|
23.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/27 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Ottubru 2013
li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/874/UE
(notifikata bid-dokument C(2013) 6828)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/520/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 17(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 17(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (3) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet relatati mal-movimenti tal-annimali domestiċi mill-pajjiżi terzi u mal-mudell taċ-ċertifikat għal dawn il-movimenti. Dak ir-Regolament jirrevoka u jieħu post ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 b’effett mid-29 ta’ Diċembru 2014. Skont ir-Regolament (UE) Nru 576/2013, fejn l-għadd ta’ klieb, qtates jew inmsa li jkunu ġew spustati għal raġunijiet mhux kummerċjali jkun ta’ iktar minn ħamsa f’moviment wieħed, dawk l-annimali miżmuma bħala pets għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Direttiva 92/65/KEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/874/UE tal-15 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa fl-Unjoni, kif ukoll iċ-ċertifikati mudell għall-importazzjoni u l-movimenti mhux kummerċjali ta’ dawn l-annimali fl-Unjoni (4) tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali fl-Unjoni ta’ aktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa, skont id-Direttiva 92/65/KEE, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-saħħa għal dawn l-importazzjonijiet u l-movimenti mhux kummerċjali u ċ-ċertifikat tas-saħħa għall-movimenti mhux kummerċjali lejn l-Unjoni ta’ ħamest iklieb, qtates jew inmsa jew inqas, skont ir-Regolament (KE) Nru 998/2003. |
|
(3) |
Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, ġew adottati r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/519/UE tal-21 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi l-lista ta’ territorji u pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u l-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għat-tali importazzjonijiet (6). |
|
(4) |
Mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/519/UE, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/874/UE mhux se jibqgħu jgħoddu. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/519/UE jibdew japplikaw mid-29 ta’ Diċembru 2014. Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/874/UE għandha tiġi rrevokata b’effett mill-istess data. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/874/UE hija mħassra.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-29 ta’ Diċembru 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.
(3) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.
(4) ĠU L 343, 23.12.2011, p. 65.
(5) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109.
(6) Ara paġna 20 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.