|
15.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/68 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/1199 MEĦUDA BI FTEHIM KOMUNI BEJN IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tat-13 ta' Ġunju 2019
dwar il-post tas-sede tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 341 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol. |
|
(2) |
Jenħtieġ li jiġi determinat il-post tas-sede tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għandu jkollha s-sede tagħha fi Bratislava.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta' Ġunju 2019.
Il-President
M.C. BUDĂI
(1) Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21).