jew li jqis li d-data personali tiegħu tkun soġġetta għal ksur, jista’ jfittex rimedju kontra dik l-awtorità sa fejn ikun permess mid-dispożizzjonijiet legali applikabbli quddiem qorti jew korp ekwivalenti.
B’mod partikolari, kwalunkwe lment kontra waħda mill-awtoritajiet jista’ jiġi indirizzat lill-KEPD, fil-każ tal-Kummissjoni Ewropea, u lill-ARTCI, fil-każ tal-Kosta tal-Avorju. Barra minn hekk, ċerti lmenti kontra waħda mill-awtoritajiet jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-każ tal-Kummissjoni Ewropea, u quddiem il-qrati reġjonali tal-Kosta tal-Avorju, fil-każ tal-Kosta tal-Avorju.
Fil-każ ta’ tilwima jew ilment imressaq minn suġġett tad-data b’rabta mal-ipproċessar tad-data personali tiegħu kontra l-awtorità trasferenti, l-awtorità destinatarja jew iż-żewġ awtoritajiet, l-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lil xulxin b’dan u jagħmlu kull sforz biex isolvu t-tilwima jew l-ilment b’mod amikevoli mill-aktar fis possibbli.
4.4. Informazzjoni tal-Partijiet
Il-Partijiet għandhom iżommu lil xulxin infurmati dwar kwalunkwe lment li jirċievu dwar l-ipproċessar tad-data personali skont dan il-Protokoll u dwar ir-riżoluzzjoni tagħhom.
5. Reviżjoni
Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin bi kwalunkwe tibdil fil-leġiżlazzjoni tagħhom li jkollu effett fuq l-ipproċessar tad-data personali. Kull Parti għandha twettaq eżamijiet perjodiċi tal-politiki u l-proċeduri tagħha stess li jimplimentaw l-Artikolu 15 ta’ dan il-Protokoll u dan l-Appendiċi u l-effettività tagħhom u, fuq talba raġonevoli ta’ Parti, il-Parti l-oħra għandha teżamina l-politiki u l-proċeduri tagħha dwar l-ipproċessar tad-data personali sabiex tivverifika u tikkonferma li s-salvagwardji previsti fl-Artikolu 15 ta’ dan il-Protokoll u f’dan l-Appendiċi huma implimentati b’mod effettiv. Ir-riżultati tal-eżami għandhom jiġu kkomunikati lill-Parti li tagħmel it-talba.
Jekk ikun meħtieġ, huma għandhom jaqblu fil-Kumitat Konġunt dwar il-bidliet meħtieġa għal dan l-Appendiċi.
6. Sospensjoni tat-trasferiment
Meta l-Partijiet ma jkunux jistgħu jsolvu b’mod amikevoli tilwim dwar l-ipproċessar ta’ data personali f’konformità ma’ dan l-Appendiċi, il-Parti trasferenti tista’ tissospendi jew ittemm it-trasferiment tad-data personali sakemm tqis li l-kwistjoni tkun ġiet ittrattata b’mod sodisfaċenti mill-Parti destinatarja. Id-data personali diġà trasferita għandha tkompli tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan l-Appendiċi.
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU UE L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2025/1195/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)