|
25.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 184/20 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ċċekkjati fl-aktar verżjoni reċenti tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 158 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ apparati għall-moviment tar-rivers u vetturi bil-mutur fir-rigward tal-għarfien tas-sewwieq dwar utenti vulnerabbli tat-triq wara l-vetturi [2021/828]
Data tad-dħul fis-seħħ: l-10 ta’ Ġunju 2021
Dan id-dokument huwa intiż purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-test awtentiku u legalment vinkolanti huwa: ECE/TRANS/WP.292020/121.
WERREJ
REGOLAMENT
|
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
|
I. |
Apparati għall-Moviment tar-Rivers |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Markar |
|
5. |
Approvazzjoni |
|
6. |
Rekwiżiti |
|
7. |
Modifika tat-tip ta’ apparat għall-viżjoni indiretta u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
11. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
|
II. |
L-installazzjoni ta’ apparati għall-moviment tar-rivers |
|
12. |
Definizzjonijiet |
|
13. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
14. |
Approvazzjoni |
|
15. |
Rekwiżiti |
|
16. |
Rekwiżiti għas-sistema tal-kamera retroviżur |
|
17. |
Rekwiżiti għas-sistemi ta’ detezzjoni |
|
18. |
Modifiki tat-tip ta’ vettura u estensjoni tal-approvazzjonijiet |
|
19. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
20. |
Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-protezzjoni |
|
21. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
22. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
ANNESSI
|
1. |
Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ apparat għall-moviment tar-rivers |
|
2. |
Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għall-moviment tar-rivers |
|
3. |
Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ apparat għall-moviment tar-rivers, skont ir-Regolament Nru 158 |
|
4. |
Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-immuntar ta’ apparati għall-moviment tar-rivers, skont ir-Regolament Nru 158 |
|
5. |
Arranġament tal-marka tal-approvazzjoni għal apparat għall-viżjoni indiretta |
|
6. |
Metodu ta’ ttestjar għad-determinazzjoni tar-riflettività |
|
7. |
Il-proċedura biex jiġi ddeterminat ir-raġġ tal-kurvatura “r” tal-wiċċ riflettur ta’ mera |
|
8. |
Il-proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għal pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi bil-mutur |
|
9. |
Metodi ta’ ttestjar għall-kamp viżiv ta’ wara ta’ prossimità mill-qrib |
|
10. |
Metodi ta’ ttestjar għas-sistemi ta’ detezzjoni |
INTRODUZZJONI (għall-informazzjoni)
L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jipprovdi d-dispożizzjonijiet għall-moviment tar-rivers li jikkonċernaw l-għarfien dwar il-prossimità tal-utenti vulnerabbli tat-triq. Ir-Regolament Nru 46 tan-NU jipprovdi d-dispożizzjonijiet għall-viżjoni indiretta tal-vetturi bil-mutur. Dan ir-Regolament jespandi l-viżjoni jew l-għarfien tas-sewwieq għad-direzzjoni ta’ wara tal-vettura meta tkun qed tirriversja. Għalhekk, xi rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu ssodisfati minn apparati li jikkonformaw mar-Regolament Nru 46 tan-NU.
Dan ir-Regolament ma jistax ikopri l-kundizzjonijiet kollha tat-traffiku u l-karatteristiċi tal-infrastruttura kollha fil-proċess tal-approvazzjoni tat-tip; dan ir-Regolament jirrikonoxxi li l-prestazzjonijiet meħtieġa f’dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu fil-kundizzjonijiet kollha (il-veloċità u l-kundizzjoni tal-vettura, il-kundizzjonijiet tat-temp, u xenarji tat-traffiku, eċċ., jistgħu jaffettwaw il-prestazzjonijiet tas-sistemi).
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għal:
|
1.1. |
L-approvazzjoni ta’ apparati għas-sikurezza tar-rivers definiti fil-Parti I maħsuba biex jiġu installati f’vetturi tal-kategoriji M u N. |
|
1.2. |
L-approvazzjoni tal-installazzjoni f’vettura ta’ apparati għas-sikurezza tar-rivers definiti fil-Parti II jekk jiġu installati f’vetturi tal-kategoriji M u N. |
|
1.3. |
Fuq talba tal-manifattur, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jagħtu approvazzjonijiet skont il-Partijiet I u II lil vetturi ta’ kategoriji u oħra lil apparati biex jiġu installati fuq tali vetturi. |
|
1.4. |
Il-vetturi li ġejjin tal-kategoriji M u N għandhom jiġu eżentati minn dan ir-Regolament:
Il-vetturi fejn l-installazzjoni ta’ kwalunkwe apparat għas-sikurezza tar-rivers ma tkunx kompatibbli mal-użu fit-triq tagħhom jistgħu jiġu eżentati parzjalment jew bis-sħiħ minn dan ir-Regolament, soġġetti għad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. |
|
1.5. |
Jekk vettura jkollha diversi apparat(i), il-manifattur għandu jinnomina l-apparat li jissodisfa d-dispożizzjonijiet tar-regolament. |
Parti I Apparati għall-Moviment tar-Rivers
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
2.1. |
“Apparati għall-moviment tar-rivers” tfisser apparati maħsuba biex jagħtu viżjoni ċara ta’ wara tal-vettura fil-kampijiet viżivi definiti fil-paragrafu 15.2. Dawn jistgħu jkunu mirja konvenzjonali, Sistema ta’ Kamera Retroviżur jew apparati oħra li jistgħu jippreżentaw informazzjoni dwar il-kamp viżiv lis-sewwieq. |
|
2.1.1. |
“Apparat retroviżur ta’ prossimità mill-qrib” tfisser apparat li juri l-kamp viżiv definit fil-paragrafu 15.2. ta’ dan ir-Regolament. |
|
2.1.2. |
“Apparati għall-viżjoni indiretta” tfisser apparati li jippreżentaw informazzjoni dwar il-kampijiet viżivi definiti fil-paragrafu 15.2. |
|
2.1.2.1. |
“Sistema ta’ Kamera Retroviżur (RVCS )” tfisser kwalunkwe sistema maħsuba biex tagħti stampa tad-dinja ta’ barra u tagħti viżjoni ċara tan-naħa ta’ wara tal-vettura fil-kampijiet viżivi definiti fil-paragrafu 15.2 permezz ta’ kamera. |
|
2.1.2.1.1. |
“Kuntrast tal-luminanza” tfisser il-proporzjon tal-qawwa tal-luminożità bejn oġġett u l-isfond/il-madwar immedjat tiegħu li jippermetti li l-oġġett jiġi distint mill-isfond/mill-madwar tiegħu. Id-definizzjoni hija f’konformità mad-definizzjoni mogħtija f’ISO 9241-302:2008. |
|
2.1.2.1.2. |
“Riżoluzzjoni” tfisser l-iżgħar dettall li jista’ jintgħaraf b’sistema ta’ perċezzjoni, jiġifieri pperċepit bħala separat mill-unità kollha ikbar. Ir-riżoluzzjoni tal-għajnejn tal-bniedem hija indikata bħala “akutezza viżiva”. |
|
2.1.2.1.3. |
“Spettru viżiv” tfisser id-dawl b’tul ta’ mewġa fil-firxa tal-limiti tal-perċezzjoni tal-għajnejn tal-bniedem: 380-780 nm. |
|
2.1.2.2. |
“Mera retroviżur ta’ prossimità mill-qrib” tfisser kwalunkwe apparat, minbarra apparati bħal periskopji, maħsub biex jagħti viżjoni ċara tan-naħa ta’ wara tal-vettura fil-kampijiet viżivi definiti fil-paragrafu 15.2. permezz ta’ wiċċ riflettur. |
|
2.1.2.2.1. |
“r” tfisser il-medja tar-raġġi tal-kurvatura mkejla fuq il-wiċċ riflettur, f’konformità mal-metodu deskritt fl-Anness 7. |
|
2.1.2.2.2. |
“Ir-raġġi prinċipali tal-kurvatura f’punt wieħed fuq il-wiċċ riflettur (ri)” tfisser il-valuri miksuba bl-apparati definiti fl-Anness 7, imkejla fuq l-ark tal-wiċċ riflettur li jgħaddi miċ-ċentru ta’ dan il-wiċċ b’mod parallel mas-segment b, kif definit fil-paragrafu 6.1.2.1.2. ta’ dan ir-Regolament u fuq l-ark b’mod perpendikolari għal dan is-segment. |
|
2.1.2.2.3. |
“Ir-raġġ tal-kurvatura f’punt wieħed fuq il-wiċċ riflettur (rp
)” tfisser il-medja aritmetika tar-raġġi prinċipali tal-kurvatura r
i
u
|
|
2.1.2.2.4. |
“Wiċċ sferiku” tfisser wiċċ, li għandu raġġ kostanti u ugwali fid-direzzjonijiet kollha. |
|
2.1.2.2.5. |
“Wiċċ asferiku” tfisser wiċċ, li għandu raġġ kostanti biss fi pjan wieħed. |
|
2.1.2.2.6. |
“Mera asferika” tfisser mera magħmula minn parti sferika u parti asferika, li fiha għandha tiġi mmarkata t-tranżizzjoni tal-wiċċ riflettur mill-parti sferika għall-parti asferika. Il-kurvatura tal-assi ewlieni tal-mera hija ddefinita fis-sistema ta’ koordinati x/y definita mir-raġġ tal-kallotta primarja sferika bi:
Fejn:
|
|
2.1.2.2.7. |
“Ċentru tal-wiċċ riflettur” tfisser iċ-ċentru tal-erja viżibbli tal-wiċċ riflettur. |
|
2.1.2.2.8. |
“Ir-raġġ tal-kurvatura tal-partijiet kostitwenti tal-mera” tfisser ir-raġġ “c” tal-ark taċ-ċirku li jqarreb l-aktar mill-qrib il-forma kurvata tal-parti inkwistjoni. |
|
2.1.2.3. |
“Apparati oħra għall-viżjoni indiretta” tfisser apparati kif definiti fil-paragrafu 2.1.2. ta’ hawn fuq, fejn il-kamp viżiv ma jinkisibx permezz ta’ mera jew Sistema ta’ Kamera Retroviżur. |
|
2.1.3. |
“Oġġett ta’ ttestjar” tfisser oġġett ċilindriku b’għoli ta’ 0,8 m u b’dijametru ta’ 0,30 m. |
|
2.1.4. |
“Kamp viżiv” tfisser it-taqsima tal-ispazju tridimensjonali ’il fuq mil-livell tal-art li hija mmonitorjata bl-għajnuna ta’ apparat għall-viżjoni indiretta. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, dan huwa bbażat fuq il-viżjoni offruta minn apparat u/jew minn apparati oħrajn għajr il-mirja. Dan jista’ jkun limitat mid-distanza ta’ detezzjoni rilevanti li tikkorrispondi għall-oġġett ta’ ttestjar. |
|
2.1.5. |
“Sistema ta’ Detezzjoni” tfisser sistema li tuża sinjali li jippermettu lis-sewwieq jidentifika oġġetti fiż-żona maġenb il-vettura. |
|
2.1.5.1. |
“Informazzjoni akustika” tfisser informazzjoni li tingħata permezz ta’ sinjali tas-smigħ ipprovduti minn sistema ta’ detezzjoni kif definit fil-paragrafu 2.1.5. ta’ hawn fuq biex is-sewwieq ikun jista’ jidentifika oġġetti fiż-żona maġenb il-vettura. |
|
2.1.5.2. |
“Informazzjoni ottika” tfisser informazzjoni li tuża sinjali ottiċi pprovduti minn sistema ta’ detezzjoni kif definit fil-paragrafu 2.1.5. ta’ hawn fuq biex is-sewwieq ikun jista’ jidentifika oġġetti fiż-żona maġenb il-vettura. |
|
2.1.5.3. |
“Informazzjoni tattili” tfisser informazzjoni li tuża sinjali tattili pprovduti minn sistema ta’ detezzjoni kif definit fil-paragrafu 2.1.5. ta’ hawn fuq biex is-sewwieq ikun jista’ jidentifika oġġetti fiż-żona maġenb il-vettura. |
|
2.1.6. |
“Kamp ta’ detezzjoni” tfisser it-taqsima tal-ispazju tridimensjonali ’l fuq mil-livell tal-art li hija mmonitorjata bl-għajnuna ta’ sistema ta’ detezzjoni. |
|
2.2. |
“Tip ta’ apparat għas-Sikurezza tar-Rivers” tfisser apparati li ma jvarjawx fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali li ġejjin:
|
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ apparat għall-viżjoni indiretta għandha titressaq mid-detentur tal-isem jew tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant tiegħu rikonoxxut uffiċjalment. |
|
3.2. |
Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni huwa ppreżentat fl-Anness 1. |
|
3.3. |
Għal kull tip ta’ apparat għall-viżjoni indiretta, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn tliet kampjuni tal-partijiet. |
|
3.4. |
L-RVCS għandha tiġi pprovduta mill-applikant bid-dokumenti li ġejjin:
|
4. MARKAR
|
4.1. |
Il-kampjuni tal-apparati għall-viżjoni indiretta sottomessi għall-approvazzjoni għandu jkollhom fuqhom l-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur; din il-marka għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. |
|
4.2. |
Kull apparat għall-viżjoni indiretta għandu jkollu, fuq mill-inqas wieħed mill-komponenti ewlenin, spazju kbir biżżejjed biex jakkomoda l-marka tal-approvazzjoni, li għandha tkun tista’ tinqara; dan l-ispazju għandu jintwera fuq id-disinni msemmija fl-Anness 1. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara wkoll meta l-apparat jiġi mmuntat fuq il-vettura bl-eċċezzjoni tas-Sistema ta’ Kamera Retroviżur kif definit fil-paragrafu 2.1.2. jew ta’ sistema ta’ detezzjoni kif definit fil-paragrafu 2.1.5. Komponenti oħra tal-apparat għandu jkollhom mezz ta’ identifikazzjoni. Fil-każ ta’ spazju limitat għall-marka/marki tal-approvazzjoni, għandhom jiġu pprovduti mezzi oħra ta’ identifikazzjoni li jikkollegawhom mal-marka tal-approvazzjoni. |
5. APPROVAZZJONI
|
5.1. |
Jekk il-kampjuni sottomessi għall-approvazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6 ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip rilevanti ta’ apparat għall-viżjoni indiretta. |
|
5.2. |
Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-preżent, 00) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenin reċenti li jkunu saru għar-Regolament meta tkun inħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ apparat għall-viżjoni indiretta. |
|
5.3. |
L-avviż tal-approvazzjoni jew tar-rifjut jew tal-estensjoni jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ apparat għall-viżjoni indiretta skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.4. |
Fuq mill-inqas wieħed mill-komponenti ewlenin, għandu jkun hemm imwaħħla b’mod li jidher sew u fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 4.2. ta’ hawn fuq, ma’ kull apparat għall-viżjoni indiretta, li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, flimkien mal-marka preskritta fil-paragrafu 4.1. ta’ hawn fuq, marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn: |
|
5.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit minn dawn:
|
|
5.5. |
Il-marka tal-approvazzjoni u s-simbolu/simboli addizzjonali għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux. |
|
5.6. |
L-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament juri eżempju tal-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali msemmija qabel. |
6. REKWIŻITI
|
6.1. |
Mirja retroviżuri ta’ prossimità mill-qrib |
|
6.1.1. |
Speċifikazzjonijiet ġenerali |
|
6.1.1.1. |
Il-mirja kollha jistgħu jkunu aġġustabbli. |
|
6.1.2. |
Speċifikazzjonijiet speċjali |
|
6.1.2.1. |
Dimensjonijiet |
|
6.1.2.1.1. |
Il-kontorni tal-wiċċ riflettur għandhom ikunu ta’ għamla ġeometrika sempliċi u d-dimensjonijiet tiegħu għandhom ikunu tali li l-mera tipprovdi l-kamp viżiv speċifikat fil-paragrafu 15.2. ta’ dan ir-Regolament. |
|
6.1.2.1.2. |
Id-dimensjonijiet tal-wiċċ riflettur għandhom ikunu tali li jkun possibbli li jiddaħħal fuqu:
|
|
6.1.2.2. |
Wiċċ riflettur u koeffiċjenti ta’ riflessjoni |
|
6.1.2.2.1. |
Il-wiċċ riflettur ta’ mera għandu jkun ċatt jew konvess sferikament. Il-mirja ta’ barra jistgħu jkunu mgħammra b’parti asferika addizzjonali sakemm il-mera ewlenija tissodisfa r-rekwiżiti tal-kamp viżiv indirett. |
|
6.1.2.2.2. |
Differenzi bejn ir-raġġi tal-kurvatura tal-mirja |
|
6.1.2.2.2.1. |
Id-differenza bejn ri jew r’i, u rp f’kull punt ta’ referenza ma għandhiex taqbeż 0,15 r. |
|
6.1.2.2.2.2. |
Id-differenza bejn kwalunkwe wieħed mir-raġġi ta’ kurvatura (rp1, rp2, u rp3) u r ma għandhiex taqbeż 0,15 r. |
|
6.1.2.2.2.3. |
Meta r ma jkunx inqas minn 3 000 mm, il-valur ta’ 0,15 r ikkwotat fil-paragrafi 6.1.2.2.2.1. u 6.1.2.2.2.2. ta’ hawn fuq jiġi sostitwit b’0,25 r. |
|
6.1.2.2.3. |
Il-valur tal-koeffiċjent normali tar-riflessjoni, kif determinat skont il-metodu deskritt fl-Anness 6, ma għandux ikun inqas minn 40 fil-mija.
Fil-każ tal-uċuħ li jirriflettu bi grad varjabbli ta’ riflessjoni, il-pożizzjoni “ta’ matul il-jum” għandha tippermetti li jiġu rikonoxxuti l-kuluri tas-sinjali użati għat-traffiku fit-triq. Il-valur tal-koeffiċjent normali tar-riflessjoni fil-pożizzjoni ta’ “billejl” ma għandux ikun inqas minn 4 fil-mija. |
|
6.1.2.2.4. |
Il-wiċċ riflettur għandu jżomm il-karatteristiċi stabbiliti fil-paragrafu 6.1.2.2.3. ta’ hawn fuq minkejja esponiment fit-tul għal kundizzjonijiet tat-temp avversi fl-użu normali. |
|
6.2. |
Apparati retroviżur ta’ prossimità mill-qrib għall-viżjoni indiretta għajr il-mirja |
|
6.2.1. |
Rekwiżiti ġenerali |
|
6.2.1.1. |
L-effettività tal-RVCS u ta’ apparati oħra li jappoġġaw il-viżjoni tan-naħa ta’ wara ta’ prossimità mill-qrib ma għandhiex tiġi affettwata b’mod avvers minn kampijiet manjetiċi jew elettriċi. Dan għandu jintwera b’konformità mar-rekwiżiti tekniċi u mad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tar-Regolament Nru 10 tan-NU, tas-serje 05 ta’ emendi jew kwalunkwe serje ta’ emendi aktar tard. |
7. MODIFIKA TAT-TIP TA’ APPARAT GĦALL-MOVIMENT TAR-RIVERS U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
|
7.1. |
Kull modifika għal tip eżistenti ta’ apparat għall-viżjoni indiretta inkluża l-konnessjoni tiegħu mal-karozzerija għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ apparat għall-viżjoni indiretta. Imbagħad, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha jew:
|
|
7.1.1. |
Reviżjoni
Meta d-dettalji rreġistrati fil-folder ta’ informazzjoni jkunu nbidlu u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tqis li l-modifiki li saru mhumiex probabbli li se jkollhom effett avvers apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ l-apparat għall-viżjoni indiretta xorta jissodisfa r-rekwiżiti, il-modifika għandha tiġi ddeżinjata bħala “reviżjoni”. F’dan il-każ, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha toħroġ il-paġni riveduti tal-folder ta’ informazzjoni kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b’mod ċar in-natura tal-modifika u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni konsolidata u aġġornata tal-folder ta’ informazzjoni, flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-modifika, għandha titqies li tissodisfa dan ir-rekwiżit. |
|
7.1.2. |
Estensjoni
Il-modifika għandha tiġi deżinjata “estensjoni” jekk, minbarra l-bidla fid-dettalji reġistrati fil-folder ta’ informazzjoni;
|
|
7.2. |
Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-bidliet, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3. ta’ hawn fuq. Barra minn hekk, l-indiċi tal-pakkett ta’ informazzjoni, mehmuż mad-dokument ta’ komunikazzjoni, għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex jindika d-data tar-reviżjoni jew l-estensjoni l-aktar reċenti. |
|
7.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din. |
8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
8.1. |
Il-proċedura tal-konformità tal-produzzjoni għandha tkun konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim (E/ECE/TRANS/505/Rev.3). |
|
8.2. |
Kull apparat għall-viżjoni indiretta approvat skont dan ir-Regolament għandu jkun immanifatturat b’tali mod li jkun konformi mat-tip approvat billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6. ta’ hawn fuq. |
9. PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
9.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ apparat għall-viżjoni indiretta skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 8.1. ta’ hawn fuq jew jekk it-tip ta’ apparat għall-viżjoni indiretta ma jkunx issodisfa r-rekwiżiti preskritti fil-paragrafu 8.2. ta’ hawn fuq. |
|
9.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha tavża minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament dwar dan permezz ta’ kopja tal-formola ta’ komunikazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar b’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “APPROVAZZJONI RTIRATA”. |
10. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ apparat għall-viżjoni indiretta approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, l-Awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar, b’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX”.
11. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u lil min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni, jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.
Parti II L-installazzjoni ta’ apparati għall-moviment tar-rivers
12. DEFINIZZJONIJIET
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:
|
12.1. |
“Punti okulari tas-sewwieq” tfisser żewġ punti 65 mm ’il bogħod minn xulxin u 635 mm vertikalment ’il fuq mill-punt R tas-sit tas-sewwieq kif definit fl-Anness 8. Il-linja dritta li tgħaqqad dawn iż-żewġ punti tgħaddi b’mod perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura. Iċ-ċentru tas-segment li jgħaqqad iż-żewġ punti okulari jinsab fi pjan lonġitudinali vertikali li għandu jgħaddi minn ġoċ-ċentru tal-pożizzjoni bilqiegħda ddeżinjata tas-sewwieq, kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura. |
|
12.2. |
“Viżjoni ambinokulari” tfisser il-kamp viżiv totali miksub mis-superimpożizzjoni tal-kampijiet monokulari tal-għajn tal-lemin u tal-għajn tax-xellug (ara l-Illustrazzjoni 2 ta’ hawn taħt).
|
|
12.3. |
“Tip ta’ vettura fir-rigward tal-għarfien tas-sewwieq dwar utenti vulnerabbli tat-triq wara l-vetturi” tfisser vetturi bil-mutur li huma identiċi fir-rigward tal-karatteristiċi bażiċi li ġejjin: |
|
12.3.1. |
Tip ta’ apparat għall-moviment tar-rivers; |
|
12.3.2. |
Il-karatteristiċi tal-karozzerija li jnaqqsu l-kamp viżiv; |
|
12.3.3. |
Il-koordinati tal-punt R (fejn ikun applikabbli); |
|
12.3.4. |
Il-pożizzjonijiet preskritti, u l-marki tal-approvazzjoni tat-tip ta’ apparati obbligatorji u (jekk installati) fakultattivi għall-viżjoni indiretta. |
|
12.4. |
“Vetturi tal-kategoriji M1, M2, M3, N1, N2 u N3 ” tfisser dawk definiti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6). |
|
12.5. |
“Punt ta’ referenza okulari” tfisser il-punt tan-nofs bejn il-punti okulari tas-sewwieq. |
|
12.6. |
“Avveniment ta’ rivers” tfisser ammont ta’ ħin mill-bidu u mit-tmiem tal-moviment tar-rivers kif deskritt f’15.1.1. f’dan ir-Regolament. |
|
12.7. |
“Il-punti okulari tas-sewwieq meta jħares lura” tfisser żewġ punti li jinsabu 96 mm lonġitudinali lura, 158 mm orizzontalment ġewwa d-direzzjoni taċ-ċentru tal-vettura u 6 mm vertikalment ’il fuq mill-“punti okulari tas-sewwieq” deskritti fil-paragrafu 12.1. |
|
12.8. |
“Modalità attiva tal-vettura” tfisser il-modalità tal-vettura meta:
Is-sistema tal-motopropulsjoni tmexxi l-vettura, mar-rilaxx tas-sistema tal-brejk u f’xi każijiet bl-applikazzjoni ta’ pressjoni fuq il-pedala tal-aċċelleratur (jew l-attivazzjoni ta’ kontroll ekwivalenti). |
13. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
|
13.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għall-viżjoni indiretta għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu rikonoxxut kif xieraq. |
|
13.2. |
Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni huwa ppreżentat fl-Anness 2. |
|
13.3. |
Vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata għandha tiġi sottomessa lis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni. |
|
13.4. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti biex jiġu żgurati kontrolli effettivi tal-konformità tal-produzzjoni qabel tingħata l-approvazzjoni tat-tip. |
|
13.5. |
L-RVCS għandha tiġi pprovduta mill-applikant bid-dokumenti li ġejjin:
|
14. APPROVAZZJONI
|
14.1. |
Jekk it-tip ta’ vettura sottomess għall-approvazzjoni f’konformità mal-paragrafu 13. ta’ hawn fuq jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 15. ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni. |
|
14.2. |
Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-preżent, 00) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi reċenti jew dawk tekniċi li jkunu saru lir-Regolament meta tkun inħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura. |
|
14.3. |
L-avviż tal-approvazzjoni jew tar-rifjut jew tal-estensjoni jew taċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament. |
15. REKWIŻITI
|
15.1. |
Ġenerali
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, il-vettura għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: Matul avveniment ta’ rivers, s-sewwieq għandu jiġi pprovdut b’tal-inqas mezz wieħed ta’ viżjoni jew ta’ għarfien. Il-mezzi ta’ viżjoni jipprovdu kamp retroviżur ta’ prossimità mill-qrib kif definit fil-paragrafu 15.2 ta’ hawn taħt. Mezzi possibbli huma:
Il-Mezzi ta’ Għarfien jipprovdu informazzjoni għajr il-viżjoni għall-kamp ta’ detezzjoni kif definit fil-paragrafu 15.3 ta’ hawn taħt. Mezzi possibbli huma:
|
|
15.1.1. |
L-avveniment ta’ rivers jibda meta l-vettura tkun fil-Modalità attiva tal-vettura u s-selettur tad-direzzjoni tal-vettura jitqiegħed mill-modalità ta’ quddiem, parkeġġ jew newtrali fir-rivers mis-sewwieq jew minn sistema, u jintemm meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet ta’ moviment ’il quddiem li ġejjin, skont l-għażla tal-manifattur:
|
|
15.2. |
Kamp Viżiv Retroviżur ta’ Prossimità mill-Qrib
Il-kamp viżiv għandu jkun limitat mill-pjani li ġejjin:
|
|
15.2.1. |
Rekwiżiti
Meta jiġi ttestjat skont il-kundizzjonijiet definiti fl-Anness 9, ir-rekwiżit għall-kamp viżiv ta’ wara ta’ prossimità mill-qrib għandu jitqies bħala ssodisfat jekk il-kamp viżiv definit ikun jista’ jidher:
|
|
15.2.1.1. |
Permezz tal-viżjoni diretta mill-punti okulari tas-sewwieq meta jħares lura; jew |
|
15.2.1.2. |
Permezz tal-viżjoni diretta mill-punti okulari tas-sewwieq meta jħares lura flimkien ma’ mera retroviżur ta’ prossimità mill-qrib installata fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura li tappoġġa din il-viżjoni diretta; jew |
|
15.2.1.3. |
Permezz ta’ apparat ta’ viżjoni indiretta (mera jew CMS jew oħrajn) approvat skont ir-Regolament Nru 46 tan-NU; jew |
|
15.2.1.4. |
Permezz ta’ apparat ta’ viżjoni indiretta (mera jew RVCS jew oħrajn) li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament; jew |
|
15.2.1.5. |
Permezz ta’ sistema ta’ detezzjoni li tikkonforma ma’ dan ir-Regolament ħlief għall-kamp ta’ detezzjoni (eż. medda qasira ħafna); jew |
|
15.2.1.6. |
Permezz ta’ kombinament ta’ apparati tal-paragrafi 15.2.1.3, 15.2.1.4. u 15.2.1.5. ħlief kombinament ta’ RVCS u mera/mirja jew mera retroviżur ta’ prossimità mill-qrib. |
|
15.2.1.7. |
L-għażliet 15.2.1.1 u 15.2.1.2 japplikaw biss għall-kategoriji ta’ vetturi M1 u N1, meta d-distanza bejn il-punt okulari tas-sewwieq meta jħares lura lejn in-naħa ta’ wara tal-vettura ma taqbiżx l-2 000 mm u meta l-vettura jkollha ringiela waħda bilqiegħda. |
|
15.2.2. |
Il-kamp viżiv ta’ wara ta’ prossimità mill-qrib għandu jiġi stabbilit permezz ta’ viżjoni ambinokulari, bl-għajnejn ikunu fil-“punti okulari tas-sewwieq” kif definit fil-paragrafu 12.1. ta’ hawn fuq. Il-kampijiet viżivi għandhom jiġu ddeterminati meta l-vettura tkun f’kundizzjoni ta’ sewqan kif definit fir-Riżoluzzjoni konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-vetturi (R.E.3) (ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2.2.5.4.), kif ukoll għall-vetturi M1 u N1 b’passiġġier wieħed fuq is-sit ta’ quddiem (75 kg). Meta jiġi stabbilit minn ġot-twieqi, il-ħġieġ għandu jkollu fattur totali ta’ trażmissjoni tad-dawl skont l-Anness 24 tar-Regolament Nru 43 tan-NU.
F’każ ta’ viżjoni diretta mill-punti okulari tas-sewwieq meta jħares lura, il-pożizzjoni vertikali tal-headrests tas-sits ta’ wara għandha tiġi ssettjata fil-pożizzjoni ddisinjata maħsuba tal-użu jew tal-ogħla pożizzjoni jekk il-headrest ikollu diversi settings tal-pożizzjoni jew fil-pożizzjoni miftiehma mas-Servizz Tekniku. |
|
15.2.3. |
F’każ ta’ kombinament ta’ apparati, kull ringiela trasversali ta’ oġġetti ta’ ttestjar għandha tkun tidher minn apparat wieħed. Il-kamp viżiv ta’ prossimità mill-qrib għandu jinkiseb min-numru minimu ta’ mirja u ta’ monitors. |
|
15.2.4. |
Fil-każ ta’ mirja li jkunu jikkonsistu minn diversi uċuħ li jirriflettu li jew li jkunu ta’ kurvatura differenti jew jagħmlu angolu ma’ xulxin, tal-inqas wieħed mill-uċuħ rifletturi għandu jipprovdi l-kamp viżiv u jkollu d-dimensjonijiet speċifikati għall-klassi li jappartjenu għaliha. |
|
15.3. |
Kamp ta’ detezzjoni
Il-kamp ta’ detezzjoni għandu jkun limitat mill-pjanijiet li ġejjin (ara l-figura 4):
|
|
15.3.1. |
Meta jiġi ttestjat skont il-kundizzjonijiet definiti fl-Anness 10, ir-rekwiżit għall-kamp ta’ detezzjoni għandu jitqies bħala ssodisfat jekk is-sewwieq jiġi pprovdut bl-informazzjoni kif definita fil-paragrafu 17.2. |
|
15.4. |
Apparati għall-moviment tar-rivers |
|
15.4.1. |
Pożizzjoni |
|
15.4.1.1. |
L-apparati għall-viżjoni indiretta għandhom jitqiegħdu b’tali mod li s-sewwieq, meta jkun qiegħed bilqiegħda fuq is-sit tas-sewqan f’pożizzjoni normali tas-sewqan, ikollu viżjoni ċara tat-triq lejn in-naħa ta’ wara, lejn in-naħa(t) tal-ġenb jew in-naħa ta’ quddiem tal-vettura. |
|
15.4.1.2. |
Fil-każ ta’ kwalunkwe vettura, li tkun f’forma ta’ xażi/kabina meta jitkejjel il-kamp viżiv, il-wisa’ minimu u massimu tal-karozzerija tal-vettura għandhom jiġu ddikjarati mill-manifattur u, jekk ikun meħtieġ, issimulati b’headboards finti. Il-vetturi u l-apparati kollha għall-konfigurazzjonijiet tal-viżjoni indiretta kkunsidrati matul it-testijiet għandhom jintwerew fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għal vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għall-viżjoni indiretta (ara l-Anness 4). |
|
15.4.1.3. |
L-apparati għall-viżjoni indiretta ma għandhomx joħorġu ’l barra mill-karozzerija esterna tal-vettura sostanzjalment aktar milli jkun meħtieġ biex jikkonformaw mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kampijiet viżivi. |
|
15.4.1.4. |
L-apparati għall-viżjoni indiretta għandhom jiġu installati b’tali mod li l-apparati ma jiċċaqalqux b’mod li jibdlu b’mod sinifikanti l-kamp viżiv kif imkejjel, jew li jivvibraw sa punt li jwassal biex is-sewwieq jinterpreta ħażin in-natura tal-immaġni perċepita. |
16. REKWIŻITI GĦAS-SISTEMA TAL-KAMERA RETROVIŻUR
|
16.1. |
Dehra prestabbilita
F’viżjoni prestabbilita, l-RVCS għandha turi l-kamp viżiv tal-inqas kif definit fil-paragrafu 15.2. L-RVCS trid tkun prestabbilita fuq l-immaġni fir-retroviżur fil-bidu ta’ kull avveniment ta’ rivers irrispettivament minn kwalunkwe modifika fil-kamp viżiv li s-sewwieq ikun għażel qabel. |
|
16.1.1. |
Daqs tal-oġġett
Meta l-Immaġni fir-retroviżur titkejjel f’konformità mal-paragrafi 3 tal-Anness 9, l-angolu viżiv ikkalkulat kopert mill-wisa’ orizzontali ta’:
|
|
16.1.1.1. |
Aġġustament tal-luminanza u tal-kuntrast
Jekk jiġi pprovdut aġġustament manwali, il-manwal tal-operatur għandu jipprovdi informazzjoni dwar kif tista’ tinbidel il-luminanza/il-kuntrast. |
|
16.1.1.2. |
Rekwiżiti ta’ kopertura fil-kamp viżiv meħtieġ
Il-koperturi għandhom juru biss informazzjoni viżiva relatata mas-sewqan b’lura jew informazzjoni relatata mas-sikurezza. Il-koperturi għal skopijiet oħra ta’ informazzjoni fil-parti viżiva meħtieġa mhumiex permessi. Huwa permess li jsiru koperturi attivati b’mod manwali, biss meta s-sewwieq ikun jeħtieġ jattiva funzjoni relatata mas-sewqan b’lura jew funzjoni relatata mas-sikurezza (eż. tindif tal-lenti jew attivazzjoni tal-immaġni tal-irmonk tat-trejler) jew ikun jirrikjedi informazzjoni speċifika f’tali ambjent. Is-sewwieq jista’ jkollu l-għażla li jagħlaq il-kopertura. |
|
16.1.1.3. |
Diżattivazzjoni
L-immaġni fir-retroviżur għandha tibqa’ viżibbli matul l-avveniment ta’ rivers sakemm is-sewwieq jimmodifika l-viżjoni, jew is-selettur tad-direzzjoni tal-vettura ma jibqax fil-pożizzjoni tar-rivers. Il-modifika tal-viżjoni tfisser li wieħed jaqleb għal kwalunkwe viżjoni oħra tal-kamera. Il-viżjoni tista’ tintefa’ manwalment meta l-vettura ma tkunx miexja b’lura. Is-sistema tista’ tintefa’ meta l-vettura tidentifika akkoppjar permezz ta’ mekkaniżmu tat-tqabbid. |
|
16.1.1.4. |
Bidla awtomatika tal-viżjoni
Meta jkun hemm riskju ta’ kolliżjoni, il-kamp viżiv jista’ jinbidel u jiffoka fuq iż-żona tal-kolliżjoni. Għandu jintwera lis-Servizz Tekniku li din il-bidla fil-viżjoni żżid is-sikurezza. Meta l-vettura ma tkunx qed issuq f’linja dritta ’l quddiem, il-kamp viżiv jista’ jinbidel skont it-trajettorja tal-vettura. |
|
16.1.2. |
Prontezza operattiva (Disponibbiltà tas-sistema)
In-nuqqas tat-tħaddim tas-sistema għandu jkun jista’ jiġi rikonoxxut mis-sewwieq (eż. jiġifieri falliment tal-RVCS irid jiġi indikat permezz ta’ indikazzjoni ta’ twissija, informazzjoni fuq id-displej, skrin iswed, nuqqas ta’ indikatur tal-istatus). L-informazzjoni għas-sewwieq għandha tiġi spjegata fil-manwal tal-operatur. |
|
16.1.2.1. |
Ħin tar-rispons
L-immaġni fir-retroviżur li tissodisfa r-rekwiżiti deskritti f’15.2. għandha tiġi pprovduta wara massimu ta’ 2.0 sekondi wara l-bidu tal-avveniment ta’ rivers, meta jsir ittestjar skont il-paragrafu 2. tal-Anness 9. |
|
16.1.3. |
Monitor ġewwa l-vettura |
|
16.1.3.1. |
Id-daqs definit tal-monitor għandu jkun viżibbli mingħajr l-ebda ostakolu mill-punt ta’ referenza okulari. Ittestjar virtwali huwa aċċettabbli. |
|
16.1.4. |
L-ostruzzjoni tal-viżjoni diretta tas-sewwieq ikkawżata mill-installazzjoni ta’ apparat għall-viżjoni indiretta għandha tkun ristretta għal minimu. |
|
16.2. |
Il-vetturi jistgħu jkunu mgħammra b’apparati addizzjonali għall-viżjoni indiretta. |
|
16.3. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, kwalunkwe kunċett ta’ disinn ieħor għandu jintwera għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku fi ħdan il-kunċett ta’ sikurezza li huwa pprovdut fid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq. |
17. REKWIŻITI GĦAS-SISTEMI TA’ DETEZZJONI
|
17.1. |
Attivazzjoni tas-sistema
Is-sistema għandha tiġi attivata meta jibda l-avveniment ta’ rivers. Jekk ma jkunx jista’ jsir funzjonament xieraq, is-sistema jew għandha tintefa’ awtomatikament jew is-sewwieq għandu jkun jista’ jiddiżattiva s-sistema manwalment. Is-sistema ta’ detezzjoni għandha tibqa’ attiva sakemm is-selettur tad-direzzjoni tal-vettura jkun fil-pożizzjoni tar-rivers. F’każ li l-vettura tkun tista’ tidentifika akkoppjar permezz ta’ mekkaniżmu tat-tqabbid, is-sistema tista’ tintefa’. |
|
17.2. |
L-interfaċċa tas-sewwieq u l-istrateġija tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni |
|
17.2.1. |
Is-sistema għandu jkollha mill-inqas żewġ tipi ta’ sinjali ta’ informazzjoni magħżula minn dawk akustiċi, ottiċi u tattili. |
|
17.2.1.1. |
Sakemm jibqa’ attiv sinjal wieħed ta’ informazzjoni, is-sewwieq jista’ jiddiżattiva s-sinjali ta’ informazzjoni l-oħrajn. |
|
17.2.2. |
Informazzjoni li tinstema’
Meta jiġi identifikat oġġett fiż-żona orizzontali ta’ wara kif deskritt fil-paragrafu 1.3. tal-Anness 10, filwaqt li jintgħażel/jiddaħħal il-ger tar-rivers, għandha tingħata informazzjoni akustika f’konformità ma’ ISO 15006:2011. Fil-preżentazzjoni ta’ informazzjoni akustika, id-distanza tista’ tiġi identifikata f’żewġ livelli jew aktar. Dawn iż-żoni differenzjati skont il-livelli (distanza) u l-wisa’ tad-detezzjoni jistgħu jiġu indikati billi tinbidel il-frekwenza tal-ħoss intermittenti, u għandu jintuża ħoss intermittenti jew ħoss kontinwu aktar mgħaġġel hekk kif id-distanza tibda tonqos. |
|
17.2.3. |
Tul ta’ ħin tas-sinjalar
Is-sinjalar għal oġġett għandu jdum sakemm l-oġġett jiġi identifikat u għandu jintemm meta l-oġġett ma jkunx għadu identifikat jew meta s-sistema tiġi diżattivata. Sabiex titnaqqas l-iskumdità tas-sewwieq, is-sinjal akustiku jista’ jiġi sospiż awtomatikament temporanjament wara li jkun għadda ċertu ħin stabbilit mill-manifattur, sakemm is-sistema tibqa’ attivata. Jekk, waqt li s-sinjal akustiku jiġi sospiż b’mod awtomatiku, id-distanza għall-oġġett issir qasira, is-sinjal akustiku għandu jerġa’ jitkompla awtomatikament. Jekk id-distanza għall-oġġett issir twila, is-sinjal akustiku jista’ jibqa’ sospiż. |
|
17.2.4. |
Informazzjoni ottika
Fil-każ li l-informazzjoni ottika titqiegħed fuq monitor użat għal informazzjoni oħra bħad-displej tar-raggruppamenti tal-arloġġi jew displejs oħra, huwa permess li ssir kopertura u din għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ kopertura tal-RVCS f’16.1.1.2. ta’ dan ir-Regolament. |
|
17.2.5. |
Prontezza operattiva (Disponibbiltà tas-sistema)
Nuqqas ta’ tħaddim tas-sistema għandu jkun jista’ jiġi rikonoxxut mis-sewwieq (eż. jiġifieri falliment tas-sistema ta’ detezzjoni irid jiġi indikat permezz ta’ indikazzjoni ta’ twissija, informazzjoni fuq id-displej, skrin iswed, nuqqas ta’ indikatur tal-istatus). L-informazzjoni għas-sewwieq għandha tiġi spjegata fil-manwal tal-operatur. |
|
17.3. |
Prestazzjoni tad-detezzjoni tal-oġġett |
|
17.3.1. |
Ħin tar-rispons
Mill-inqas wieħed mis-sinjali ta’ informazzjoni akustiċi jew tattili li jissodisfa r-rekwiżiti kif deskritt f’17.2., għandu jingħata lis-sewwieq fi żmien massimu ta’ 0,6 sekondi wara l-bidu tal-avveniment ta’ rivers, meta jiġi ttestjat f’konformità mal-paragrafu 2. tal-Anness 10. |
18. MODIFIKI TAT-TIP TA’ VETTURA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI
|
18.1. |
Kull modifika tat-tip ta’ vettura għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ vettura. Imbagħad, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha jew:
|
|
18.1.1. |
Reviżjoni
Meta d-dettalji rreġistrati fil-folder ta’ informazzjoni jkunu nbidlu u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom effett avvers apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-vettura għadha tikkonforma mar-rekwiżiti, il-modifika għandha tiġi deżinjata “reviżjoni”. F’dan il-każ, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha toħroġ il-paġni riveduti tal-folder ta’ informazzjoni kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b’mod ċar in-natura tal-modifika u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni konsolidata u aġġornata tal-folder ta’ informazzjoni, flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-modifika, għandha titqies li tissodisfa dan ir-rekwiżit. |
|
18.1.2. |
Estensjoni
Il-modifika għandha tiġi deżinjata “estensjoni” jekk, minbarra l-bidla fid-dettalji reġistrati fil-folder ta’ informazzjoni,
|
|
18.2. |
Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, li jispeċifikaw il-modifiki, għandhom jiġu kkomunikati lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-indiċi tal-pakkett ta’ informazzjoni, mehmuż mad-dokument ta’ komunikazzjoni, għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex jindika d-data tar-reviżjoni jew l-estensjoni l-aktar reċenti. |
|
18.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din. |
19. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
19.1. |
Il-proċedura tal-konformità tal-produzzjoni għandha tkun konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim (E/ECE/TRANS/505/Rev.3). |
|
19.2. |
Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun immanifatturata b’tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 15., u fejn ikunu applikabbli l-paragrafu 16. u l-paragrafu 17. ta’ hawn fuq. |
20. PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
20.1. |
L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 19.1. ta’ hawn fuq jew jekk il-vettura ma tgħaddix mill-kontrolli preskritti fil-paragrafu 19.2. ta’ hawn fuq. |
|
20.2. |
Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha tavża minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament dwar dan permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar b’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “APPROVAZZJONI RTIRATA”. |
21. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ vettura approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, l-Awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar, b’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX”.
22. Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew rifjut jew estensjoni jew irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħrajn.
(1) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6 - https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions
ANNESS 1
Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ apparat għall-moviment tar-rivers
L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej.
Kwalunkwe disinn għandu jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4, jew f’folder f’format A4.
Jekk jiġu ppreżentati ritratti, dawn għandhom ikunu ta’ tip li juri dettall suffiċjenti.
1.
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
2.
Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …
3.
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq l-apparat: …
4.
Kategorija tal-vettura li għaliha huwa maħsub l-apparat: …
5.
Isem u indirizz tal-manifattur: …
6.
Post u metodu tat-twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni: …
6.1.
Mezz ieħor ta’ rabta ta’ identifikazzjoni mal-marka tal-approvazzjoni: …
7.
Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …
8.
Il-mirja (iddikjara għal kull mera): …
8.1.
Varjant …
8.2.
Tpinġija/tpinġijiet għall-identifikazzjoni tal-mera: …
8.3.
Dettalji tal-metodu ta’ twaħħil: …
9.
Apparati għall-viżjoni indiretta għajr mirja: …
9.1.
Tip u karatteristiċi (bħal deskrizzjoni kompluta tal-apparat): …
9.2.
Disinn/disinni suffiċjentement dettaljata/dettaljati biex jidentifikaw l-apparat sħiħ, inkluż struzzjonijiet għall-installazzjoni; il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni tat-tip trid tiġi identifikata fuq id-disinni: …
ANNESS 2
Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għall-moviment tar-rivers
L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej.
Kwalunkwe disinn għandu jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4, jew f’folder f’format A4.
Jekk jiġu ppreżentati ritratti, dawn għandhom ikunu ta’ tip li juri dettall suffiċjenti.
Ġenerali
|
1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
2. |
Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: … |
|
3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: … |
|
4. |
Pożizzjoni ta’ dik il-marka: … |
|
5. |
Kategorija tal-vettura: … |
|
6. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
|
7. |
Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: … |
Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura
|
8. |
Ritratt(i) u/jew disinn(i) ta’ vettura rappreżentattiva: … |
|
9. |
Pożizzjoni tas-sewqan: xellug/lemin (1)… |
|
9.1. |
Il-vettura hija mgħammra biex tiġi misjuqa fit-traffiku fuq in-naħa tal-lemin/tax-xellug (1)… |
|
10. |
Firxa ta’ dimensjonijiet tal-vettura (globali): … |
|
10.1. |
Għax-xażi mingħajr il-karozzerija… |
|
10.1.1. |
Wisa’: (2)… |
|
10.1.1.1. |
Wisa’ massima permissibbli: … |
|
10.1.1.2. |
Wisa’ minima permissibbli: … |
|
10.2. |
Għal xażi bil-karozzerija: … |
|
10.2.1. |
Wisa’2… |
|
11. |
Karozzerija… |
|
11.1. |
Apparati għall-viżjoni indiretta… |
|
11.1.1. |
Mirja… |
|
11.1.1.1. |
Tpinġija/tpinġijiet li juru l-pożizzjoni tal-mera b’rabta mal-istruttura tal-vettura: … |
|
11.1.1.2. |
Dettalji tal-metodu ta’ twaħħil, inkluża dik il-parti tal-istruttura tal-vettura li l-mera hija mwaħħla magħha: … |
|
11.1.1.3. |
It-tagħmir fakultattiv li jista’ jaffettwa l-kamp viżiv li jagħti għal wara: … |
|
11.1.1.4. |
Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettroniċi (jekk ikun hemm) tal-apparat tal-aġġustament: … |
|
11.1.2. |
Apparati għall-viżjoni indiretta għajr mirja: … |
|
11.1.2.1. |
Disinni dettaljati biżżejjed bl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni: … |
|
11.1.2.2. |
Fil-każ ta’ Sistema ta’ Kamera Retroviżur: … |
|
11.1.2.2.1. |
Disinn(i)/ritratt(i) li juru l-pożizzjoni tal-kamera(s) b’rabta mal-istruttura tal-vettura: … |
|
11.1.2.2.2. |
Disinn(i)/ritratt(i) li juru l-arranġament tal-monitor(s) inklużi l-partijiet interni tal-madwar: … |
|
11.1.2.2.3. |
Disinn(i)/ritratt(i) li juru l-viżjoni tas-sewwieqa fuq il-monitor(s): … |
|
11.1.2.2.4. |
Disinn(i)/ritratt(i) li juru l-arranġament u l-immaġni tal-monitor tal-kamp viżiv meħtieġ: … |
|
11.1.2.2.5. |
Dettalji tal-metodu ta’ twaħħil tas-Sistema ta’ Kamera Retroviżur, inkluża dik il-parti tal-istruttura tal-vettura li l-mera hija mwaħħla magħha: … |
|
11.1.2.2.6. |
It-tagħmir fakultattiv li jista’ jaffettwa l-kamp viżiv li jagħti għal wara: … |
|
11.1.2.2.7. |
Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettroniċi (jekk ikun hemm) tal-apparat tal-aġġustament: … |
|
11.1.2.2.8. |
Speċifikazzjoni teknika u manwal tal-operatur tas-Sistema ta’ Kamera Retroviżur: … |
(1) Ingassa dak li ma japplikax.
(2) “Wisa’ globali” ta’ vettura tfisser dimensjoni li titkejjel skont l-istandard ISO 612-1978, terminu Nru 6.2. Fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija għajr M1, minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ dak l-istandard, meta titkejjel il-wisa’ tal-vettura, l-apparati li ġejjin ma għandhomx jitqiesu:
|
(a) |
L-apparati ta’ ssiġillar doganali u l-protezzjoni tagħhom; |
|
(b) |
L-apparati sabiex iżommu t-tarpolin f’postu u l-protezzjoni tagħhom; |
|
(c) |
Apparati li jindikaw ħsara fit-tajers; |
|
(d) |
Partijiet flessibbli li jisporġu ’l barra ta’ sistema ta’ trażżin tar-raxx; |
|
(e) |
Tagħmir tad-dawl; |
|
(f) |
Għax-xarabanks, rampi ta’ aċċess li jkunu qed jaħdmu sew, pjattaformi elevabbli u tagħmir simili li jkun f’kundizzjoni ta’ tħaddim dejjem jekk ma jisporġux aktar minn 10 mm mill-ġenb tal-vettura u l-kantunieri tar-rampi jħarsu ’l quddiem jew lura jkunu aġġustati għal raġġ ta’ mhux anqas minn 5 mm; it-trufijiet għandhom jiġu aġġustati għal raġġ ta’ mhux anqas minn 2,5 mm; |
|
(g) |
Apparati għall-viżjoni indiretta; |
|
(h) |
Indikaturi tal-pressjoni tat-tajers; |
|
(i) |
Turġien li jistgħu jinġibdu lura; |
|
(j) |
Il-parti li toħroġ ’il barra tal-ħitan tat-tajers immedjatament ’l fuq mill-punt ta’ kuntatt mal-art. |
ANNESS 3
Komunikazzjoni
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
|
maħruġa minn: |
Isem l-amministrazzjoni:… |
|
Li tikkonċerna:2 (2) |
Approvazzjoni mogħtija |
|
|
Approvazzjoni estiża |
|
|
Approvazzjoni miċħuda |
|
|
Approvazzjoni rtirata |
|
|
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ apparat għall-moviment tar-rivers skont ir-Regolament Nru 158 tan-NU
Nru tal-Approvazzjoni…Nru tal-Estensjoni…
1.
Marka kummerċjali jew marka tal-apparat: …
2.
L-isem tal-manifattur għat-tip ta’ apparat: …
3.
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …
4.
Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …
5.
Imressaq għall-approvazzjoni fi: …
6.
Is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni: …
7.
Data tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz…
8.
In-numru tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz…
9.
Deskrizzjoni fil-qosor…Identifikazzjoni tal-apparat: mera, Sistema ta’ Kamera Retroviżur, apparat ieħor2…
Apparat għall-viżjoni ta’ wara ta’ prossimità mill-qrib2…
10.
Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: …
11.
Ir-raġuni(jiet) għall-estensjoni (jekk applikabbli): …
12.
Approvazzjoni mogħtija/miċħuda/estiża/irtirata:2
13.
Post: …
14.
Data: …
15.
Firma: …
16.
Il-lista ta’ dokumenti ddepożitati mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni hija annessa ma’ din il-komunikazzjoni u tista’ tinkiseb fuq talba.
(1) Distinguishing number of the country which has granted/extended/refused/withdrawn approval (see approval provisions in the Regulations).
(2) Strike out what does not apply.
ANNESS 4
Komunikazzjoni
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
|
maħruġa minn: |
Isem l-amministrazzjoni:… |
|
Li tikkonċern a: (2) 2 |
Approvazzjoni mogħtija |
|
|
Approvazzjoni estiża |
|
|
Approvazzjoni miċħuda |
|
|
Approvazzjoni rtirata |
|
|
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-immuntar tal-apparati għall-moviment tar-rivers skont ir-Regolament Nru 158 tan-NU
Numru tal-approvazzjoni: …Nru tal-Estensjoni: …
1.
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
2.
Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali…
3.
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: …
3.1.
Pożizzjoni ta’ dik il-marka: …
4.
Kategorija tal-vettura: (M1, M2, M3, N1, N2, N3)2
5.
Isem u indirizz tal-manifattur: …
6.
Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-produzzjoni…
7.
Informazzjoni addizzjonali: (fejn applikabbli). Ara l-appendiċi
8.
Is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: …
9.
Data tar-rapport tat-test: …
10.
Numru tar-rapport tat-test: …
11.
Kummenti: (jekk applikabbli). Ara l-appendiċi
12.
Post: …
13.
Data: …
14.
Firma: …
15.
L-indiċi tal-pakkett ta’ informazzjoni ppreżentat lill-Awtorità tal-Approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, jinsab mehmuż.
(1) Distinguishing number of the country which has granted/extended/refused/withdrawn approval (see approval provisions in the Regulations).
(2) Strike out what does not apply.
Anness 4 – Appendiċi
Appendiċi għall-formola tal-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-immuntar ta’ apparati għall-moviment tar-rivers skont ir-Regolament Nru 158 tan-NU.
1.
L-isem kummerċjali jew il-marka tal-mirja u l-apparati supplimentari għall-viżjoni indiretta u n-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent: …
2.
Il-mirja u l-apparati għall-viżjoni ta’ wara ta’ prossimità mill-qrib għall-moviment tar-rivers1
3.
Estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura biex tkopri l-apparat li ġej għall-viżjoni indiretta…
4.
Data għall-identifikazzjoni tal-punt R tal-pożizzjoni bilqiegħda tas-sewwieq: …
5.
Wisa’ massima u minima tal-karozzerija li fir-rigward tagħha l-mera u l-apparati għall-viżjoni indiretta ngħataw approvazzjoni tat-tip…
6.
Id-dokumenti li ġejjin, li jkollhom fuqhom in-numru tal-approvazzjoni li jidher hawn fuq, huma annessi ma’ dan iċ-ċertifikat: …|
(a) |
Disinni li juru l-immuntar tal-apparati għall-viżjoni indiretta… |
|
(b) |
Disinni u pjanijiet li juru l-pożizzjoni u l-karatteristiċi tal-immuntar tal-parti tal-istruttura fejn huma mmuntati l-apparati għall-viżjoni indiretta. … |
7.
Kummenti: (eż. validu għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin/fuq in-naħa tax-xellug1) …
ANNESS 5
Arranġament tal-marka tal-approvazzjoni ta’ apparat għall-viżjoni indiretta
(Ara l-paragrafu 5.4 ta’ dan ir-Regolament)
a = 5 millimetru min.
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ apparat għall-viżjoni indiretta tindika li l-apparat huwa apparat ewlieni retroviżur ta’ prossimità mill-qrib, li ġie approvat fil-Ġappun (E 43) skont ir-Regolament Nru 158 tan-NU u bin-numru tal-approvazzjoni 002439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 158 tan-NU fil-forma oriġinali tiegħu.
|
Nota: |
In-numru tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu viċin iċ-ċirku u jew ’il fuq minn jew taħt l-ittra “E”, jew fuq in-naħa tal-lemin jew tax-xellug ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-“E” u jridu jħarsu fl-istess direzzjoni. Is-simbolu addizzjonali għandu jkun direttament oppost għan-numru tal-approvazzjoni. L-użu ta’ numri Rumani bħala numri tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma’ simboli oħra. |
ANNESS 6
Metodu ta’ ttestjar għad-determinazzjoni tar-riflettività
1.
Definizzjonijiet
1.1.
Il-mezz ta’ illuminazzjoni tal-istandard CIE:1 (1) Il-mezz ta’ illuminazzjoni kolorimetriku, li jirrispetta r-radjatur sħiħ f’T68 = 2 855,6 K.
1.1.2.
Is-sors A tal-istandard CIE1: Bozza tad-dawl tal-filament mimlija bil-gass tat-tungstenu li taħdem f’temperatura ta’ kulur ikkorrelat ta’ T68 = 2 855,6 K.
1.1.3.
Osservatur kolorimetriku tal-istandard CIE 19311: Riċettur tar-radjazzjoni li l-karatteristiċi kolorimetriċi tiegħu jikkorrispondu għall-valuri tat-tristimulus spettrali x‾ (λ), y‾ (λ), z‾ (λ) (ara t-tabella).
1.1.4.
Il-valuri tat-tristimulus spettrali tas-CIE1: Il-valuri tat-tristimulus tal-komponenti spettrali ta’ spettru ta’ ekwi-enerġija fis-sistema tas-CIE (XYZ).
1.1.5.
Il-viżjoni fotopika:1 Il-viżjoni bl-għajn normali meta tiġi adattata għal-livelli tal-luminanza riflessa ta’ mill-inqas diversi cd/m2.
2.
Apparat
2.1.
ĠeneraliL-apparat għandu jikkonsisti minn sors tad-dawl, appoġġ għall-kampjun tat-test, unità ta’ riċevitur b’fotodetettur u arloġġ indikatur (ara l-Illustrazzjoni 1), u mezz biex jiġu eliminati l-effetti tad-dawl barrani.
Ir-riċevitur jista’ jinkorpora sfera li tintegra d-dawl biex tiffaċilita l-kejl ta’ riflettanza tal-mirja mhux ċatti (konvessi) (ara l-Illustrazzjoni 2).
2.2.
Il-karatteristiċi spettrali tas-sors tad-dawl u tar-riċeviturIs-sors tad-dawl għandu jikkonsisti minn sors A tal-istandard CIE u ottika assoċjata biex jipprovdi raġġ tad-dawl kważi kollimat. Huwa rrakkomandat stabbilizzatur tal-vultaġġ sabiex iżomm voltaġġ fiss fil-bozza matul it-tħaddim tal-istrument.
Ir-riċevitur għandu jkollu fotodetettur b’rispons spettrali proporzjonali għall-funzjoni fotopika tal-luminożità ta’ osservatur kolorimetriku tal-istandard CIE (1931) (ara t-tabella). Jista’ jintuża kull kombinament ieħor ta’ dawl-filtru-riċettur li jagħti l-ekwivalenti ġenerali ta’ mezz ta’ illuminazzjoni A tal-istandard CIE u viżjoni fotopika. Meta tintuża sfera li tintegra fir-riċevitur, il-wiċċ ta’ ġewwa tal-isfera għandu jkun miksi b’kisja bajda mhux selettiva spettralment u matta (diffusiva).
2.3.
Kundizzjonijiet ġeometriċiL-angolu tar-raġġ tad-dawl inċidentali (θ) jenħtieġ li preferibbilment ikun 0,44 ± 0,09 rad (25 ± 5°) mill-perpendikular tal-wiċċ tat-test u ma għandux jaqbeż il-limitu ta’ fuq tat-tolleranza (jiġifieri 0,53 rad jew 30°). L-assi tar-riċettur għandu jagħmel angolu (θ) ma’ dan il-perpendikular daqs dak tar-raġġ inċidentali tad-dawl (ara l-Illustrazzjoni 1). Ir-raġġ inċidentali tad-dawl mal-wasla fuq il-wiċċ tat-test għandu jkollu dijametru ta’ mhux inqas minn 13 mm (0,5 pulzieri). Ir-raġġ tad-dawl rifless ma għandux ikun usa’ miż-żona sensittiva tal-fotodetettur, ma għandux ikopri aktar minn 50 % ta’ din iż-żona u għandu jkopri kemm jista’ jkun possibbli l-istess segment kif użat matul il-kalibrazzjoni tal-istrument.
Meta tintuża sfera li tintegra fis-segment tar-riċevitur, l-isfera għandu jkollha dijametru minimu ta’ 127 mm (5 pulzieri). Il-kampjun u l-fetħiet tar-raġġ tad-dawl inċidentali fil-ħajt tal-isfera għandhom ikunu ta’ tali daqs li jħallu jgħaddu r-raġġi tad-dawl sħaħ inċidentali u riflessi. Il-fotodetettur għandu jitqiegħed b’tali mod li ma jirċevix dawl dirett mir-raġġ inċidentali jew mir-raġġ rifless.
2.4.
Il-karatteristiċi elettriċi tal-unità tal-indikatur-fotodetetturL-output tal-fotodetettur kif muri fuq l-arloġġ indikatur għandu jkun funzjoni tal-intensità tad-dawl taż-żona fotosensittiva. Għandhom jiġu pprovduti mezzi (elettriċi u/jew ottiċi) biex jiffaċilitaw l-aġġustamenti għall-azzerar u għall-kalibrazzjoni. Dawn il-mezzi ma għandhomx jaffettwaw il-linearità jew il-karatteristiċi spettrali tal-istrument. L-eżattezza tal-unità tal-indikatur tar-riċettur għandha tkun fi ħdan ± 2 % tal-iskala sħiħa, jew fi ħdan ± 10 % tad-daqs tar-riżultat, liema minnhom ikun l-iżgħar.
2.5.
L-appoġġ tal-kampjunIl-mekkaniżmu għandu jkun kapaċi jsib il-kampjun tat-test b’mod li l-assi tad-driegħ tas-sors u r-riċettur jintersettjaw fuq il-wiċċ riflettur. Il-wiċċ riflettur jista’ jkun qiegħed fi ħdan jew f’wieħed mill-uċuħ tal-mera kampjun, skont jekk ikunx wiċċ tal-ewwel, wiċċ tat-tieni jew mera priżmatika tat-tip “li tinqaleb”.
3.
Proċedura
3.1.
Il-metodu tal-kalibrazzjoni direttaFil-metodu tal-kalibrazzjoni diretta, l-arja tintuża bħala l-istandard referenzjali. Dan il-metodu japplika għal dawk l-istrumenti, li huma mibnija b’tali mod li jippermettu l-kalibrazzjoni fil-punt ta’ 100 % billi r-riċevitur jiġi mxengel għal pożizzjoni direttament fuq l-assi tas-sors tad-dawl (ara l-Illustrazzjoni 1).
F’ċerti każijiet (bħal meta jitkejlu uċuħ ta’ riflessività baxxa) jista’ jintgħażel li jintuża punt ta’ kalibrazzjoni intermedjarju (bejn 0 u 100 % fuq l-iskala) b’dan il-metodu. F’dawn il-każijiet, għandu jiddaħħal filtru newtrali tad-densità ta’ trażmissjoni magħrufa fil-mogħdija ottika, u l-kontroll tal-kalibrazzjoni għandu mbagħad jiġi aġġustat sakemm l-arloġġ jaqra t-trażmissjoni perċentwali tal-filtru newtrali tad-densità. Dan il-filtru għandu jitneħħa qabel ma jitwettaq il-kejl tar-riflessività.
3.2.
Il-metodu tal-kalibrazzjoni indirettaIl-metodu tal-kalibrazzjoni indiretta japplika fil-każ tal-istrumenti b’ġeometrija fissa ta’ sors u riċevitur. Huwa meħtieġ standard tar-riflettanza kkalibrat u miżmum kif xieraq. Dan l-istandard referenzjali jenħtieġ li preferibbilment ikun mera ċatta b’valur ta’ riflettanza qrib kemm jista’ jkun għal dak tal-kampjuni tat-test.
3.3.
Il-kejl ta’ mirja ċattiIr-riflettanza tal-kampjuni tal-mirja ċatti tista’ titkejjel fuq strumenti li jużaw jew il-metodu tal-kalibrazzjoni diretta jew indiretta. Il-valur tar-riflettanza jinqara direttament mill-arloġġ indikatur.
3.4.
Il-kejl ta’ mirja mhux ċatti (konvessi)Il-kejl tar-riflettanza ta’ mirja mhux ċatti (konvessi) jirrikjedi l-użu ta’ strumenti li jinkorporaw sfera li tintegra fl-unità tar-riċevitur (ara l-Illustrazzjoni 2). Jekk l-arloġġ li jindika l-istrumenti jindika taqsimiet ne b’mera standard ta’ riflettanza ta’ E %, allura, b’mera ta’ riflessjoni mhux magħrufa, it-taqsimiet nx iridu jikkorrispondu ma’ riflettanza ta’ X %, f’konformità mal-formola:
4.
Il-valuri tat-tristimulus spettrali għall-osservatur kolorimetriku tal-istandard CIE 1931 (2)Din it-tabella hija meħuda mill-pubblikazzjoni tas-CIE 50 (45) (1970)
|
* |
Mibdul fl-1966 (minn 3 għal 2) |
Illustrazzjoni spjegattiva
Eżempju ta’ apparat għall-kejl tal-fattur tar-riflessjoni tal-mirja sferiċi
|
C |
= |
Riċevitur |
|
D |
= |
Dijaframma |
|
E |
= |
Tieqa tad-dħul |
|
F |
= |
Tieqa tal-kejl |
|
L |
= |
Lenti |
|
M |
= |
Tieqa tal-oġġett |
|
S |
= |
Sors tad-dawl |
|
(S) |
= |
Sfera li tintegra |
(1) Definizzjonijiet meħuda mill-pubblikazzjoni tas-CIE 50 (45), il-Vokabularju Internazzjonali Elettroniku, Grupp 45: id-Dawl
(2) Tabella mqassra. Il-valuri ta’
ANNESS 7
Il-proċedura biex jiġi ddeterminat ir-raġġ tal-kurvatura “r” tal-wiċċ riflettur ta’ mera
1.
Kejl
1.1.
TagħmirJintuża “sferometru” bħal dak deskritt fl-Illustrazzjoni 1 ta’ dan l-anness li jkollu d-distanzi indikati bejn il-labra tat-traċċar tal-gauge tal-wiċċ tal-arloġġ u saqajn fissi tal-istangetta.
1.2.
Il-punti tal-kejl
1.2.1.
Ir-raġġi prinċipali tal-kurvatura għandhom jitkejlu fi tliet punti li jinsabu qrib kemm jista’ jkun f’terz, f’nofs u f’żewġ terzi tad-distanza tul l-ark tal-wiċċ riflettur li jgħaddu minn ġoċ-ċentru ta’ dan il-wiċċ u paralleli mas-segment b, jew tal-ark li jgħaddi minn ġoċ-ċentru tal-wiċċ riflettur li jkun perpendikolari miegħu jekk dan l-ark ikun itwal.
1.2.2.
Meta, minħabba d-daqs tal-wiċċ riflettur, ikun impossibbli li jinkiseb kejl fid-direzzjonijiet definiti fil-paragrafu 2.1.2.2.2. ta’ dan ir-Regolament, is-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-testijiet jistgħu jieħdu l-kejl fil-punt imsemmi f’żewġ direzzjonijiet perpendikolari qrib kemm jista’ jkun ta’ dawk stabbiliti hawn fuq.
2.
Kalkolu tar-raġġ tal-kurvatura “r”“r” espress f’mm jiġi kkalkulat mill-formola:
Fejn:
|
rp1 |
= ir-raġġ tal-kurvatura fl-ewwel punt tal-kejl, |
|
rp2 |
= ir-raġġ tal-kurvatura fit-tieni punt tal-kejl, |
|
rp3 |
= ir-raġġ tal-kurvatura fit-tielet punt tal-kejl. |
(id-dimensjonijiet kollha huma f’millimetri)
ANNESS 8
Il-proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għal pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi bil-mutur (1)
Appendiċi 1 - Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali għad-determinazzjoni tal-punt “H” (magna 3-D H)1
Appendiċi 2 - Sistema ta’ referenza tridimensjonali1
Appendiċi 3 - Data ta’ referenza li tikkonċerna pożizzjonijiet bilqiegħda1
(1) Il-proċedura hija deskritta fl-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6). https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions
ANNESS 9
Metodi ta’ ttestjar għall-kamp viżiv ta’ wara ta’ prossimità mill-qrib
1.
Kamp viżivIr-rekwiżiti tal-kamp viżiv definiti fil-paragrafi 15.2. ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu ttestjati bil-kundizzjonijiet deskritti f’dan l-Anness.
1.1.
Oġġetti ta’ ttestjarKull oġġett ta’ ttestjar għandu jkun ċilindru ċirkolari dritt b’għoli ta’ 0,8 m u b’dijametru estern ta’ 0,3 m. Kull oġġett ta’ ttestjar għandu jiġi mmarkat kif ġej.
|
(a) |
L-oġġett ta’ ttestjar għandu jkollu roqgħa mpinġija ta’ 0,15 m x 0,15 m li tista’ tiġi mċaqalqa mill-qiegħ għall-parti ta’ fuq tal-ġenb taċ-ċilindru. |
|
(b) |
Ir-roqgħa mpinġija għandha tkun ta’ kulur li jikkuntrasta kemm mal-bqija taċ-ċilindru kif ukoll mal-wiċċ tat-test.
|
1.2.
Postijiet u orjentazzjonijiet tal-oġġett ta’ ttestjarPoġġi l-oġġetti ta’ ttestjar fil-postijiet speċifikati f’(a) sa (h) u murija fl-Illustrazzjoni B. Kejjel id-distanzi murija fl-Illustrazzjoni B minn oġġett ta’ ttestjar għal oġġett ta’ ttestjar ieħor jew oġġett ieħor miċ-ċentru ċilindriku (assi) tal-oġġett ta’ ttestjar kif jidher minn fuq. Kull oġġett ta’ ttestjar għandu jkun orjentat sabiex l-assi tiegħu jkun vertikali.
|
(a) |
Poġġi l-oġġetti ta’ ttestjar A, B, u C b’tali mod li ċ-ċentri tagħhom ikunu fi pjan vertikali trasversali li jkun 0,3 m fuq wara ta’ pjan vertikali trasversali tanġenzjali mal-wiċċ ta’ wara nett tal-vettura. |
|
(b) |
Poġġi l-oġġett ta’ ttestjar B b’tali mod li ċ-ċentru tiegħu jkun fi pjan vertikali lonġitudinali li jgħaddi mil-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura. |
|
(c) |
Poġġi l-oġġetti ta’ ttestjar D, E, u F b’tali mod li ċ-ċentri tagħhom ikunu fi pjan vertikali trasversali li jkun 1,5 m fuq wara ta’ pjan vertikali trasversali tanġenzjali mal-wiċċ ta’ wara nett tal-vettura. |
|
(d) |
Poġġi l-oġġett ta’ ttestjar E b’tali mod li ċ-ċentru tiegħu jkun fi pjan vertikali lonġitudinali li jgħaddi mil-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura. |
|
(e) |
Poġġi l-oġġetti ta’ ttestjar G, H, u I b’tali mod li ċ-ċentri tagħhom ikunu fi pjan vertikali trasversali li jkun 3,35 m fuq wara ta’ pjan vertikali trasversali tanġenzjali mal-wiċċ ta’ wara nett tal-vettura. |
|
(f) |
Poġġi l-oġġett ta’ ttestjar H b’tali mod li ċ-ċentru tiegħu jkun fi pjan vertikali lonġitudinali li jgħaddi mil-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura. |
|
(g) |
Poġġi l-oġġetti ta’ ttestjar A, D, u G b’tali mod li l-partijiet l-aktar ta’ barra tagħhom ikunu fi pjan vertikali lonġitudinali tanġenzjali mal-wiċċ ta’ barra nett tal-vettura fuq in-naħa tax-xellug. |
|
(h) |
Poġġi l-oġġetti ta’ ttestjar C, F, u I b’tali mod li l-partijiet l-aktar ta’ barra tagħhom ikunu fi pjan vertikali lonġitudinali tanġenzjali mal-wiċċ ta’ barra nett tal-vettura fuq in-naħa tal-lemin. |
Il-mekkaniżmu tat-tqabbid mekkaniku u l-ixkafef tal-bagalji li jinsabu fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura ma għandhomx jitqiesu.
1.3.
Kundizzjonijiet tat-test
1.3.1.
Dawl.Il-kundizzjonijiet ambjentali tad-dawl li fihom isir l-ittestjar jikkonsistu f’dawl li jitqassam b’mod ugwali minn fuq u li huwa ta’ intensità ta’ bejn 7 000 lux u 10 000 lux, kif imkejjel fiċ-ċentru tal-wiċċ estern tas-saqaf tal-vettura.
1.3.2.
Temperatura.It-temperatura ġewwa l-vettura matul it-test hija kwalunkwe temperatura bejn 15 °C u 25 °C,
1.3.3.
Kundizzjonijiet tal-vettura.
1.3.3.1.
Tajers.It-tajers tal-vettura huma ssettjati għall-pressjoni tal-inflazzjoni kiesħa rakkomandata mill-manifattur tal-vettura.
1.3.3.2.
Tagħbija tal-vettura.Il-vettura hija fi stat ta’ tħaddim kif definit fir-Riżoluzzjoni konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-vetturi (R.E.3) (ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, paragrafu 2.2.5.4.)
1.3.3.3.
Sospensjoni aġġustabbliJekk il-vettura tkun mgħammra b’sistema ta’ sospensjoni aġġustabbli, din għandha tiġi ssettjata għall-agħar kundizzjoni.
1.3.3.4.
Bokkaport ta’ wara u għotjien tal-bagoll.Jekk il-vettura tkun mgħammra b’tailgate jew b’bieba tal-bagoll, dawn jingħalqu u jinqaflu fil-kundizzjoni tal-vettura operattiva normali tagħhom.
1.4.
Proċedura tat-testIl-viżibbiltà ta’ kull arblu għandha tiġi ttestjata individwalment.
B’mod fakultattiv, ringiela waħda tista’ tiġi ttestjata fl-istess ħin. Wara l-identifikazzjoni b’suċċess tal-arblu, l-arblu jista’ jitneħħa.
L-arbli tal-ewwel ringiela (A, B, C) jistgħu jdawru d-direzzjoni sabiex ikunu jistgħu juru r-roqgħa mpinġija kemm jista’ jkun.
2.
Prontezza tas-sistema
2.1.
Kundizzjonijiet tat-test|
(a) |
Il-vettura għandha titħalla pparkjata fi status ta’ pparkjar sakemm jiġi żgurat li s-sistemi elettroniċi kollha jiġu diżattivati; jew għal minimu ta’ 30 minuta. |
|
(b) |
Huwa permissibbli li l-persuna jew it-tagħmir tat-test ikunu diġà jinsabu fil-vettura. |
|
(c) |
Kun ċert li s-selettur tal-gerijiet tal-vettura jkun f’ger newtrali jew f’ger għall-mixi ’l quddiem. |
|
(d) |
It-test jista’ jibda bil-ftuħ tal-bieba tas-sewwieq. Ladarba tinfetaħ il-bieba, din għandha terġa’ tingħalaq. |
2.2.
Proċedura tat-test|
(a) |
Qiegħed il-vettura fil-modalità attiva. Din l-azzjoni għandha tagħti bidu għall-ewwel timer. |
|
(b) |
Stenna tal-inqas 6 sek |
|
(c) |
Ibda l-avveniment ta’ rivers billi tagħżel il-modalità tar-rivers. Jekk ma jkunx possibbli li l-vettura titqiegħed fil-modalità tar-rivers 6 sek wara li titqiegħed fil-modalità attiva, l-avveniment ta’ rivers għandu jinbeda malli jkun teknikament possibbli. |
|
(d) |
Agħti bidu għat-tieni timer, f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-manifattur u mhux aktar tard minn meta tkun applikata l-modalità tar-rivers jew minn meta jiddaħħal il-ger tar-rivers. |
|
(e) |
Irreġistra l-ħin tar-rispons fuq it-tieni timer sakemm il-viżjoni ta’ wara tkun kompletament viżibbli fuq id-displej. |
3.
Daqs tal-oġġett
3.1.
Punt ta’ referenza tat-test.Ikseb il-punt ta’ referenza tat-test billi tuża l-proċedura li ġejja.
|
(a) |
Sib iċ-ċentru tal-punt tan-nofs tal-għajn tħares ’il quddiem (Mf) muri fl-Illustrazzjoni C sabiex ikun 635 mm vertikalment ’il fuq mill-punt H (H) u 96 mm lura mill-punt H. |
|
(b) |
Sib iċ-ċentru tal-ġog tar-ras/għonq (J) muri fl-Illustrazzjoni C sabiex dan ikun 100 mm lura minn Mf u 588 mm vertikalment ’il fuq mill-punt H. Fil-każ li ċ-ċentru tal-ġog tar-ras/tal-għonq (J) ma jkunx kompatibbli għall-konfigurazzjoni tas-sit tal-vettura, aġġusta s-sit tas-sewwieq għall-punt tan-nofs tal-medda ta’ aġġustament lonġitudinali. Jekk is-sit ma jkunx jista’ jiġi aġġustat għall-punt tan-nofs ta’ aġġustament lonġitudinali, għandha tintuża l-eqreb pożizzjoni ta’ aġġustament għan-naħa ta’ wara tal-punt tan-nofs. |
|
(c) |
Pinġi linja orizzontali immaġinarja bejn Mf u punt vertikalment ’il fuq minn J, definit bħala J2. |
|
(d) |
Dawwar il-linja immaġinarja madwar J2 fid-direzzjoni tal-immaġni fir-retroviżur sakemm id-distanza tal-linja dritta bejn Mf u ċ-ċentru tad-displej użat biex tiġi ppreżentata l-immaġni fir-retroviżur meħtieġa f’dan l-istandard tilħaq l-iqsar valur possibbli. |
|
(e) |
Iddefinixxi dan il-post ġdid u mdawwar ta’ Mf bħala Mr (punt tan-nofs tal-għajn imdawra). |
3.1.
Il-proċedura tal-kejl.|
(a) |
Sib kamera b’format ta’ 35 mm jew akbar, kamera b’vidjo, jew ekwivalenti diġitali b’tali mod li ċ-ċentru tal-pjan tal-immaġni tal-kamera jkun jinsab fuq Mr u l-lenti tal-kamera tkun diretta lejn iċ-ċentru tal-immaġni fir-retroviżur fuq id-displej. |
|
(b) |
Waħħal riga fil-bażi tal-immaġni fir-retroviżur f’orjentazzjoni perpendikolari ma’ linja taċ-ċentru taċ-ċilindru tal-oġġett ta’ ttestjar. Jekk l-ilqugħ protettivi tar-ras tal-vettura jostakolaw l-viżjoni tal-kamera tad-displej, dawn jistgħu jiġu aġġustati jew jitneħħew. |
|
(c) |
Ħu ritratt tal-immaġni tad-displej viżiv bir-riga inkluża fil-qafas u l-immaġni fir-retroviżur murija. |
3.2.
Estrazzjoni tad-data fotografika.|
(a) |
Billi tuża r-ritratt, kejjel it-tul apparenti, ta’ sezzjoni ddelinjata ta’ 50 mm tar-riga fir-ritratt, tul ix-xifer tar-riga, l-eqreb għall-immaġni fir-retroviżur u f’punt qrib iċ-ċentru orizzontali tal-immaġni fir-retroviżur. |
|
(b) |
Bl-użu tar-ritratt, kejjel il-wisa’ orizzontali tal-faxxa kkulurita fil-porzjon ta’ fuq ta’ kull wieħed mit-tliet oġġetti ta’ ttestjar li jinsabu fil-pożizzjonijiet G, H, u I fl-Illustrazzjoni B. |
|
(c) |
Iddefinixxi l-wisgħat orizzontali mkejla tal-faxex ikkuluriti tat-tliet oġġetti ta’ ttestjar bħala dG, dH, u dI. |
3.3.
Ksib tal-fattur ta’ skalar.Billi tuża t-tul apparenti tal-porzjon ta’ 50 mm tar-riga kif jidher fir-ritratt, aqsam dan it-tul apparenti b’50 mm biex tikseb fattur ta’ skalar. Iddefinixxi dan il-fattur ta’ skalar bħala skala.
3.4.
Determinazzjoni tad-distanza ta’ osservazzjoni.Iddetermina d-distanza attwali mill-post tal-punt tan-nofs tal-għajn imdawra (Mr) għaċ-ċentru tal-immaġni fir-retroviżur. Iddefinixxi din id-distanza ta’ osservazzjoni bħala aeye.
3.5.
Kalkolu tal-angolu viżiv li jiġi kopert mill-oġġetti ta’ ttestjar.Uża l-ekwazzjoni li ġejja biex tikkalkula l-angoli viżivi koperti:
fejn i jista’ jieħu l-valur ta’ jew l-oġġett ta’ ttestjar G, H, jew I, u l-arcsine jiġi kkalkulat f’unitajiet ta’ gradi.
ANNESS 10
Metodi ta’ ttestjar għas-sistemi ta’ detezzjoni
1.
Detezzjoni ta’ żona orizzontali ta’ waraIs-sistemi ta’ twissija akustiċi għandhom jgħaddu mit-test kif speċifikat fil-paragrafu 1.3.1. f’dan l-Anness. Madankollu, jekk is-sistemi ta’ twissija akustiċi jgħaddu mit-test kif speċifikat fil-paragrafu 1.4. f’dan l-Anness, it-test kif speċifikat fil-paragrafu 1.3.1. f’dan l-Anness għandu jitqies li jkun tlesta b’suċċess.
1.1.
Kundizzjonijiet tat-testL-oġġett ta’ ttestjar għandu jkun skont il-paragrafu 7.1. ta’ ISO 17386:2010. Matul l-ittestjar, il-veloċità tar-riħ ma għandhiex taqbeż il-1 m/s. It-temperatura għandha tkun 20 ± 5 °C u l-umdità għandha tkun 60 ± 25 fil-mija. Ma għandu jkun hemm l-ebda xita jew borra. It-test għandu jitwettaq fuq superfiċje lixxa u xotta tal-asfalt jew tal-konkrit. It-test ma għandux jiġi affettwat mir-riflessjoni tal-mewġ tal-ħoss jew mill-mewġ elettromanjetiku minn kwalunkwe ħajt, tagħmir awżiljarju tal-ittestjar jew kwalunkwe oġġett ieħor fl-ambjent.
1.2.
Preparazzjoni tat-testGħandu jintuża oġġett ta’ ttestjar wieħed. Id-distanza mix-xifer ta’ wara għall-oġġett ta’ ttestjar u l-pożizzjoni tal-oġġett ta’ ttestjar jintgħażlu mill-manifattur biex tiġi żgurata d-detezzjoni tal-oġġett ta’ ttestjar. L-oġġett ta’ ttestjar għandu jkun jinsab fil-grilji li jistgħu jiġu identifikati fi ħdan iż-żona orizzontali ta’ wara f’1.3.1. ta’ dan l-anness. Il-vettura tat-test fl-istat inizjali għandu jkollha s-sistema ta’ detezzjoni fl-istat attivat, li tiġi ddikjarata [mill-manifattur JEW fil-manwal tas-sid] u għandha tkun fil-kundizzjoni tal-ipparkjar. Hawnhekk, il-kundizzjoni tal-ipparkjar tfisser li l-pożizzjoni P (ipparkjar) tintgħażel fil-każ ta’ vetturi mgħammra bi trażmissjonijiet awtomatiċi, filwaqt li tfisser li jintgħażel il-ger newtrali u li l-brejk tal-parking jiġi attivat fil-każ ta’ vetturi mgħammra bi trażmissjoni manwali.
1.3.
Metodu ta’ ttestjar
1.3.1.
Kamp ta’ detezzjoniId-distanza massima tad-detezzjoni fil-paragrafi 5.4.2. u 5.4.3. ta’ ISO 17386:2010 għandha tkun 1,0 m (Klassi R2). Il-wisa’ tar-rettangolu, w_r, hija ugwali għall-wisa’ tal-vettura, imkejla tul il-fus ta’ wara. Id-dimensjonijiet għandhom jiġu aġġustati għall-eqreb 0,1 m. L-illustrazzjoni ta’ hawn taħt tagħti eżempji ta’ w_r differenti. (Illustrazzjoni 1 u 2).
1.3.2.
Rata minima ta’ detezzjoniIr-rata minima ta’ detezzjoni meħtieġa għaż-żona orizzontali ta’ wara għandha tkun kif ġej:
|
(a) |
90 fil-mija għal A1 kif definit fil-paragrafu 5.4.3. ta’ ISO 17386:2010; |
|
(b) |
87 fil-mija għall-medda ta’ wara-2 f’A2 kif definit fil-paragrafu 5.4.3. ta’ ISO 17386:2010. |
Ma għandu jkun hemm l-ebda toqba mhux identifikata akbar minn kaxxa li tikkonsisti minn grilji ta’ daqs ta’ żewġ kaxxi b’żewġ kaxxi.
Hawnhekk, il-proċeduri tat-test taż-żona orizzontali ta’ wara għandhom ikunu skont il-paragrafu 7.3. ta’ ISO 17386:2010.
Meta t-twissija tiġi pprovduta għal aktar minn 5 sekondi b’mod kontinwu, jitqies li l-oġġett ta’ ttestjar ikun ġie identifikat. It-test ta’ detezzjoni għandu jsir darba għal kull oġġett ta’ ttestjar. Madankollu, jekk ikun meħtieġ, skont il-ftehim tas-Servizz Tekniku u tal-manifattur, jista’ jitqies li l-oġġett ta’ ttestjar ikun ġie identifikat f’każ li t-twissijiet jiġu pprovduti f’4 testijiet minn 5.
1.4.
Metodu tat-test alternattiv (simplifikat)
1.4.1.
Kamp ta’ detezzjoniIż-żoni ta’ monitoraġġ huma l-għaxar punti murija fl-Illustrazzjoni 3 hawn taħt fiż-żona ta’ monitoraġġ tal-paragrafu 1.3.1.
1.4.2.
Rata minima ta’ detezzjoniIr-rata minima ta’ detezzjoni meħtieġa għaż-żona ta’ għaxar punti għandha tkun ta’ 100 %.
Meta t-twissija tiġi pprovduta għal aktar minn ħames sekondi b’mod kontinwu, jitqies li l-oġġett ta’ ttestjar ikun ġie identifikat. It-test ta’ detezzjoni għandu jsir darba għal kull oġġett ta’ ttestjar. Madankollu, jekk ikun meħtieġ, skont il-ftehim tas-Servizz Tekniku u tal-manifattur, jista’ jitqies li l-oġġett ta’ ttestjar ikun ġie identifikat f’każ li t-twissijiet jiġu pprovduti f’erba’ testijiet minn ħamsa.
1.4.3.
Kapaċitajiet ta’ awtottestjar u indikazzjoni ta’ fallimentSkont il-paragrafu 5.5. ta’ ISO 17386:2010, is-sistema għandha tipprovdi funzjonijiet ta’ awtottestjar. Din għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-falliment tas-sistema li tikkonforma mal-paragrafu 17.2.5. ta’ dan ir-Regolament, kull meta tiġi identifikata kundizzjoni ta’ ħsara.
2.
Ħin tar-rispons
2.1.
Kundizzjonijiet tat-test|
(a) |
Il-vettura għandha titħalla pparkjata fi status ta’ pparkjar sakemm jiġi żgurat li s-sistemi elettroniċi kollha jiġu diżattivati; jew għal minimu ta’ 30 minuta. |
|
(b) |
Huwa permissibbli li l-persuna jew it-tagħmir tat-test ikunu diġà jinsabu fil-vettura. |
|
(c) |
Kun ċert li s-selettur tal-gerijiet tal-vettura jkun f’ger newtrali jew f’ger għall-mixi ’l quddiem. |
|
(d) |
It-test jista’ jibda bil-ftuħ tal-bieba tas-sewwieq. Ladarba tinfetaħ il-bieba, din għandha terġa’ tingħalaq. |
2.2.
Proċedura tat-test|
(a) |
Poġġi oġġett ta’ ttestjar fil-kamp meħtieġ ta’ detezzjoni |
|
(b) |
Qiegħed il-vettura fil-modalità attiva. Din l-azzjoni għandha tagħti bidu għall-ewwel timer. |
|
(c) |
Stenna tal-inqas 6 sek |
|
(d) |
Ibda l-avveniment ta’ rivers billi tagħżel il-modalità tar-rivers. Jekk ma jkunx possibbli li l-vettura titqiegħed fil-modalità tar-rivers 6 sek wara li titqiegħed fil-modalità attiva, l-avveniment ta’ rivers għandu jinbeda malli jkun teknikament possibbli. Agħti bidu għat-tieni timer, f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-manifattur u mhux aktar tard minn meta tkun applikata l-modalità tar-rivers jew minn meta jiddaħħal il-ger tar-rivers. |
|
(e) |
Irreġistra l-ħin tar-rispons fuq it-tieni timer sakemm ikun disponibbli s-sinjal ta’ informazzjoni. |