|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1418 |
24.5.2024 |
Deċiżjoni Delegata Nru 19/2024 dwar ir-regoli ta’ implimentazzjoni għat-trattament ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET
IL-KUMITAT AMMINISTRATTIV TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 287 tiegħu;
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 41/2021 tal-Qorti tal-Awdituri dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE) (1), minn hawn ’il quddiem id-“Deċiżjoni Nru 41/2021”;
Wara li kkunsidra l-politika dwar is-sigurtà tal-informazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri (attwalment DEC 127/15 FINAL) u l-politika dwar il-klassifikazzjoni tal-informazzjoni (Avviż għall-Persunal Nru 123/20) (2);
Wara li kkunsidra d-diskussjonijiet tal-Kumitat Amministrattiv fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ Marzu 2024;
Billi d-Deċiżjoni Nru 41/2021 tapplika għad-dipartimenti u l-binjiet kollha tal-Qorti tal-Awdituri;
Billi l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni Nru 41/2021 jipprevedi li jsiru arranġamenti biex il-membri tal-persunal tal-Qorti tal-Awdituri li jkollhom bżonn aċċess għal livelli ogħla ta’ IKUE ikunu jistgħu jagħmlu dan f’bini xieraq ta’ istituzzjonijiet, korpi jew aġenziji oħra tal-UE;
Billi l-Artikoli 1(3) u 5(6) tad-Deċiżjoni Nru 41/2021 jipprevedu li l-Qorti tal-Awdituri tista’ tikkonkludi ftehim dwar il-livell ta’ servizz ma’ istituzzjoni oħra tal-UE fil-Lussemburgu sabiex tkun tista’ tittratta u taħżen informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla f’Żona ta’ Sigurtà ta’ dik l-istituzzjoni, u ġie ffirmat Memorandum ta’ Qbil mad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà tal-Kummissjoni fil-25 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu taż-żona ta’ sigurtà tad-direttorat tas-sigurtà fil-Lussemburgu;
Billi l-miżuri ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE) matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħha jridu jkunu partikolarment proporzjonati mal-klassifikazzjoni tas-sigurtà tagħha;
Billi l-miżuri ta’ sigurtà għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-informazzjoni kkomunikati lill-Qorti tal-Awdituri jridu jkunu xierqa għan-natura u t-tip ta’ informazzjoni kkonċernata;
Billi l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni Nru 41/2021 jirrikjedi li l-IKUE tkun protetta b’miżuri ta’ sigurtà fiżika, u informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandha addizzjonalment tkun protetta b’miżuri ta’ sigurtà tal-persunal.
Billi l-Artikolu 10(10) tad-Deċiżjoni Nru 41/2021 jipprevedi li l-Kumitat Amministrattiv għandu jadotta deċiżjoni delegata li tistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni; skont l-Artikoli 8(1) u 10(1) tad-Deċiżjoni Nru 41/2021, dawn għandhom jikkonċernaw kwistjonijiet bħat-trattament u l-ħżin tal-IKUE kif ukoll il-ksur ta’ sigurtà;
Billi l-Qorti tal-Awdituri żgurat, permezz tad-Deċiżjoni Nru 41/2021, li l-miżuri ta’ sigurtà tagħha biex jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni għal IKUE huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti mir-regoli dwar il-protezzjoni ta’ IKUE adottati mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-UE;
Billi ftehim amministrattiv ħafif bejn il-Qorti tal-Awdituri u l-Kummissjoni, il-Kunsill u s-SEAE daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Jannar 2023;
IDDEĊIEDA:
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tistipula l-kundizzjonijiet għat-trattament tal-informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE) ta’ livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL (3) u SECRET UE/EU SECRET (4) f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 41/2021 tal-Qorti tal-Awdituri.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għad-dipartimenti kollha u għall-bini kollu tal-Qorti tal-Awdituri. Hija tapplika wkoll għall-Awli u l-Kumitati tagħha, li huma inklużi fit-terminu “dipartimenti” għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Kriterji għall-aċċess għal informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET
1. L-aċċess għal informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET jista’ jingħata wara li:
|
(a) |
tkun ġiet iddeterminata l-ħtieġa li individwu jingħata aċċess għal ċerta informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET sabiex ikun jista’ jwettaq funzjoni jew kompitu professjonali għall-Qorti tal-Awdituri; |
|
(b) |
l-individwu jkun ingħata l-informazzjoni dwar ir-regoli u dwar l-istandards u l-linji gwida rilevanti fir-rigward tal-protezzjoni ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET; |
|
(c) |
l-individwu jkun irrikonoxxa, bil-miktub, ir-responsabbiltajiet tiegħu f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-informazzjoni kkonċernata; u |
|
(d) |
l-individwu jkun kiseb approvazzjoni tas-sigurtà u jkun ingħata awtorizzazzjoni għall-aċċess mid-Direttur tar-Riżorsi Umani, il-Finanzi u s-Servizzi Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri sal-livell rilevanti u sa data speċifikata, f’konformità mal-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni Nru 41/2021. |
2. It-trainees tal-Qorti tal-Awdituri ma għandhomx jingħataw kompiti li jirrikjedu aċċess għal informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET.
3. L-aċċess ma għandux jingħata jew għandu jiġi permess lil kategoriji oħra tal-persunal skont it-tabella li tinsab fl-Anness.
KAPITOLU 2
ĦOLQIEN TA’ INFORMAZZJONI CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL SECRET UE/EU SECRET
Artikolu 3
Oriġinatur
Filwaqt li, fis-sens tal-Artikolu 2(m) tad-Deċiżjoni Nru 41/2021, l-oriġinatur huwa l-istituzzjoni, l-aġenzija jew il-korp tal-UE, l-Istat Membru, l-istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li taħt l-awtorità tagħha tkun inħolqot u/jew ġiet introdotta informazzjoni klassifikata fl-istrutturi tal-Unjoni, min jabbozza l-informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET mhux neċessarjament ikun l-istess wieħed jew waħda.
Artikolu 4
Oriġinatur
1. Dokument għandu jiġi kklassifikat bħala mill-inqas CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jekk l-iżvelar mhux awtorizzat tiegħu jista’, fost l-oħrajn:
|
(a) |
jagħmel ħsara materjali lir-relazzjonijiet diplomatiċi, jiġifieri jikkawża protesta formali jew sanzjonijiet oħra; |
|
(b) |
jippreġudika s-sigurtà jew il-libertà individwali; |
|
(c) |
jikkawża ħsara lill-effettività operazzjonali jew lis-sigurtà tal-persunal skjerat tal-Istati Membri jew ta’ kontributuri oħra, jew lill-effettività ta’ operazzjonijiet ta’ sigurtà jew intelligence siewja; |
|
(d) |
jimmina sostanzjalment il-vijabbiltà finanzjarja ta’ organizzazzjonijiet ewlenin; |
|
(e) |
jimpedixxi l-investigazzjoni jew jiffaċilita reat serju; |
|
(f) |
jaħdem sostanzjalment kontra l-interessi finanzjarji, monetarji, ekonomiċi u kummerċjali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri; |
|
(g) |
jimpedixxi serjament l-iżvilupp jew l-operat tal-politiki ewlenin tal-Unjoni; |
|
(h) |
iwaqqaf jew b’xi mod ieħor ifixkel sostanzjalment attivitajiet sinifikanti tal-Unjoni; |
|
(i) |
iwassal għas-sejbien ta’ informazzjoni klassifikata f’livell ogħla. |
2. L-informazzjoni għandha tiġi kklassifikata bħala mill-inqas SECRET UE/EU SECRET jekk l-iżvelar mhux awtorizzat tagħha jista’, fost l-oħrajn:
|
(a) |
joħloq tensjoni internazzjonali; |
|
(b) |
jagħmel ħsara sejra lir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali; |
|
(c) |
jhedded il-ħajja direttament jew jippreġudika serjament l-ordni pubbliku jew is-sigurtà jew il-libertà individwali; |
|
(d) |
jikkawża ħsara serja lill-effettività operazzjonali jew lis-sigurtà tal-persunal skjerat tal-Istati Membri jew ta’ kontributuri oħra, jew lill-effettività kontinwa ta’ operazzjonijiet ta’ sigurtà jew intelligence ta’ valur għoli; |
|
(e) |
joħloq ħsara materjali sostanzjali lill-interessi finanzjarji, monetarji, ekonomiċi jew kummerċjali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri; |
|
(f) |
iwassal għas-sejbien ta’ informazzjoni klassifikata f’livell ogħla. |
3. L-oriġinaturi jistgħu jiddeċiedu li jattribwixxu livell standard ta’ klassifikazzjoni għal kategoriji ta’ informazzjoni li joħolqu fuq bażi regolari. Madankollu, huma għandhom jiżguraw li biċċiet ta’ informazzjoni individwali jingħataw il-livell ta’ klassifikazzjoni li jixirqilhom.
Artikolu 5
Ħidma b’abbozzi
1. L-informazzjoni għandha tiġi kklassifikata minnufih malli tiġi prodotta. Noti personali, abbozzi preliminari jew messaġġi li jkun fihom informazzjoni li teħtieġ klassifikazzjoni fil-livell ta’ CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandhom jiġu mmarkati bħala tali mill-bidu nett, u għandhom jiġu prodotti u ttrattati f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni.
2. Jekk id-dokument finali ma jibqax jeħtieġ il-livell ta’ klassifikazzjoni inizjali, dan għandu jkun suġġett għal tnaqqis fil-grad jew jiġi deklassifikat, wara konferma mill-oriġinatur tad-dokument li huwa sikur li jagħmel dan.
Artikolu 6
Rekord tal-materjal sors
Biex l-oriġinatur ikun jista’ jeżerċita l-kontroll skont l-Artikolu 14 hawn taħt, l-oriġinaturi ta’ dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandhom iżommu rekord tas-sorsi klassifikati kollha li jintużaw għall-produzzjoni ta’ dokumenti klassifikati, inklużi d-dettalji tas-sorsi li joriġinaw mill-Istati Membri tal-UE, minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew minn pajjiżi terzi. Meta xieraq, l-informazzjoni klassifikata aggregata għandha tiġi mmarkata b’tali mod li tiġi ppreżervata l-identifikazzjoni tal-oriġinaturi tal-materjal sors klassifikat li jkun intuża.
Artikolu 7
Klassifikazzjoni ta’ partijiet ta’ dokument
1. F’konformità mal-punt 12 tal-politika dwar il-klassifikazzjoni tal-informazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, il-livell ta’ klassifikazzjoni ġenerali ta’ dokument għandu mill-inqas ikun daqs dak tal-komponent tiegħu li jkollu l-ogħla klassifikazzjoni. Meta tinġabar informazzjoni minn diversi sorsi, id-dokument aggregat aħħari għandu jiġi rrieżaminat biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ klassifikazzjoni tas-sigurtà ġenerali tiegħu, peress li jista’ jkun jeħtieġ klassifikazzjoni ogħla minn dik tal-partijiet komponenti tiegħu.
2. Id-dokumenti li jkun fihom partijiet klassifikati jew mhux klassifikati għandhom jiġu strutturati u mmarkati b’mod li l-komponenti b’livelli differenti ta’ klassifikazzjoni u/jew sensittività jkunu jistgħu jiġu identifikati u jitneħħew faċilment jekk ikun meħtieġ. Dan għandu jippermetti li kull parti tiġi ttrattata b’mod xieraq meta titneħħa mill-komponenti l-oħra.
Artikolu 8
Marka sħiħa ta’ klassifikazzjoni
1. L-informazzjoni li teħtieġ klassifikazzjoni għandha tiġi mmarkata u ttrattata bħala tali, tkun xi tkun is-sura fiżika tagħha. Il-livell ta’ klassifikazzjoni għandu jiġi kkomunikat b’mod ċar lir-riċevituri, jew permezz ta’ marka ta’ klassifikazzjoni, jekk l-informazzjoni titwassal bil-miktub (kemm jekk fuq karti, fuq mezz movibbli għall-ħżin tad-data jew f’Sistema ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni (SKI)), jew permezz ta’ tħabbira jekk l-informazzjoni tingħata bil-fomm (eż. konverżazzjoni jew preżentazzjoni). Il-materjal klassifikat għandu jiġi mmarkat fiżikament biex il-klassifikazzjoni tas-sigurtà tiegħu tkun tista’ tiġi identifikata faċilment.
2. Fid-dokumenti, il-marka sħiħa ta’ klassifikazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandha tinkiteb b’ittri kapitali, bil-Franċiż u bl-Ingliż (l-ewwel bil-Franċiż), f’konformità mal-paragrafu 3. Il-marka ma għandhiex tiġi tradotta f’lingwi oħra.
3. Il-marka ta’ klassifikazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandha titqiegħed kif ġej:
|
(a) |
fiċ-ċentru fuq in-naħa ta’ fuq u ta’ isfel f’kull paġna tad-dokument; |
|
(b) |
il-marka ta’ klassifikazzjoni kompleta fuq linja waħda, bl-ebda spazju fuq kull naħa tal-iżbarra mmejla ’l quddiem; |
|
(c) |
b’ittri kapitali, suwed, tipa Times New Roman 16 (meta possibbli, iżda mill-inqas 14), grassa, u mdawra b’burdura fuq in-naħat kollha. |
4. Meta jinħoloq dokument CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET:
|
(a) |
kull paġna għandha tkun immarkata b’mod ċar bil-livell ta’ klassifikazzjoni; |
|
(b) |
kull paġna għandha tingħata numru; |
|
(c) |
id-dokument għandu jkollu numru ta’ referenza, numru ta’ reġistrazzjoni u suġġett, li fih innifsu ma għandux jitqies bħala informazzjoni klassifikata sakemm ma jkunx immarkat bħala tali; |
|
(d) |
l-annessi u d-dokumenti mehmuża kollha għandhom jiġu elenkati kull fejn possibbli fuq l-ewwel paġna; u |
|
(e) |
id-data ta’ meta jkun inħoloq id-dokument għandha tiġi indikata fid-dokument. |
5. Fejn possibbli, il-marka SECRET UE/EU SECRET għandha tidher bl-aħmar.
Artikolu 9
Marki ta’ klassifikazzjoni mqassra C-UE/EU-C u S-EU/EU-S
It-taqsiriet C-UE/EU-C u S-UE/EU-S jistgħu jintużaw biex jindikaw il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ partijiet individwali ta’, rispettivament, dokument CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, jew fejn ma tkunx tista’ titqiegħed il-marka sħiħa ta’ klassifikazzjoni, pereżempju fuq mezz movibbli żgħir għall-ħżin tad-data. Jistgħu jintużaw fil-korp tat-test fejn l-użu imtenni tal-marki sħaħ ta’ klassifikazzjoni jkun diffiċli. It-taqsira ma għandhiex tintuża minflok il-marki sħaħ ta’ klassifikazzjoni fil-header u l-footer tad-dokument.
Artikolu 10
Diżinjaturi ta’ sigurtà oħrajn
1. Id-dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET jista’ jkollhom marki oħrajn jew “diżinjaturi tas-sigurtà”, li jispeċifikaw, pereżempju, il-qasam li miegħu jkun relatat id-dokument, jew li jindikaw distribuzzjoni partikolari fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif. Pereżempju:
|
RILAXXABBLI LIL-LIECHTENSTEIN |
2. Dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET jista’ jkollhom twissija dwar is-sigurtà bi struzzjonijiet speċifiċi għat-trattament u l-ġestjoni tad-dokumenti.
Kull fejn possibbli, kwalunkwe indikazzjoni għad-deklassifikazzjoni għandha tkun inkluża fuq l-ewwel paġna tad-dokument meta jinħoloq. Pereżempju, tista’ tintuża l-marka li ġejja:
|
SECRET UE/EU SECRET sa [jj.xx.ssss] u RESTREINT UE/EU RESTRICTED wara |
Artikolu 11
Ipproċessar elettroniku
1. Dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandhom jinħolqu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi, meta dawn ikunu disponibbli.
2. Meta joħloq informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, il-persunal tal-Qorti tal-Awdituri għandu juża SKI akkreditata mill-inqas għal-livell ta’ klassifikazzjoni korrispondenti. F’każ ta’ dubju, jenħtieġ li jintalab parir mingħand l-Uffiċjal għas-Sigurtà tal-Informazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri (minn hawn ’il quddiem “ISO”).
3. Id-dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET, fosthom l-abbozzi (ara l-Artikolu 5), ma jridux jintbagħtu permezz ta’ posta elettronika, jiġu stampati jew skennjati fuq stampaturi jew skanners standard, jew ittrattati fuq l-apparati personali tal-membri tal-persunal. Jistgħu jintużaw biss stampaturi jew kopjaturi konnessi ma’ kompjuters awtonomi protetti minn emissjonijiet elettromanjetiċi, jew ma’ sistema akkreditata, biex jiġu stampati dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET.
Artikolu 12
Reġistrazzjoni għal finijiet ta’ sigurtà
1. Informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandha tiġi rreġistrata għal finijiet ta’ sigurtà qabel id-distribuzzjoni u malli tasal. Hija għandha tiġi rreġistrata:
|
— |
meta tasal fiż-Żona ta’ Sigurtà tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu jew toħroġ minnha, li għall-użu tagħha l-Qorti tal-Awdituri tkun ikkonkludiet Memorandum ta’ Qbil; u |
|
— |
meta tasal f’SKI jew toħroġ minnha. |
2. L-informazzjoni tista’ tiġi rreġistrata bil-miktub jew inkella f’reġistri elettroniċi.
3. Jekk l-informazzjoni tiġi ttrattata b’mod elettroniku f’SKI, ir-reġistrazzjoni tista’ tkun koperta wkoll minn proċessi fis-SKI nfisha. F’dan il-każ, is-SKI trid tinkludi miżuri li jiggarantixxu l-integrità tar-rekords.
4. L-Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru għandu jżomm reġistru b’mill-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull dokument:
|
(a) |
id-data li fiha ġie rreġistrat id-dokument klassifikat finali; |
|
(b) |
il-livell ta’ klassifikazzjoni; |
|
(c) |
meta applikabbli, id-data tal-iskadenza tal-livell ta’ klassifikazzjoni; |
|
(d) |
isem id-dipartiment minn fejn tkun oriġinat l-informazzjoni; |
|
(e) |
ir-riċevitur jew ir-riċevituri; |
|
(f) |
is-suġġett; |
|
(g) |
in-numru ta’ referenza tad-dipartiment minn fejn tkun oriġinat l-informazzjoni mogħti lid-dokument; |
|
(h) |
in-numru ta’ reġistrazzjoni; |
|
(i) |
l-għadd ta’ kopji li ġew iċċirkolati; |
|
(j) |
fejn possibbli, ir-reġistru tas-sorsi użati biex jinħoloq id-dokument; |
|
(k) |
id-data tat-tnaqqis fil-grad jew tad-deklassifikazzjoni tad-dokument; u |
|
(l) |
dettalji dwar il-qerda (post, data, metodu, superviżjoni, ċertifikat tal-qerda). |
Artikolu 13
Distribuzzjoni
L-ispeditur ta’ dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandu jiddeċiedi lil min jiddistribwixxi l-informazzjoni, fuq il-bażi tal-ħtieġa ta’ tagħrif tagħhom. Għandha titfassal lista ta’ distribuzzjoni biex jiġi żgurat li l-prinċipju tal-ħtieġa ta’ tagħrif jiġi infurzat b’mod korrett.
KAPITOLU 3
ĦIDMA B’INFORMAZZJONI CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIALU SECRET UE/EU SECRET LI TKUN DIĠÀ TEŻISTI
Artikolu 14
Kontroll tal-oriġinatur
1. L-oriġinatur għandu jkollu “kontroll tal-oriġinatur” fuq informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET li jkun ħoloq. Il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur għandu jinkiseb qabel ma l-informazzjoni tkun tista’ tiġi:
|
(a) |
deklassifikata jew suġġetta għal tnaqqis fil-grad; |
|
(b) |
użata għal finijiet oħrajn għajr għal dawk stabbiliti mill-oriġinatur; |
|
(c) |
rilaxxata lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali; jew |
|
(d) |
żvelata lil parti barra mill-Qorti tal-Awdituri, iżda fl-UE. |
2. Id-detenturi ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET huma individwi debitament awtorizzati li jkunu ngħataw aċċess għall-informazzjoni klassifikata sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom. Huma responsabbli għat-trattament, il-ħżin u l-protezzjoni korretti ta’ tali informazzjoni, skont id-Deċiżjoni Nru 41/2021. Bil-kontra tal-oriġinaturi ta’ informazzjoni klassifikata, id-detenturi mhumiex awtorizzati jiddeċiedu dwar it-tnaqqis fil-grad, id-deklassifikazzjoni jew ir-rilaxx suċċessiv ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET.
3. Jekk l-oriġinatur ta’ biċċa informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET ma jkunx jista’ jiġi identifikat, id-dipartiment tal-Qorti tal-Awdituri li jkollu l-informazzjoni klassifikata għandu jeżerċita l-kontroll tal-oriġinatur. Jekk id-detentur iqis li jeħtieġ li tiġi rilaxxata informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, il-Qorti tal-Awdituri għandha tfittex parir minn waħda mill-partijiet għal Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni ma’ dak l-istess pajjiż terz jew ma’ dik l-istess organizzazzjoni internazzjonali (5).
Artikolu 15
SKI xierqa għat-trattament ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EUCONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET
Informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandha tiġi ttrattata u trażmessa elettronikament jekk possibbli. F’konformità mal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 41/2021, għal dan l-iskop għandhom jintużaw biss SKI u tagħmir li jkunu ġew akkreditati minn istituzzjoni, aġenzija jew korp ieħor tal-UE jew mill-Qorti tal-Awdituri.
Artikolu 16
Miżuri speċifiċi għal informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL uSECRET UE/EU SECRET fuq mezz movibbli għall-ħżin tad-data
1. L-użu ta’ mezzi movibbli għall-ħżin tad-data, bħal USB sticks, CDs, DVDs jew memory cards (inklużi l-SSDs (6)), għandu jiġi kkontrollat u jittieħed kont tiegħu b’mod strett. Jistgħu jintużaw biss mezzi movibbli għall-ħżin tad-data li jkunu ġew ipprovduti mill-Qorti tal-Awdituri jew minn istituzzjoni, korp jew aġenzija oħra tal-UE u ġew approvati mill-ISO, u li jkunu kriptati minn prodott approvat mill-ISO. Il-mezzi movibbli għall-ħżin tad-data li jkunu personali u dawk li jkunu tqassmu b’xejn waqt konferenzi, seminars, eċċ. ma jridux jintużaw għat-trasferiment ta’ informazzjoni klassifikata. F’konformità mal-gwida ISO, fejn possibbli, jenħtieġ li jintużaw mezzi movibbli għall-ħżin tad-data li jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tat-Tempest.
2. Meta dokument klassifikat jiġi ttrattat jew jinħażen elettronikament fuq mezz movibbli għall-ħżin tad-data, il-marka ta’ klassifikazzjoni għandha tintwera b’mod ċar bħala parti mill-informazzjoni nfisha, kif ukoll fl-isem tal-fajl u fuq il-mezz movibbli għall-ħżin tad-data.
3. Il-persunal għandu jżomm f’moħħu li, meta ammonti kbar ta’ informazzjoni klassifikata jinħażnu fuq mezz movibbli għall-ħżin tad-data, l-apparati jaf ikunu jeħtieġu livell ogħla ta’ klassifikazzjoni.
4. Tista’ tintuża biss SKI li tkun akkreditata kif xieraq għat-trasferiment ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET lejn jew minn mezzi movibbli għall-ħżin tad-data.
5. Qabel ma titniżżel tali informazzjoni fuq mezz movibbli għall-ħżin tad-data, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-mezz ma jkunx fih viruses jew malware.
6. Meta applikabbli, il-mezz movibbli għall-ħżin tad-data għandu jiġi ttrattat b’mod konformi ma’ proċedura operattiva ta’ sigurtà relatata mas-sistema ta’ kriptaġġ li tintuża.
7. Id-dokumenti fuq mezz movibbli għall-ħżin tad-data li jew ma jkunux għadhom meħtieġa, jew li jkunu ġew ittrasferiti f’SKI xierqa, għandhom jitneħħew jew jitħassru b’mod sikur bl-użu ta’ prodotti u metodi approvati. Sakemm ma jinżammx f’kaxxaforti adegwata, il-mezz movibbli għall-ħżin tad-data għandu jinqered meta ma jkunx hemm iżjed bżonnu. Kwalunkwe qerda jew tħassir għandhom isiru f’konformità mar-regoli tas-sigurtà tal-Qorti tal-Awdituri. Għandu jinżamm inventarju tal-mezzi movibbli għall-ħżin tad-data, u l-qerda tagħhom għandha tiġi rreġistrata.
Artikolu 17
Trattament u ħżin ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EUSECRET
1. F’konformità mal-Artikolu 5(5) u (6) tad-Deċiżjoni Nru 41/2021, informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandha tiġi ttrattata f’Żona ta’ Sigurtà (7). Tali informazzjoni tista’ tiġi aċċessata wkoll mill-persunal tal-Qorti tal-Awdituri f’Żoni ta’ Sigurtà ta’ istituzzjoni oħra tal-UE.
2. Skont l-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni Nru 41/2021, u jekk ikun miftiehem speċifikament mill-oriġinatur, din l-informazzjoni tista’ eċċezzjonalment tiġi ttrattata fiż-Żona Amministrattiva (8) tal-Qorti tal-Awdituri, dment li l-IKUE tkun protetta mill-aċċess minn persuni mhux awtorizzati.
3. Fi żminijiet ta’ kriżi jew fil-każ ta’ emerġenza, din l-informazzjoni tista’ tiġi ttrattata barra minn Żona ta’ Sigurtà jew Żona Amministrattiva, dment li d-detentur ikun impenja ruħu li japplika miżuri ta’ kumpens li għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
|
— |
dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET ma għandhomx jinqraw f’postijiet pubbliċi. |
|
— |
l-IKUE għandha tinżamm taħt il-kontroll personali tad-detentur f’kull ħin. |
|
— |
fil-każ ta’ dokumenti f’forma stampata, id-detentur ikun innotifika lir-Reġistru għal IKUE, malajr kemm jista’ jkun u skont in-natura tas-sitwazzjoni ta’ kriżi jew ta’ emerġenza, li d-dokumenti klassifikati qed jiġu ttrattati barra minn Żona ta’ Sigurtà jew Żona Amministrattiva. |
|
— |
meta ma jkunux qed jinqraw jew jiġu diskussi, id-dokumenti għandhom jinħażnu f’kaxxaforti adegwata; |
|
— |
il-bibien tal-kamra għandhom jingħalqu waqt li d-dokumenti jkunu qed jinqraw jew jiġu diskussi. |
|
— |
id-dettalji tad-dokument ma jistgħux jiġu diskussi fuq linja tat-telefown mhux sigura jew bil-posta elettronika. |
|
— |
id-detentur ma għandux jagħmel fotokopja jew jiskennja d-dokumenti. Ir-Reġistru għal IKUE biss jista’ jipprovdi kopji addizzjonali. |
|
— |
id-dokumenti jistgħu jiġu ttrattati u jinżammu barra minn Żona Amministrattiva jew Żona ta’ Sigurtà sakemm ikun assolutament meħtieġ, u wara dan għandhom jintbagħtu lura lir-Reġistru għal IKUE. |
|
— |
mar-ritorn tad-dokumenti għandha tittieħed firma bħala konferma li waslu. |
|
— |
id-detentur jeħtieġlu la jarmi dokumenti klassifikati u lanqas jeqridhom. |
4. Informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandha tinħażen f’Żona ta’ Sigurtà, jew f’kontenitur ta’ sigurtà jew f’kamra ta’ sigurtà.
5. L-ISO jista’ jagħti aktar pariri f’dan ir-rigward.
6. Kwalunkwe inċident ta’ sigurtà suspettat jew reali li jinvolvi dokument għandu jiġi rrappurtat lill-ISO malajr kemm jista’ jkun.
Artikolu 18
Ikkupjar u traduzzjoni ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIALu SECRET UE/EU SECRET
1. L-informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET tista’ tiġi kkupjata jew tradotta fuq struzzjonijiet mingħand id-detentur, dment li jkun miftiehem speċifikament mill-oriġinatur u li l-oriġinatur ma jkun impona l-ebda twissija. Madankollu, ma għandhomx isiru aktar kopji milli hu strettament meħtieġ. Il-Qorti tal-Awdituri tista’ wkoll titlob lill-oriġinatur biex jipprovdi kopja tradotta għall-Ingliż.
2. Meta parti biss minn dokument klassifikat tiġi riprodotta, għandhom japplikaw l-istess kundizzjonijiet li huma applikabbli għall-kopji tad-dokument kollu. Is-siltiet ukoll għandhom jiġu klassifikati fl-istess livell, sakemm l-oriġinatur ma jkunx immarkahom speċifikament f’livell aktar baxx jew bħala mhux klassifikati.
3. Il-miżuri ta’ sigurtà applikabbli għall-informazzjoni oriġinali għandhom japplikaw ukoll għall-kopji u t-traduzzjonijiet tagħhom.
Artikolu 19
Prinċipji ġenerali għall-ġarr ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EUCONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET
1. Kull fejn possibbli, l-informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET li jkollha tinħareġ minn Żona ta’ Sigurtà jew minn Żona Amministrattiva f’konformità mal-Artikolu 17(2), għandha tintbagħat elettronikament b’mezzi akkreditati xierqa u/jew tiġi protetta minn prodotti kriptografiċi approvati.
2. Skont il-mezzi disponibbli u ċ-ċirkustanzi partikolari, informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET tista’ tinġarr fiżikament bl-idejn f’forma stampata jew fuq mezzi movibbli għall-ħżin tad-data. L-użu ta’ mezzi movibbli għall-ħżin tad-data għat-trasferiment ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandu jiġi ppreferut milli jintbagħtu dokumenti stampati.
3. F’konformità mal-Artikolu 6(8) tad-Deċiżjoni Nru 41/2021, il-mezzi movibbli għall-ħżin tad-data għandhom ikunu kriptati permezz ta’ prodott approvat għall-protezzjoni ta’ IKUE, jew mill-Kunsill, jew mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, fil-funzjoni tiegħu ta’ awtorità tal-approvazzjoni kriptografika, jew minn istituzzjoni, aġenzija u korp ieħor tal-UE. Informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET fuq mezzi movibbli għall-ħżin tad-data li mhumiex protetti minn prodott ta’ kriptaġġ approvat b’dan il-mod għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħall-informazzjoni f’forma stampata.
4. Kunsinni jista’ jkun fihom aktar minn biċċa waħda ta’ IKUE, dment li l-prinċipju tal-ħtieġa ta’ tagħrif jiġi rispettat.
5. L-imballaġġ li jintuża għandu jiżgura li l-kontenut ma jkunx jidher minn barra. L-informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandha tinġarr f’żewġ saffi ta’ imballaġġ opak, bħal envelops, folders opaki, jew briefcase. L-imballaġġ ta’ barra għandu jkun issiġillat u ma jrid jagħti l-ebda indikazzjoni tan-natura jew tal-livell ta’ klassifikazzjoni tal-kontenut. Is-saff ta’ ġewwa tal-imballaġġ għandu jkun immarkat CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET. Iż-żewġ saffi għandu jkollhom l-isem tar-riċevitur intenzjonat, il-kariga u l-indirizz tiegħu, kif ukoll indirizz tar-ritorn fil-każ li l-konsenja ma tkunx tista’ ssir.
6. Il-persunal jew il-kurrieri li jkunu qed iġorru informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandu jkollhom awtorizzazzjoni ta’ sigurtà u għandu jinħarġilhom ċertifikat ta’ kurrier.
7. L-envelops u l-pakketti ma jridux jinfetħu mat-triq. L-awtorizzazzjoni ta’ sigurtà mogħtija lill-kurrier ma tagħtihomx id-dritt li jkollhom aċċess għall-informazzjoni klassifikata fil-kunsinna.
8. Skont l-Artikolu 5(12) tad-Deċiżjoni Nru 41/2021, l-oriġinatur jista’ jimponi wkoll miżuri ta’ sigurtà fiżika addizzjonali biex jipproteġi l-informazzjoni kontra żvelar mhux awtorizzat matul it-trasport.
9. Kwalunkwe inċident ta’ sigurtà suspettat jew reali li jinvolvi informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET li tinġarr minn persunal jew kurrieri għandu jiġi rrappurtat lill-ISO għal investigazzjoni sussegwenti mill-aktar fis possibbli.
Artikolu 20
Ġarr bl-idejn ta’ mezz movibbli għall-ħżin tad-data
1. Mezzi movibbli għall-ħżin tad-data li jintużaw għat-trasport ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandhom ikunu akkumpanjati minn nota ta’ dispaċċ li tagħti d-dettalji tal-mezzi movibbli għall-ħżin tad-data u l-fajls kollha li jkun fihom, biex b’hekk ir-riċevitur ikun jista’ jagħmel il-verifiki meħtieġa u jikkonferma li waslu.
2. L-apparati għandhom jaħżnu biss l-IKUE li tkun qed tiġi ttrasportata. L-informazzjoni klassifikata kollha fuq apparat uniku trid tkun indirizzata lill-istess riċevitur. Jenħtieġ li l-ispedituri jżommu f’moħħhom li meta ammonti kbar ta’ informazzjoni klassifikata jinħażnu fuq l-istess apparat, jaf ikun meħtieġ livell ta’ klassifikazzjoni ogħla għall-apparat kollu.
3. Huma biss il-mezzi movibbli għall-ħżin tad-data bil-marka xierqa ta’ klassifikazzjoni li jistgħu jintużaw għall-ġarr ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET.
4. L-informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET kollha ssejvjata fuq mezzi movibbli għall-ħżin tad-data għandha tiġi rreġistrata għal finijiet ta’ sigurtà.
Artikolu 21
Ġarr ta’ dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET fi ħdan id-dipartimenti u fil-binjiet tal-Qorti tal-Awdituri
1. Il-persunal li jkollu awtorizzazzjoni ta’ sigurtà jista’ jġorr dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET fi ħdan id-dipartimenti u fil-binjiet tal-Qorti tal-Awdituri, iżda d-dokumenti jridu jibqgħu fil-pussess tal-portatur jew ma jridux jinqraw fil-pubbliku.
2. Dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET ma għandhomx jintbagħtu permezz tal-posta interna.
Artikolu 22
Ġarr ta’ dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EUSECRET fl-Unjoni Ewropea
1. Informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET tista’ tinġarr minn persunal jew kurrieri tal-Qorti tal-Awdituri, jew tal-istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-UE minn fejn tkun oriġinat l-informazzjoni, fi kwalunkwe post fl-Unjoni, dment li jikkonformaw mal-istruzzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
għandhom jintużaw envelops doppji jew imballaġġ opaki biex tintbagħat informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET. L-imballaġġ ta’ barra għandu jkun issiġillat u ma għandu jagħti l-ebda indikazzjoni tan-natura jew tal-livell ta’ klassifikazzjoni tal-kontenut tiegħu. |
|
(b) |
l-informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET trid tibqa’ fil-pussess tal-portatur. |
|
(c) |
l-envelop jew l-imballaġġ ma jridux jinfetħu mat-triq u l-informazzjoni ma tridx tinqara fil-pubbliku. |
2. Il-persunal tar-reġistru li jkun jixtieq jibgħat informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL lejn postijiet oħra fl-Unjoni jista’ jagħmel arranġamenti biex din tasal b’wieħed mill-mezzi li ġejjin:
|
(a) |
servizzi postali nazzjonali li jittraċċaw il-kunsinni, jew servizzi ta’ kurrieri kummerċjali li jiggarantixxu l-ġarr personali bl-idejn, dment li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 24 ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(b) |
kurrier militari, governattiv jew diplomatiku, b’kooperazzjoni mal-persunal tal-Uffiċċju tar-Rekords. |
3. Il-persunal li jixtieq jibgħat informazzjoni SECRET UE/EU SECRET lil Stati Membri oħra tal-UE jista’ biss jagħmel arranġamenti mal-Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru biex din tintbagħat minn kurrier militari, governattiv jew diplomatiku, u mhux permezz ta’ servizz postali jew kurrier kummerċjali.
4. Il-persunal kollu tal-Qorti tal-Awdituri jew kurrieri uffiċjali li jkollhom informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandu jkollhom ċertifikat ta’ kurrier għal kull kunsinna. Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ mill-Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru u jiddikjara li l-portatur huwa awtorizzat iġorr il-kunsinna.
Artikolu 23
Ġarr ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET mit-territorju ta’ pajjiż terz jew lejh
1. Informazzjoni klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET tista’ tinġarr bl-idejn mill-persunal tal-Qorti tal-Awdituri, jew tal-istituzzjoni, il-korp jew l-aġenzija tal-UE minn fejn tkun oriġinat l-informazzjoni, bejn it-territorju tal-Unjoni u t-territorju ta’ pajjiż terz.
2. Il-persunal tar-reġistru jista’ jagħmel arranġamenti biex il-ġarr isir minn kurrier militari jew diplomatiku.
3. Matul il-ġarr bl-idejn ta’ dokumenti stampati jew ta’ mezz movibbli għall-ħżin tad-data kklassifikati bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, il-persunal għandu jikkonforma mal-miżuri addizzjonali kollha li ġejjin:
|
— |
meta jkun qed isir vjaġġar bit-trasport pubbliku, l-informazzjoni klassifikata għandha titpoġġa ġo briefcase jew basket li għandu jinżamm fil-kustodja personali tal-portatur. Ma għandhiex titpoġġa fi stiva tal-bagalji. |
|
— |
is-saff ġewwieni tal-imballaġġ għandu jkollu siġill uffiċjali biex jindika li huwa kunsinna uffiċjali u li ma għandux jgħaddi mill-verifiki tas-sigurtà. |
|
— |
il-portatur għandu jġorr ċertifikat ta’ kurrier maħruġ mill-Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru u li jiddikjara li huwa awtorizzat iġorr il-kunsinna CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET. |
Artikolu 24
Trasport permezz ta’ kurrieri kummerċjali
1. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, “kurrieri kummerċjali” jinkludu servizzi postali nazzjonali u kumpaniji ta’ kurrieri kummerċjali li joffru servizz fejn l-informazzjoni titwassal bi ħlas u tinġarr personalment bl-idejn jew tiġi ttraċċata.
2. Il-kurrieri kummerċjali jistgħu jwasslu informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL fi Stat Membru tal-UE jew bejn żewġ Stati Membri. Il-kurrieri kummerċjali jistgħu jwasslu informazzjoni SECRET UE/EU SECRET fi Stat Membru, iżda mhux barra mill-pajjiż.
3. Is-servizzi ta’ kurrieri kummerċjali għandhom jingħataw struzzjonijiet li jridu jwasslu kunsinni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET biss lill-Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru, lis-sostitut debitament awtorizzat tagħhom jew lir-riċevitur intenzjonat.
4. Il-kurrieri kummerċjali jistgħu jużaw is-servizzi ta’ sottokuntrattur. Madankollu, ir-responsabbiltà għall-konformità ma’ din id-Deċiżjoni għandha tibqa’ f’idejn il-kumpanija ta’ kurrieri.
Artikolu 25
Tħejjija ta’ IKUE għat-trasport permezz ta’ servizzi ta’ kurrieri kummerċjali
1. Meta jkunu qed iħejju kunsinni klassifikati, l-ispedituri għandhom iżommu f’moħħhom li s-servizzi ta’ kurrieri kummerċjali jistgħu jwasslu biss kunsinni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET lill-Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru, lis-sostitut debitament awtorizzat tagħhom, jew lir-riċevitur intenzjonat.
2. Il-kunsinni ta’ informazzjoni mibgħuta permezz ta’ servizz ta’ kurrier kummerċjali approvat għandhom jitħejjew u jiġu ppakkjati kif ġej:
|
(a) |
l-informazzjoni għandha titqiegħed f’envelop doppju opak (l-envelop ta’ ġewwa jkun magħmul b’tali mod li kwalunkwe tentattiv biex jinfetaħ ikun evidenti) jew materjal ta’ imballaġġ ieħor adegwatament sigur. |
|
(b) |
il-livell ta’ klassifikazzjoni għandu jkun immarkat b’mod ċar fuq l-envelop ta’ ġewwa jew fuq is-saff tal-imballaġġ. |
|
(c) |
l-imballaġġ ta’ barra għandu jkun issiġillat u ma għandu jkollu l-ebda marka ta’ klassifikazzjoni. |
|
(d) |
kemm l-envelops ta’ ġewwa kif ukoll ta’ barra jew is-saffi tal-imballaġġ għandhom jiġu indirizzati b’mod ċar lil individwu msemmi bħala r-riċevitur intenzjonat u għandhom jiddikjaraw indirizz ta’ ritorn. |
|
(e) |
għandha titqiegħed formola ta’ riċevuta tar-reġistrazzjoni fl-envelop ta’ ġewwa jew fis-saff ta’ ġewwa tal-imballaġġ biex ir-riċevitur jimlieha u jirritornaha. Ir-riċevuta tar-reġistrazzjoni, li fiha nfisha ma tkunx ikklassifikata, għandha tikkwota n-numru ta’ referenza, id-data u n-numru tal-kopja tad-dokument, iżda ma tridx tiddikjara s-suġġett. |
|
(f) |
l-envelop jew l-imballaġġ ta’ barra jrid ikun fih ir-riċevuta tal-konsenja. Ir-riċevuta tal-konsenja, li fiha nfisha ma għandhiex tiġi kklassifikata, għandha tikkwota n-numru ta’ referenza, id-data u n-numru tal-kopja tad-dokument, iżda ma tridx tiddikjara s-suġġett. |
|
(g) |
is-servizz tal-kurrier jeħtieġlu jikseb prova tal-kunsinna u jagħtiha lill-ispeditur fuq ir-reġistru tal-firem u tal-għadd, inkella l-kurrier jeħtieġlu jikseb ir-riċevuti jew in-numri tal-pakketti. |
3. Qabel ma jibgħat kunsinna, l-ispeditur għandu jiftiehem dwar data u ħin xierqa għall-konsenja mar-riċevitur imsemmi.
4. L-ispeditur għandu jġorr ir-responsabbiltà unika għal kwalunkwe kunsinna mibgħuta permezz ta’ servizz ta’ kurrier kummerċjali. F’każ li kunsinna tintilef jew ma titwassalx fil-ħin, l-ispeditur għandu jinforma lill-ISO u lill-Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru, li mbagħad jagħtu segwitu għall-inċident ta’ sigurtà.
Artikolu 26
Kundizzjonijiet speċifiċi oħrajn għat-trattament
1. Kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali tal-ġarr stipulata fi ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew arranġamenti amministrattivi għandha tiġi rispettata. F’każ ta’ dubju, jenħtieġ li l-persunal jikkonsulta mal-ISO jew mal-Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru.
2. Ir-rekwiżit ta’ imballaġġ doppju jista’ jitneħħa għal informazzjoni klassifikata li tkun protetta minn prodotti kriptografiċi approvati. Madankollu, biex jitniżżel l-indirizz, u minħabba li l-mezzi movibbli għall-ħżin tad-data jkollhom marka ta’ klassifikazzjoni tas-sigurtà espliċita, il-mezzi għandhom jinġarru mill-inqas f’envelop opak issiġillat u, meta jkun xieraq, b’miżuri protettivi fiżiċi addizzjonali, bħal envelop b’imballaġġ protettiv (bubble wrap).
KAPITOLU 4
LAQGĦAT KLASSIFIKATI
Artikolu 27
Tħejjija għal laqgħa CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EUSECRET
1. Il-laqgħat li matulhom tkun se tiġi diskussa informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandhom isiru biss fi kmamar tal-laqgħat li jkunu ġew akkreditati fil-livell xieraq jew f’livell ogħla minn dan. Il-Qorti tal-Awdituri tista’ tuża kmamar tal-laqgħat fiż-Żona ta’ Sigurtà ta’ istituzzjoni oħra tal-UE. Meta tali kmamar ma jkunux disponibbli, il-persunal għandu jikkonsulta mal-ISO.
2. Bħala regola ġenerali, jenħtieġ li l-aġendi tal-laqgħat ma jkunux klassifikati. Jekk l-aġenda ta’ laqgħa ssemmi dokumenti klassifikati, l-aġenda nfisha ma għandhiex awtomatikament tiġi kklassifikata. Il-punti fl-aġenda għandhom jiġu fformulati b’tali mod li jevita li jipperikola l-interessi tal-Unjoni jew ta’ kwalunkwe Stat Membru.
3. L-organizzaturi tal-laqgħa għandhom ifakkru lill-parteċipanti li kwalunkwe kumment li jitressaq dwar punt tal-aġenda li jkun CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET ma jridx jintbagħat permezz tal-posta elettronika, jew bi kwalunkwe mezz ieħor li ma jkunx ġie debitament akkreditat skont l-Artikolu 11 ta’ din id-Deċiżjoni.
4. L-organizzaturi tal-laqgħat għandhom jagħmlu ħilithom biex jiġbru l-punti li jkunu CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET konsekuttivament fl-aġenda sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament bla xkiel tal-laqgħa. Waqt id-diskussjoni ta’ punti klassifikati jistgħu jkunu preżenti biss persuni bi ħtieġa ta’ tagħrif, li jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà sal-livell xieraq, u li jkunu ġew debitament awtorizzati.
5. L-istediniet għal-laqgħat iridu jagħtu twissija bil-quddiem li l-aġenda se tinkludi suġġetti klassifikati, u li se japplikaw miżuri ta’ sigurtà xierqa.
6. L-organizzaturi tal-laqgħat għandhom ifakkru lill-parteċipanti li t-tagħmir elettroniku portabbli għandu jitħalla barra mill-kamra tal-laqgħa matul id-diskussjoni tal-punti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET.
7. L-organizzaturi tal-laqgħat għandhom iħejju lista sħiħa ta’ parteċipanti minn qabel. F’konformità mal-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Nru 41/2021, huma għandhom jinfurmaw ukoll lill-ISO fi żmien xieraq dwar id-dati, il-ħinijiet u l-postijiet tal-laqgħat, u dwar il-listi tal-parteċipanti.
Artikolu 28
Aċċess għall-parteċipanti għal laqgħa CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIALjew SECRET UE/EU SECRET
1. L-organizzaturi tal-laqgħat għandhom jinfurmaw lill-ISO u lill-Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru dwar kwalunkwe viżitatur estern li jkun se jattendi laqgħa CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET organizzata mill-Qorti tal-Awdituri.
2. Il-parteċipanti se jkunu meħtieġa jagħtu prova li jkollhom Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal valida fil-livell xieraq sabiex ikunu jistgħu jattendu d-diskussjoni ta’ punti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fl-aġenda.
Artikolu 29
Tagħmir elettroniku fil-kmamar tal-laqgħat CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIALjew SECRET UE/EU SECRET
Meta tingħata informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, pereżempju matul preżentazzjoni jew vidjokonferenza, jistgħu jintużaw biss sistemi tal-IT akkreditati f’konformità mal-Artikolu 11 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 30
Proċeduri li għandhom jiġu segwiti matul laqgħa CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIALjew SECRET UE/EU SECRET
1. Fil-bidu ta’ diskussjoni klassifikata, il-president għandu jħabbar lill-parteċipanti li l-laqgħa se timxi għall-modalità klassifikata. Il-bibien għandhom jingħalqu.
2. Għall-parteċipanti u l-interpreti għandu jiġi ffirmat u jinħareġ biss l-għadd meħtieġ ta’ dokumenti, kif xieraq, fil-bidu tad-diskussjoni.
3. Dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET ma għandhomx jitħallew waħedhom meta jkun hemm xi waqfiet matul il-laqgħa.
4. Fi tmiem il-laqgħa, il-parteċipanti u l-interpreti għandhom jiġu mfakkra biex ma jħallux waħedhom fil-kamra xi dokumenti klassifikati jew noti klassifikati li setgħu ħadu. Kwalunkwe dokument CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET mhux meħtieġ mill-parteċipanti fi tmiem il-laqgħa, u d-dokumenti kollha użati mill-interpreti, għandhom jiġu rritornati, wara li tkun inħarġet firma għalihom, lill-Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru għall-qerda fi shredders approvati (9).
5 .Matul il-laqgħa għandha tittieħed nota tal-lista tal-parteċipanti, flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni klassifikata kondiviża mal-Istati Membri u rilaxxata bil-fomm lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, biex tiġi inkluża fl-eżitu tal-proċedimenti.
Artikolu 31
Interpreti u tradutturi
Huma biss l-interpreti u t-tradutturi awtorizzati u approvati f’termini ta’ sigurtà li huma suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal jew għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (10), jew li jkollhom rabta kuntrattwali mal-Qorti tal-Awdituri jew istituzzjoni oħra tal-UE, li għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET.
KAPITOLU 5
KONDIVIŻJONI U SKAMBJUTA’ INFORMAZZJONICONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL U SECRET UE/EU SECRET
Artikolu 32
Kunsens tal-oriġinatur
Jekk il-Qorti tal-Awdituri ma tkunx l-oriġinatur tal-informazzjoni klassifikata li tkun trid tiġi rilaxxata jew kondiviża, jew tal-materjal sors li jista’ jkun hemm fiha, id-dipartiment tal-Qorti tal-Awdituri li jkollu din l-informazzjoni klassifikata għandu l-ewwel ifittex il-kunsens bil-miktub tal-oriġinatur għar-rilaxx. Jekk l-oriġinatur ma jkunx jista’ jiġi identifikat, id-dipartiment tal-Qorti tal-Awdituri li jkollu l-informazzjoni klassifikata għandu jeżerċita l-kontroll tal-oriġinatur.
Artikolu 33
Kondiviżjoni ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIALu SECRET UE/EU SECRET ma’ entitajiet oħrajn tal-Unjoni
1. L-informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET tista’ tiġi kondiviża biss ma’ istituzzjoni, aġenzija, korp jew uffiċċju ieħor tal-UE jekk ir-riċevitur ikollu ħtieġa ta’ tagħrif u l-entità jkollha arranġament legali mal-Qorti tal-Awdituri.
2. Fil-Qorti tal-Awdituri, ir-Reġistru għal IKUE għandu, bħala regola ġenerali, ikun il-punt prinċipali ta’ dħul u ħruġ għal skambji ta’ informazzjoni klassifikata ma’ istituzzjonijiet, aġenziji, korpi u uffiċċji oħra tal-UE.
Artikolu 34
Skambju ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIALu SECRET UE/EU SECRET mal-Istati Membri
1. Informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET tista’ tiġi kondiviża mal-Istati Membri jekk ir-riċevitur ikollu ħtieġa ta’ għarfien u jkun kiseb approvazzjoni tas-sigurtà.
2. L-informazzjoni klassifikata tal-Istati Membri li jkollha marka ta’ klassifikazzjoni nazzjonali ekwivalenti (11) u li tkun ingħatat lill-Qorti tal-Awdituri għandha tingħata l-istess livell ta’ protezzjoni bħall-informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET
Artikolu 35
Skambju ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIALu SECRET UE/EU SECRET ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali
1. L-informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandha tiġi rilaxxata biss lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jekk ir-riċevitur ikollu ħtieġa ta’ tagħrif u jekk il-pajjiż jew l-organizzazzjoni internazzjonali qiegħdu fis-seħħ qafas legali jew amministrattiv xieraq, bħal ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew arranġament amministrattiv mal-Qorti tal-Awdituri. Id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament ta’ dan it-tip għandhom jipprevalu fuq dawk ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Ir-Reġistru għal IKUE għandu, bħala regola ġenerali, ikun il-punt prinċipali ta’ dħul u ħruġ għall-informazzjoni kollha klassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET li tiġi skambjata bejn il-Qorti tal-Awdituri u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.
3. L-informazzjoni klassifikata kollha riċevuta minn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandha tkun irreġistrata għal finijiet ta’ sigurtà. Il-persunal għandu għalhekk jikkuntattja lir-Reġistru għal IKUE jekk jirċievi informazzjoni klassifikata minn barra miċ-ċirkwit tar-reġistru tas-soltu.
4. Biex tiġi żgurata t-traċċabilità, l-informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandha tiġi rreġistrata:
|
— |
meta tasal fiż-Żona ta’ Sigurtà jew toħroġ minnha; u |
|
— |
meta tasal f’SKI jew toħroġ minnha. |
5. L-informazzjoni tista’ tiġi rreġistrata bil-miktub jew inkella f’reġistri elettroniċi.
6. Il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni għat-trattament ta’ informazzjoni klassifikata f’SKI akkreditata jistgħu jsiru permezz ta’ proċessi fis-SKI nfisha. F’dak il-każ, is-SKI għandha tinkludi miżuri li jiggarantixxu l-integrità tar-reġistrazzjonijiet.
7. L-informazzjoni klassifikata rċevuta minn pajjiżi terz jew minn organizzazzjoni internazzjonali għandha tingħata livell ta’ protezzjoni ekwivalenti bħall-IKUE, u jkollha l-marka ta’ klassifikazzjoni ekwivalenti f’konformità mal-ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew mal-arranġament amministrattiv rilevanti.
Artikolu 36
Rilaxx ad hoc eċċezzjonali ta’ informazzjoniCONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET
1. Fejn il-Qorti tal-Awdituri jew wieħed mid-dipartimenti tagħha jiddeterminaw li jkun hemm ħtieġa eċċezzjonali li l-informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET tiġi rilaxxata lil pajjiż terz, lil organizzazzjoni internazzjonali jew lil entità tal-UE meta ma jkun hemm l-ebda ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew arranġament amministrattiv fis-seħħ, għandha tiġi applikata l-proċedura ta’ rilaxx eċċezzjonali ad hoc.
2. Id-dipartimenti tal-Qorti tal-Awdituri għandhom jikkuntattjaw lill-ISO u lill-oriġinatur. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tfittex parir mingħand waħda mill-Partijiet għal Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni ma’ dak l-istess pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità tal-UE.
3. Wara din il-konsultazzjoni, il-Kulleġġ tal-Qorti tal-Awdituri jista’, fuq il-bażi ta’ proposta mis-Segretarju Ġenerali, jawtorizza r-rilaxx tal-informazzjoni kkonċernata.
KAPITOLU 6
TMIEM IĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA TA’ INFORMAZZJONI CONFIDENTIEL UE/EUCONFIDENTIAL U SECRET UE/EU SECRET
Artikolu 37
Meta għandu jsir tnaqqis fil-grad jew deklassifikazzjoni
1. L-informazzjoni għandha tibqa’ klassifikata biss sakemm ikun hemm il-ħtieġa li tiġi protetta. It-tnaqqis fil-grad ifisser tnaqqis fil-livell tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà. Id-deklassifikazzjoni tfisser li l-informazzjoni ma għandhiex tibqa’ tiġi kkunsidrata bħala klassifikata. Hekk kif tinħoloq l-IKUE, l-oriġinatur għandu jindika, fejn possibbli, jekk l-IKUE tistax tiġi mnaqqsa fil-grad jew deklassifikata f’data partikolari jew wara avveniment speċifiku. Inkella, l-oriġinatur għandu jagħmel rieżami tal-informazzjoni u jivvaluta r-riskji mill-inqas kull ħames snin biex jiddetermina jekk il-livell oriġinali ta’ klassifikazzjoni għadux xieraq.
2. Id-dokumenti tal-Qorti tal-Awdituri jistgħu wkoll jiġu suġġetti għal tnaqqis fil-grad jew deklassifikati fuq bażi ad hoc, pereżempju wara talba għal aċċess mill-pubbliku.
Artikolu 38
Responsabbiltà għat-tnaqqis fil-grad u għad-deklassifikazzjoni
1. Informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET ma għandhiex titnaqqas fil-grad jew tiġi deklassifikata mingħajr il-permess tal-oriġinatur.
2. Id-dipartiment tal-Qorti tal-Awdituri li ħoloq dokument klassifikat għandu jkun responsabbli biex jieħu d-deċiżjoni dwar jekk dan id-dokument jistax jiġi suġġett għal tnaqqis fil-grad jew jiġi deklassifikat. Fil-Qorti tal-Awdituri, it-talbiet kollha għat-tnaqqis fil-grad u għad-deklassifikazzjoni għandhom ikunu suġġetti għall-konsultazzjoni mal-Kap tad-Dipartiment jew mad-Direttur tad-dipartiment minn fejn tkun oriġinat l-informazzjoni, jew mal-kap tal-kompitu. Jekk id-dipartiment ikun ikkompila l-informazzjoni klassifikata minn diversi sorsi, l-ewwel huwa għandu jitlob il-kunsens ta’ kwalunkwe parti oħra li tkun ipprovdiet materjal sors, inkluż fl-Istati Membri, f’korpi oħra tal-UE, f’pajjiżi terzi u f’organizzazzjonijiet internazzjonali.
3. Meta d-dipartiment tal-Qorti tal-Awdituri minn fejn tkun oriġinat l-informazzjoni ma jkunx għadu jeżisti, u r-responsabbiltajiet tiegħu jkunu ġew trasferiti għand dipartiment ieħor, id-deċiżjoni dwar it-tnaqqis fil-grad jew id-deklassifikazzjoni hija f’idejn dan id-dipartiment. Fejn id-dipartiment minn fejn tkun oriġinat l-informazzjoni ma jkunx għadu jeżisti u r-responsabbiltajiet tiegħu ma jkunux ġew trasferiti, id-deċiżjoni dwar it-tnaqqis fil-grad jew id-deklassifikazzjoni għandha tittieħed b’mod konġunt mid-diretturi tal-Qorti tal-Awdituri.
4. Id-dipartiment responsabbli għat-tnaqqis fil-grad jew għad-deklassifikazzjoni għandu jaħdem mar-Reġistru għal IKUE dwar l-arranġamenti prattiċi għat-tnaqqis fil-grad jew id-deklassifikazzjoni.
Artikolu 39
Informazzjoni sensittiva mhux klassifikata
Meta rieżami ta’ dokument jirriżulta f’deċiżjoni favur id-deklassifikazzjoni, għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-immarkar tad-dokument bħala informazzjoni sensittiva mhux klassifikata skont it-tifsira tal-punt 16 tal-politika dwar il-klassifikazzjoni tal-informazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri (12) u l-punt 4 tal-Linji Gwida dwar il-klassifikazzjoni u t-trattament ta’ informazzjoni mhux klassifikata tal-UE.
Artikolu 40
Kif għandu jiġi indikat li dokument ġie suġġett għal tnaqqis fil-grad jew deklassifikat
1. Il-marka ta’ klassifikazzjoni oriġinali fin-naħa ta’ fuq u fil-qiegħ ta’ kull paġna għandha tkun viżibbilment ingassata (ma titneħħiex), billi tintuża l-funzjonalità “strikethrough” għall-formati elettroniċi, jew manwalment għall-kopji stampati.
2. L-ewwel paġna (ta’ quddiem) għandha tiġi stampata bħala suġġetta għal tnaqqis fil-grad jew deklassifikata u kompluta bid-dettalji tal-awtorità responsabbli għat-tnaqqis fil-grad jew għad-deklassifikazzjoni u d-data korrispondenti.
3. Ir-riċevituri oriġinali tal-informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandhom jiġu infurmati dwar it-tnaqqis fil-grad jew id-deklassifikazzjoni. Ir-riċevituri inizjali għandhom ikunu responsabbli milli jinfurmaw lil kwalunkwe destinatarju sussegwenti li lilu jkunu bagħtu l-informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET oriġinali jew kopja tagħha.
4. Is-Servizz tal-Arkivji tal-Qorti tal-Awdituri għandu jiġi nnotifikat dwar kull deċiżjoni meħuda fir-rigward tad-deklassifikazzjoni.
5. It-traduzzjonijiet kollha ta’ informazzjoni klassifikata għandhom ikunu suġġetti għall-istess proċeduri ta’ tnaqqis fil-grad jew ta’ deklassifikazzjoni bħall-verżjoni lingwistika oriġinali.
Artikolu 41
Tnaqqis fil-grad parzjali jew deklassifikazzjoni parzjali ta’ informazzjoniCONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET
1. It-tnaqqis fil-grad parzjali jew id-deklassifikazzjoni parzjali wkoll għandhom ikunu possibbli (eż. annessi, xi paragrafi biss). Il-proċedura għandha tkun identika għal dik tat-tnaqqis fil-grad jew tad-deklassifikazzjoni ta’ dokument sħiħ.
2. Id-deklassifikazzjoni parzjali ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandha tirriżulta fil-produzzjoni ta’ estratt deklassifikat.
3. Fl-estratt deklassifikat, il-partijiet li jibqgħu klassifikati għandhom jiġu sostitwiti minn:
|
PARTI LI MA GĦANDHIEX TIĠI DEKLASSIFIKATA |
|
|
jew fil-parti prinċipali tat-test, jekk il-parti li tibqa’ klassifikata tkun parti minn paragrafu, jew bħala paragrafu, jekk il-parti li tibqa’ klassifikata tkun twassal għal paragrafu komplet wieħed jew aktar. |
4. Għandha ssir referenza speċifika fit-test jekk anness sħiħ ma jkunx jista’ jiġi deklassifikat u għaldaqstant ikun tħalla barra mill-estratt.
Artikolu 42
Qerda u tħassir ta’ rutina ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EUCONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET
1. Il-Qorti tal-Awdituri ma għandhiex tiġma’ kwantitajiet kbar ta’ informazzjoni klassifikata.
2. Id-dipartimenti minn fejn tkun oriġinat l-informazzjoni għandhom iwettqu rieżami tad-dokumenti mill-inqas kull ħames snin għall-qerda jew it-tħassir. Dan għandu japplika kemm għall-informazzjoni f’forma stampata kif ukoll għall-informazzjoni maħżuna f’SKI f’intervalli regolari.
3. Il-persunal ma għandu jeqred l-ebda kopja stampata ta’ dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET li ma jkunx għadu jeħtieġ, iżda minflok għandu jitlob lill-Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru biex jeqred id-dokumenti, suġġett għal kwalunkwe rekwiżit ta’ arkivjar għad-dokument oriġinali.
4. Il-persunal ma għandux ikun meħtieġ jinforma lill-oriġinatur jekk iħassar kopji ta’ dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET.
5. L-abbozz ta’ materjal li jkun fih informazzjoni klassifikata għandu jkun suġġett għall-istess metodi ta’ rimi bħal dokumenti klassifikati finalizzati.
6. Ix-shredders approvati biss għandhom jintużaw għall-qerda ta’ dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET. Shredders fil-livell DIN 66399 huma adegwati biex jeqirdu dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL. Shredders fil-livell DIN 66399 huma adegwati biex jeqirdu dokumenti SECRET UE/EU SECRET.
7. Il-materjal imqatta’ minn shredders approvati jista’ jintrema bħala skart normali tal-uffiċċju.
8. L-Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru għandu joħloq ċertifikati ta’ qerda u jaġġorna r-reġistri u informazzjoni oħra dwar ir-reġistrazzjoni kif xieraq.
9. Il-mezzi u l-apparati kollha li jkun fihom informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandhom jiġu sanitizzati b’mod xieraq meta jaslu fi tmiem iċ-ċiklu tal-użu tagħhom. Id-data elettronika għandha tinqered jew titħassar mir-riżorsi tal-IT u mill-mezzi tal-ħżin assoċjati b’mod li jagħti assigurazzjoni raġonevoli li l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi rkuprata. Is-sanitizzazzjoni għandha tinvolvi t-tneħħija tad-data kollha mill-apparati għall-ħżin, kif ukoll it-tikketti, il-marki u r-reġistri kollha tal-attivitajiet.
10. Il-mezzi tal-ħżin tal-kompjuters għandhom jingħataw lill-ISO biex jinqerdu u jintremew wara li l-Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru jkun ġie infurmat.
Artikolu 43
Evakwazzjoni u qerda ta’ informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL uSECRET UE/EU SECRET f’każ ta’ emerġenza
1. F’konformità mal-Memorandum ta’ Qbil bejn il-Qorti tal-Awdituri u d-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà tal-Kummissjoni dwar l-użu taż-Żona ta’ Sigurtà tagħha, għandha tapplika l-proċedura ta’ emerġenza stabbilita tal-Kummissjoni għas-salvagwardja ta’ informazzjoni klassifikata. Jekk ikun meħtieġ, l-Uffiċjal tas-Sigurtà Lokali tad-DĠ tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu se jkollu aċċess għall-kaxxaforti tal-Qorti tal-Awdituri sabiex japplika l-proċedura ta’ emerġenza stabbilita tal-Kummissjoni u jattiva kwalunkwe pjan ta’ evakwazzjoni u qerda ta’ emerġenza biex jissalvagwardja IKUE li tkun f’riskju sinifikanti li taqa’ f’idejn mhux awtorizzati matul kriżi. F’ordni ta’ prijorità, u skont in-natura tal-emerġenza, għandha tingħata kunsiderazzjoni:
|
(i) |
għaċ-ċaqliq ta’ IKUE lejn spazju sikur alternattiv, meta jkun possibbli f’Żona ta’ Sigurtà fl-istess binja; |
|
(ii) |
għall-evakwazzjoni ta’ IKUE lejn post sikur alternattiv, meta jkun possibbli f’Żona ta’ Sigurtà f’binja differenti, preferibbilment ta’ istituzzjoni tal-UE; |
|
(iii) |
għall-qerda ta’ IKUE, meta jkun possibbli permezz ta’ mezzi tal-qerda approvati. |
2. Jekk ikunu ġew attivati pjanijiet ta’ emerġenza, għandha tingħata prijorità għaċ-ċaqliq jew il-qerda ta’ informazzjoni SECRET UE/EU SECRET l-ewwel u, wara, ta’ kwalunkwe informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL.
3. Id-dettalji operazzjonali tal-pjanijiet ta’ evakwazzjoni u qerda ta’ emerġenza għandhom ikunu huma stess klassifikati bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED. Għandha tinżamm kopja f’kull kaxxaforti li tintuża biex tinħażen informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET sabiex tkun aċċessibbli f’każ ta’ emerġenza.
Artikolu 44
Arkivjar
1. Id-deċiżjonijiet dwar jekk u meta jsir l-arkivjar, u l-miżuri prattiċi korrispondenti li jridu jittieħdu, għandhom ikunu konformi mal-politiki tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, dwar il-klassifikazzjoni tal-informazzjoni u dwar l-arkivji.
2. Id-dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET ma jridux jintbagħtu lill-Arkivji Storiċi tal-Unjoni Ewropea f’Firenze.
KAPITOLU 7
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 45
Trasparenza
Din id-Deċiżjoni għandha tinġieb għall-attenzjoni tal-persunal tal-Qorti tal-Awdituri u tal-individwi kollha l-oħra li tapplika għalihom, u għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 46
Dħul fis-seħħ
Wara l-adozzjoni mill-Kumitat Amministrattiv, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti tal-Awdituri
Il-President
Tony MURPHY
(1) ĠU L 256, 19.7.2021, p. 106.
(2) Disponibbli fuq https://www.eca.europa.eu/mt/legal-framework.
(3) Skont l-Artikolu 1(2)(a) tad-Deċiżjoni Nru 41/2021, informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL tfisser “informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista’ jikkaġuna dannu għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar”.
(4) Skont l-Artikolu 1(2)(a) tad-Deċiżjoni Nru 41/2021, informazzjoni SECRET UE/EU SECRET tfisser “informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista’ jikkaġuna dannu serju għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar”.
(5) Ara l-Artikolu 35 għal aktar dettalji.
(6) L-SSD ifisser apparat semikonduttur għall-ħżin, apparat b’komponenti fi stat solidu jew disk b’komponenti fi stat solidu.
(7) Kif definit fl-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE ( ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(8) Kif definit fl-Anness tad-Deċiżjoni Nru 41/2021.
(9) Ara l-Artikolu 42(6) għal aktar dettalji.
(10) Ir-Regolament Nru 31 (KEE) li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, kif emendat, (ĠU 45, 14.6.1962, p. 1385/62) (ELI: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:01962R0031-20230101&qid=1713279197457).
(11) It-tabella ta’ ekwivalenza għall-marki tal-Istati Membri hija stipulata fl-Anness I tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444.
(12) Disponibbli fuq https://www.eca.europa.eu/mt/legal-framework.
ANNESS
Kategoriji ta’ persunal li jista’ jkollu aċċess għal informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET meta jkun meħtieġ sabiex iwettaq id-dmirijiet tiegħu
|
Kategoriji ta’ persunal tal-Qorti tal-Awdituri |
Aċċess għal informazzjoni CONFIDENTIEL EU/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET |
Kundizzjonijiet |
|
Membri |
iva |
briefing + rikonoxximent |
|
Uffiċjali |
iva |
skrutinju + briefing + rikonoxximent + awtorizzazzjoni + ħtieġa ta’ tagħrif |
|
Aġenti temporanji |
iva |
skrutinju + briefing + rikonoxximent + awtorizzazzjoni + ħtieġa ta’ tagħrif |
|
Aġenti kuntrattwali |
iva |
skrutinju + briefing + rikonoxximent + awtorizzazzjoni + ħtieġa ta’ tagħrif |
|
Esperti nazzjonali sekondati mill-Istati Membri tal-UE |
iva |
Jekk ikunu approvati mill-Istati Membri minn fejn tkun oriġinat l-informazzjoni qabel ma jibdew l-inkarigu tagħhom + ingħatalhom briefing mill-Qorti tal-Awdituri + rikonoxximent + awtorizzati mill-Qorti tal-Awdituri + ħtieġa ta’ tagħrif |
|
Trainees |
le |
L-ebda eċċezzjoni mhija possibbli |
|
Kwalunkwe kategorija oħra tal-persunal (interim, intra-muros esterni, eċċ.) |
le |
L-ebda eċċezzjoni mhija possibbli |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_del/2024/1418/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)