|
29.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 445/206 |
P9_TA(2020)0380
Emendi tar-Regoli ta' Proċedura sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-Parlament f'ċirkostanzi straordinarji
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar emendi tar-Regoli ta' Proċedura sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-Parlament f'ċirkostanzi straordinarji (2020/2098(REG))
(2021/C 445/25)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 236 u 237 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0194/2020), |
|
1. |
Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt; |
|
2. |
Jenfasizza li l-kriżi sanitarja kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 uriet li r-Regoli ta' Proċedura tiegħu jirrikjedu proċeduri aktar żviluppati sabiex jiżguraw il-funzjonament mingħajr limitu tal-Parlament f'tipi differenti ta' ċirkostanzi straordinarji; |
|
3. |
Jissottolinja l-importanza tal-miżuri temporanji adottati, f'konformità mal-istat tad-dritt, mill-President tiegħu u mill-korpi ta' tmexxija tiegħu fis-sitwazzjoni sanitarja attwali, sabiex jiġu ffaċċjati dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji; jenfasizza li ma kien hemm l-ebda alternattiva għal dawk il-miżuri sabiex tiġi garantita l-kontinwità tal-ħidma tal-Parlament kif rikjest mit-Trattati, u li dawn ippermettew lill-Parlament iwettaq il-funzjonijiet leġiżlattivi, baġitarji u ta' kontroll politiku tiegħu matul il-kriżi f'konformità mal-proċeduri previsti fit-Trattati; |
|
4. |
Jenfasizza li dawk il-miżuri temporanji kienu ġġustifikati bis-sħiħ u li huma żguraw il-validità tal-votazzjonijiet kollha li ttieħdu matul il-perjodu tal-applikazzjoni tagħhom; |
|
5. |
Ifakkar fl-importanza li l-Parlament jiżgura, bl-aħjar mod possibbli, akkomodazzjoni raġonevoli għall-Membri b'diżabilità u l-persunal tagħhom waqt li huwa jkun qed jopera taħt ċirkostanzi straordinarji; |
|
6. |
Iqis li l-emendi li jidhru hawn taħt għandhom jiġu adottati permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika alternattiva skont il-miżuri temporanji attwali adottati mill-President tiegħu u l-korpi ta' tmexxija tiegħu li jippermettulu jiffunzjona matul il-kriżi sanitarja kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19; |
|
7. |
Jiddeċiedi li dawn l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021, iżda li għandhom japplikaw biss mit-18 ta' Jannar 2021, sabiex il-President u l-Konferenza tal-Presidenti jkollhom il-bażi legali għall-adozzjoni u l-approvazzjoni minn qabel ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 237a(2), l-ewwel subparagrafu l-ġdid, sabiex id-dispożizzjonijiet il-ġodda jkunu jistgħu jiġu applikati fis-sħuħija tagħhom mill-ewwel jum tal-applikazzjoni tagħhom, jiġifieri, fil-ftuħ tal-ewwel sessjoni parzjali ordinarja tal-2021; |
|
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali għal skopijiet ta' informazzjoni. |
Emenda 1
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Titolu XIIIa (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
Emenda 2
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 237a (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
Artikolu 237a |
||
|
|
Miżuri straordinarji |
||
|
|
1. Dan l-Artikolu japplika għal sitwazzjonijiet li fihom il-Parlament, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli lil hinn mill-kontroll tiegħu, jiġi mxekkel milli jwettaq id-dmirijiet tiegħu u milli jeżerċita l-prerogattivi tiegħu skont it-Trattati, u tkun meħtieġa deroga temporanja mill-proċeduri tas-soltu tal-Parlament, stabbiliti band'oħra f'dawn ir-Regoli, sabiex jiġu adottati miżuri straordinarji li jippermettu li l-Parlament ikompli jwettaq dawk id-dmirijiet u jeżerċita dawk il-prerogattivi. |
||
|
|
Tali ċirkostanzi straordinarji għandhom jitqiesu li jeżistu meta l-President jasal għall-konklużjoni, abbażi ta' evidenza affidabbli li tkun ikkonfermata, fejn xieraq, mis-servizzi tal-Parlament, li għal raġunijiet ta' sigurtà, jew ta' sikurezza jew b'riżultat tan-nuqqas ta' disponibbiltà ta' mezzi tekniċi, ikun, jew se jkun, impossibbli jew perikoluż li l-Parlament jiltaqa' f'konformità mal-proċeduri tas-soltu tiegħu kif stabbilit band'oħra f'dawn ir-Regoli u mal-kalendarju adottat tiegħu. |
||
|
|
2. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, il-President jista' jiddeċiedi, bl-approvazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, li japplika waħda jew aktar mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 3. |
||
|
|
Jekk ikun impossibbli, minħabba raġunijiet ta' urġenza imperattiva, li l-Konferenza tal-Presidenti titlaqqa' fiżikament jew virtwalment, il-President jista' jiddeċiedi li japplika waħda jew aktar mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 3. Tali deċiżjoni għandha tiskadi ħamest ijiem wara l-adozzjoni tagħha sakemm ma tkunx ġiet approvata mill-Konferenza tal-Presidenti f’dak il-perijodu. |
||
|
|
B'segwitu ta' deċiżjoni tal-President, approvata mill-Konferenza tal-Presidenti, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu minimu medju jistgħu, fi kwalunkwe mument, jitolbu li xi wħud mill-miżuri jew il-miżuri kollha previsti f'dik id-deċiżjoni jiġu ppreżentati individwalment lill-Parlament għall-approvazzjoni mingħajr dibattitu. Il-votazzjoni fil-plenarja għandha titqiegħed fl-aġenda tal-ewwel seduta wara l-jum li fih titressaq it-talba. Ma tista' titressaq l-ebda emenda. Jekk miżura ma tiksibx il-maġġoranza tal-voti mitfugħa, din għandha tiskadi wara l-għeluq tas-sessjoni parzjali. Miżura approvata mill-plenarja ma tistax tkun is-suġġett ta' votazzjoni oħra matul l-istess sessjoni parzjali. |
||
|
|
3. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 tista' tipprovdi għall-miżuri kollha xierqa sabiex jindirizzaw iċ-ċirkostanzi straordinarji msemmija taħt il-paragrafu 1, u b'mod partikolari għall-miżuri li ġejjin: |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
4. Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun limitata fiż-żmien u għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Hija għandha tidħol fis-seħħ mal-pubblikazzjoni tagħha fuq is-sit tal-Parlament jew, jekk iċ-ċirkostanzi ma jippermettux tali pubblikazzjoni, malli ssir disponibbli lill-pubbliku bl-aħjar mezzi alternattivi disponibbli. |
||
|
|
Il-Membri kollha għandhom jiġu infurmati wkoll b'mod individwali bid-deċiżjoni mingħajr dewmien. |
||
|
|
Id-deċiżjoni tista' tiġġedded mill-President f'konformità mal-proċedura skont il-paragrafu 2 darba, jew aktar minn darba, għal żmien limitat. Deċiżjoni favur tiġdid għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. |
||
|
|
Il-President għandu jirrevoka deċiżjoni adottata skont dan l-Artikolu hekk kif iċ-ċirkostanzi straordinarji msemmija fil-paragrafu 1 li kienu wasslu għall-adozzjoni tagħha jkunu għebu. |
||
|
|
5. Dan l-Artikolu għandu jiġi applikat biss bħala l-aħħar għażla, u għandhom jintgħażlu u jiġu applikati biss dawk il-miżuri li jkunu strettament meħtieġa biex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi straordinarji li jkunu qed jiġu kkunsidrati. |
||
|
|
Meta jiġi applikat dan l-Artikolu, għandu jittieħed kont debitu, b'mod partikolari, tal-prinċipju ta’ demokrazija rappreżentattiva, tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-Membri, tad-dritt tal-Membri li jeżerċitaw il-mandat parlamentari tagħhom mingħajr tfixkil, inklużi d-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-Artikolu 167 u d-dritt tagħhom li jivvutaw b'mod liberu, individwalment u personalment, u tal-Protokoll Nru 6 dwar il-lokalità tas-sede tal-istituzzjonijiet u ta’ ċerti korpi, uffiċċji, aġenziji u dipartimenti tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattati. |
Emenda 3
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 237b (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
Artikolu 237b |
|
|
Tfixkil tal-bilanċ politiku fil-Parlament |
|
|
1. Il-President jista', bl-approvazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-Membri jew ta' grupp politiku konċernat jekk, abbażi ta' evidenza affidabbli, il-President jasal għall-konklużjoni li l-bilanċ politiku fil-Parlament ikun serjament kompromess minħabba li għadd sinifikanti ta' Membri jew grupp politiku ma jkunux jistgħu jieħdu sehem fil-proċedimenti tal-Parlament skont il-proċeduri normali tiegħu, kif stabbiliti band'oħra f'dawn ir-Regoli, minħabba raġunijiet ta' sigurtà jew ta' sikurezza, jew b'riżultat tan-nuqqas ta' disponibbiltà ta' mezzi tekniċi. |
|
|
L-għan uniku ta' tali miżuri għandu jkun li jippermetti l-parteċipazzjoni remota tal-Membri kkonċernati bl-applikazzjoni ta' mezzi tekniċi magħżula skont l-Artikolu 237c(1) jew b'mezzi xierqa oħra li jservu l-istess għan. |
|
|
2. Jistgħu jiġu adottati miżuri skont il-paragrafu 1 għall-benefiċċju ta' għadd sinifikanti ta' Membri jekk xi ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux prevedibbli lil hinn mill-kontroll tagħhom li jseħħu f'kuntest reġjonali ma jħalluhomx jipparteċipaw. |
|
|
Il-miżuri skont il-paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati wkoll għall-benefiċċju tal-membri ta' grupp politiku jekk dak il-grupp ikun talabhom meta n-nuqqas ta' parteċipazzjoni ta' dak il-grupp jirriżulta minn ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli lil hinn mill-kontroll ta' dak il-grupp. |
|
|
3. L-Artikolu 237a(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi, u r-regoli u l-prinċipji stipulati fl-Artikolu 237a(4) u (5) għandhom japplikaw skont dan. |
Emenda 4
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 237c (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
Artikolu 237c |
||
|
|
Reġim ta' parteċipazzjoni remota |
||
|
|
1. Jekk il-President jiddeċiedi, f'konformità mal-Artikolu 237a(3), punt (d), li japplika r-reġim ta' parteċipazzjoni remota, il-Parlament jista' jwettaq il-proċeduri tiegħu b'mod remot fost l-oħrajn billi jippermetti li l-Membri kollha jeżerċitaw ċerti drittijiet parlamentari tagħhom b'mezzi elettroniċi. |
||
|
|
Jekk il-President jiddeċiedi f'konformità mal-Artikolu 237b li għandhom jintużaw mezzi tekniċi magħżula skont ir-reġim ta' parteċipazzjoni remota, din ir-Regola għandha tapplika biss sa fejn meħtieġ u biss għall-Membri kkonċernati. |
||
|
|
2. Ir-reġim ta' parteċipazzjoni remota jiżgura li: |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
3. Meta jieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-President għandu jiddetermina jekk dak ir-reġim japplikax għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Membri fil-plenarja biss, jew ukoll għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Membri fil-kumitati u/jew f'korpi oħra tal-Parlament. |
||
|
|
Fid-deċiżjoni tiegħu l-President għandu jiddetermina wkoll kif id-drittijiet u l-prattiki li ma jistgħux jiġu eżerċitati b'mod xieraq mingħajr il-preżenza fiżika tal-Membri jiġu adattati għal kemm idum ir-reġim. |
||
|
|
Dawn id-drittijiet u l-prattiki jikkonċernaw, fost l-oħrajn: |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
4. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli dwar il-kworum u l-votazzjoni fil-Kamra, il-Membri li jkunu qed jipparteċipaw b'mod remot għandhom jitqiesu li jkunu fiżikament preżenti fil-Kamra. |
||
|
|
B'deroga mill-Artikolu 171(11), Membri li ma jkunux tkellmu f'dibattitu jistgħu, darba f'kull seduta, iressqu stqarrija bil-miktub, li għandha tiġi mehmuża mar-rapport verbatim tad-dibattitu. |
||
|
|
Il-President għandu, fejn meħtieġ, jiddetermina l-mod li bih il-Kamra tista' tintuża mill-Membri matul l-applikazzjoni tar-reġim tal-parteċipazzjoni remota, u b'mod partikolari l-għadd massimu ta' Membri li jistgħu jkunu fiżikament preżenti. |
||
|
|
5. Jekk il-President jiddeċiedi skont il-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, li japplika r-reġim ta' parteċipazzjoni remota għall-kumitati jew għal korpi oħra, il-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, għandu japplika, mutatis mutandis. |
||
|
|
6. Il-Bureau għandu jadotta miżuri li jikkonċernaw l-operat u s-sigurtà tal-mezzi elettroniċi użati skont dan l-Artikolu, f'konformità mar-rekwiżiti u l-istandards stabbiliti fil-paragrafu 2. |
Emenda 5
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 237d (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||||
|
|
Artikolu 237d It-twettiq ta' sessjoni parzjali jew seduta fi kmamar separati tal-laqgħat Jekk il-President jiddeċiedi, f'konformità mal-Artikolu 237a(3), punt (c), li jippermetti li ssir sessjoni parzjali jew seduta, kompletament jew parzjalment, f'aktar minn kamra tal-laqgħat waħda, inkluż, fejn xieraq, l-emiċiklu, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
|