Official Journal L 084 , 28/03/1974 P. 0025 - 0032
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0242
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0209
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0242
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0198
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 3 P. 0198
Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ċerti partijiet u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (74/151/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropej [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi l-ħtiġiet tekniċi li magħhom it-tratturi għandhom ikunu konformi permezz tal-liġijiet nazzjonali jirrigwardjaw, inter alia, il-piż mgħobbi massimu permissibbli, l-lokazzjoni u twaħħil tal-pjanċi ta’ wara tar-reġistrazzjoni, it-tankijiet tal-karburanti, il-piżijiet tas-saborra, l-apparat ta’ twissija li jinstema’ u l-livell tal-ħoss permissibbli u sistemi ta’ l-exhaust (silencer); Billi dawn il-ħtiġiet jiddifferixxu minn Stat Membru għall-ieħor, billi għaldaqstant huwa neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, partikolarment, jippermettu l-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal- Kunsill tal-4 ta’ Marzu 1974 [3] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi agrikoli bir-roti jew ta’ tratturi tal-foresterija sabiex ikunu applikati fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA Artikolu 1 1. "Trattur Agrikolu jew tal-foresterija" ifisser kull vettura bil-mutur, mgħammra bir-roti jew bil-ktajjen ċatti u li jkollha mill-anqas żewġ fusien, li l-funzjoni ewlenija tiegħu tkun fil-qawwa tal-ġbid u li hu ddisinjat b’mod speċjali sabiex jiġbed, jimbotta, iġorr jew iħaddem ċerti għodod, makkinarju jew karrijiet intiżi għall-użu ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija. Jista’ jkun mgħammra biex iġġorr tagħbija jew passiġġieri. 2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għat-tratturi definiti fil-paragrafu preċedenti li huma mgħammra b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom żewġ fusien u veloċità ddisinjata massima ta’ bejn 6 u 25 km fis-siegħa. Artikolu 2 L-ebda Stat Membru ma jista’ jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ trattur fuq il-bażi ta’: - il-piż mgħobbi massimu permissibbli - il-lokazzjoni u t-twaħħil tal-pjanċi ta’ wara tar-reġistrazzjoni, - it-tankijiet tal-karburanti, - il-piżijiet tas-saborra - l-apparat ta’ twissija li jinstema’, - il-livell ta’ ħoss permissibbli u s-sistema ta’ l-exhaust (silencer), jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi relevanti. Artikolu 3 L-ebda Stat Membru ma jista’ jiċħad li jirreġistra jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ tratturi fuq il-bażi li għandhom x’jaqsmu ma’ partijiet u l-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 2 jekk dawn ikunu jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi relevanti. Artikolu 4 L-emendi meħtieġa għall-adattazzjoni għall-progress tekniku il-ħtiġiet ta’ l-Annessi, apparti minn dawk stabbiliti fil-punti 1.1 u 1.4.1.2 ta’ l-Anness VI, għandhom ikun adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti agrikoli u tratturi tal-foresterija. Artikolu 5 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. 2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jkunu kkomunikati lill-Kummissjoni. Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Marzu 1974. Għall-Kunsill Il-President W. Scheel [1] ĠU Ċ 28, 17.2.1967, p. 462/67. [2] ĠU Ċ 42, 7.3.1967, p. 620/67. [3] Ara p. 10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. -------------------------------------------------- ANNESS I PIŻ MGĦOBBI MASSIMU PERMISSIBBLI 1. Il-piż mgħobbi teknikament permissibbli kif mistqarr mill-manifattur għandu jkun aċċettat mill-amministrazzjoni kompetenti bħala l-piż mgħobbi massimu permissibbli basta li: 1.1. ir-riżultati ta’ kwalunkwe test li tagħmel l-amministrazzjoni, partikolarment dawk li jirrigwardjaw l-ibbrejkjar u l-istering, ikunu sodisfaċenti. 1.2. il-piż massimu mgħobbi permissibbli ma jeċċedix il-14-il tunellata metrika u l-piż massimu permissibbli għal kull fus ma jeċċedix l-10 tunellata metrika. 2. Ikun xi jkun l-istat ta’ tagħbija tat-trattur, il-piż trażmess lejn it-triq permezz tar-roti fuq il-fus ta’ quddiem m’għandux ikunu anqas minn 20 % tal-piż mhux mgħobbi ta’ dak it-trattur. -------------------------------------------------- ANNESS II 1. GĦAMLA U QISIEN TAL-ISPAZJU GĦALL-MUNTAĠĠ TAL-PJANĊI TA’ WARA TAR-REĠISTRAZZJONI L-ispazju għall-muntaġġ għandu jinkludi wiċċ lixx jew virtwalment rettangulari lixx bil-qisien minimi li ġejjin: - tul 240 mm; - għoli 165 mm. 2. LOKAZZJONI TAL-ISPAZJU GĦALL-MUNTAĠĠ U T-TWAĦĦIL TAL-PJANĊI L-ispazju għall-muntaġġ għandu jkun tali, li wara twaħħil korrett, il-pjanċi għandhom ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin: 2.1. Pożizzjoni tal-pjanċa b’relazzjoni mal-wisa’ tal-vettura Il-punt ċentrali tal-pjanċa ma jistax ikun imqiegħed lejn il-lemin tal-wita ta’ simetrija tat-trattur fl-Istati Membri fejn it-traffiku jsuq fuq il-lemin, jew fuq ix-xellug ta’ dik il-wita fejn it-traffiku jsuq fuq ix-xellug. Fl-Istati Membri fejn it-traffiku jsuq fuq il-lemin, ix-xifer tan-naħa tax-xellug tal-pjanċa ma jistax jitqiegħed fuq ix-xellug tal-wita vertikali li hu parallel mal-wita ta’ simetrija tat-trattur u li jmiss ix-xifer estrem tat-tarf ta’ barra tal-vettura. Fl-Istati Membri fejn it-traffiku jsuq fuq ix-xellug, ix-xifer fuq in-naħa tal-lemin tal-pjanċa ma jistax jitqiegħed fuq il-lemin tal-wita vertikali li hu parallel mal-wita ta’ simetrija tat-trattur u li jmiss ix-xifer estrem tat-tarf ta’ barra tal-vettura. 2.2. Il-pożizzjoni tal-pjanċa b’relazzjoni mal-wita’ lonġitudinali tas-simetrija tat-trattur Il-pjanċa għandha tkun perpendikulari jew prattikament perpendikulari mal-pjan tas-simetrija tat-trattur. 2.3. Il-pożizzjoni tal-pjanċa b’relazzjoni mal-wita vertikali Il-pjanċa għandha tkun vertikali f’tolleranza ta’ 5º. B’danakollu, meta l-għamla tat-trattur tkun teħtieġ hekk, tista’ tkun inklinata lejn il-vertikali: 2.3.1. f’mhux aktar minn 30º meta l-wiċċ li jkollu n-numru tar-reġistrazzjoni jkun inklinat ‘l fuq, sakemm l-għoli tat-tarf ta’ fuq tal-pjanċa ma jkunx aktar minn 1.20 metri mill-art; 2.3.2. f’mhux aktar minn 15º meta l-wiċċ li jkollu n-numru tar-reġistrazzjoni jkun inklinat ‘l isfel, sakemm l-għoli tat-tarf ta’ fuq tal-pjanċa ma jkunx aktar minn 1.20 metri mill-art; 2.4. L-għoli tal-pjanċa mill-art L-għoli tax-xifer t’isfel nett tal-pjanċa mill-art m’għandux ikun anqas minn 0.30 metru: l-għoli tax-xifer ta’ fuq nett tal-pjanċa mill-art m’għandux ikun aktar minn 1.20 metru: B’danakollu, meta jkun impossibbli fil-prattika sabiex tkun konformi ma din id-dispożizzjoni ta’ l-aħħar, l-għoli jista’ jeċċedi l-1.20 metru, iżda mbagħad għandu jkun kemm hu possibbli qrib dak il-limitu skond kemm il-kartatteristiċi tal-binja tat-trattur tippermetti, u m’għandu fl-ebda każ jeċċedi l-2.5metru. 2.5. Id-determinazzjoni ta’ l-għoli tal-pjanċa mill-art L-għoli mogħti fi 2.3 u 2.4 għandu jitkejjel bit-trattur mingħajr tagħbija. -------------------------------------------------- ANNESS III TANKIJIET GĦALL-KARBURANTI LIKWIDI 1. It-tankijiet tal-karburanti għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jirreżistu għall-korrużżjoni. Għandhom jissodisfaw t-testijiet tat-tnixxija mwettqa mill-manifattur bi pressjoni ugwali għad-doppju tal-pressjoni tax-xogħol iżda f’kull każ mhux anqas minn 1.3 bars. Kull pressjoni fl-eċċess jew kull pressjoni li teċċedi l-pressjoni tax-xogħol għandha tkun awtomatikament kompensata b’apparat adattabbli (ventijiet, valvoli tas-sigurtà, eċċ.). Il-ventijiet għandhom ikunu mfassla b’tali mod li jipprevjenu riskji ta’ ħruq. Il-karburanti m’għandux inixxi mit-tapp tat-tank tal-karburanti jew minn apparat fornut sabiex jikkumpensa għall-pressjoni eċċessiva, anke jekk it-tank jinqaleb kompletament: qatra għandha tkun ittollerata. 2. It-tankijiet tal-karburanti għandhom ikunu installati b’tali mod li jkunu protetti mill-konsegwenzi ta’ l-impatt fuq il-quddiem jew ma’ wara tat-trattur; m’għandux ikun hemm partijiet imqabbża ‘l barra, trufijiet jaqtgħu, eċċ. qrib it-tankijiet. -------------------------------------------------- ANNESS IV PIŻIJIET TAS-SABORRA Jekk, sabiex ikunu sodisfatti d-disposizzjonijet stabbiliti għall-approvazzjoni tat-tip KEE, trattur għandu jkun mgħammar bil piż tas-saborra, dawn il-piżijiet għandhom ikunu pprovduti mill-manifattur, magħmula mill-metal, iddisinjati għat-twaħħil mat-trattur, u jkollhom il-marka tad-ditta li timmanifatturahom u indikazzjoni tal-piż approssimattiv tagħhom f’kilogrammi. -------------------------------------------------- ANNESS V APPARAT TAT-TWISSIJA LI JINSTEMA’ 1. L-apparat tat-twissija għandu jkollu il-marka ta’ l-approvazzjoni ta’ l-KEE preskritta bid-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-apparat tat-twissija li jinstema’ għall-vetturi bil-mutur [1]. 2. Karatteristiċi ta’ l-Apparat tat-Twissija li Jinstema’ meta mwaħħal mat-trattur 2.1. Testijiet akustiċi Meta trattur huwa tat-tip approvat, il-karatteristiċi ta’ l-apparat tat-twissija mwaħħal ma’ dak it-tip ta’ trattur għandhom ikunu ttestjati kif ġej: 2.1.1. Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ta’ l-apparat meta jitwaħħal mat-trattur għandu jitkejjel f’punt li jkun 7 metri quddiem it-trattur, f’sit li huwa miftuħ u kemm hu possibbli wati. Il-magna tat-trattur għandha titwaqaf. Il-vultaġġ effettiv għandu jkun dak stabbilit fil-punt 1.2.1. ta’ l-Anness I tad-Direttiva riferita fi 1 hawn fuq. 2.1.2. Il-qisien għandhom isiru fuq l-Iskala tal-kejl "A" tal-livell ta’ l-istandard l-IEC (Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali) 2.1.3. Il-pressjoni massima tal-ħoss għandha tkun iddeterminata f’għoli ta’ bejn il-0.5 u 1.5 metru ‘l fuq mil-livell ta’ l-art. 2.1.4. L-hekk imsejjaħ massimu m’għandux ikun anqas minn 93 dB (A). [1] ĠU L 176, ta’ l-10.8.1970, p. 12. -------------------------------------------------- ANNESS VI I. LIVELLI PERMISSIBBLI TAL-ĦOSS I.1 Limiti Il-livell tal-ħoss tat-tratturi riferit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva, meta mkejjel taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness, ma jistax jeċċedi l-livelli li ġejjin. 89 dB (A) għal tratturi b’piż mhux mgħobbi li jeċċedi 1.5 tunnella metrika; 85 dB (A) għal tratturi b’piż mhux mgħobbi li ma jeċċedix 1.5 tunnella metrika; I.2. Strumenti tal-kejl Il-ħoss li joħroġ mit-tratturi għandu jitkejjel permezz ta’ arloġġ tal-livell tal-ħoss tat-tip deskritt fil-Pubblikazzjoni 179, l-ewwel Edizzjoni (1965) tal Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali. I.3. Il-kondizzjonijiet tal-kejl Il-qisien għandhom isiru fuq tratturi mhux mgħobbija f’żona suffiċjentement miftuħa u kwieta (ħoss tal-madwar u l-ħoss tar-riħ almenu 10 dB (A) taħt il-ħoss li jkun qiegħed jitkejjel). Din iż-żona tista’ tieħu l-forma, per eżempju, ta’ spazju miftuħ ta’ radda ta’ 50 metru li jkollu l-parti ċentrali tar-radda mill-anqas 20 metru li hu prattikament livell; jista’ jkun miksi bil-konkrit, bl-asfalt, jew b’materjal simili u ma jistax ikun kopert b’borra għamla ta’ trab, ħaxix twil, ħamrija mifruxa jew irmied. Il-wiċċ tal-mogħdija tat-test għandu jkun tali li ma tikkawżax ħoss eċċessiv tat-tyre. Din il-kondizzjoni tapplika biss għall-kejl tal-ħoss magħmul mit-tratturi miexja. Il-qisien għandhom isiru f’temp tajjeb bi ftit riħ. L-ebda persuna apparti milli mill-osservatur li jkun qiegħed jieħu l-qari mill-apparat ma jista’ jibqa’ maġenb it-trattur jew il-mikrofonu, billi l-preżenza ta’ l-ispettaturi ħdejn, jew it-trattur jew il-mikrofonu, jistgħu jaffettwaw konsiderevolment il-qari mill-apparat. It-tlugħ u l-inżul immarkat tal-werrej li jidher li m’għandux x’jaqsam mal-karatteristiċi tal-livell tal-ħoss ġenerali għandu jkun injorat fit-teħid tal-qari. I.4. Metodu tal-kejl I.4.1. Il-kejl tal-ħoss tat-tratturi miexja (għall-approvazzjoni tat-tip). Almenu żewġ qisien għandhom jittieħdu fuq kull naħa tat-trattur. Qisien preliminari jistgħu isiru għall-għanijiet ta’ aġġustament imma għandhom ikunu injorati. Il-mikrofonu għandu jitqiegħed 1.72 metri ‘l fuq mil-livell ta’ l-art f’distanza ta’ 7.5 metru mill-mogħdija tal-linja ċentrali tat-trattur, CC, imkejla matul il-perpendikulari PP’ ma’ dik il-linja (figura 1). Żewġ linji AA’ u BB’, parallelli mal-linja PP’ u mqiegħda rispettivament 10 metri ‘l quddiem u 10 metri lura mill-linja, għandhom ikunu mmarkat fuq it-triq tat-test. It-tratturi għandhom jersqu lejn il-linja AA’ b’veloċità kontinwa, kif speċifikat hawn taħt. L-aċċellerazzjoni għandha tkun miftuħa kompletament malajr kemm hu prattikabbli u miżmuma fil-pożizzjoni miftuħa għal kollox sakemm l-warrani tat-trattur [1] jaqsam il-linja BB’; l-aċċellerazzjoni għandha imbagħad tingħalaq mill-ġdid malajr kemm jista’ jkun. Il-livell massimu tal-ħoss irrekordjat għandu jikkostitwixxi r-riżultat tal-kejl. I.4.1.1. Il-veloċità tat-test għandha tkun tliet-kwarti tal-veloċità massima li tista’ tinkiseb fl-ogħla ingranaġġ użat għaċ-ċaqliq fit-triq. I.4.1.2. L-interpretazzjoni tar-riżultati I.4.1.2.1. Sabiex jitqiesu l-ineżattezzi fl-istrumenti tal-kejl, ir-riżultat miksub minn kull kejl għandu jkun iddeterminat billi tnaqqas 1 dB (A) mill-qari ta’ l-arloġġ. I.4.1.2.2. Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn żewġ qisien konsekuttivi fuq l-istess naħa tat-trattur ma teċċedix 2dB (A). I.4.1.2.3. L-ogħla livell tal-ħoss imkejjel għandu jikkostitwixxi r-riżultati tat-test. Jekk dak ir-riżultat jeċċedi b’1 dB (A) il-livell massimu tal-ħoss permissibbli għall-kategorija tat-trattur ittestjat, żewġ qisien oħra għandhom isiru. Tlieta mill-erba’ qisien miksuba hekk għandhom jaqgħu fil-limiti preskritti. +++++ TIFF +++++ Figura 1 I.4.2. Il-kejl tal-ħoss tat-tratturi wieqfa (mhux meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip). I.4.2.1. Il-pożizzjoni ta’ l-arloġġ tal-livell tal-ħoss Il-kejl għandu jsir fil-punt X (muri fil-figura 2) f’distanza ta’ 7 metri mill-wiċċ l-aktar qrib tat-trattur. Il-mikrofonu għandu jitqiegħed 1.2 metru ‘l fuq mil-livell ta’ l-art. I.4.2.2. In-numru ta’ kejliet Almenu għandhom isiru żewġ kejliet. I.4.2.3. Il-kondizzjonijiet tat-test tat-trattur Il-magna tat-trattur mingħajr ir-regolatur tal-veloċità għandha titħaddem bi tliet-kwarti tal-rpm tal-veloċità, li fih, skond il-manifattur tat-trattur, tiżviluppa l-qawwa massima tagħha. L-rpm tal-veloċità tal-magna għandha titkejjel permezz ta’ strument indipendenti, e.g. roller bed u takometru. Il-magna mgħammra b’regolatur li jipprevjeni lill-magna milli teċċedi l-veloċità li fiha tiżviluppa l-qawwa massima tagħha, għandha titħaddem bil-veloċità massima permessa mir-regolatur. Qabel ma jittieħed xi kejl, il-magna għandha tinġieb għat-temperatura li fiha taħdem normalment. I.4.2.4. L-interpretazzjoni tar-riżultati Il-qari kollha irrekordjati tal-livelli tal-ħoss għandu jingħata fir-rapport. Il-metodu wżat sabiex tkun ikkalkolata l-qawwa tal-magna għandha jintwera wkoll meta jkun possibbli. L-istat tat-tagħbija tat-trattur għandu jingħata wkoll. Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn żewġ qisien konsekuttivi fuq l-istess naħa tat-trattur ma jeċċedix 2dB (A). Il-figura massima rekordjata għandha tikkostitwixxi r-riżultat tal-kejl. +++++ TIFF +++++ Figura 2 II. IS-SISTEMA TA’ L-EXHAUST (SILENCER) II.1. Jekk it-trattur ikun mgħammar b’apparat disinjat sabiex inaqqas l-ħoss ta’ l-exhaust (silencer), il-ħtiġiet ta’ dan id-Dettal II għandu japplika. Jekk id-dħul tal-magna jkun mghammar b’filtru ta’ l-arja li jkun meħtieġ sabiex jassigura konformità mal-livell tal-ħoss permissibbli, il-filtru għandu jitqies bħala parti mis-silencer, u l-ħtiġiet ta’ dan id-Dettal II għandu japplika wkoll għal dak il-filtru. II.2. Disinn tas-sistema ta’ l-exhaust għandha tkun annessa maċ-ċertifikat tat-tip approvat tat-trattur II.3. Is-silencer għandu jkun immarkat b’referenza għall-għamla u t-tip tiegħu li huwa leġibbli b’mod ċar u ma jitħassarx. II.4. L-użu ta’materjal fibruż assorbenti huwa permissibli fil-binja ta’ silencers biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu mwettqa: II.4.1. Il-materjal fibruż assorbenti ma jistax jitqiegħed f’dawk il-partijiet tas-silencer li minnhom jgħaddi l-gass; II.4.2. Apparat adattat għandu jassigura li l-materjal fibruż assorbenti jinżamm f’postu l-ħin kollu li dak is-silencer ikun jintuża; II.4.3. Il-materjal fibruż assorbenti għandu jkun reżistenti għat-temperatura ta’ mill-anqas 20 % ogħla mit-temperatura operattiva (gradi C) li jista’ jkun hemm fir-reġjun tas-silencer ta’ fejn dawk il-materjali fibrużi assorbenti jkunu jinsabu. [1] Jekk it-trattur jinkludi l-karru, dan m’għandux jitqies fid-determinar ta’ meta l-linja BB’ tkun maqsuma. --------------------------------------------------