<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0500454501.case.xml"><NO.CASE>C-111/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009J0111</NO.CELEX><NO.SEQ>0012.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-4547</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-4560</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20100520">20.5.2010</DATE> — KAWŻA C-111/09</LEFT><RIGHT>ČPP VIENNA INSURANCE GROUP</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-111/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal domanda preliminari skont l-Artikoli 68 KE u 234 KE, imressqa mill-Okresní soud v Chebu (ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090203">3 ta’ Frar 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20090323">23 ta’ Marzu 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Česká podnikatelská pojišťovna as, Vienna Insurance Group</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Michal Bilas,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-4548"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President ta’ Awla, C. Toader (Relatur), K. Schiemann, P. Kūris u L. Bay Larsen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Mazák,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P></CONSID><CONSID><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Slovakk, minn B. Ricziová, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="I-4549"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn A.-M. Rouchaud-Joët u M. Šimerdová, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 24 u 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, Česká podnikatelská pojišťovna as, Vienna Insurance Group (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ČPP<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/>), kumpannija tal-assigurazzjoni stabbilita fir-Repubblika Ċeka u, min-naħa l-oħra, M. Bilas, persuna assigurata ddomiċiljata fis-Slovakkja, rigward talba ta’ ħlas ta’ primjum tal-assigurazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4550"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni huma stabbiliti mis-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 44/2001, li tinkludi l-Artikoli 8 sa 14 ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>F’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi ddeterminata b’din is-Sezzjoni bla ħsara għall-Artikolu 4 u punt 5 tal-Artikolu 5.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(3), l-assiguratur jista’ jressaq proċedimenti biss fil-qrati tal-Istat Membru li fih id-difensur jkun ddomiċiljat, irrispettivament milli jekk ikunx dak li jkollu l-polza tal-assigurazzjoni, l-assigurat jew il-benefiċjarju.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-4551"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Id-dispożizzjonijiet ta’ din is-sezzjoni jistgħu jitwarrbu biss bi ftehim:</P><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>li jkun seħħ wara li tkun qamet il-kwistjoni, jew</P><P>[…]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tas-Sezzjoni 6 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 44/2001 stabbilixxa r-regoli fuq il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Ġurisdizzjoni esklużiva<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament, li jinsab fis-Sezzjoni 7, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Prorogazzjoni ta’ ġurisdizzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/>, tal-Kapitolu II, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Apparti mill-ġurisdizzjoni li toħroġ minn dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament, qorti ta’ Stat Membru fejn il-konvenut ikun deher għandha jkollha l-ġurisdizzjoni. Din ir-regola ma għandiex tapplika meta d-dehra kienet saret biex ikun ikkontestat il-ġurisdizzjoni, jew meta qorti oħra jkollha ġurisdizzjoni esklużiva bis-saħħa tal-Artikolu 22.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Is-Sezzjoni 8, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Eżami dwar ġurisdizzjoni u ammisibilità<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/>, tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 44/2001, tinkludi l-Artikoli 25 u 26.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4552"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Meta qorti ta’ Stat Membru jkollha quddiemha talba li tkun prinċipalment ikkonċernata b’materja li dwarha l-qrati ta’ Stat Membru ieħor ikollhom il-ġurisdizzjoni esklużiva bis-saħħa tal-Artikolu 22, din għandha tiddikjara b’inizjattiva tagħha li ma għandhiex ġurisdizzjoni.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 26(1), tal-istess regolament jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Meta konvenut ddomiċiljat fi Stat Membru wieħed ikun imfittex f’qorti ta’ Stat Membru ieħor u li ma jidhirx quddiem il-qorti, il-qorti għandha tiddikjara, bl-inizjattiva tagħha stess, li ma għandhiex ġurisdizzjoni sakemm il-ġurisdizzjoni tagħha ma tkunx ġejja mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 44/2001, li huwa msemmi fil-Kapitolu III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Rikonoxximent u eżekuzzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/>, taħt is-Sezzjoni 1, din stess intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Rikonoxximent<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/>, jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="035.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Iktar minn hekk, sentenza ma għandhiex tiġi rrikonoxxuta jekk tmur kontra s-Sezzjonijiet 3, 4 jew 6 tal-Kapitolu II, jew fil-każ previst fl-Artikolu 72.”</P><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-4553"?><PARAG IDENTIFIER="035.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Suġġett għal paragrafu 1, il-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru ta’ oriġini ma tistax tiġi reveduta. It-test ta’ strateġija pubblika msemmija f’punt 1 tal-Artikolu 34 ma’ jistax jiġi applikat għal regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ ġurisdizzjoni.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20080414">14 ta’ April 2008</DATE>, ČPP ippreżentat kawża kontra M. Bilas quddiem il-qorti tar-rinviju, sabiex tikseb il-kundanna ta’ dan tal-aħħar għall-ħlas tal-ammont ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">1755</FT>, flimkien mal-interessi moratorji, skont il-primjum dovut taħt kuntratt ta’ assigurazzjoni konkluż bejn il-partijiet fit-<DATE ISO="20020530">30 ta’ Mejju 2002</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Meta ġie mistieden mill-Okresní soud v Chebu sabiex jissottometti l-kummenti tiegħu, M. Bilas ikkontesta l-mertu tat-talba ta’ ČPP, mingħajr ma qajjem l-eċċezzjoni tan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti li quddiemha tressqet il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, l-Okresní soud v Chebu sostniet li, mir-Regolament Nru 44/2001 jirriżulta li, fin-nuqqas ta’ tali eċċezzjoni hija ma tistax tevalwa l-ġurisdizzjoni tagħha peress li l-kawża ma taqax taħt l-ambitu tal-każijiet previsti fl-Artikoli 25 u 26 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Hija ssostni wkoll li, jekk taġixxi fuq il-mertu mingħajr ma tevalwa l-ġurisdizzjoni tagħha, id-deċiżjoni tagħha ma tistax tiġi rrikonoxxuta fis-sens tal-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 44/2001. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni ma tippermettix li fi Stat Membru tiġi rrikonoxxuta deċiżjoni li ma ngħatatx minn qorti li għandha ġurisdizzjoni fis-sens tad-dispożizzjonijiet fis-Sezzjonijiet 3, 4 u 6 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament. Issa, skont l-Okresní soud v Chebu, peress li l-kawża tressqet<?PAGE NO="I-4554"?> quddiemha mingħajr ma ġie osservat l-Artikolu 12(1) tal-imsemmi regolament, id-deċiżjoni tagħha ma tistax tiġi rrikonoxxuta fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Għalhekk il-qorti tar-rinviju kellha dubji fir-rigward tal-korrettezza ta’ tali konklużjoni. Hija ssostni li l-qorti għandha jew tkun tista’ tivverifika l-ġurisdizzjoni tagħha, mingħajr ma tqis l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 44/2001, jew għandha tkun tista’ tapplika, sa fejn tikkonċerna l-ġurisdizzjoni tagħha, l-Artikolu 24 tal-imsemmi regolament, minkejja li l-possibbiltà tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma tirriżultax espressament mit-test tal-Artikolu 8 tal-istess regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet, l-Okresní soud v Chebu ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tar-Regolament […] Nru 44/2001 […], għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jippermettix lill-qorti tistħarreġ il-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħha fil-każ fejn il-konvenut jidher fil-proċeduri, anki meta l-kawża hija suġġetta għar-regoli ta’ ġurisdizzjoni obbligatorja fis-sens tas-Sezzjoni 3 [tal-Kapitolu II ta’ dan] ir-regolament u r-rikors ikun ġie ppreżentat bi ksur ta’ dawn ir-regoli?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-konvenut jista’, minħabba l-fatt li jidher fil-proċeduri, jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qorti fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament [Nru 44/2001] anki meta l-proċeduri jkunu altrimenti suġġetti għar-regoli ta’ ġurisdizzjoni obbligatorja fis-sens tas-Sezzjoni 3 [tal-Kapitolu II ta’ dan] ir-regolament u r-rikors ikun ġie ppreżentat bi ksur ta’ dawn ir-regoli?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta negattiva għat-tieni domanda, il-fatt li l-konvenut jidher fil-proċeduri li jirrigardaw l-assigurazzjoni quddiem qorti li altrimenti taħt<?PAGE NO="I-4555"?> ir-Regolament [Nru 44/2001] ma għandhiex ġurisdizzjoni, jista’ jiġi meqjus bħala ftehim fuq il-ġurisdizzjoni fis-sens tal-Artikolu 13(1) [ta’ dan] ir-regolament?<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-qorti li quddiemha titressaq il-kawża, mingħajr ma jiġu osservati r-regoli msemmija fis-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament, għandha jkollha ġurisdizzjoni meta l-konvenut jidher quddiemha u ma jressaqx eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Din id-domanda tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk, anki għall-kawżi li għalihom japplikaw ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali previsti fir-Regolament Nru 44/2001, bħal dawk li jinsabu fis-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu II ta’ dan tal-aħħar, fil-qasam tal-assigurazzjoni, id-dehra tal-konvenut li ma jikkontestax il-ġurisdizzjoni tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża, tikkostitwixxix estensjoni taċita ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001 tipprovdi regola ta’ ġurisdizzjoni bbażata fuq id-dehra tal-konvenut għal kawżi kollha, fejn il-ġurisdizzjoni tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża ma tirriżultax minn dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-regolament. Din id-dispożizzjoni tapplika anki fil-każ fejn il-kawża tressqet quddiem il-qorti bi ksur<?PAGE NO="I-4556"?> tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament, u timplika li d-dehra tal-konvenut tista’ titqies bħala aċċettazzjoni taċita tal-ġurisdizzjoni tal-qorti li quddiemha tressqet il-kawża, u għalhekk bħala estensjoni ta’ ġurisdizzjoni ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>It-tieni sentenza tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001 tipprovdi eċċezzjonijiet għal din ir-regola ġenerali. Hija tistabbilixxi li ma jkunx hemm estensjoni taċita ta’ ġurisdizzjoni ta’ qorti li quddiemha titressaq il-kawża jekk il-konvenut iqajjem eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni, kif ukoll jesprimi l-volontà tiegħu li ma jaċċettax il-ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti, jew fil-każ ta’ kawżi li għalihom l-Artikolu 22 tal-imsemmi regolament jipprovdi regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Din it-tieni sentenza tinkludi dispożizzjoni li tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regola ġenerali. Għalhekk, kif ġie rrilevat mill-Gvern Ċek, dak Ġermaniż u dak Slovakk, kif ukoll mill-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, għandha titqies bħala eċċezzjoni u għandha tiġi interpretata b’mod strett.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Isegwi li t-tieni sentenza tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001 ma għandhiex tinftiehem fis-sens li tippermetti li tiġi eskluża l-applikazzjoni tar-regola ġenerali stabbilita fl-ewwel sentenza tal-istess artikolu għal kawżi oħra li ma humiex dawk li għalihom tirreferi r-regola espressament.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1972" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>), dispożizzjoni essenzjalment identika għall-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001, fil-każijiet li ma jissemmewx espressament fost l-eċċezzjonijiet previsti fit-tieni sentenza tal-imsemmi Artikolu 18, tapplika r-regola ġenerali fuq l-estensjoni taċita ta’ ġurisdizzjoni. Meta ddeċidiet fil-kuntest ta’ kawża fejn il-partijiet kienu kkonkludew ftehim fuq il-ġurisdizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li ma kien hemm ebda raġuni marbuta mal-istruttura ġenerali jew mal-għanijiet tal-imsemmi ftehim sabiex tikkunsidra li l-partijiet huma pprojbiti milli jissottomettu kawża f’qorti oħra differenti minn dik imsemmija fil-ftehim (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="19810624">24 ta’ Ġunju 1981</DATE>, Elefanten Schuh, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="150/80" PAGE.ECR="1671" YEAR="1981">150/80, Ġabra p. 1671</REF.DOC.ECR>, punt 10, kif ukoll tas-<DATE ISO="19850307">7 ta’ Marzu 1985</DATE>, Spitzley, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="48/84" PAGE.ECR="787" YEAR="1985">48/84, Ġabra p. 787</REF.DOC.ECR>, punti 24 u 25).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4557"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, peress li r-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti fis-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 44/2001, ma humiex regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva, il-qorti li quddiemha titressaq il-kawża, meta l-imsemmija regoli ma jiġux osservati, għandha tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni meta l-konvenut jidher u ma jressaqx eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, l-Okresní soud v Chebu tistaqsi jekk, meta tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni abbażi tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001, iżda meta r-regoli tas-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament ma ġewx osservati, id-deċiżjoni tagħha tistax ma tiġix rrikonoxxuta, fis-sens tal-Artikolu 35(1) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-imsemmi Artikolu 35 jipprovdi, bħala raġuni ta’ nuqqas ta’ rikonoxximent, il-ksur ta’ regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali, b’mod partikolari ta’ dawk fil-qasam tal-assigurazzjoni, li għandhom bħala għan il-garanzija ta’ protezzjoni sħiħa tal-parti l-iktar dgħajfa.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Tali dispożizzjoni tikkonċerna n-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet mogħtija minn qorti li ma għandhiex ġurisdizzjoni u li quddiemha l-kawża ma tressqitx b’osservanza ta’ dawn ir-regoli. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni ma tapplikax meta d-deċiżjoni tingħata minn qorti li għandha ġurisdizzjoni. Dan jgħodd b’mod partikolari għal qorti li quddiemha titressaq il-kawża, anki jekk ma jiġux osservati l-imsemmija regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali, li quddiemha jidher il-konvenut u ma jressaqx eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni. Fil-fatt, tali qorti għandha ġurisdizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001. Għaldaqstant, l-Artikolu 35 ta’ dan ir-regolament ma jipprojbixxix ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni mogħtija minn din il-qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minkejja li fl-oqsma previsti fis-Sezzjonijiet 3 sa 5 tal-Kapitolu II tal-istess regolament, ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom l-għan li joffru protezzjoni sħiħa lill-parti l-iktar dgħajfa (ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tat-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, FBTO Schadeverzekeringen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-463/06" PAGE.ECR="I-11321" YEAR="2007">C-463/06, Ġabra p. I-11321, 7</REF.DOC.ECR>punt 28), il-qorti li għandha ġurisdizzjoni skont dawn is-sezzjonijiet ma tistax tiġi imposta fuq din il-parti. Jekk din tal-aħħar tiddeċiedi deliberament li tidher quddiem il-qorti, ir-Regolament<?PAGE NO="I-4558"?> Nru 44/2001 iħallilha l-possibbiltà li tiddefendi ruħha fuq il-mertu quddiem qorti oħra differenti minn dawk stabbiliti abbażi tal-imsemmija sezzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Gvern Ċek u dak Slovakk fl-osservazzjonijiet tagħhom sostnew li sabiex id-dehra tal-konvenut tikkwalifika għal estensjoni ta’ ġurisdizzjoni f’kawża bħal dik fil-kawża prinċipali, il-konvenut, il-parti l-iktar dgħajfa, għandu jkun f’pożizzjoni li jkollu konoxxenza sħiħa tal-effetti tad-difiża tiegħu fuq il-mertu. Barra minn hekk, il-qorti li quddiemha titressaq il-kawża għandha tivverifika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, fl-interess tal-protezzjoni tal-parti l-iktar dgħajfa, li l-konvenut kien effettivament konxju tal-konsegwenzi meta wera l-intenzjoni tiegħu u li ried jagħti ġurisdizzjoni lil dik il-qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li tali obbligu jista’ jiġi impost biss bl-introduzzjoni ta’ regola espressa għal dan il-għan fir-Regolament Nru 44/2001. Madankollu, il-qorti li quddiemha titressaq il-kawża tista’ dejjem tiżgura, fid-dawl tal-għan tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni li jirriżultaw mis-Sezzjonijiet 3 sa 5 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament, li toffri iktar protezzjoni lil parti meqjusa bħala l-iktar dgħajfa, b’tali mod li l-konvenut imfittex quddiemha f’dawn iċ-ċirkustanzi jkollu konoxxenza sħiħa tal-konsegwenzi li jirriżultaw mill-aċċettazzjoni tiegħu li jidher quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti li quddiemha titressaq il-kawża, meta r-regoli msemmija fis-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament ma ġewx osservati, għandha tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni meta l-konvenut jidher quddiemha u ma jressaqx eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni, peress li tali dehra tikkostitwixxi estensjoni taċita ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4559"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tielet domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta pożittiva li ngħatat għat-tieni domanda, ma hemmx lok li l-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa t-tielet domanda, peress li fil-fatt din saret biss mill-qorti tar-rinviju fl-eventwalità li t-tieni domanda tingħata risposta negattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel domanda dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament Nru 44/2001, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, peress li mir-risposta mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għat-tieni domanda jirriżulta li l-qorti tar-rinviju għandha, f’dan il-każ, tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni taħt dan ir-regolament, evalwazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni li, skont il-formulazzjoni tagħha stess, tapplika biss fejn hemm qorti li għandha ġurisdizzjoni li ma hijiex ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament, hija irrilevanti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4560"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti li quddiemha titressaq il-kawża, meta r-regoli msemmija fis-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament ma ġewx osservati, għandha tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni meta l-konvenut jidher quddiemha u ma jressaqx eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni, peress li tali dehra tikkostitwixxi estensjoni taċita ta’ ġurisdizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>