Official Journal L 035 , 11/02/1986 P. 0009 - 0009
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0079
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0079
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Jannar 1986 li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni ta' Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Kanada dwar il-koperazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-fużjoni (86/28/Euratom) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Billi l-Kummissjoni wettqet negozjati skond id-Direttivi tal-Kunsill u tipproponi li tapprova l-konklużjoni ta' Memorandum ta' Fehim bejn il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Kanada dwar il-koperazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-fużjoni; Billi għandha tiġi approvata l-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Memorandum ta' Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu waħdieni Hija hawnhekk approvata l-konklużjoni mill-Kummissjoni ta' Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Kanada dwar il-koperazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-fużjoni. It-test tal-Memorandum ta' Fehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Jannar 1986. Għall-Kunsill Il-President G. Braks --------------------------------------------------